Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar it-tipi ta’ qrati differenti fl-Irlanda ta’ Fuq.
Il-bosta qrati fl-Irlanda ta’ Fuq huma organizzati kif ġej:
Fl-2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit il-ġdida ħadet il-ġuriżdizzjoni tal-Appellate Committee of the House of Lords. Se tieħu wkoll il-funzjonijiet devoluti tal-Kumitat Ġudizzjarju tal-Privy Council (l-ogħla qorti tal-appell f’bosta pajjiżi indipendenti fil-Commonwealth, territorji barranin tar-Renju Unit u dipendenzi tal-Kuruna Brittannika).
Il-Qorti Suprema hija l-aħħar qorti tal-appell fir-Renju Unit għall-kawżi kemm kriminali kif ukoll ċivili, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi ma jistgħux jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema. Dawn il-każijiet normalment jingħataw permess li jirreferu appell lejn il-Qorti Suprema biss jekk jinvolvi punti ta’ liġi ta’ importanza pubblika.
Il-Qorti tal-Appell tal-Irland ta' Fuq hija bbażata fil-Qrati Irjali tal-Ġustizzja ta' Belfast. Hija tisma’ appelli kriminali mill-Qorti tal-Kuruna (Crown Court) u appelli ċivili mill-Qorti l-Għolja.
Il-Qorti l-Għolja f'Belfast tisma’ kawżi ċivili, tisma’ l-appelli f’kawżi kriminali, u għandha s-setgħa ukoll li tistħarreġ azzjonijiet ta’ individwi jew organizzazzjonijiet biex tiżgura li aġixxew b’mod legali u ġust. Il-Qorti l-Għolja normalment tisma’ l-kawżi jekk il-valur tat-talba huwa akbar minn £30,000. F’xi ċirkostanzi, kawża għal aktar minn £30,000 tista’ tintbagħat mill-Qorti l-Għolja lill-qorti tal-kontea u b’mod simili, kawża taħt il-valur ta’ £30,000 tista’ tiġi trasferita mill-qorti tal-kontea lill-Qorti l-Għolja.
Il-Qorti l-Għolja għandha tliet diviżjonijiet, kif ġej:
Il-Qorti tal-Kuruna tisma’ t-tipi ta’ kawżi li ġejjin:
Sentenzi ta’ ħabs u multi fil-Qorti tal-Kuruna huma aktar gravi milli fil-qrati tal-maġistrati.
Il-qrati tal-kontej jisimgħu kawżi ċivili li jinstemgħu minn imħallef jew minn imħallef distrettwali. Il-qorti tal-kontea normalment tisma’ kawżi li għandhom valur ta’ inqas minn £30,000 (jew ta’ £45,000 fi kwistjonijiet dwar ekwitajiet). Il-kawżi ta’ valur akbar jinstemgħu fil-Qorti l-Għolja – ara hawn fuq. It-talbiet kollha li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ kreditu regolati għandhom jinbdew fil-qorti tal-kontea, ikun xi jkun il-valur tagħhom.
Eżempji ta’ kawżi li tisma’ l-qorti tal-kontea:
Il-qrati tal-kontej jistgħu jisimgħu firxa wiesgħa ta’ kawżi, iżda dawk l-aktar komuni huma dawn:
Il-kawżi għal talbiet żgħar jinstemgħu wkoll fil-qorti tal-kontea. B’mod ġenerali, talba żgħira tinvolvi pretensjoni li għandha valur ta’ mhux aktar minn £3000.
Il-Qrati tal-Maġistrati jisimgħu kawżi kriminali u xi kawżi ċivili. Il-kawżi jinstemgħu minn imħallef distrettwali (qorti tal-Maġistrati).
Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw offiżi kriminali fejn l-akkużat mhuwiex intitolat għal smigħ b’ġurija. Dawn huma magħrufa bħala delitti sommarji. Id-delitti sommarji jinvolvu piena massima ta’ sitt xhur priġunerija u/jew multa ta’ mhux aktar minn £5,000.
Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw ukoll dwar offiżi meta l-akkużat jista’ jagħżel smigħ b’ġurija iżda jiddeċiedi li l-kawża tiegħu tinstema’ fil-qrati tal-maġistrati. Jekk l-akkużat jagħżel smigħ b’ġurija, il-każ jgħaddi lill-Qorti tal-Kuruna.
Il-Qorti tal-minorenni tisma’ kawżi ta’ minorenni li jkunu wettqu offiżi kriminali, u li għandhom età ta’ bejn 10 snin u 17-il sena. Il-Qorti tal-minorenni hjia parti mill-qorti tal-maġistrati u l-każijiet jinstemgħu minn imħallef distrettwali (qorti tal-Maġistrati) u żewġ imħallfin popolari oħrajn li jkunu ġew imħarrġa speċjalment. Jekk minorenni jkun akkużat minn delitt gravi ħafna, li fil-każ ta’ adult ikollu piena ta’ 14-il sena priġunerija jew aktar, il-qorti tal-minorenni tista’ tibgħathom għas-smigħ quddiem il-qorti tal-kuruna.
Il-qrati tal-maġistrati jisimgħu għadd limitat ta’ kawżi ċivili kif ġej:
Jinvestigaw iċ-ċirkostanzi ta’ mewt f’daqqa, vjolenti jew mhux naturali.
Ħoloq relatati
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.