Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Bulgarija

F'din it-taqsima ssib informazzjoni dwar il-ġudikatura Bulgara.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

L-organizzazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja – il-ġudikatura

Il-qrati tal-prim'istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Qrati Reġjonali (RC)

Il-qorti tal-prim'istanza prinċipali hija l-qorti reġjonali. Hija teżamina l-kawżi ċivili, kriminali u dawk amministrattivi/penali. Fost dawn hemm il-kawżi tal-liġi dwar il-familja u x-xogħol, it-talbiet għall-manteniment u l-adozzjoni, ir-rikorsi dwar tilwim kummerċjali u l-kawżi ċivili fejn l-ispiża għar-rikors ma teċċedix il-BGN 50 000 (<€ 25 000) kif ukoll id-diviżjoni ta' proprjetà immobbli korporali.

Il-qorti reġjonali tikkonsisti mill-president u d-deputati tiegħu, minn segretarju amministrattiv, reġistratur, segretarju, skrivan, uffiċjal tal-qorti u arkivista.

Il-Qrati Distrettwali (DC)

Meta taġixxi bħala qorti tal-prim'istanza l-qorti distrettwali teżamina:

  • Kawżi ċivili – rikorsi biex jiġi stabbilit jew miċħud l-għarfien patern, biex tiġi tterminata l-adozzjoni, kwalunkwe rikors għall-interdizzjonijiet, kif ukoll rikorsi dwar kawżi ċivili fejn l-ispejjeż tal-azzjoni jeċċedu l-BGN 50 000 (> €25 000).
  • Kawżi kriminali – kawżi dwar reati kontra r-repubblika, omiċidji, serq aggravat, pussess u distribuzzjoni ta' drogi, ħtif ta’ persuni u ċaħda illegali tal-libertà, reati kontra s-sistema doganali, reati kontra s-sistemi finanzjarji, fiskali u tal-assigurazzjoni, kondotta ħażina ta' uffiċjali, korruzzjoni, reati kontra t-trasport li rriżultaw f'mewt, eċċ.
  • Kawżi kummerċjali u tal-kumpaniji – l-entitajiet legali bla skop ta' qligħ huma rreġistrati fil-qorti distrettwali, li teżamina wkoll il-kwereli kontra ċ-ċaħdiet mill-Aġenzija tar-Reġistrar skont l-Att dwar ir-Reġistrar Kummerċjali. Il-qorti distrettwali teżamina wkoll it-tilwim kummerċjali meta l-ispiża għar-rikors teċċedi l-BGN 25 000, proċedimenti ta' falliment, kif ukoll proċedimenti dwar kwereli kontra l-azzjonijiet tal-aġenti tal-infurzar.
  • Kawżi amministrattivi – skont id-dispożizzjonijiet transitorji u finali tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva, kawżi amministrattivi miftuħin sal-01.03.2007 jiġu eżaminati mill-qrati distrettwali.

Il-qrati distrettwali jinsabu fiċ-ċentri tad-distrett. Fíl-qasam ġudizzjarju ta' kull qorti distrettwali hemm qorti reġjonali waħda jew diversi qrati reġjonali.

F'Sofia hemm stabbilita Qorti tal-Belt u għandha s-setgħat ta' qorti distrettwali.

Ir-reviżjoni intermedja tal-appell f'kawżi ċivili u kriminali

Il-qrati distrettwali jaġġudikaw bħala istanzi ta' reviżjoni intermedja tal-appell f'kawżi ċivili u kriminali li jiġu stabbiliti mil-liġi.

Bħala l-istanza ta' reviżjoni intermedja tal-appell, il-qorti tal-appell teżamina l-atti appellati kontra fil-kawżi tal-qorti distrettwali, kif ukoll kawżi oħra tal-qorti distrettwali li jkunu ġew assenjati lilha mil-liġi.

Ir-reviżjoni tal-appell tal-kassazzjoni f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni taġixxi bħala t-tielet jew l-aħħar istanza fil-kawżi ċivili u kriminali kollha.

Il-bażi tad-data legali

Kull qorti fil-Bulgarija żżomm websajt li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, l-entitajiet legali u l-awtoritajiet amministrattivi. Dawk il-websajts jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura u l-attivitajiet tal-qorti, kif ukoll informazzjoni dwar kawżi li għadhom għaddejjin u kawżi li jkunu diġà ngħalqu.

L-isem u l-URL tal-bażijiet tad-data rispettivi

Il-websajt tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija flimkien mal-indirizzi u l-websajts tagħhom (fil-Bulgarija biss).

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.