Izvorna jezična inačica ove stranice njemački nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Njemačka

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Ġermanja.

Sadržaj omogućio
Njemačka
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Qrati ordinarji – introduzzjoni

Kompetenza fi kwistjonijiet ċivili

Il-qrati lokali (Amtsgerichte) bħala qrati tal-prim’istanza għandhom kompetenza f’kawżi ċivili – prinċipalment f’kawżi fejn il-valur tal-kawża huwa ta’ €5000 jew anqas. Għandhom ukoll kompetenza fi kwistjonijiet li ma jiddependux mill-valur tal-kawża, bħal tilwim dwar kirjiet u kwistjonijiet familjari u ta’ manteniment.

Il-kawżi fil-qrati lokali jistgħu jinstemgħu minn imħallef individwali.

Il-qrati reġjonali (Landgerichte) bħala qrati tal-prim’istanza għandhom kompetenza fil-kawżi tal-liġi ċivili li jinvolvu tilwim kollu li ma jiġix assenjat lill-qrati lokali. Ġeneralment, dan ikun tilwim fejn il-valur tal-kawża ikun iktar minn €5000.

Fil-prinċipju, il-kawżi quddiem il-qrati reġjonali jinstemgħu wkoll minn imħallef individwali. Il-kwistjonijiet diffiċli u l-kawżi li għandhom importanza fundamentali, però, jiġu deċiżi fl-uffiċċji tal-imħallfin, jiġifieri tribunal magħmul minn tlitt imħallfin professjonali.

Il-qrati reġjonali tat-tieni istanza jisimgħu kawżi fi tribunali ċivili fi ħdan il-qrati reġjonali. Dawn ġeneralment ikunu magħmula minn tlitt imħallfin, li jisimgħu l-appelli mis-sentenzi tal-qrati lokali.

Barra minn hekk, fil-qrati reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti uffiċċji tal-imħallfin għal kwistjonijiet kummerċjali. Dawn ġeneralment ikunu responsabbli mit-tilwim tal-ewwel u tat-tieni istanzi bejn il-kummerċjanti/in-negozjanti. Dawn l-uffiċċji jkunu magħmula minn imħallef professjonali wieħed u minn żewġt imħallfin popolari li jkunu negozjanti.

Il-qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichte) ġeneralment ikunu qrati tat-tieni istanza. F’kawżi ċivili, dawn jisimgħu l-appelli mis-sentenzi tal-qrati reġjonali, u l-appelli mis-sentenzi tal-qrati lokali fi kwistjonijiet familjari.

Is-senati tal-qrati reġjonali superjuri, fil-prinċipju, jikkonsistu fi tlitt imħallfin professjonali. Il-kawżi ċivili li ma jkollhom l-ebda diffikultà speċjali u li ma jkollhomx importanza fundamentali, però, jistgħu jiġu ttrasferiti f’idejn imħallfin individwali.

L-ogħla qorti ordinarja hija l-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof), li hija l-qorti li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma jkun hemm l-ebda appell u li tittratta l-appelli fuq punti ta’ liġi biss. Is-senati tal-qorti federali superjuri huma magħmula minn ħamest imħallfin professjonali.

Kompetenza fi kwistjonijiet kriminali

Qrati tal-prim’istanza

L-Att dwar il-Ġudikatura (Gerichtsverfassungsgesetz – GVG) jistabbilixxi l-kompetenza tal-qrati fil-proċedimenti kriminali. Il-qorti lokali (Amtsgericht) hija l-qorti tal-prim’istanza fil-kwistjonijiet kriminali, sakemm ma tkunx stabbilita l-kompetenza tal-qorti reġjonali jew tal-qorti reġjonali superjuri (numri 1 sa 3 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 GVG). Fil-prinċipju, (Artikolu 25 GVG) id-deċiżjoni tittieħed minn imħallef wieħed tal-qorti kriminali, jekk:

  • Tikkonċerna reat (Vergehen), jew
  • Qed issir bħala prosekuzzjoni pubblika, u
  • Jekk ma tkunx antiċipata penali iktar iebsa minn sentenza ta’ sentejn ħabs.

Fil-każijiet kollha l-oħra, tkun responsabbli qorti tal-maġistrati (ġurija; Artikolu 28 GVG); din tkun magħmula minn imħallef professjonali wieħed u minn evalwaturi popolari.

Il-kawżi assenjati lill-qrati tal-maġistrati jikkonċernaw delitti li jkunu medjament serji, li fir-rigward tagħhom ikollha kompetenza l-qorti lokali (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 GVG), sakemm ma jkunux ġew assenjati lil imħallef tal-qorti kriminali (Artikolu 25 GVG). Dan jinvolvi kawżi fejn il-penali antiċipata tkun sentenza ħabs ta’ bejn sentejn u erba’ snin. Barra minn hekk, qorti tal-maġistrati hekk imsejħa estiża tista’ tisma’ kawża bħal din fuq it-talba tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 29 GVG) – jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-qorti jikkunsidraw li tinħtieġ konsultazzjoni addizzjonali ma’ mħallef professjonali ieħor minħabba n-natura tal-kwistjoni.

Il-kompetenza tal-qorti reġjonali (Landgericht) tal-prim’istanza hija pprovduta fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 74 GVG. Għaldaqstant, il-qorti reġjonali hija responsabbli mid-delitti kollha li la l-qorti lokali u lanqas il-qrati reġjonali superjuri mhuma responsabbli għalihom, jiġifieri fejn ikun antiċipat perjodu itwal ta’ ħabs.

Għandu jiġi nnotat li l-liġi kriminali Ġermaniża tagħmel distinzjoni bejn “reat” (Vergehen) fuq in-naħa l-waħda, u “delitt” (Verbrechen) fuq l-oħra. Delitt f’dan is-sens (skont il-Kodiċi Kriminali Federali) huwa att kriminali li fir-rigward tiegħu l-liġi tipprovdi għal penali minima ta’ mill-inqas sena ħabs. B’hekk, id-delitti huma l-iktar atti kriminali serji.

Il-qorti reġjonali hija wkoll responsabbli mir-reati kriminali l-oħra kollha fejn il-penali antiċipata teċċedi l-erba’ snin (każ 1, it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 74 GVG). Din il-qorti jkollha kompetenza wkoll jekk l-uffiċċju tal-prosekutur jiddeċiedi li jiftaħ kawża fil-qorti reġjonali minħabba l-importanza speċjali tal-kawża, anki jekk ikollha kompetenza l-qorti lokali.

It-tribunali fil-qorti reġjonali jinstemgħu mid-diviżjoni tal-qorti kriminali. Id-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza jittieħdu minn qorti kriminali kbira (Große Strafkammer) u ġeneralment jinstemgħu minn tlitt imħallfin professjonali u minn żewġ evalwaturi popolari. Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 76 GVG, qorti kriminali kbira tista’ tiddeċiedi fil-bidu ta’ proċess li l-kawża tista’ tinstema’ minn żewġt imħallfin professjonali u minn żewġ evalwaturi popolari biss.

Il-qorti reġjonali superjuri hija qorti tal-prim’istanza għad-delitti u għar-reati elenkati fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-Artikolu 120 GVG, li l-parti l-kbira minnhom jikkonċernaw is-sigurtà/l-eżistenza tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Is-senati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja jistgħu jisimgħu l-kawża b’ħamest imħallfin professjonali, inkluż l-imħallef li jippresjedi. Madankollu, meta jibda l-proċess, is-senat għall-kwistjonijiet kriminali jista’ jiddeċiedi li l-kawża tista’ tinstema’ minn tlitt imħallfin professjonali, inkluż l-imħallef li jippresjedi, sakemm is-serjetà jew id-diffikultà tal-kwistjoni ma turix il-ħtieġa tal-parteċipazzjoni ta’ żewġt imħallfin professjonali oħrajn (l-ewwel u t-tieni sentenzi tat-tieni pargrafu tal-Artikolu 122 tal-Att dwar il-Ġudikatura / GVG).

Appelli

Meta jsir appell minn sentenza tal-qorti lokali, ir-rimedju normali huwa li l-appell jitressaq quddiem il-qorti reġjonali (Artikolu 312 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali [StPO]), fejn l-appell jinstema’ minn dik li tissejjaħ qorti/diviżjoni kriminali żgħira (kleine Strafkammer). Din hija magħmula minn imħallef professjonali wieħed u minn żewġ evalwaturi popolari. Fil-każ tal-appelli mis-sentenza ta’ qorti tal-maġistrati estiża tal-qorti lokali, jingħaqad magħhom imħallef professjonali ieħor. Barra minn hekk (Artikolu 335 StPO), mis-sentenzi tal-qorti lokali tal-prim’istanza jista’ jsir dak li jissejjaħ “appell b’qabża ’l quddiem” (“Sprungrevision”), li dwaru tista’ tiddeċiedi l-qorti reġjonali superjuri.

Appell fuq punti ta’ liġi (Revision) jista’ jiġi ppreżentat kontra s-sentenzi kollha fil-qrati tal-prim’istanza – kemm tal-qorti reġjonali kif ukoll tal-qorti reġjonali superjuri – (Artikolu 333 StPO). Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja hija l-qorti tal-appell (Revisionsinstanz) mid-deċiżjonijiet kollha tal-qorti reġjonali superjuri u tal-qrati kriminali l-kbar (diviżjonijiet) tal-qorti reġjonali (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 135 GVG). Is-senati tal-Qorti Federali Superjuri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-reviżjoni b’ħames membri professjonali, inkluż l-imħallef li jippresjedi. L-appelli minn sentenzi (oħrajn) tal-qrati reġjonali jiġu deċiżi mill-qrati reġjonali superjuri.

Links relatati

Qorti Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 29/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici