Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-qrati ordinarji Rumeni.
Is-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija għandha l-istruttura li ġejja:
Bħala l-aktar qorti għolja fir-Rumanija, hija l-unika istituzzjoni ġudizzjarja bil-poter li tiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni tal-liġi uniformi minn qrati oħrajn. Il-proċedura prinċipali biex jintlaħaq dan hi "rieżami fl-interess tal-liġi".
Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja għandha erba' taqsimiet, kull waħda bil-ġuriżdizzjoni tagħha:
Taqsimiet oħrajn tal-qorti suprema, li għandhom il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, huma l-erba' kulleġġi ġudikanti ta' ħames imħallfin, it-Taqsimiet Konġunti, il-kulleġġ ġudikant dwar rieżaminazzjonijiet fl-interess tal-liġi, u l-kulleġġ ġudikant dwar il-kjarifika ta' ċerti kwistjonijiet ġuridiċi.
It-Taqsima Ċivili I, it-Taqsima Ċivili II, u t-Taqsima Amministrattiva u tal-Kawżi Fiskali, parti mill-Qorti Għolja ta' Tassazzjoni u l-Ġustizzja, jisimgħu applikazzjonijiet għal rieżaminazzjoni kontra sentenzi mogħtija minn qrati ta' appell u deċiżjonijiet oħra tal-qrati, kif stipulat mil-liġi, u applikazzjonijiet għal rieżaminazzjoni kontra sentenzi mhux finali jew atti ġudizzjarji ta' kull natura li ma jistgħux jiġu appellati bi kwalunkwe mod ieħor, u fil-każ tagħhom il-proċedimenti ġuridiċi qabel qorti ta' appell kienu interrotti. Bħala qorti tal-ewwel istanza, it-Taqsima Kriminali tisma' kawżi u applikazzjonijiet li huma bil-liġi taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
It-Taqsima Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja tisma' l-kawżi li ġejjin:
Bħala qorti tal-ewwel istanza:
Bħala qorti ta' rieżami;
Il-Kulleġġ Ġudikanti ta' Disa' Mħallfin
Skont l-Att Nru 202/2010 li jikkonċerna ċerti miżuri biex jitħaffu proċedimenti ġuridiċi, is-setgħat tal-Kulleġġ Ġudikanti ta' Disa' Mħallfin ittieħdu mill-Kulleġġ Ġudikanti ta' Ħames Imħallfin.
Proċedimenti għaddejjin quddiem il-Kulleġġ Ġudikanti ta' Disa' Mħallfin se jkomplu jiġu mismugħa minn dan il-kulleġġ ġudikanti.
Il-Kulleġġi Ġudikanti ta' Disa' Mħallfin
Skont l-Artikolu 24 tal-Att Nru 304/2004, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, il-Kulleġġi Ġudikanti ta' Ħames Imħallfin jisimgħu applikazzjonijiet għal rieżami u applikazzjonijiet oħra f'kawżi mismugħa mal-ewwel istanza mit-Taqsima Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja, u kawżi oħra li bil-liġi huma taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. Huma jaġixxu wkoll bħala qorti dixxiplinarja.
Skont l-Artikolu 51(3) tal-Att Nru 317/2004, ippubblikat mill-ġdid, il-Kulleġġi Ġudikanti ta' Ħames Imħallfin jisimgħu applikazzjonijiet għal rieżami kontra sentenzi mogħtija mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura f'kawżi dixxiplinarji.
It-taqsimiet tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja jiltaqgħu bħala Taqsimiet Konġunti għal li ġej:
Fir-Rumanija, il-qrati tal-appell jitmexxew minn President, li jista' jkun assistit minn Viċi President wieħed jew tnejn.
Qorti tal-appell għandha taqsimiet speċjalizzati jew kulleġġi ġudikanti għal kategoriji differenti ta' kawżi:
Il-15-il qorti tal-appell għandhom personalità ġuridika, kull qorti tkopri l-ġuriżdizzjoni ta' xi tribunali (madwar 3).
Fi kwistjonijiet ċivili, il-qrati tal-appell jisimgħu l-kawżi li ġejjin:
Bħala qrati tal-ewwel istanza, jisimgħu applikazzjonijiet li jirrelataw ma' tilwim amministrattiv u fiskali, skont id-dispożizzjonijiet legali speċjali.
Bħala qrati tal-appell, jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn tribunali tal-ewwel istanza.
Bħala qrati ta' rieżami, jisimgħu kawżi speċifikament stipulati bil-liġi.
Fi kwistjonijiet kriminali, il-qrati tal-appell jisimgħu l-kawżi li ġejjin.
Bħala qrati tal-ewwel istanza:
Bħala qrati tal-appell, jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn f'kawżi kriminali minn tribunali tal-ewwel istanza.
Bħala qrati ta' rieżami, jisimgħu applikazzjonijiet għal rieżami kontra sentenzi kriminali mogħtija minn qrati distrettwali, tal-ewwel istanza, esklużi dawk li huma taħt il-ġuriżdizzjoni ta' tribunali, u kawżi oħra speċifikament msemmija fil-liġi.
Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar il-kunflitti ta' ġuriżdizzjoni bejn it-tribunali jew bejn il-qrati distrettwali u t-tribunali ġewwa l-qasam ta' ġuriżdizzjoni tagħhom, jew bejn il-qrati distrettwali ġewwa l-ġuriżdizzjoni ta' tribunali differenti f'qasam ta' ġuriżdizzjoni ta' qorti tal-appell.
Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar rikjesti għall-estradizzjoni jew it-trasferiment barra mill-pajjiż ta' persuni ħatja.
It-42 tribunal nazzjonali għandhom personalità ġuridika, u huma organizzati fuq livell ta' kontea. Il-qasam ta' ġuriżdizzjoni ta' kull tribunal ikopri l-qrati distrettwali kollha fil-kontea fejn jinsab it-tribunal.
It-tribunali għandhom taqsimiet separati jew kulleġġi ġudikanti speċjalizzati fi:
Fi kwistjonijiet ċivili, it-tribunali jisimgħu l-kawżi li ġejjin:
Bħala qrati tal-ewwel istanza, it-tribunali jisimgħu l-applikazzjonijiet kollha li bil-liġi m'humiex taħt il-ġuriżdizzjoni ta' qrati oħrajn.
Bħala qrati tal-appell, jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali tal-ewwel istanza.
Bħala qrati ta' rieżami, jisimgħu kawżi speċifikament stipulati bil-liġi.
Fi kwistjonijiet kriminali, it-tribunali jisimgħu l-kawżi li ġejjin:
Bħala qrati tal-ewwel istanza:
Bħala qrati ta' rieżami, jisimgħu applikazzjonijiet għal rieżami kontra s-sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali in konnessjoni ma' offiżi fejn proċedimenti ġuridiċi jinbdew wara ilment minn parti li saritilha l-ħsara, u applikazzjonijiet għal rieżami kontra sentenzi kriminali mogħtija minn qrati distrettwali in konnessjoni ma' miżuri preventivi, libertà provviżorja jew miżuri prekawzjonali, sentenzi kriminali mogħtija in konnessjoni mal-infurzar ta' sentenzi kriminali jew riabilitazzjoni, u f'kawżi oħra speċifikament stipulati bil-liġi.
It-tribunali jiddeċiedu dwar kunflitti ta' guriżdizzjoni bejn qrati distrettwali ġewwa l-qasam ta' ġuriżdizzjoni tagħhom, u dwar kawżi oħra speċifikament stipulati bil-liġi.
Il-qrati distrettwali m'għandhomx personalità ġuridika, u huma stabbiliti ġewwa pajjiżi nazzjonali u f'Bukarest.
Fi kwistjonijiet ċivili, il-qrati distrettwali jisimgħu prinċipalment il-kawżi li ġejjin:
Il-qrati distrettwali jisimgħu wkoll appelli kontra deċiżjonijiet tal-awtoritajiet ta' amministrazzjoni pubblika lokali mal-ġuriżdizzjoni lokali u korpi oħrajn b'ġuriżdizzjoni bħal din, fil-kawżi stipulati bil-liġi.
Fi kwistjonijiet kriminali, il-qrati distrettwali jisimgħu prinċipalment il-kawżi li ġejjin:
B'mod ġenerali, kull tip ta' offiża, esklużi dawk li bil-liġi huma mismugħa għall-ewwel istanza mit-tribunali, il-qrati tal-appell jew il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
Aktar informazzjoni dwar dawn il-qrati tista' tinsab fuq il-Portal tal-Qrati, miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen.
Il-bażijiet tad-dejta ġuridiċi li ġejjin huma disponibbli onlajn:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.