Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Latvja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fir-Repubblika tal-Latvja, is-setgħa ġudizzjarja tiġi eżerċitata mill- qrati distrettwali (tal-bliet), mill-qrati reġjonali u mill-qorti Suprema.
Il-proċedimenti ċivili u kriminali fil-Latvja jistgħu jinstemgħu minn 40 qorti differenti, li huma maqsuma fi tliet gradi: 34 qorti distrettwali (tal-belt), ħames qrati reġjonali u l-Qorti Suprema.
Il-qrati distrettwali (tal-belt) fil-Latvja huma:
Il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu:
Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva u l- Qorti Distrettwali Amministrattiva tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Latvja. Il-Qorti Distrettwali Amministrattiva għandha ħames binjiet tal-qorti, waħda għal kull reġjun ġudizzjarju: waħda f'kull waħda minn Riga, Jelgava, Rēzekne, Valmiera u Liepāja.
Skont il-Liġi dwar il-proċedura kriminali, qorti distrettwali (tal-belt) tisma' l-proċedimenti kriminali kollha bħala qorti tal-ewwel istanza. Il-Qorti Distrettwali ta' Vidzeme tal-Belt ta' Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-ewwel istanza fuq proċedimenti kriminali bi proċessi li jinkludu oġġetti b'sigriet tal-Istat. Appell skont il-proċedura għall-appelli minn sentenza ta' qorti distrettwali jew tal-belt jinstema' minn qorti reġjonali bħala qorti tal-appell. Is-sentenza appellata fil-kassazzjoni ta' kull qorti tiġi eżaminata mis-Senat tal-Qorti Suprema bħala qorti tal-appell fuq punt tal-liġi. Fil-qrati distrettwali jew tal-belt, il-proċedimenti kriminali jinstemgħu minn imħallef wieħed. Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu partikolarment kumplessi, il-president tal-qorti tal-ewwel istanza jista' jiddeċiedi illi l-proċess jinstema' minn bord ta' tlieta mill-imħallfin ta' dik il-qorti. Il-proċessi kriminali quddiem il-qorti tal-appell jew tar-rinviju jitmexxew minn bord ta' mħallfin.
Skont il-Liġi Proċedurali Ċivili, il-proċedimenti taħt il-ġuriżdizzjoni ta' qorti jinstemgħu fl-ewwel istanza minn qorti distrettwali jew tal-belt, ħlief għal dawk li bil-liġi jridu jinstemgħu minn qorti reġjonali. Ir-rikorsi għall-irkupru mhux kontest ta' dejn u t-talbiet għall-irkupru tad-dejn fi proċedimenti ta' talbiet għal ħlas jiġu trattati mir-reġistru tal-qorti distrettwali jew tal-belt rilevanti. Il-qrati reġjonali jisimgħu il-kawżi li ġejjin bħala qrati tal-ewwel istanza:
Skont il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, jekk il-kawża tikkonsisti f'aktar minn talba waħda, li wħud minnhom jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti distrettwali jew tal-belt, filwaqt li oħrajn jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti reġjonali, jew f'każ fejn qorti distrettwali jew tal-belt taċċetta kontrotalba li taqa' fil-ġuriżdizzjoni ta' qorti reġjonali, il-kawża tinstema' mill-qorti reġjonali. Il-Qorti Reġjonali ta' Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-ewwel istanza f'kawżi ċivili li għandhom oġġett b'sigriet tal-Istat. Quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, il-kawżi ċivili jinstemgħu minn imħallef wieħed, filwaqt li quddiem qorti tal-appell jew tar-rinviju jinstemgħu minn bord.
Il-kawżi dwar ksur tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali li għandhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kriminali. Skont il-Kodiċi Latvjan dwar Ksur tal-Liġi Amministrattiva, deċiżjoni adottata minn awtorità ogħla tista' tiġi appellata quddiem qorti distrettwali jew tal-belt. Sentenza ta' mħallef tal-qorti distrettwali jew tal-belt tista' tiġi appellata quddiem qorti reġjonali, jekk ikun hekk previst mill-Kodiċi Latvjan dwar Ksur tal-Liġi Amministrattiva. Sentenza ta' qorti tal-appell fi proċedimenti dwar ksur tal-liġi amministrattiva ma tistax tiġi appellata u ssir eżegwibbli fil-ġurnata li fiha tingħata.
Skont il-Liġi Proċedurali Amministrattiva, il-kawżi amministrattivi fl-ewwel istanza jinstemgħu f'awla ġewwa l-Qorti Distrettwali Amministrattiva, sakemm il-liġi ma tipprovdix xort'oħra. Jekk il-kawża tinstema' mill-Qorti Amministrattiva Distrettwali bħala qorti tal-ewwel istanza u jkollha bżonn tivverifika informazzjoni li tinvolvi kwistjoni ta' sigriet tal-Istat, il-kawża tinstema' fl-awla tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva f'Riga. Jekk il-liġi tipprovdi illi l-kawżi amministrattivi għandhom jinstemgħu fl-ewwel istanza minn Qorti Reġjonali Amministrattiva jew mid-Dipartiment tal-Affarijiet Amministrattivi tas-Senat tal-Qorti Suprema minflok Qorti Distrettwali Amministrattiva, ir-rikors rilevanti tal-qorti jrid jiġi ppreżentat lill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew lis-Senat tal-Qorti Suprema. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista' tressaq appell kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-ewwel istanza, sakemm il-liġi ma tipprovdix illi dik is-sentenza ma tkunx tista' tiġi appellata, jew li tkun tista' tiġi appellata fuq punt ta' liġi. Sentenza ta' Qorti Distrettwali Amministrattiva li tkun għadha ma daħlitx fis-seħħ tista' tiġi appellata quddiem Qorti Reġjonali Amministrattiva. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista' tressaq appell fuq punt ta' liġi kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-appell, jekk il-qorti tkun kisret xi regoli sostantivi jew proċedurali jew eżerċitat is-setgħat tagħha "ultra vires" matul il-proċedimenti. Quddiem il-qorti tal-ewwel istanza, il-kawżi amministrattivi jinstemgħu minn imħallef wieħed jew minn bord ta' mħallfin, filwaqt li quddiem qorti tal-appell jew tar-rinviju jinstemgħu minn bord.
Skont il-Liġi dwar il-Privattivi, il-Qorti Reġjonali ta' Riga tisma' l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet fi proċedimenti ċivili bħala qorti tal-ewwel istanza:
Skont il-Liġi dwar id-Disinji, il-Qorti Reġjonali ta' Riga tisma' l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tad-disinji bħala qorti tal-ewwel istanza:
Il-Qorti Suprema hija ffurmata minn Senat, li għandu tliet diviżjonijiet (Id-Diviżjoni tal-Kawżi Ċivili, id-Diviżjoni tal-Kawżi Kriminali u d-Diviżjoni tal-Kawżi Amministrattivi) u żewġ awli (l-Awla tal-Kawżi Ċivili u l-Awla tal-Kawżi Kriminali). L-awli huma qrati tal-appell f'kawżi li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-ewwel istanza. Is-Senat huwa l-qorti ta' referenza għall-kawżi kollha li jinstemgħu mill-qrati distrettwali jew tal-belt u l-qrati reġjonali, u huwa l-qorti tal-ewwel istanza għall-kawżi marbuta ma' deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat adottati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55 tal-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat. Il-kawżi jinstemgħu f'kull awla minn bord iffurmat minn tliet imħallfin. Fis-Senat tal-Qorti Suprema, il-kawżi jinstemgħu minn bord ta' tliet senaturi jew, f'ċerti każijiet stabbiliti bil-liġi, f'kompożizzjoni estiża.
Iva l-aċċess huwa mingħajr ħlas.
Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali fih kampjun imħallat ta' sentenzi wara proċedimenti ċivili u kummerċjali tal-qrati b'ġuriżdizzjoni ġenerali, kif ukoll sentenzi tal-qrati amministrattivi. L-informazzjoni tista' tinkiseb fit-taqsimiet "Tiesu nolēmumi" ("Sentenzi tal-Qorti") u "E-Pakalpojumi" ("Servizzi elettroniċi").
Il-Portal tal-Qorti Suprema għandu arkivju ta' sentenzi tal-ġurisprudenza li għandhom kemm sentenzi topiċi tas-Senat u l-ġabriet tal-ġurisprudenza. L-informazzjoni tinsab fit-taqsima "Tiesu informācija" ("Informazzjoni ġudizzjarja").
L-informazzjoni ppubblikata fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali, u s-sentenzi tas-Senat u l-kumpilazzjoni tal-ġurisprudenza ppubblikata fil-Portal tal-Qorti Suprema għalissa hija disponibbli biss bil-Latvjan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.