Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici već su prevedeni.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Češka

Is-sistema tal-qrati fir-Repubblika Ċeka tikkonsisti fi 89 qorti distrettwali, tmien qrati reġjonali, u l-Qorti Suprema.

Sadržaj omogućio
Češka

Qrati Ġenerali - Daħla

Ġurisdizzjoni f’kawżi ċivili

Il-kawżi ċivili jiġu indirizzati mill-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka.

Qrati Ġenerali

Il-qrati distrettwali jisimgħu u jiġġudikaw tilwim u kwistjonijiet legali oħra f’kawżi ċivili, dwar l-impjiegi, il-familja u dawk kummerċjali kull fejn l-ebda qorti oħra ma jkollha ġurisdizzjoni materjali fuqhom skont il-liġi.

Kawżi oħra li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi privata (pereżempju dawk li jikkonċernaw il-ħatra jew is-sensja tal-arbitri, ir-revoka ta’ sentenza tal-arbitraġġ, eċċ) jinstemgħu u jiġu ġġudikati mill-qrati distrettwali fil-proċedimenti ċivili, jekk il-liġi tippreskrivi hekk.

Il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ qorti distrettwali normalment jiġu ġġudikati minn imħallef uniku li jippresjedi waħdu.

Il-kawżi dwar l-impjiegi u kawżi oħra speċifikati mil-liġi jinstemgħu minn bord li jkun jinkludi mħallef u żewġ persuni mhux esperti.

Il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tal-prim'istanza fil-kawżi u t-tilwim definiti fl-Artikolu 9(2) u u l-Artikolu 9a tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-kawżi mressqa quddiem qorti reġjonali li taġixxi bħala l-qorti tal-prim'istanza jinstemgħu u jiġu ġġudikati minn imħallef uniku li jippresjedi waħdu; fejn ikun preskritt mil-liġi, il-kawżi fil-qrati tal-prim'istanza jinstemgħu u jiġu ġġudikati minn bord li jinkludi mħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin oħra.

Il-Qorti Suprema taġixxi bħala qorti tal-prim'istanza skont it-Taqsima 67 tal-Att Nru 97/1963 (l-Att dwar il-Liġi Internazzjonali Privata u Proċedurali); skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ dak l-Att, il-Qorti Suprema tirrikonoxxi s-sentenzi maħruġa mill-qrati barranin.

Il-Qorti Suprema twettaq is-seduti f'bordijiet jew Bordijiet Ewlenin.

It-Tieni Istanza

Meta kawża tinstema’ minn qorti distrettwali fil-prim'istanza, il-qorti tal-appell (il-qorti tat-tieni istanza) hija qorti reġjonali.

Meta kawża tistema’ minn qorti reġjonali fil-prim'istanza, il-qorti tal-appell tkun qorti superjuri.

Il-qrati superjuri jwettqu s-seduti f’bordijiet li jinkludu mħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin oħra, sakemm ma jkunx hemm liġi speċjali li tipprevedi mod ieħor.

Bażi ta' dejta legali

L-atti leġiżlattivi maħruġa mir-Repubblika Ċeka huma disponibbli (biċ-Ċek biss) fil-websajt uffiċjali tal-gvern Portál vlády ÈR.

Il-bażi ta’ dejta legali tista’ tiġi kkonsultata bla ħlas?

Iva. Din il-websajt hija l-uniku post li jipprovdi t-testi tal-atti leġiżlattivi bla ħlas.

Ġurisdizzjoni f’kawżi kriminali

Il-kawżi kriminali jiġu indirizzati mill-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati superjuri u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka.

Qrati tal-prim'istanza

Sakemm l-Att Nru 141/1961 dwar proċessi kriminali ma jipprevedix mod ieħor, il-proċedimenti fil-prim'istanza jitwettqu minn qorti distrettwali.

Il-qrati distrettwali jiġġudikaw il-kawżi li huma speċifikati f'atti ġuridiċi li jikkonċernaw proċedimenti li jsiru fi qrati li jwettqu s-seduta bħala bord; kawżi oħra jistemgħu minn imħallef uniku li jippresjedi waħdu. Il-bordijiet tal-qrati distrettwali jinkludu mħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin assoċjati. "Imħallef waħdu li jippresjedi waħdu” tfisser imħallef jew imħallef li jippresjedi. L-imħallfin biss jistgħu jaġixxu bħala mħallfin li jippresjedu.

Il-proċedimenti tal-prim'istanza f’kawżi kriminali jitwettqu mill-qrati reġjonali jekk il-piena preskritta legalment għar-reati involuti tkun mill-inqas ħames snin ħabs, jew jekk tkun tista’ tiġi imposta piena speċjali. Il-proċedimenti fir-rigward tar-reati kriminali speċifikati fl-Artikolu 17(1) tal-Att dwar il-Proċessi Kriminali jitwettqu fil-prim'istanza minn qorti reġjonali anke meta t-terminu minimu ta’ ħabs ikun aktar baxx.

Il-qrati reġjonali jwettqu s-seduta f’bordijiet. L-imħallfin uniċi li jippresjedu weħidhom jiġġudikaw il-kawżi speċifikati fl-atti ġuridiċi rilevanti li jikkonċernaw il-proċedimenti tal-qrati.

Il-bordijiet tal-qrati reġjonali jinkludu:

a)      imħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin assoċjati, meta l-bord ikun qed jaġixxi bħala qorti tal-prim'istanza f’kawża kriminali;

b)      imħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin f’kawżi oħra.

"Imħallef waħdu li jippresjedi waħdu” tfisser imħallef jew imħallef li jippresjedi. L-imħallfin biss jistgħu jaġixxu bħala mħallfin li jippresjedu.


It-Tieni Istanza

L-appelli kontra s-sentenzi tal-qrati distrettwali jinstemgħu minn qorti reġjonali superjuri. L-appelli kontra sentenzi maħruġa minn qorti reġjonali li taġixxi bħala qorti ġenerali jinstemgħu minn qorti superjuri.

Qorti superjuri twettaq is-seduti f’bordijiet li jinkludu mħallef li jippresjedi u żewġ imħallfin oħra, sakemm ma jkunx hemm liġi speċjali li tipprevedi mod ieħor.

Ġurisdizzjoni f’kawżi amministrattivi

Ir-rwol tal-ġustizzja amministrattiva huwa li tipproteġi d-drittijiet pubbliċi soġġettivi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

Dan ir-rwol jitwettaq mill-qrati amministrattivi. Dawn huma awli speċjalizzati fi ħdan is-sistema tal-qrati reġjonali u jaġixxu bħala qrati amministrattivi ġenerali.

Il-qrati amministrattivi huma magħmula mill-imħallef li jippresjedi, id-deputati mħallfin li jippresjedu u mħallfin oħra. Il-kawżi individwali jinstemgħu minn bordijiet magħmula minn tliet imħallfin.

Il-qrati amministrattivi jindirizzaw:

a)      l-ilmenti kontra deċiżjonijiet maħruġa fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika minn awtorità amministrattiva, jiġifieri minn awtorità eżekuttiva, l-awtorità ta’ entità ġeografika awtoregolatorja, persuna fiżika jew ġuridika jew xi awtorità oħra li tkun mitluba biex tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika;

b)      il-protezzjoni kontra n-nuqqas li taġixxi awtorità amministrattiva;

c)      il-protezzjoni jekk ikun hemm azzjoni illegali minn awtorità amministrattiva;

d)     l-ilmenti li jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni;

e)      il-kawżi li jikkonċernaw l-elezzjonijiet u r-referenda lokali/reġjonali;

f)       il-kawżi li jinvolvu partijiet u movimenti politiċi;

g)      ir-revoka sħiħa jew parzjali ta’ miżuri ġenerali minħabba l-illegalità tagħhom;

h)      il-kawżi li jikkonċernaw ir-responsabbiltà dixxiplinarja tal-imħallfin, l-uffiċjali tal-qrati, il-prosekuturi pubbliċi u l-marixxalli tal-qorti, u

i)        il-kawżi relatati ma’ ċerti regoli li jirregolaw il-professjonijiet.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija l-qorti amministrattiva tal-aħħar istanza u tinkludi l-imħallef li jippresjedi l-Qorti Amministrattiva Suprema, id-dputati mħallfin li jippresjedu u l-imħallfin. Il-kawżi individwali normalement jinstemgħu minn bord magħmul minn tliet imħallfin.

Minbarra li tisma’ l-appelli, il-Qorti Amministrattiva Suprema tisma’ kawżi dwar ix-xoljiment ta' partijiet politiċi jew movimenti politiċi, dwar is-sospensjoni jew il-bidu mill-ġdid tal-attivitajiet tagħhom, dwar l-ilmenti li jikkonċernaw il-ġurisdizzjoni u dwar ir-revoka sħiħa jew parzjali ta' miżuri li għandhom natura ġenerali. Ġurisdizzjoni materjali ulterjuri tiġi assenjata lill-Qorti Amministrattiva Suprema permezz ta’ liġijiet speċjali.

Aktar dettalji jistgħu jinsabu fil-websajt li ġejja :Evropský soudní atlas ve vìcech obèanských – Soustava soudù v Èeské republice [Atlas Ewropew tal-Qrati għall-kawżi ċivili - Sistema tal-Qrati fir-Repubblika Ċeka].

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fil-websajt li ġejja: Nejvyšší správní soud [Qorti Amministrattiva Suprema].

Referenzi relatati

Organizzazzjoni tas-sistema tal-Qrati

Sistema ġudizzjarja

L-aħħar aġġornament: 09/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici