Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar il-qrati ordinarji Rumeni.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Is-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija għandha l-istruttura li ġejja:
Bħala l-ogħla qorti fir-Rumanija, hija l-unika istituzzjoni ġudizzjarja bis-setgħa li tiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-liġi mill-qrati l-oħra. Il-proċedura prinċipali biex jintlaħaq dan hija r-reviżjoni fl-interess tal-liġi.
Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandha erba' sezzjonijiet li kull waħda għandha l-ġurisdizzjoni tagħha:
Sezzjonijiet oħrajn tal-qorti suprema, li għandhom il-ġurisdizzjonijiet tagħhom, huma l-erba' bordijiet ta' ħames imħallfin, is-Sezzjonijiet Konġunti, il-bord dwar ir-reviżjonijiet fl-interess tal-liġi, u l-bord dwar il-kjarifika ta' ċerti kwistjonijiet ġuridiċi.
Is-Sezzjoni Ċivili I, is-Sezzjoni Ċivili II, u s-Sezzjoni Amministrattiva u tal-Kawżi Fiskali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jisimgħu rikorsi għal reviżjoni ta' sentenzi mogħtija minn qrati tal-appell u deċiżjonijiet oħra tal-qrati, kif previst mil-liġi, u rikorsi għar-reviżjoni kontra sentenzi mhux finali jew atti ġudizzjarji ta' kwalunkwe natura li ma jistgħux jiġu appellati bi kwalunkwe mod ieħor, u li fil-każ tagħhom il-proċedimenti legali quddiem qorti ta' appell ġew interrotti.
Bħala qorti tal-ewwel istanza, is-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tisma’:
Bħala qorti tal-ewwel istanza, is-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tisma’ kawżi li jinvolvu reati ta’ tradiment għoli, reati mwettqa minn senaturi, deputati, u membri Rumeni tal-Parlament Ewropew, minn membri tal-Gvern, minn imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali, minn membri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, minn imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u minn prosekuturi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur assoċjat mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.
Skont l-Artikolu 24 tal-Att Nru 304/2004, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, u ssupplimentat sussegwentement, il-bordijiet ta' ħames imħallfin jisimgħu rikorsi għar-rieżami ta’ sentenzi mogħtija, fl-ewwel istanza, mis-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, appelli kontra s-sentenzi mogħtija f'appell, mill-bordijiet ta' ħames imħallfin wara l-ammissjoni inizjali, rikorsi għar-rieżami ta’ konklużjonijiet mogħtija, fl-ewwel istanza, mis-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, kawżi dixxiplinari skont il-liġi u kawżi oħrajn riferuti lilhom u li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom skont il-liġi, u rikorsi għar-rieżami ta’ sentenzi li jiċħdu r-rinviji lill-Qorti Kostituzzjonali, li jingħataw minn bord ieħor ta' ħames imħallfin. Skont l-Artikolu 51(3) tal-Att Nru 317/2004, ippubblikat mill-ġdid, il-bordijiet ta' ħames imħallfin jisimgħu rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura f'materji dixxiplinari.
Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tiltaqa' bħala Sezzjonijiet Konġunti għal dawn li ġejjin:
Il-qrati tal-appell fir-Rumanija huma mmexxija minn President, li jista' jkun assistit minn Viċi-President wieħed jew minn żewġ Viċi-Presidenti.
Qorti tal-appell għandha sezzjonijiet speċjalizzati jew bordijiet għal:
Il-15-il qorti tal-appell għandhom personalità ġuridika u kull qorti tkopri l-ġurisdizzjoni ta' diversi tribunali (madwar 3).
bħala qrati tal-ewwel istanza, huma jisimgħu rikorsi relatati ma' tilwim amministrattiv u fiskali, skont id-dispożizzjonijiet legali speċjali;
bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn tribunali fl-ewwel istanza;
bħala qrati ta' rieżami, huma jisimgħu r-rikorsi għal rieżami kontra sentenzi mogħtija minn tribunali f’appell jew kontra sentenzi mogħtija fl-ewwel istanza minn tribunali li, skont il-liġi, mhumiex soġġetti għal appell, u fi kwalunkwe każ ieħor espressament previst mil-liġi.
Bħala qrati tal-ewwel istanza:
Bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi kriminali mogħtija minn qrati u tribunali distrettwali fl-ewwel istanza.
Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar kunflitti ta' ġurisdizzjoni bejn tribunali jew qrati distrettwali fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħhom, jew bejn qrati distrettwali fil-ġurisdizzjoni ta' tribunali differenti fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-appell.
Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar talbiet għall-estradizzjoni jew it-trasferiment barra l-pajjiż ta' persuni kkundannati.
It-42 tribunal nazzjonali għandhom personalità ġuridika, u huma organizzati fil-livell tal-kontea. Il-qasam ta' ġurisdizzjoni ta' kull tribunal ikopri l-qrati distrettwali kollha fil-kontea li fiha jinsab it-tribunal.
It-tribunali għandhom sezzjonijiet speċjalizzati jew bordijiet għal:
Bħala qrati tal-ewwel istanza, it-tribunali jisimgħu r-rikorsi kollha li bil-liġi mhumiex fil-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħrajn.
Bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali fl-ewwel istanza.
Bħala qrati ta' rieżami, huma jisimgħu r-rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali, li, skont il-liġi mhumiex soġġetti għal appell, u fi kwalunkwe każ ieħor previst espressament mil-liġi.
Bħala qrati tal-ewwel istanza:
It-tribunali jiddeċiedu dwar il-kunflitti tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati distrettwali fil-qasam ta' ġurisdizzjoni tagħhom, u r-rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali fil-kawżi previsti mil-liġi.
Il-qrati distrettwali ma għandhomx personalità ġuridika, u huma stabbiliti fil-kontej nazzjonali u f'Bucharest.
Barra minn hekk, il-qrati distrettwali jisimgħu appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika lokali b'ġurisdizzjoni lokali u korpi oħra b'din il-ġurisdizzjoni, fil-każijiet previsti mil-liġi, u kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi huwa fil-ġurisdizzjoni tagħhom.
B'mod ġenerali, kull tip ta' reat, ħlief għal dawk li bil-liġi għandhom jinstemgħu fl-ewwel istanza mit-tribunali, il-qrati tal-appell jew il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.
Informazzjoni siewja dwar dawn il-qrati tista' tinstab fuq il-Portal tal-Qrati miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen.
Il-bażijiet tad-data legali li ġejjin huma disponibbli online:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.