Qrati ordinarji nazzjonali

Estonja

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Estonja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Estonja

Il-qrati ordinarji – introduzzjoni

Il-Qrati tal-Kontea huma qrati ordinarji tal-prim'istanza u jisimgħu l-kawżi ċivili, kriminali u ta' infrazzjoni kollha u jwettqu proċedimenti oħra li huma mqiegħda taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom bil-liġi. Il-proċedimenti ġuridiċi fil-qrati tal-kontej huma regolati mill-Kodiċijiet li ġejjin: il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili f’kawżi ċivili, il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali f'kawżi kriminali u l-Kodiċi ta’ Proċedura ta' Infrazzjoni f'kawżi ta' infrazzjoni.

Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontej jiġu rieżaminati minn qrati distrettwali, bħala qrati tat-tieni istanza, fuq il-bażi ta' appelli kontra dawk is-sentenzi u dawk id-deċiżjonijiet. Proċedimenti fil-qrati amministrattivi huma regolati mill-istess Atti bħall-proċedimenti fil-qrati tal-Prim'Istanza.

Qrati tal-prim'istanza

Hemm erba' qrati tal-kontej fl-Estonja. Il-qrati tal-kontej huma maqsuma f'organi ġudizzjarji.

Qrati tal-Kontea:

il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus):

  1. il-qorti ta’ Talinn

il-Qorti tal-Kontea ta’ Viru (Viru Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Jõhvi
  2. il-Qorti ta’ Narva
  3. il-Qorti ta’ Rakvere

il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu (Pärnu Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Pärnu
  2. il-Qorti ta’ Haapsalu
  3. il-Qorti ta’ Kuressaare
  4. il-Qorti ta’ Rapla
  5. il-Qorti ta’ Paide

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu għandha wkoll dipartiment għall-ordnijiet tal-ħlas, li jirċievi fi ħdanu rikorsi għall-proċedura mħaffa għal ordnijiet tal-ħlas.

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu (Tartu Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Tartu
  2. il-Qorti ta’ Jõgeva
  3. il-Qorti ta’ Viljandi
  4. il-Qorti ta’ Valga
  5. il-Qorti ta’ Võru

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu għandha wkoll dipartiment tar-reġistru u tar-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru tal-artijiet u r-reġistru tal-vapuri jinżammu fid-dipartiment tar-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru kummerċjali, ir-reġistru ta' assoċazzjonijiet u fondazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt u r-reġistru tal-wegħdiet kummerċjali jinżammu fid-dipartiment tar-reġistru.

- Qrati tat-tieni istanza

Hemm żewġ qrati distrettwali fl-Estonja.

- Qrati Distrettwali:

  • Il-Qrati Distrettwali ta’ Tallinn
  • Il-Qrati Distrettwali ta’ Tartu

Bażijiet tad-data ġuridiċi

L-informazzjoni ta’ kuntatt għall-qrati Estonjani hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-qrati. L-aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt huwa mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna