Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Sloven ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fis-Slovenja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Qrati ordinarji

Skont l-Artikolu 98 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati ordinarji tas-Slovenja jinkludu:

  • Il-qrati tal-kontea (Okrajno sodišče)
  • Il-qrati distrettwali (Okrožno sodišče)
  • Il-qrati superjuri (Višje sodišče)
  • Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče) (minn issa ’l quddiem, il-Qorti Suprema).

Il-qrati speċjalizzati stabbiliti permezz ta’ statut speċjali għandhom, sakemm mhux previst bi statut, ikollhom:

  • L-istatus ta’ qorti distrettwali: qrati tal-ewwel istanza, li l-istanza tal-appell tagħhom tkun qorti superjuri ta’ kompetenza speċjali
  • L-istatus ta’ qorti superjuri: qrati tat-tieni istanza li tiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati ta’ kompetenza speċjali tal-ewwel istanza
  • L-istatus ta’ qorti superjuri: qrati tal-ewwel istanza, li l-istanza tal-appell tagħhom tkun il-Qorti Suprema

Il-kompetenza tal-qrati tal-kontea

Skont l-Artikolu 99 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati lokali tas-Slovenja għandhom ġuriżdizzjoni fil-materji li ġejjin:

Materji kriminali

  1. Sabiex jiddeċiedu fl-ewwel istanza reati b’kundanna ta’ multa jew terminu sa tliet snin ta’ priġunerija, ħlief meta dawn jikkonċernaw reati kriminali kontra l-unur u r-reputazzjoni li jkunu twettqu mill-istampa, permezz tar-radju, it-televiżjoni jew mezzi oħra ta’ informazzjoni pubblika
  2. Sabiex jinvestigaw reati kriminali kif deskritt aktar ’il fuq
  3. Sabiex iwettqu materji oħra stabbiliti bl-istatut

Materji ċivili

Sabiex jiddeċiedu fl-ewwel istanza:

  1. F’każijiet ċivili skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili
  2. F’legati u materji oħra mhux kontenjużi, u fir-rigward tar-reġistru tal-artijiet
  3. F’materji ta’ infurzar jew sigurtà, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-istatut

Materji oħra

Sabiex jiddeċiedu dwar materji oħrajn kif stabbiliti bl-istatut

Għajnuna legali

Biex iwettqu materji li jinvolvu għajnuna legali meta l-qrati l-oħra ma jkollhomx kompetenza statutarja.

Il-kompetenza tal-qrati distrettwali

Skont l-Artikolu 101 tal-istatut li jirregola l-qrati, il-qrati distrettwali fis-Slovenja għandhom il-kompetenza fil-materji li ġejjin:

Materji kriminali

  1. Sabiex jiddeċiedu fl-ewwel istanza reati kriminali li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-qrati tal-kontea
  2. Sabiex iwettqu investigazzjonijiet jew azzjonijiet investigattivi li jikkonċernaw reati kriminali (kif deskritt fil-punt 1 aktar ’il fuq)
  3. Sabiex iwettqu proċedimenti preliminari u jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar reati kriminali li jkunu twettqu minn minorenni
  4. Sabiex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar l-infurzar ta’ sentenza kriminali mogħtija minn qorti barranija
  5. Sabiex jeżegwixxu sentenzi kriminali (li jiġu mill-punti 1, 3 u 4 aktar ’il fuq), u sabiex jeżegwixxu s-sentenzi kriminali tal-qrati tal-kontea
  6. Sabiex jiddeċiedu dwar l-awtorizzazzjoni tat-tnaqqis tad-drittijiet umani u tal-libertajiet fundamentali
  7. Sabiex jilħqu deċiżjonijiet f’bordijiet mingħajr ġuri (anke f’materji kriminali li jaqgħu fil-kompetenza tal-qrati tal-kontea)
  8. Sabiex iwettqu materji oħra stabbiliti bl-istatut
  9. Sabiex jeżerċitaw superviżjoni fir-rigward tat-trattament ġust u korrett ta’ dawk li jkunu nstabu ħatja kif ukoll is-superviżjoni tal-priġunieri

Dipartimenti speċjalizzati tal-qrati (distrettwali) huma responsabbli mill-kompiti fil-punti 1, 2, 3, 6, 7 u 8 f'kawżi iktar kumplessi li jinvolvu kriminalità organizzata u ekonomika, terroriżmu, korruzzjoni u attivitajiet kriminali simili oħrajn.

Materji ċivili

F’materji ċivili għall-aġġudikazzjoni u d-deċiżjoni fl-ewwel istanza:

  1. F’materji ċivili skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili
  2. Dwar ir-rikonoxximent tas-sentenzi ta’ qrati barranin
  3. F’każijiet ta’ soluzzjoni obbligatorja, falliment u likwidazzjoni meta dan ikun fil-kompetenza tal-qorti, u f’każijiet relatati
  4. F’każijiet dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali
  5. Dwar proposti biex jinħarġu miżuri temporanji li jiġu mressqa qabel il-ftuħ tal-każ, li fuq dawn il-qorti trid tiddeċiedi li l-kompetenza ta’ arbitraġġ tkun ġiet miftiehma skont ir-regoli dwar każijiet jew materji ekonomiċi
  6. Fi proċedimenti mhux kontenjużi li fihom il-parteċipanti jkunu kumpaniji kummerċjali, imsieħba jew azzjonisti u membri ta’ entitajiet ta’ kumpaniji kummerċjali, li għal dawn ikun meħtieġ li tapplika l-liġi dwar il-kumpaniji

Il-qrati distrettwali għandhom ukoll il-kompetenza fi:

  • Iż-żamma tar-reġistru tal-kummerċ
  • L-aġġudikazzjoni jew id-deċiżjoni dwar materji oħra, jekk dan ikun stabbilit bl-istatut
  • It-twettiq ta’ materji ta’ għajnuna legali fil-materji msemmija fil-punti 1,2, 3 u 4 ta’ aktar ’il fuq
  • It-twettiq ta’ għajnuna legali internazzjonali

Il-Qrati Superjuri

Skont l-Artikolu 104 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati superjuri għandhom ġuriżdizzjoni fl-oqsma li ġejjin:

  1. Sabiex jaġġudukaw jew jiddeċiedu fit-tieni istanza f’appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontea u dawk distrettwali fit-territorju tagħhom
  2. Sabiex jiddeċiedu fuq każijiet dwar il-kompetenza bejn il-qrati tal-kontea u l-qrati distrettwali fit-territorju tagħhom, u dwar it-trasferiment tal-kompetenza lil qorti tal-kontea jew lil qorti distrettwali oħra fit-territorju tagħhom
  3. Sabiex iwettqu materji oħra kif stabbilit bl-istatut

Bażijiet tad-dejta legali

Isem u URL tal-bażi tad-dejta

Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-kontenut

Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja tagħtik aċċess għal diversi bażijiet tad-dejta, bħal:

  • Is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tas-Slovenja
  • L-amministrazzjoni ġudizzjarja
  • Reġistri pubbliċi (Reġistri tal-Artijiet, Reġistru Ġudizzjarja).

Links relatati

Entitajiet ġudizzjaria

L-aħħar aġġornament: 02/11/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.