Izvorna jezična inačica ove stranice grčki nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Qrati ordinarji nazzjonali

Cipar

Fir-Repubblika ta’ Ċipru hemm qrati ta’ żewġ istanzi biss: il-Qorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο), li tiddeċiedi l-appelli kollha minn sentenzi mogħtija minn qorti tal-ewwel istanza, u l-qrati tal-ewwel istanza li ġejjin: Qrati Distrettwali (Επαρχιακά Δικαστήρια) Qrati tal-Assizi (Κακουργιοδικεία) Qorti tal-Familja (Οικογενειακό Δικαστήριο) Tribunal tal-Kontroll tal-Kera (Δικαστήριο Ελέγχου Ενοικιάσεων) Tribunal tat-Tilwim Industrijali (Δικαστήριο Εργατικών Διαφορών), u Qorti Militari (Στρατοδικείο).

Sadržaj omogućio
Cipar
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Qrati ordinarji – Introduzzjoni

Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema hija komposta minn 13-il imħallef, b’wieħed minnhom ikun il-President. Il-Qorti Suprema għandha l-ġurisdizzjonijiet li ġejjin:

Qorti tal-Appell

Il-Qorti Suprema tisma’ l-appelli kollha mill-qrati inferjuri fi kwistjonijiet ċivili u kriminali. Ġeneralment, l-appelli jinstemgħu minn bord ta’ tlitt imħallfin. Is-smigħ tal-appell huwa bbażat fuq l-atti proċesswali tal-qorti inferjuri (il-Qorti Suprema tisma’ evidenza biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali u ferm rari). Meta teżerċita l-ġurisdizzjoni rigward l-appelli tagħha, il-Qorti Suprema tista’ ssostni, tvarja jew tannulla d-deċiżjoni appellata jew tista’ tordna ritrattazzjoni.

Qorti ta’ Reviżjoni

Il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex tisma’ kwalunkwe rikors imressaq kontra deċiżjonijiet, atti jew omissjonijiet min-naħa ta’ persuni jew ta’ organi li jeżerċitaw awtorità amministrattiva. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla kwalunkwe att amministrattiv eżekuttiv li jeċċedi jew jabbuża mill-poter jew imur kontra l-liġi jew il-Kostituzzjoni.

Ċitazzjonijiet prerogattivi

Il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex toħroġ iċ-ċitazzjonijiet prerogattivi ta’ habeas corpus, mandamus, certiorari, quo warranto u projbizzjoni.

Ammiraljat

Il-Qorti Suprema għandha ġurisidizzjoni oriġinali u tal-appelli f’kawżi li jinvolvu lill-ammiraljat. Fl-ewwel istanza, il-kawża tinstema’ minn imħallef wieħed u f’sede ta’ appell il-kawża tinstema’ min-numru sħiħ ta’ mħallfin.

Petizzjonijiet elettorali

Bħala qorti elettorali, il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni esklużiva biex tisma’ petizzjonijiet dwar l-intepretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet elettorali.

Kwistjonijiet kostituzzjonali

Il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità ta’ kwalunkwe liġi u biex issolvi kunflitti ta’ poteri jew ta’ kompetenzi li jinqalgħu bejn id-diversi organi tal-Istat. Il-Qorti Suprema tiddeċiedi anki dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet li fir-rigward tagħhom il-President tar-Repubblika (Πρόεδρος της Δημοκρατίας) jeżerċita d-dritt kostituzzjonali tiegħu għal rikors.

Qrati Distrettwali

Il-Qrati Distrettwali għandhom ġurisdizzjoni biex jisimgħu fl-ewwel istanza kwalunkwe rikors ċivili (ħlief għall-kawżi relatati mal-ammiraljat) u kwalunkwe kawża kriminali għal reati li jġorru piena sa ħames snin ħabs. Hemm Qorti Distrettwali f’kull distrett amministrattiv ta’ Ċipru. Il-kawżi jinstemgħu minn imħallef wieħed u ma jkunx hemm ġurija.

Qrati tal-Assiżi

Quddiem il-Qrati tal-Assiżi jitressqu biss kawżi kriminali, Ġeneralment, quddiem il-Qrati tal-Assiżi jitressqu biss l-iktar kawżi serji fejn is-sentenza għar-reat tkun ta’ iktar minn ħames snin ħabs. Kull Qorti tal-Assiżi hija komposta minn tlitt imħallfin. Id-deċiżjonijiet kollha jittieħdu b’maġġoranza. M’hemm l-ebda ġurija.

Bażijiet tad-dejta legali

Għad m’hemm l-ebda bażi tad-dejta legali uffiċjali. Hemm għadd ta’ bażijiet tad-dejta legali privati, b’uħud minnhom jipprovdu servizzi lill-abbonati u oħrajn jipprovdu aċċess mingħajr ħlas.

Dawn jinkludu informazzjoni dwar sentenzi tal-qrati u leġiżlazzjoni primarja.

Links relatati

Qorti Suprema ta’ Ċipru

L-aħħar aġġornament: 23/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici