Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Awstrija

Fit-taqsima li ġejja għandek issib informazzjoni dwar il-Qrati Ordinarji fi kwistjonijiet Ċivili u Kriminali fl-Awstrija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Qrati Ordinarji - Introduzzjoni

Il-qrati ordinarji huma organizzati fuq erba’ livelli. Inkarigati mill-ġuriżdizzjoni bħalissa (Novembru 2014) hemm responsabbli dawn il-qrati li ġejjin:

  • 116-il Qorti Distrettwali (Bezirksgerichte)
  • 20 Qorti Reġjonali (Landesgerichte)
  • 4 Qrati Reġjonali Superjuri (Oberlandesgerichte)
  • il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)

Mill-bidu tal-2013 permezz tal-amalgamazzjonijiet ta' Qrati Distrettwali fil-Provinċji Federali tal-Awstrija ta' Fuq, l-Awstrija ta' Isfel u l-Istirja, l-għadd ta' Qrati Distrettwali tnaqqas b'mod gradwali għal 116 (mill-1.7.2014). Għall-1 ta' Lulju, 2016, diġà ġiet iffissata amalgamazzjoni oħra, sabiex minn dik id-data jkun hemm 115-il Qorti Distrettwali.

L-interess pubbliku fil-ġustizzja kriminali jitwettaq mill-Uffiċċji ta' Prosekuzzjoni li ġejjin:

  • 16-il Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Staatsanwaltschaften)
  • Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ċentrali għall-Infurzar tal-Kriminalità Ekonomika u l-Korruzzjoni (Zentrale Staatsanwaltschaft zur Verfolgung von Wirtschaftsstrafsachen und Korruption)
  • 4 Uffiċċji Għoljin tal-Prosekutur Pubbliku (Oberstaatsanwaltschaften)
  • l-Uffiċċju tal-Prokuratur Ġenerali (Generalprokuratur)

Responsabbli għas-sentenzi ta' priġunerija hemm 27 ħabs.

A. L-Organizzazzjoni tal-Qrati: Ġuriżdizzjoni ċivili u kriminali

It-tilwim jiġi assenjat lill-ewwel istanza jew lill-qrati distrettwali jew lill-qrati reġjonali. Id-delineazzjoni tal-kompetenzi fi kwistjonijiet ċivili tiġi bażikament iddeterminata skont in-natura tat-tilwima (kompetenza skont l-oġġett), għall-oqsma l-oħra kollha skont il-valur involut fil-kawża (kompetenza skont il-valur tal-litiġju). Il-kompetenza skont l-oġġett tieħu preċedenza fuq il-kompetenza skont il-valur.

Fi kwistjonijiet kriminali id-delineazzjoni tkun ibbażata fuq is-severità tal-piena marbuta mar-reat kriminali.

Il-qrati distrettwali (l-ewwel livell ta' organizzazzjoni)

Il-qrati distrettwali huma qrati tal-ewwel istanza. Huma għandhom il-kompetenza għal:

  • kwistjonijiet ċivili b’valur li ma jaqbiżx EUR 15.000 (Wertzuständigkeit)
  • ċerti tipi ta’ kawżi (indipendentement mill-ammont fil-kwistjoni), speċjalment kawżi relatati mal-familja, il-kirjiet u l-infurzar (Eigenzuständigkeit)
  • deċiżjonijiet fi kwistjonijiet kriminali rigward il-kawżi kollha, fejn ir-reat iġorr multa biss, multa u priġunerija ta' mhux aktar minn sena jew priġunerija biss ta' mhux aktar minn sena (eż. ħsara fuq il-persuna minħabba negliġenza, serq)

Il-qrati reġjonali jew qrati tal-ewwel istanza (it-tieni livell ta' organizzazzjoni)

Il-qrati reġjonali (fi kwistjonijiet kriminali) jew qrati tal-ewwel istanza (fi kwistjonijiet ċivili) huma responsabbli:

  • fl-ewwel istanza għall-każijiet kollha li mhumiex assenjati lill-qrati distrettwali. Barra minn hekk il-kompetenza skont l-oġġett tgħodd għall-kawżi li jirrigwardaw il-Liġi dwar ir-Riskju Nukleari, il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Pubblika, il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, għal kawżi relatati mal-Kompetizzjoni u d-Drittijiet tal-Awtur
  • fit-tieni istanza għall-appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali

Il-qrati reġjonali superjuri jew il-qrati tat-tieni istanza (it-tielet livell ta' organizzazzjoni)

Dawn jikkostitwixxu t-tielet livell ta' organizzazzjoni. Huma jinsabu fi Vjenna (li tkopri lil Vjenna, l-Awstrija ta’ Isfel u l-Burgenland), Graz (li tkopri lil Stirja u Carinthia), Linz (li tkopri l-Awstrija ta’ Fuq u Salzburgu) u Innsbruck (li tkopri t-Tirol u Vorarlberg).

Dawn il-qrati jiddeċiedu f'kawżi ċivili u kriminali, bħala qrati tal-appell (fit-tieni istanza).

Barra minn hekk dawn il-qrati għandhom rwol speċjali fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-president tal-qorti reġjonali superjuri jew tal-qorti tat-tieni istanza huwa l-kap tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-qrati kollha f’dak id-distrett; fil-funzjoni tiegħu, huwa jwieġeb biss lill-Ministru Federali jew il-Ministru tal-Ġustizzja.

Il-Qorti Suprema (ir-raba’ livell ta' organizzazzjoni)

Il-Qorti Suprema fi Vjenna hija l-Qorti tal-aħħar istanza fil-kawżi ċivili u kriminali. Flimkien mal-Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgericht), mal-Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgericht), hija l-Ogħla Qorti (Höchstgericht) fil-pajjiż. Dan ifisser li l-ebda rimedju (domestiku) ieħor ma hu possibbli kontra d-deċiżjonijiet tagħha.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema għandha rwol essenzjali sabiex il-liġi tiġi applikata b'mod uniformi madwar it-Territorju Federali.

Minkejja li l-qrati inferjuri mhumiex marbutin legalment mad-deċiżjonijiet taghha, bħala prinċipju huma jiġu ggwidati mill-ġurisprudenza tal-ogħla qrati.

B. Ġustizzja Ċivili

Il-ġustizzja ċivili hija mibnija fuq il-proċedimenti ċivili ġenerali, il-proċedimenti quddiem it-tribunal industrijali, il-kawżi kummerċjali u l-proċedimenti mhux kontestati.

Fil-proċedura ċivili ġenerali jiġu deċiżi dawk il-kwistjonijiet ta' dritt privat, li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-qorti kummerċjali jew tat-tribunal industrijali, jew li għalihom tgħodd il-proċedura mhux kontenzjuża.

C. Istanzi Differenti

C.1. Istanzi differenti f’Kawżi Ċivili

Fil-proċedimenti ċivili ġenerali bħala prinċipju jeżistu żewġ istanzi differenti, li kull waħda minnhom tista’ tinqasam fi tliet stadji. It-tilwim jiġi assenjat lill-ewwel istanza jew lill-qrati distrettwali jew lill-qrati reġjonali.

Jekk l-ewwel istanza hija fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali, l-appell jiġi ppreżentat fil-qorti tal-ewwel istanza. Hawnhekk il-bord tal-appelli (Berufungssenat) jiddeċiedi dwar l-appell.

Jekk tiġi deċiża minn qorti tal-ewwel istanza, il-ġuriżdizzjoni tal-appell tkun tal-qorti tat-tieni istanza, fejn il-bord tal-appelli jiddeċiedi fit-tieni istanza.

Il-qrati tat-tieni istanza jiġu msejħa biss għal rieżami tad-deċiżjoni fl-ewwel istanza. Huma jiddeċiedu biss bażikament fuq il-bażi ta’ mozzjonijiet fuq il-kwistjoni sostanzjali fi tmiem it-trattazzjoni verbali tal-ewwel istanza u fuq il-fatti ppreżentati sa dan il-punt. Il-qrati tat-tieni istanza jistgħu jiddeċiedu fuq il-każ (billi jikkonfermaw jew jemendaw is-sentenza). Għal dan il-għan, fil-parametri tal-mozzjonijiet u s-sottomissjonijiet magħmula fl-ewwel istanza, jistgħu jirrepetu l-proċedura kollha jew parti minnha jew ikompluha jew jaqilbu s-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza u jitolbuha tagħti sentenza mill-ġdid, jew jiċħdu t-talba.

F'każijiet li jkunu jeħtieġu kjarifika dwar kwistjonijiet legali li jkunu ta' importanza bażika, jista' jerġa' jsir appell quddiem il-Qorti Suprema.

