Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fin-Netherlands.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-biċċa l-kbira tal-proċedimenti legali jibdew f’qorti distrettwali (rechtbank). Hemm 11-il qorti distrettwali fin-Netherlands.
Kull qorti hija komposta minn numru ta’ sezzjonijiet:
Parti li ma taċċettax is-sentenza tal-qorti distrettwali tista’ tappella. Il-kawżi kriminali u ċivili jinstemgħu minn waħda mill-erba’ qrati tal-appell (gerechtshoven). F’każijiet amministrattivi, skont is-suġġett, l-appell jista’ jinstema’ minn:
Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-ogħla qorti fin-Netherlands fil-liġi ċivili, kriminali u fil-liġi ta’ tassazzjoni. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla sentenzi, b’mod partikolari dawk tal-qrati tal-appell (li s-sentenzi tagħhom jistgħu jkunu kkontestati fil-Qorti Suprema dwar punti ta’ liġi, proċess magħruf bħala cassatie). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tiżgura l-uniformità legali u l-iżvilupp tal-liġi Olandiża.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar kif tiġi organizzata s-sistema ġudizzjarja fis-sit web rechtspraak.nl.
Il-qrati jippubblikaw parti kbira mid-deċiżjonijiet mogħtija. Dawn id-deċiżjonijiet u s-sentenzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-inklużjoni fil-bażi tad-data dwar is-sit web rechtspraak.nl.
Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Is-sistema ġudizzjarja Olandiża u l-Qorti Suprema tan-Netherlands
Informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Olandiża (bl-Ingliż)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.