Il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali u għalhekk fid-deċiżjoni tagħha hija marbuta mal-fatti diġà stabbiliti. Hija tevalwa għalhekk biss il-korrettezza ta’ deċiżjoni mogħtija fuq din il-bażi jew tindika xi invaliditajiet u, f’għadd limitat, anki nuqqasijiet fi proċeduri preċedenti. Il-Qorti Suprema m’għandhiex biss funzjoni ta’ Qorti tal-Appell; anki hija stess tista’ tiddeċiedi fil-kwistjoni (billi tikkonferma jew temenda sentenza), tħassar is-sentenzi preċedenti u titlob lill-qorti tal-ewwel jew tat-tieni istanza biex jieħdu deċiżjoni mill-ġdid, jew tiċħad it-talba.

Fl-ewwel istanza, fil-maġġoranza tal-każijiet, jiddeċiedi imħallef wieħed (u fi kwistjonijiet ta’ ’l fuq minn EUR 100 000, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, jiddeċiedi Bord magħmul minn tliet imħallfin). Fit-tieni istanza jiddeċiedi Bord magħmul minn tliet imħallfin, fil-Qorti Suprema Bord ikun magħmul minn ħames imħallfin. Meta l-kwistjoni legali tkun ta’ importanza fundamentali (bħal pereżempju, it-tibdil ta’ prattika stabbilita fil-liġi), fil-Qorti Suprema jiġi ffurmat l-hekk imsejjaħ Bord imsaħħaħ magħmul minn ħdax-il Imħallef.

C.2. Istanzi Differenti f'Każijiet Kriminali

F’kawżi kriminali l-istanzi differenti jkunu fuq żewġ stadji.

Jekk il-qorti distrettwali tal-ewwel istanza tiddeċiedi jistgħu jsiru appelli:

  • minħabba raġunijiet ta' nullità
  • kontra l-istabbiliment tal-ħtija u s-severità tal-piena

L-appelli jiġu deċiżi minn Bord ta' tliet imħallfin mill-qorti reġjonali.

Jekk il-kawża tiġi deċiża fl-ewwel istanza minn imħallef wieħed tal-qorti reġjonali (dan japplika għar-reati u d-delitti kollha li jkollhom piena massima ta’ ħames snin priġunerija, pereżempju, xhieda falza quddiem il-Qorti), l-appell jista’ jsir:

  • minħabba raġunijiet ta' nullità
  • kontra l-istabbiliment tal-ħtija u s-severità tal-piena

Id-deċiżjoni tittieħed minn Bord magħmul minn tliet imħallfin.

Fil-każ li qorti reġjonali tkun aġixxiet fl-ewwel istanza bħala qorti lokali kriminali (Schöffengericht) jew permezz ta' ġuri (Geschworenengericht), il-Qorti Suprema tissejjaħ biex tiġi annullata s-sentenza. Jekk min-naħa l-oħra jiġu ppreżentati appelli kontra s-severità tas-sentenza, jiddeċiedi l-Bord tal-imħallfin.

D. L-Appelli

Fi proċeduri ċivili ġenerali s-sentenzi tal-ewwel istanza jistgħu jiġu kkontestati bil-mezz legali tal-appell. Appell jista’ jsir fil-każijiet kollha fuq il-bażi ta’ nullità jew ta’ sentenza legalment inġusta, f’każijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi jew fi kwalunkwe każ fejn l-ammont fil-kwistjoni huwa ’l fuq minn EUR 2 700 kif ukoll minħabba nuqqasijiet fil-proċedura jew fatti li ġew stabbiliti b’mod żbaljat.

Sentenzi fit-tieni istanza jistgħu jiġu kkontestati permezz ta' appell dwar punti legali. Dan it-tip ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema madankollu huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet li jiddependu mis-suġġett fil-kwistjoni. Bħala prinċipju, il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali ta’ ċerta importanza; il-preżenza ta' tali kwistjonijiet hija għalhekk rekwiżit, biex il-Qorti Suprema taċċetta r-rikors. Minkejja dan, f’ċerti każijiet, sentenzi mogħtija fit-tieni istanza li jirrigwardaw ammont inqas minn EUR 5 000 xorta waħda ma jistgħux jiġu kkontestati jew, it-talba għal reviżjoni quddiem il-Qorti Suprema irid jiġi awtorizzat mill-qorti tat-tieni istanza (direttament jew permezz ta’ applikazzjoni ġdida) meta l-ammont fil-kwistjoni ma jaqbiżx EUR 30 000.

E. Bażijiet ta' dejta ġuridika

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak (http://www.justiz.gv.at/) tinforma b'mod ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka.

L-aċċess għall-bażi ta' dejta legali huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak huwa mingħajr ħlas.

Links Korrispondenti

Ġuriżdizzjoni tal-Qrati - L-Awstrija

L-aħħar aġġornament: 18/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna