National courts and other non-judicial bodies

In the European Union, the protection of fundamental rights is guaranteed both at national level by Member States' constitutional systems and at EU level by the Charter of Fundamental Rights of the European Union.

The European Court of Human Rights in Strasbourg, which is not an EU institution but an organ of the Council of Europe, provides an additional layer of protection in case of alleged violations of the rights set out in the European Convention on Human Rights.

The EU Charter of Fundamental Rights sets out a series of individual rights and freedoms. It entrenches the rights developed in the case law of the Court of Justice of the EU, found in the European Convention on Human Rights, as well as other rights and principles resulting from the constitutional traditions of EU Member States and other international instruments.

Drawn up by government representatives and parliamentarians from all EU countries, the Charter sets out fundamental rights – such as freedom of expression or religion, as well as economic and social rights – reflecting Europe's common values and constitutional heritage. The Charter also contains newer, so-called "third generation" rights, such as the right to data protection and the right to good administration.

If you consider that your fundamental rights have been violated, you have the possibility to seek help from various institutions or authorities in the Member States, or, under certain conditions, at EU level.

This section provides information on the institutions to contact in cases of violation of fundamental rights. Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

At national level

The Charter of Fundamental Rights of the European Union applies to Member States only when they are implementing EU law. The public authorities of the Member States – legislative, executive and judicial – are only bound to comply with the Charter when implementing EU law, notably when they are applying EU regulations or decisions or implementing EU directives. Judges in the Member States, under the guidance of the Court of Justice, have the power to ensure that the Charter is respected by the Member States only when they are implementing EU law.

If a situation does not relate to EU law, it is up to national authorities, including the courts, to enforce fundamental rights. Where the Charter does not apply, fundamental rights continue to be guaranteed at national level according to the national constitutional systems. Member States have extensive national rules on fundamental rights, the respect of which is guaranteed by national courts.

All Member States have made commitments under the European Convention of Human Rights, independently of their obligations under EU law. Therefore, as a last resort, and after exhausting all remedies available at national level, individuals may bring an action at the European Court of Human Rights in Strasbourg for violation by a Member State of a fundamental right guaranteed by the European Convention on Human Rights.

The European Court of Human Rights has designed an admissibility checklist in order to help potential applicants work out for themselves whether there may be obstacles to their complaints being examined by the Court.

At EU level

The role of the European Commission

The EU Charter of Fundamental Rights applies to all actions by EU institutions. The role of the Commission is to ensure that its legislative proposals respect the Charter. All EU institutions (and notably the European Parliament and the Council) are responsible for respecting the Charter throughout the legislative process.

The Charter applies to Member States only when they are implementing EU law. If an individual considers that a national authority has violated the Charter when implementing EU law, he can complain to the Commission, which has the power to start infringement proceedings against the Member State.

The Commission is not a judicial body or a court of appeal against the decisions of national or international courts. Nor does it, as a matter of principle, examine the merits of an individual case, except if this is relevant to carry out its task of ensuring that the Member States apply EU law correctly. In particular, if it detects a wider problem, the Commission can contact the national authorities to have it fixed, and ultimately it can take a Member State to the Court of Justice. The objective of these proceedings is to ensure that the national law in question - or a practice by national administrations or courts - is aligned with the requirements of EU law.

The Court of Justice of the European Union

The Court of Justice in Luxembourg is an institution of the European Union. It is the final authority in relation to the Treaties, the Charter and EU law. It makes sure that they are interpreted and applied in the same way across the Union, and that EU institutions and the Member States do what EU law requires of them.

When individuals or businesses consider that an act of the EU institutions directly affecting them violates their fundamental rights, they can bring their case before the Court of Justice, which subject to certain conditions has the power to annul such act. However, an individual cannot bring an action against another person (natural or legal) or against a Member State before the Court of Justice.

The European Court of Human Rights

The entry into force of the Lisbon Treaty requires the European Union to accede to the European Convention on Human Rights. When this process is completed, individuals who consider their human rights have been violated by the EU, after exhausting all remedies available at national level, will also be able to bring their case in front of the European Court of Human Rights. This will introduce an additional judicial control in terms of protecting fundamental rights in the EU.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Drittijiet fundamentali - Belġju

Il-Qrati

Medjaturi istituzzjonali/ombudsmen

Korpi speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Pajjiżi oħra

Il-Qrati

Kull tip ta' tilwim dwar l-eżerċizzju u t-tgawdija tad-drittijiet, inklużi d-drittijiet fundamentali jista' jitressaq quddiem il-qrati u t-tribunali Belġjani. Skont il-każ, il-proċedimenti fil-qrati u t-tribunali jistgħu jinbdew minn individwi jew mill-awtoritajiet pubbliċi.

Liem ikun it-tribunal kompetenti jiddependi min-natura u l-gravità tal-infrazzjoni, jew mill-istatus tal-partijiet (negozjant, ġurnalist, eċċ).

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-ġuriżdizzjoni li tivverifika li l-liġijiet, digrieti u ordinanzi huma konformi mad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Kostituzzjoni:

  • It-titolu II "Fuq il-Belġjani u drittijiethom" (l-Artikoli 8 sa 32);
  • L-Artikoli 170 u 172 (legalità u ekwità fit-taxxi);
  • L-Artikolu 191 (ħarsien tal-barranin)

Tagħrif dwar l-organizzazzjoni tal-qrati u t-tribunali u l-kompetenzi tagħhom jinsab fuq il-paġni ta' dan il-portal li jittrattaw:

Ħoloq relatati

Medjaturi istituzzjonali

Il-medjaturi istituzzjonali, magħrufa wkoll bħala ombudsmen, huma organi ta' kontroll indipendenti stabbiliti mill-assemblej parlamentari (federali jew reġjonali) biex jeżaminaw l-ilmenti taċ-ċittadini rigward atti tal-awtoritajiet amministrattivi jew dwar kif dawn joperaw. Fil-qafas ta' din il-kompetenza ġenerali, huma jistgħu jirċievu lmenti li jolqtu direttament jew indirettament id-drittijiet tal-bniedem. Il-medjaturi jivverifikaw li l-amministrazzjoni tkun aġixxiet skont l-istrumenti ta' ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u n-normi ta' mġiba amministrattiva tajba.

Dan ir-rwol ta' medjatur ma għandux jitħawwad mal-medjazzjoni privata li ssir fil-qafas ta' proċedura ġudizzjarja ċivili jew penali.

Il-medjaturi/ombudsmen jistgħu jiġu kkuntattjati minn kull min ikollu lment kontra awtorità amministrattiva. L-involviment tagħhom huwa bla ħlas. Huma jkollhom setgħat investigattivi estensivi.

Il-medjaturi/ombudsmen jipprovaw isolvu l-ilment mal-amministrazzjoni u jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti biex tirranġa l-problemi misjuba. Ir-rapport tagħhom isir pubbliku.

Liema medjaturi/ombudsmen ikunu kompetenti jiddependi mill-funzjoni tal-awtorità amministrattiva kkonċernata.

Fil-livell federali, iċ-ċittadin jista' jikkuntattja lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjatur federali.

Fil-livell tar-Reġjuni u tal-Komunitajiet, iċ-ċittadin jista' jikkuntattja lis-servizzi li ġejjin:

Hemm ukoll ombudsmen speċjalizzati għat-tfal:

Korpi speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

  • Korpi għall-ugwaljanza

Iċ-ċentru għall-opportunitajiet indaqs u għall-ġlieda kontra r-razziżmu

L-għanijiet taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għall-opportunitajiet indaqs u għall-ġlieda kontra r-razziżmu jinkludu l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra kull forma ta' distinzjoni, ta' esklużjoni, ta' restrizzjoni jew ta' preferenza bbażata fuq n-nazzjonalità, l-hekk imsejħa razza, lewn il-ġilda, id-dixxendenza, l-oriġini nazzjonali jew etnika, l-orjentazzjoni sesswali, l-istat ċivili, it-twelid, il-ġid, l-età, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, l-istat tas-saħħa attwali jew futur, id-diżabilità, it-twemmin politiku, il-karatteristiċi fiżiċi jew ġenetiċi jew l-oriġini soċjali.

Iċ-ċentru jista' jiġi kkuntattjat minn:

  • kull min ikollu mistoqsijiet jew ikun jixtieq jikseb parir dwar diskriminazzjoni, razziżmu, residenza jew id-drittijiet fundamentali tal-barranin
  • kull min kien vittma jew xhud ta' diskriminazzjoni jew att ta' razziżmu.

Is-servizz tal-ewwel linja taċ-Ċentru jagħti l-ewwel tweġiba u jekk ikun hemm bżonn jiġbor informazzjoni supplimentari biex il-fajl ikompli jiġi ttrattat.

Jekk ikun hemm bżonn ta' analiżi jew inkjesta iktar fil-fond jew jekk iridu jiġu kkuntattjati partijiet terzi, biex tiġi ttrattata talba, il-fajl jingħadda lil speċjalista tas-servizz fit-tieni linja taċ-Ċentru.

Jekk wara analiżi, iċ-Ċentru ma jkunx kompetenti, huwa jinforma liċ-ċittadin u jiggwidah kemm jista' jkun lejn servizz ieħor jew persuna oħra li tkun tista' tittratta t-talba tiegħu (amministrazzjoni, servizz privat jew pubbliku speċjalizzat fl-għajnuna fl-ewwel jew it-tieni linja, is-servizzi tal-pulizija, avukat).

Iċ-Ċentru jista' jiġi kkuntattjat direttament. Is-sit web taċ-Ċentru fih ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagħadd ta' indirizzi ta’ assoċjazzjonijiet jew ta' istituzzjonijiet speċjalizzati jew li jaġixxu f'livell lokali - li ċ-Ċentru jkun ikkonkluda protokoll ta' kollaborazzjoni magħhom - li jistgħu wkoll jiġu kkuntattjati dwar kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni.

Centre pour l’égalité des chances et la lutte contre le racisme
138 rue Royale
1000 Bruxelles.
Tel: (+32) 800.12.800 – (numru b'xejn għal kull informazzjoni)
(+32) 2. 212 30 00

Ħolqa relatata:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru għall-Opportunitajiet Indaqs u għall-Ġlieda kontra r-Razziżmu

L-Istitut għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Istitut għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel (IEFH) huwa istituzzjoni pubblika awtonoma inkarigata mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u mill-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni sesswali.

L-Istitut jista' jipprovdi għajnuna legali u jibda proċedimenti legali f'kawżi li jinvolvu diskriminazzjoni bejn irġiel u nisa jew diskriminazzjoni kontra nies transsesswali.

L-istitut jista' jiġi kkuntattjat permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola online jew permezz tal-indirizz li ġej:

Institut pour l'égalité des femmes et des hommes
1 Rue Ernest Blerot
1070 Bruxelles
Telefown: (+32) 800.12.800 (numru b'xejn għal kull informazzjoni)
(+32)2.233.42.65
Faks: (+32)2.233.40.32
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaegalite.hommesfemmes@iefh.belgique.be

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Istitut għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel

  • Il-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-ħajja privata (CPVP)

Il-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-ħajja privata hija Kummissjoni indipendenti stabbilita mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Hija nħolqot wara l-adozzjoni tal-liġi dwar il-ħajja privata tat-08/12/1992. Għalhekk hija mhix fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Is-CPVP hija korp ta' sorveljanza indipendenti responsabbli mill-ħarsien tal-ħajja privata waqt l-ipproċessar ta' dejta personali.

Il-kompiti varji tal-Kummissjoni tal-ħajja privata jinqasmu f'ħames oqsma ta' attività: assistenza, tagħrif, trattament tal-ilmenti, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet u, fl-aħħar nett, infurzar.

- Assistenza: Dan il-qasam ta' attività huwa marbut mill-qrib mal-kompitu ta' tagħrif. Is-CPVP toffri l-assistenza tagħha lil kulħadd: l-awtoritajiet, is-settur privat, iċ-ċittadini, il-kontrolluri tad-dejta (kemm persuni fiżiċi u kemm persuni ġuridiċi).

F'dan il-qasam, il-kompiti tas-CPCP jinkludu: l-għoti ta' tagħrif lil kwalunkwe persuna li titlob għalih, irrispettivament minn jekk tkunx suġġett tad-dejta jew kontrollur tad-dejta; l-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess u ta' rettifika, it-trattament tan-notifiki; l-aġġornament tar-reġistru pubbliku; l-għoti ta' tagħrif bħala parti mit-trattament tal-ilmenti; l-għoti ta' tagħrif mitlub minn individwi jew minn kontrolluri tad-dejta; l-għoti ta' rapport annwali lill-Parlament.

Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tgħin kemm lill-korpi pubbliċi u kemm lill-kontrolluri billi torganizza konsultazzjonijiet informali preliminari, meta tintalab, biex tiżgura li r-rekwiżiti tal-privatezza jiġu kkunsidrati waqt l-iżvilupp ta' proġetti. Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tgħin ukoll lis-suġġetti tad-dejta jeżerċitaw drittijiethom, partikolarment billi tinformahom bi drittijiethom u bil-proċedura li jridu jsegwu. Fil-kuntest tal-iskambju internazzjonali tad-dejta, il-Kummissjoni tal-ħajja privata tipprovdi assistenza lil organizzazzjonijiet involuti f'attivitajiet transfruntiera. Bħal fil-livell nazzjonali, il-Kummissjoni tal-ħajja privata tassisti lis-suġġetti tad-dejta affettwati minn flussi ta' dejta transfruntiera.

- Tagħrif: Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tipprovdi tagħrif kemm lill-awtoritajiet u kemm lis-suġġetti tad-dejta u l-kontrolluri.

Dan il-qasam ta’ attività jinkludi: ir-rapport annwali indirizzat lill-Parlament u il-produzzjoni ta' pjan ta’ ġestjoni, l-abbozzar tar-Regolament intern tagħha, iż-żamma ta' reġistru pubbliku u b'mod aktar ġenerali, kompitu ta' informazzjoni lill-pubbliku (sit web, konferenzi, tweġibiet orjentati lejn il-klijenti, sensibilizzazzjoni, ...). Ta' min jinnota wkoll li, f'dawn l-oqsma diversi ta' attività, il-Kummissjoni mhux neċessarjament limitata għat-territorju nazzjonali. Spiss l-azzjonijiet tagħha jkollhom dimensjoni internazzjonali u l-Kummissjoni tal-ħajja privata għandha rwol ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni importanti fix-xena internazzjonali.

- Trattament tal-ilmenti: Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tintervjeni bħala medjatur meta jkun hemm ilment minn suġġett tad-dejta.

Jekk il-kontrolluri ma jirrispettawx id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, il-Kummissjoni taġixxi wara li tintalab mis-suġġett tad-dejta biex id-drittijiet tiegħu jiġu rispettati (id-dritt ta' oppożizzjoni, id-dritt ta' rettifika, id-dritt ta' aċċess indirett, ...). Għal dan l-għan, is-CPVP tuża l-mezzi kollha li tista' (dikjarazzjoni lill-avukat ġenerali, azzjoni quddiem il-Qorti Ċivili, ...). Fil-każ ta' reati internazzjonali relatati mal-protezzjoni tad-dejta, il-Kummissjoni tal-ħajja privata tikkoopera mal-investigazzjonijiet internazzjonali li jitolbu l-involviment tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta kollha biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi.

- Opinjonijiet: Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tagħti opinjonijiet dwar ir-regolamenti u l-istandards.

L-attivitajiet tas-CPVP f'dan il-qasam jinvolvu l-iktar lill-awtoritajiet u lil korpi responsabbli oħrajn: hija tifformula opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar il-proġetti leġiżlattivi li jkunu jolqtu aspetti tal-"ħajja privata". Permezz tal-involviment tagħha fi gruppi ta' ħidma nazzjonali u internazzjonali (eż. il-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29, il-Grupp ta' Berlin, il-Konferenza tal-Kummissarji u ta' korpi ta' kontroll oħrajn dwar il-ħajja privata, ...) u permezz tal-kuntatti tagħha ma' organizzazzjonijiet simili barra mill-pajjiż, il-Kummissjoni tal-ħajja privata tieħu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-ħajja privata.

- Infurzar: Il-Kummissjoni tal-ħajja privata tiżgura li l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali jiġu rispettati.

Il-Kummissjoni tal-ħajja privata hija responsabbli mill-awtorizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet minn kwalunkwe settur partikolari, bħala kontrolluri, biex jirċievu, jipproċessaw u jikkomunikaw dejta personali. Is-CPCP tissorvelja u tispezzjona wkoll lil dawn il-kontrolluri, tagħti rakkomandazzjonijiet, u tivvaluta l-miżuri ta' sigurtà li jkunu adottaw.

Kull talba għal informazzjoni jew assistenza u kull ilment jista' jsir direttament lill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-ħajja privata bil-posta, bit-telefown jew bil-posta elettronika. Id-dettalji ta' kuntatt huma:

Commission de la protection de la vie privée

Rue de la presse, 35
1000 Bruxelles
Tel (+32) 2 274 48 00
Faks (+32) 2 274 48 35
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacommission@privacycommission.be

L-uffiċċji tal-Kummissjoni tal-ħajja privata huma aċċessibbli fil-jiem kollha tax-xogħol, b'appuntament. Għal għajnuna tal-ewwel linja, ċempel +32 (0)2 274 48 79 jew imla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Formola ta' kuntatt onlajn.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-ħajja privata

  • Korpi oħrajn għall-ugwaljanza

Il-kummissjonijiet għas-sorveljanza tal-istabbilimenti penitenzjarji

Il-kummissjonijiet għas-sorveljanza tal-istabbilimenti penitenzjarji jiżguraw kontroll estern fuq it-trattament tal-ħabsin. Il-kummissjonijiet jgħaddu l-ilmenti tal-ħabsin lill-amministrazzjoni tal-ħabs jew lill-Ministru tal-Ġustizzja biex titranġa l-problema lmentata.

F'kull ħabs hemm kummissjoni ta' sorveljanza. Dawn il-kummissjonijiet huma komposti minn ċittadini li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili. Kull waħda minnhom ikollha bħala membri tal-inqas tabib u avukat u tkun preseduta minn maġistrat. Barra minn hekk, il-Kunsill Ċentrali ta' Sorveljanza jiżgura l-koordinament tal-kummissjonijiet lokali, fejn ir-rwol huwa li jikkoordina l-azzjoni tal-kummissjonijiet lokali u li jagħti pariri, wara li jiġi mistoqsi jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, lill-Ministru tal-Ġustizzja dwar it-trattament tal-ħabsin.

Ħoloq relatati

Il-Kummissjoni tal-ilmenti (responsabbli għall-barranin miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni magħluqin, ċentri ta' akkomodazzjoni u ċ-ċentri INAD).

Il-Kummissjoni tal-ilmenti għandha l-kompetenza li tittratta lmenti individwali mressqa minn barranin miżmuma f'ċentri ta' detenzjoni magħluqa, iċ-ċentri ta' akkomodazzjoni u ċentri INAD dwar il-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u, b'mod partikolari, ċirkostanzi li jinqalgħu ġo dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni u akkomodazzjoni u li jikkonċernaw id-drittijiet u d-dmirijiet stipulati fid-Digriet Irjali tat-2 ta' Awwissu 2002 (ċentri ta' detenzjoni magħluqa), id-Digriet Irjali tat-8 ta' Ġunju 2009 (ċentri INAD) u d-digriet Irjali tal-14 ta' Mejju 2009 (ċentri ta' akkomodazzjoni).

L-individwi miżmuma f'dawn iċ-ċentri jistgħu jkunu immigranti illegali, nies li ġew miċħuda ażil jew barranin li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' dħul jew ta' residenza.

Jekk l-ilmentatur ma jkunx jaqbel mad-deċiżjoni meħuda, jista' jappella quddiem il-Kunsill tal-Istat.

Il-Kummissjoni tista' tiġi kkuntattjata fl-indirizz li ġej:

Secrétariat permanent de la Commission des plaintes
Service Public Fédéral Intérieur –
Rue de Louvain, 1
1000 Bruxelles

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz Pubbliku Federali tal-Intern

Il-Kumitat permanenti ta' kontroll tas-servizzi tal-pulizija

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitat permanenti ta' kontroll tas-servizzi tal-pulizija (Kumitat P) huwa l-organu ta' kontroll estern fuq il-pulizija. Huwa jirrapporta lill-parlament. Il-kontroll tal-Kumitat P jiffoka l-iktar fuq il-protezzjoni tad-drittijiet li l-Kostituzzjoni u l-liġi jikkonferixxu lil individwi kif ukoll fuq il-koordinament u l-effikaċja tas-servizzi tal-pulizija.

Kull ċittadin affettwat minn intervent tal-pulizija jista' jressaq ilment, jirraporta fatt jew jittrażmetti kull informazzjoni oħra lill-Kumitat P.

Kull membru tal-pulizija jista' bl-istess mod iressaq ilment jew jirraporta fatt lill-Kumitat P mingħajr ma jkollu għalfejn l-ewwel jitlob il-permess tas-superjuri ġerarkiċi tiegħu u mingħajr ma jkun jista' jiġi sanzjonat ta' dan.

L-ilmenti jistgħu jsiru permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika li tinsab onlajn.

Il-Kumitat P jista' jiġi kkuntattjat fl-indirizz li ġej:

Comité permanent de contrôle des services de police

Rue de la Presse 35/1
1000 Bruxelles
Tel: (+32) 2.286.28.11
Faks: (+32) 2.286.28.99
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@comitep.be

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kumitat permanenti ta' kontroll tas-servizzi tal-pulizija

Pajjiżi oħra

Servizzi ta' pariri liċ-ċittadini fl-ewwel linja

Is-servizzi ta' pariri liċ-ċittadini fl-ewwel linja jikkonsistu fl-għoti ta' informazzjoni liċ-ċittadini b'mistoqsijiet dwar is-sistema ġudizzjarja jew diffikultajiet magħha f'oqsma speċifiċi ħafna.

  • Fil-qasam ċivili: separazzjoni, divorzju, tagħrif ġenerali li jikkonċerna l-awtorità tal-ġenituri, ir-residenza prinċipali, sekondarja jew alternattiva tat-tfal, id-dritt ta' aċċess għat-tfal.
  • Fil-qasam kriminali: il-medjazzjoni f'kawżi kriminali, l-alternattiva għad-detenzjoni preventiva, il-probation, is-servizz komunitarju, il-libertà kondizzjonata, ir-rilaxx provviżorju għall-ħarsien pubbliku, ir-riabilitazzjoni, il-maħfra, is-sorveljanza elettronika, il-liv penitenzjarju, is-sentenza sospiża, id-detenzjoni limitata, ir-rilaxx provviżorju bil-ħsieb ta' tkeċċija mit-territorju jew estradizzjoni, ir-rilaxx provviżorju għal raġunijiet mediċi, is-sostituzzjoni ta' piena ta' ħabs mogħtija mill-imħallef f'piena ta' servizz komunitarju.
  • Tagħrif għall-vittmi tal-kriminalità: drittijiet tal-partijiet ċivili/partijiet milquta.
  • Tagħrif ġenerali li jikkonċerna l-proċeduri quddiem it-tribunali ċivili u penali.

Il-lista tal-indirizzi taċ-ċentri ta' ġustizzja u d-dati ta' kuntatt tagħhom jinsabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista' ta' indirizzi tas-Servizz pubbliku federali tal-Gustizzja

Ħolqa relatata:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Pubblikazzjoni tas-Servizz pubbliku federali tal-Ġustizzja dwar l-aċċess għall-ġustizzja fil-Belġju

Għajnuna legali fl-ewwel u t-tieni linja u l-għajnuna ġudizzjarja

L-għajnuna legali fl-ewwel linja tikkonsisti fl-għoti ta' informazzjoni prattika jew ġuridika jew ta' parir legali, wara konsultazzjoni qasira. L-għajnuna legali fl-ewwel linja tingħata minn professjonisti tal-liġi, normalment avukati.

L-għajnuna legali fit-tieni linja tippermetti, skont ċerti kundizzjonijiet, li jitqabbad avukat mingħajr l-ebda ħlas jew b'eżenzjoni ta' parti mill-ħlasijiet. Madankollu dan ma jikkonċernax il-ħlasijiet proċedurali (marixxalli, esperti, kopji, eċċ) li jridu jsiru xorta sakemm ma tidħolx għalihom l-għajnuna ġudizzjarja.

L-għajnuna ġudizzjarja tidħol għall-ħlasijiet, kollha jew parti minnhom, tal-proċedura (kemm dik ġudizzjarja kif ukoll dik ekstraġudizzjarja) jekk iċ-ċittadin li jkun ġarrabhom ma jkollux dħul biżżejjed biex iħallashom hu.

Iktar informazzjoni tinsab fil-paġna tal-portal e-justice rigward l-ispejjeż tal-proċeduri fil-Belġju.

Ħolqa relatata:

Il-Kummissjoni għall-għajnuna finanzjarja għall-vittmi ta' atti intenzjonali ta' vjolenza u ta' nies li salvawhom

Il-liġi tipprevedi l-possibilità ta' intervent finanzjarju tal-Istat favur vittmi ta' atti intenzjonali ta' vjolenza u ta' nies li salvawhom, u f'ċerti każijiet, favur il-qraba tagħhom.

Il-Kummissjoni tista' tiġi kkuntattjata direttament imma huwa possibbli wkoll li jissejjaħ avukat jew uffiċjal ta' servizzi ta' għajnuna soċjali ta' "għajnuna għall-vittmi" li lista tagħhom tinsab fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz pubbliku federali tal-Ġustizzja (ara l-Indiċi, Ġustizzja mill-A saż-Ż, għajnuna finanzjarja għall-vittmi) biex tressaq talba quddiem il-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista' tiġi kkuntattjata fl-indirizz li ġej:

Service public fédéral de la Justice
Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence et aux sauveteurs occasionnels
Boulevard de Waterloo 115,
Tel.: (+32)2.542.72.07
(+32)2.542.72.08
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacommission.victimes@just.fgov.be

Iktar tagħrif jinsab fil-paġna ddedikata ghad-drittijiet tal-vittmi tal-portal e-justice.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 18/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Bulgarija

Qrati nazzjonali

Istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet fundamentali

Ombudsman

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Qrati nazzjonali

Kull imħallef Bulgaru jista' jisma' kawżi bħala mħallef fl-ewwel istanza dwar il-liġi tad-drittijiet fundamentali tal-UE, peress li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali hija parti mil-leġiżlazzjoni Ewropea primarja (tapplika bl-istess mod bħat-Trattat ta' Liżbona). Għalhekk, iċ-ċittadini Bulgari jippreżentaw talba fil-Qorti Provinċjali ("Окръжен съд") u jinvokaw il-Karta jekk iħossu li ġew imċaħħda mid-drittijiet fundamentali tagħhom. Il-qrati Bulgari għandhom l-istess setgħat fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, li huma mnaqqxa fil-Kostituzzjoni Bulgara, u fir-rigward tat-trattati internazzjonali kollha li l-Bulgarija hija parti fihom.

Ilmenti kontra deċiżjonijiet amministrattivi individwali jistgħu jiġu ppreżentati fil-qrati amministrattivi u fil-Qorti Amministrattiva Suprema ("Върховен административен съд").

Kull qorti fil-Bulgarija għandha s-sit web tagħha li juri kif inhija mqassma u x'tagħmel. Is-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem (Висшия съдебен съвет) jipprovdi lista dettaljata tal-qrati Bulgari bl-indirizzi u s-siti tagħhom (bil-Bulgaru biss).

Istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet fundamentali

Irreferi għat-taqsima "Ombudsman" iktar 'l isfel.

Ombudsman

L-Ombudsman tar-Repubblika tal-Bulgarija (Омбудсман на Република България)

indirizz:

Ul. George Washington No 22
Sofia 1202, Bulgaria tel.
Tel. +359 2 810 69 55
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapriemna@ombudsman.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ombudsman.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

L-Ombudsman jimpjega l-mezzi stipulati mil-liġi biex jinvestiga fejn permezz ta' azzjoni jew omissjoni, id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini jkunu affettwati jew ivvjolati mill-awtoritajiet statali u muniċipali u l-amministrazzjonijiet tagħhom, u minn persuni fdati bil-forniment tas-servizzi pubbliċi. Il-mandat tal-Ombudsman huwa wiesa', u jkopri kull dritt politiku, ekonomiku, ċivili, soċjali, kulturali u drittijiet oħrajn taċ-ċittadini. Huwa l-korp li jissalvagwardja d-drittijiet taċ-ċittadini kollha, inklużi t-tfal, il-persuni b'diżabilità, il-minoranzi, il-barranin, eċċ.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

L-imenti jistgħu jintbagħtu lill-Ombudsman bil-posta, personalment, bil-posta elettronika, jew anke oralment, u jkunu rreġistrati uffiċjalment minn uffiċjal. Dawn jiġu ttrattati mid-dipartiment li jirċevihom ("priemna") u mir-reġistru ("delovodstvo"). Id-dipartiment li jirċievi, li ilu jeżisti mill-5 ta' Jannar 2006, ikun miftuħ kuljum. Hemmhekk, l-esperti tad-dipartiment jieħdu ħsieb il-membri tal-pubbliku personalment jew bit-telefown. L-Ombudsman jilqa' wkoll il-membri tal-pubbliku personalment b'appuntament nhar ta' Ħamis bejn id-9:00 u n-12:30.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Kull membru tal-pubbliku, irrispettivament miċ-ċittadinanza, is-sess, il-persważjoni politika jew ir-reliġjon jista' jibgħat ilmenti jew informazzjoni lill-Ombudsman. Ilmenti jew informazzjoni anonimi dwar ġrajjiet li jmorru lura iktar minn sentejn ma jiġux eżaminati. L-Ombudsman jista' jiftaħ investigazzjonijiet fuq l-inizjattiva personali tiegħu jekk jitqies li jkun fl-interess pubbliku.

L-ilmenti jiddaħħlu f'reġistru, u mbagħad il-kap tal-uffiċċju tal-Ombudsman jgħaddihom lid-dipartiment xieraq skont in-natura tal-ilment. Il-kap tad-dipartiment jassenja l-każ lil amministratur tal-każijiet, li jkollu xahar biex jinvestiga. Għal każijiet li jeħtieġu investigazzjoni iktar fil-fond, dan it-terminu jiġi estiż bi tliet xhur. L-amministratur tal-każ jista' jitlob lill-ilmentatur għal aktar informazzjoni jew jitlob lill-awtorità amministrattiva kompetenti jieħdu ċerti passi jew jipprovdu ċerta informazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali u muniċipali u l-amministrazzjonijiet tagħhom, l-entitajiet ġuridiċi u l-membri tal-pubbliku jridu jipprovdu volontarjament informazzjoni fdata lilhom u jikkooperaw mal-Ombudsman b'konnessjoni mal-ilmenti mibgħuta lill-korp. Jekk l-ilment jikkonċerna kwistjoni li tista' tiġi riferuta lil korp amministrattiv ogħla jew istituzzjoni speċjalizzati oħra (kumitat jew aġenzija), l-Ombudsman jista' jagħti parir lill-ilmentatur jikkuntattja lill-istituzzjoni kkonċernata, sakemm il-kwistjoni ma tkunx waħda li tirrikjedi eżami mill-Ombudsman. Meta każ ma jkunx kopert mill-mandat tal-Ombudsman, minflok ma jeżaminah, l-Ombudsman jinnotifika lill-ilmentatur b'dan u jagħtih parir jikkuntattja lill-awtorità kompetenti. Jekk l-ilmentatur jaqbel, l-Ombudsman jista' jgħaddi l-ilment lil dik l-awtorità.

L-Ombudsman jista', fi kwalunkwe mument, joffri li jimmedja bl-għan li tinstab soluzzjoni amikevoli, billi tintbagħat offerta ta’ medjazzjoni lill-ilmentatur u lill-korp jew lill-persuna li sar l-ilment kontriha. Jekk jaqblu t-tnejn, l-Ombudsman jgħin b'kull mod li jista' biex tiġi solvuta t-tilwima, pereżempju billi jistabbilixxi kuntatt jew jgħin fin-negozjati bejn iż-żewġ partijiet.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Skont ir-riżultati miksuba matul l-investigazzjoni, minbarra t-tweġiba tal-ilmentatur, jistgħu jingħataw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti fuq miżuri li tista' tieħu biex jiġu eliminati r-raġunijiet u l-prattiki li jwasslu biex jinkisru d-drittijiet tal-persuna. L-Ombudsman joħroġ opinjonijiet ta' spiss fuq kwistjonijiet partikolari, li mbagħad ikunu ppubblikati fis-sit u jingħaddew lill-awtorità kompetenti u lill-mezzi tax-xandir. Jekk jinstab li l-problema ġejja mill-qafas legali eżistenti, l-Ombudsman jista' joħroġ rakkomandazzjoni lill-Assemblea Ġenerali u lill-Kunsill tal-Ministri biex jagħmlu l-emendi leġiżlattivi xierqa. Jekk jinstab li l-liġijiet jiksru l-Kostituzzjoni u d-drittijiet u l-libertajiet ċivili, l-Ombudsman għandu s-setgħa jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti Kostituzzjonali jew jistabbilixxi jekk ikunx realment il-każ. Barra minn hekk, jekk isib kontradizzjonijiet fil-każistika, l-Ombudsman għandu s-setgħa jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jew il-Qorti Amministrattiva Suprema għal deċiżjoni interpretattiva.

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

L-Awtorità Nazzjonali tal-Ugwaljanza (Орган по въпросите на равенството)

1. Il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni (Комисия за защита от дискриминация)

indirizz:

Bul. Dragan Tsankov No 35
Sofia 1125, Bulgaria
Tel.: + 359 2 807 30 30
Fax: + 359 2 807 30 58
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakzd@kzd.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kzd-nondiscrimination.com/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni (Комисия за защита от дискриминация)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-każijiet jistgħu jitressqu quddiem il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni:

  • fuq il-bażi ta' lment bil-miktub mill-persuna jew persuni milquta;
  • fuq l-inizjattiva personali tal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni;
  • fuq il-bażi ta' informazzjoni li tasal mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew mingħand l-istat jew korpi pubbliċi.

L-ilment jew informazzjoni jridu jitressqu quddiem il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni fi żmien tliet snin mill-infrazzjoni kommessa. Jekk ikunu skorrew it-tliet snin, l-ilment ma jiġix eżaminat jew, jekk tkun diġà għaddejja investigazzjoni, il-każ jingħalaq. Jekk il-kwistjoni tkun diġà tressqet il-qorti, il-Kummissjoni ma tiftaħx proċedimenti. Jekk l-ilment jew informazzjoni jiġu rtirati jew jekk l-ilmentatur ma jikkoreġix żball fiż-żmien stipulat mill-Kummissjoni, il-każ jingħalaq.

L-ilment irid jinkludi:

  • isem l-ilmentatur;
  • l-indirizz ta' kuntatt jew l-indirizz irreġistrat tal-ilmentatur;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li huma l-bażi tal-ilment: fil-każ ta' azzjonijiet imwettqa f'kapaċità personali, x'atti jew omissjonijiet twettqu u meta, fejn u minn min, jew f'każ ta' impjegati, jew fil-każ ta' impjegati tal-konvenut, x'atti jew omissjonijiet ġejjin mill-obbligi statutorji jew kuntrattwali tagħhom u relatati mal-attivitajiet tagħhom iwasslu biex il-konvenut ikun responsabbli għad-diskriminazzjoni kommessa);
  • dettalji speċifiċi tar-rimedju mitlub. Dan irid ikun fis-setgħat tal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni, li huma stipulati fl-Att dwar il-Ħarsien mid-Diskriminazzjoni. L-ilmentaturi jridu jipprovdu evidenza, pereżempju dokumenti bil-miktub jew evidenza speċifika li jħossu li għandha tiġi eżaminata mill-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni (li tindika, pereżempju, il-persuni li jixtiequ li jiġu interrogati bħala xhieda u l-post tal-evidenza bil-miktub fil-pussess ta' terzi li mhumiex jipparteċipaw fil-proċedimenti).
  • id-data u l-firma tal-ilmentatur jew tar-rappreżentant tiegħu.
  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-president tal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni jalloka l-fajl lil bord speċjalizzat fit-tip ta' diskriminazzjoni involuta. Il-bord jaħtar president u relatur minn fost il-membri tiegħu. Ir-relatur jiġbor l-evidenza meħtieġa bil-miktub biex jiġu ddokumentati l-fatti. L-investigazzjoni trid titlesta fi żmien 30 jum. Għal każijiet kumplessi, il-president tal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni jista' jestendi dan il-perjodu bi 30 jum ieħor. Meta l-investigazzjoni titlesta, ir-relatur jippreżenta r-riżultati tiegħu lill-president tal-bord. Il-president jistabbilixxi data għal seduta pubblika u jistieden lill-partijiet jattendu.

Il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni għandha s-setgħa:

  • titlob dokumenti u informazzjoni oħra relatata mal-investigazzjoni;
  • titlob kjarifika minn dawk li jkunu investigati;
  • tinterroga x-xhieda.

L-individwi kollha u l-awtoritajiet pubbliċi u statali huma obbligati jikkooperaw mal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni billi jagħtuha informazzjoni u dokumentazzjoni u jipprovdul kjarifika bil-miktub kull meta jintalbu. Rifjut iwassal għal multa.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Fl-ewwel laqgħa, il-president tal-bord jistieden lill-partijiet isolvu t-tilwima tagħhom amikevolment. Jekk jagħmlu dan, il-ftehim li jirriżulta jkun approvat minn deċiżjoni u l-każ jingħalaq. Jekk il-partijiet jaslu għal soluzzjoni parzjali, il-proċedimenti jkomplu għall-parti li ma jkunx instab qbil dwarha. Il-ftehim huma eżekutorju u l-Kummissjoni tara li jkun eżegwit.

Jekk ma jinstab l-ebda qbil, il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni tiddeċiedi l-każ fuq il-merti tiegħu fi żmien 14-il jum wara s-seduta pubblika.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni tista':

  • tistabbilixxi jekk kienx hemm infrazzjoni;
  • tistabbilixxi min wettaq l-infrazzjoni u min hu l-vittma;
  • timponi piena u/jew miżuri amministrattivi, jekk issib li kien hemm infrazzjoni.

Il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni tista' tieħu l-miżuri amministrattivi vinkolanti li ġejjin:

  • tista' tagħti lill-impjegaturi u lill-uffiċjali pubbliċi istruzzjonijiet vinkolanti biex jikkoreġu infrazzjonijiet ta' leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni;
  • tista' tissospendi deċiżjonijiet jew regoli illegali maħruġa mill-impjegaturi li jirriżultaw jew jistgħu jirriżultaw f'diskriminazzjoni.

Il-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni tinforza l-konformità mad-deċiżjonijiet tagħha, b'konformità mal-liġi.

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni huma suġġetti għall-appell quddiem il-Qorti Amministrattiva ta' Sofija fi żmien 14-il jum.

2. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Националния съвет по равнопоставеността на жените и мъжете към Министерския съвет)

indirizz:

Council of Ministers
bul. Dondukov No 1
Sofia 1594, Bulgaria
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mlsp.government.bg/equal/index.asp
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fi ħdan il-Kunsill tal-Ministri (Националния съвет по равнопоставеността на жените и мъжете към Министерския съвет)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jiżgura li l-entitajiet governattivi u l-għaqdiet nongovernattivi jaħdmu flimkien fl-iżvilupp u t-twettiq tal-politika nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi billi jiġu ffaċilitati l-konsultazzjonijiet, il-kooperazzjoni u l-koordinament.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi:

  • jagħti pariri lill-Kunsill tal-Ministri;
  • jeżamina l-abbozzi ta' atti leġiżlattivi u atti oħrajn relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi u joħroġ opinjonijiet dwarhom;
  • jeżamina l-abbozzi ta' deċiżjonijiet imfassla mill-Kunsill tal-Ministri u joħroġ opinjoni dwar jekk ikunux konsistenti mal-politika dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;
  • jikkoordina l-azzjonijiet tal-korpi statali u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-obbligi internazzjonali mill-Bulgarija f’dan il-qasam;
  • jipproponi miżuri politiċi nazzjonali dwar is-sessi, jew indipendentement jew flimkien mal-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni;
  • iżomm kuntatt mal-kontropartijiet tiegħu f'pajjiżi oħra u mal-għaqdiet internazzjonali b'kompiti simili u li joperaw fl-istess qasam;
  • jgħin lis-sħab soċjali u lill-organizzazzjonijiet nongovernattivi jimplimentaw proġetti nazzjonali u reġjonali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rikonċiljazzjoni tar-responsabbiltajiet familjari/tal-ġenituri mal-attivitajiet professjonali, u jimmonitorizza r-riżultati;
  • jorganizza riċerka dwar kwistjonijiet li jaffettwaw l-attivitajiet tiegħu.
  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Żvilupp u implimentazzjoni tal-politika nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-Korp tal-Protezzjoni tad-Data

1. Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data Personali Комисията за защита на личните данни)

indirizz:

Bul. Prof. Tsvetan Lazarov No 2
Sofia 1592, Bulgaria
+ 359 2 91 53 518
Fax: + 359 2 91 53 525
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakzld@cpdp.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cpdp.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data Personali Комисията за защита на личните данни)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data Personali tassisti lill-gvern fl-implimentazzjoni tal-politika tal-protezzjoni tad-data personali.

Hija għandha s-setgħa li tinvestiga l-ilmenti li jitolbu l-ħarsien ta' drittijiet miċħuda skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Kulħadd għandu d-dritt li jirrapporta l-ksur ta' drittijietu skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni ta' Data Personali, fi żmien sena minn meta jindunaw bih u mhux wara ħames snin li jokkorru. Ladarba jiġi ppreżentat ilment lill-Kummissjoni, dan ikun allokat lid-Direttorat għall-Proċeduri Legali u s-Superviżjoni, li jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-ammissibilità tal-ilment. Il-Kummissjoni mbagħad tiltaqa' bil-bibien magħluqa biex tiddeċiedi jekk l-ilment ikunx ammissibbli u liema proċedura għandha tiġi segwita. Hija tista' tiftaħ inkjesta, tiġbor il-provi jew tikseb il-fehmiet ta' terzi. Jekk l-ilment ikun ammissibbli, il-partijiet involuti jkunu dovutament infurmati u tiġi ffissata data għal smigħ pubbliku. Il-partijiet jiġu mistiedna jattendu flimkien ma' kull parti kkonċernata oħra. Il-Kummissjoni tieħu deċiżjoni fi żmien 30 jum mill-wasla tal-ilment. Kopja tad-deċiżjoni tintbagħat lill-partijiet fl-ilment u kull parti kkonċernata oħra. Il-Kummissjoni tista' toħroġ istruzzjonijiet vinkolanti lill-parti li tkun wettqet il-ksur, timponi data sa meta tkun trid titneħħa l-kawża tal-ksur jew timponi piena amministrattiva. Id-deċiżjoni hija suġġetta għal appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema fi żmien 14-il jum mill-wasla tagħha.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Membri tal-pubbliku, entitajiet ġuridiċi jew korpi governattivi jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tal-leġiżlazzjoni relatat mal-Att dwar il-Protezzjoni ta' Data Personali.

Il-Kummissjoni tista' toħroġ istruzzjonijiet vinkolanti lill-amministratturi tad-data personali

u timponi projbizzjonijiet temporanji fuq l-ipproċessar ta' data personali meta jinkisru standards ta' protezzjoni ta' data personali.

Awtoritajiet speċjalizzati oħrajn

1. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Minoranzi Etniċi u l-Integrazzjoni ("Националния съвет по етническите и интеграционните въпроси към Министерски съвет")

indirizz:

Council of Ministers
bul. Dondukov No 1
Sofia 1594, Bulgaria
+359 2 940 36 22
Fax: +359 2 940 21 18
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRositsa.Ivanova@government.bg - segretarja tal-NSSIEV
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nccedi.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Minoranzi Etniċi u l-Integrazzjoni tal-Kunsill Ministerjali ("Националния съвет по етническите и интеграционните въпроси към Министерски съвет")

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Kull kwistjoni relatata mal-etniċità tiġi ttrattata minn dan il-korp u s-segretarjat tiegħu.

Għalkemm is-segretarjat ma għandu l-ebda dipartiment speċifiku li jittratta l-ilmenti jew it-talbiet, l-esperti tiegħu jittrattawhom meta jinqala' l-bżonn.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Minoranzi Etniċi u l-Integrazzjoni huwa korp konsultattiv u ta' koordinament li jassisti lill-Kunsill tal-Ministri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar il-minoranzi etniċi u l-integrazzjoni tagħhom.

Huwa jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn il-korpi statali u l-għaqdiet nongovernattivi li jiddefendu l-interessi tal-minoranzi etniċi u l-promozzjoni tar-relazzjonijiet interetniċi.

Barra minn hekk, huwa jikkoordina u jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għad-Deċennju tal-Inklużjoni tar-Roma 2005–2015 u tal-impenji meħuda mill-korpi statali skont il-ġuriżdizzjoni operattiva tagħhom fir-rigward tad-Deċennju tal-Inklużjoni tar-Roma.

Kull provinċa għandha l-kunsill għall-minoranzi etniċi u l-integrazzjoni tagħha li jaħdem mal-gvernatur provinċali. Dawn huma korpi konsultattivi u ta' koordinazzjoni li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-politika dwar kwistjonijiet etniċi u ta' integrazzjoni fil-livell distrettwali.

Il-kunsilli muniċipali jistgħu jistabbilixxu l-kunsilli lokali tagħhom stess għall-minoranzi etniċi u l-integrazzjoni.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Barra mid-dmirijiet amministrattivi estensivi tiegħu, is-Segretarjat tal-Kunsill Nazzjonali għall-Minoranzi Etniċi u l-Integrazzjoni huwa responsabbli għaż-żamma tar-rabtiet operattivi u biex jipprovdi għajnuna metodoloġika lill-kunsilli provinċali u lokali għal kooperazzjoni dwar kwistjonijiet etniċi u ta' integrazzjoni.

2. L-Aġenzija għan-Nies b'Diżabilità (Агенция за хора с увреждания)

indirizz:

Ul. Sofroni Vrachanski No 104-106
Sofia 1233, Bulgaria

Tel. +359 2 940 80 95; 832 90 73

Fax: +359 2 832 41 62

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaahu@mlsp.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ahu.mlsp.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

L-Aġenzija għan-Nies b'Diżabilità (Агенция за хора с увреждания)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

L-aġenzija tittratta l-iktar applikazzjonijiet għall-inklużjoni fir-reġistru tal-fornituri ta' kura u għodod mediċi u r-reġistri ta' kumpaniji speċjalizzati mmexxija minn persuni b’diżabilità għal persuni b’diżabilità li jindirizzaw id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità. Hija ġġestixxi wkoll proġetti għal diversi programmi ffinanzjati mill-Aġenzija.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

L-applikazzjonijiet huma rreġistrati fis-sistema ta' informazzjoni awtomata "Dokman", u wara d-direttur eżekuttiv jgħaddihom lill-kap tal-uffiċċju tal-Aġenzija u lid-diretturi tiegħu, li jallokahom lill-ġesturi tal-każijiet xierqa.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

L-applikazzjoni tiġi pproċessata jew tintbagħat tweġiba.

3. L-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal (Държавната агенция за закрила на детето)

indirizz:

Ul. Triaditsa No 2
Sofia 1051, Bulgaria
+359 2 933 90 10, +359 2 933 90 16
Fax: +359 2 980 24 15
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasacp@sacp.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sacp.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

L-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal (Държавната агенция за закрила на детето)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Id-drittijiet tat-tfal, kif stipulati fil-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, huma ggarantiti fil-Bulgarija mill-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, adottat fl-2000, u mill-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal, maħluqa fl-2001. B'hekk, il-Bulgarija hija impenjata li tipprovdi għajnuna xierqa lill-ġenituri u lit-tuturi u toħloq infrastruttura ta' istituzzjonijiet u servizzi li jieħdu ħsieb it-tfal.

Il-protezzjoni tat-tfal fil-Bulgarija hija r-responsabilità ta':

  • il-President tal-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal (Държавната агенция за закрила на детето), li jassistihom fl-eżerċizzju tas-segħat tiegħu;
  • il-fergħat tas-Servizzi Soċjali;
  • il-Ministri: tax-Xogħol u l-Politika Soċjali; tal-Intern; tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-Xjenzi; tal-Ġustizzja; tal-Affarijiet Barranin; tal-Kultura; tas-Saħħa; u s-sindki lokali.
  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

L-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jagħti protezzjoni speċjali lil tfal f'riskju u jirregola d-dritt tat-tfal kollha li jkunu mħarsa mill-vjolenza, li tinkludi li jkunu mġiegħla jieħdu sehem f'attivitajiet dannużi għall-iżvilupp fiżiku, mentali, morali jew edukattiv tagħhom; li jkunu esposti għal metodi ta' trobbija tat-tfal dannużi għas-sens ta’ dinjità tagħhom, jew għal vjolenza fiżika, mentali jew forom oħra ta' vjolenza u għal influwenza li tmur kontra l-interessi tagħhom; milli jintużaw biex jittallbu, għall-prostituzzjoni, għat-tixrid tal-pornografija, għall-ġbir ta' dħul illegali jew milli jkunu esposti għall-abbuż sesswali. .

Il-Bulgarija għandha l-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal fis-seħħ li ġejjin:

  • fl-ambjent familjari: pariri, għajnuna, għajnuna legali, konsulenza psikoloġika u servizzi soċjali. Dawn il-miżuri jittieħdu mill-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali fuq talba tal-ġenituri, tuturi, kuraturi tat-tfal jew tat-tfal stess, jew fuq l-inizjattiva personali tal-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali. Is-servizzi huma fornuti mill-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali jew fornituri oħrajn;
  • lil hinn mill-ambjent familjari: tqegħid ta' tfal f'familja ta' qraba jew ħbieb qrib tal-familja jew f'familja li trabbihom, u servizzi soċjali pprovduti fir-residenza tat-tfal jew f'istituzzjoni speċjalizzata. Miżuri ta' dan it-tip jiġu ordnati mill-qorti. L-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali tirranġa għall-abitazzjoni temporanja sakemm il-qorti tagħti l-ordni tagħha;
  • huwa biss meta kull tentattiv li t-tfal jitqiegħdu f'ambjent familjari ikun falla li jitqiegħdu f'istituzzjoni speċjalizzata.
  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

L-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal tinforza d-drittijiet tat-tfal billi:

  • twettaq spezzjonijiet biex tiżgura li d-drittijiet tat-tfal ikunu mħarsa f'kull skola pubblika jew privata, kull kindergarten u ċentru li jieħu ħsieb it-tfal jew dipartiment tas-servizzi tagħhom, kull faċilità medika, kull fergħa tas-Servizzi Soċjali, kull fornitur ta' servizzi soċjali għat-tfal u kull organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ attiva fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal;
  • tissorvelja ċ-ċentri li joffru servizz speċjalizzat biex jieħdu ħsieb tfal;
  • tinforza l-istandards minimi fis-servizzi soċjali. Għal dawn ta' hawn fuq kollha, l-Aġenzija toħroġ istruzzjonijiet vinkolanti biex tiġi rimedjata vjolazzjoni. Min jonqos milli jimxi mal-istruzzjonijiet vinkolanti jingħata multa jew piena finanzjarja oħra li tiġi imposta wara proċess twil. Jekk investigazzjoni tiżvela li nkisru d-drittijiet ta' tifel jew tifla, l-Aġenzija l-ewwel toħroġ istruzzjoni vinkolanti (att amministrattiv individwali), li jista' jiġi appellat quddiem il-qorti qabel skadenza legali ta' 14-il jum. Jekk dan ma jseħħx, l-istruzzjoni vinkolanti tidħol fis-seħħ. Ladarba tiskadi l-istruzzjoni, it-trażgressur irid jinforma lill-Aġenzija li jkun ikkonforma.

4. L-Aġenzija Statali għar-Refuġjati (Държавна агенция за бежанците при Министерския съвет)

indirizz:

Bul. Knyaginya Maria Luiza No 114 B
Serdika
1233 Sofia; Bulgaria
Tel.: +359 2 80 80 901 - president
Fax: +359 2 295 59 905
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasar@saref.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.aref.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

L-Aġenzija Statali għar-Refuġjati (Държавна агенция за бежанците)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Applikazzjonijiet għall-ażil u r-riunifikazzjoni tal-familja jiġu eżaminati skont l-Att dwar l-Ażil u r-Refuġjati (l-Artikolu 34 jirregola r-riunifikazzjoni tal-familja). Id-deċiżjonijiet kollha dwar l-ażil u r-riunifikazzjoni tal-familja huma suġġetti għal appell skont dan l-Att. L-applikazzjonijiet l-oħra kollha huma rregolati mir-regoli interni tal-proċedura tal-Aġenzija għall-għoti tal-protezzjoni.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-liġi ewlenija li tirregola d-drittijiet ta' persuni li jfittxu ażil, refuġjati u persuni li jfittxu status umanitarju (protezzjoni sussidjarja) fil-Bulgarija hija l-Att dwar l-Ażil u r-Refuġjati. Dan l-Att, flimkien mal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva u l-Att dwar il-Barranin fil-Bulgarija, jiffurmaw il-qafas legali għas-sistema tal-ażil Bulgara.

Skont l-Att dwar l-Ażil u r-Refuġjati, hemm erba’ tipi ta’ protezzjoni speċjali:

  • ażil: dan jingħata mill-President tal-Bulgarija liċ-ċittadini barranin li ġew persegwitati minħabba t-twemmin jew l-azzjonijiet tagħhom ta' sostenn għad-drittijiet u l-libertajiet rikonoxxuti internazzjonalment;
  • status ta' refuġjat;
  • status umanitarju (li huwa ekwivalenti għall-protezzjoni sussidjarja deskritta fl-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kwalifiki – 2004/83/KE);
  • protezzjoni temporanja: mogħtija skont ċerti kundizzjonijiet fi żminijiet ta' influss massiv ta' refuġjati;
  • L-Aġenzija Statali għar-Refuġjati hija responsabbli għall-eżami ta' applikazzjonijiet għal status umanitarju jew ta’ refuġjat. Il-president tagħha huwa l-uniku uffiċjal li jista' jagħti status umanitarju jew ta' refuġjat fil-Bulgarija.

Bħalissa, l-applikazzjonijiet kollha għal status ta' refuġjat huma pproċessati fiċ-ċentru għar-refuġjati ta' Sofija u r-raħal ta' Banya, ħdejn Nova Zagora.

Min jitlob ażil irid jidher personalment fl-Aġenzija. L-applikazzjonijiet li jsiru fil-fruntiera jew ma' kwalunkwe awtorità oħra jridu jingħaddew lill-Aġenzija minnufih.

Min jitlob ażil jiġi rreġistrat dakinhar li titressaq l-applikazzjoni tiegħu mal-Aġenzija.

L-Aġenzija trid tagħti informazzjoni lil applikanti għall-ażil dwar il-proċedura, drittijiethom u dmirijiethom, u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna legali u soċjali. Din l-informazzjoni trid tiġi ppreżentata f'lingwa li jkunu jistgħu jifhmu u tinqaralhom minn interpretu eżattament qabel ma tiġi rreġistrata l-applikazzjoni tagħhom. Huma jingħataw kopja f'dik il-lingwa. Huma għandhom jimlew formola, fejn iniżżlu biss il-karatteristiċi bijoliġiċi tagħhom. L-applikazzjoni mbagħad tiġi ttrattata skont il-proċedura ta' Dublin. Min ikun qed jitlob ażil jitteħdulu l-marki tas-swaba' biex dawn jiddaħħlu fis-sistema Eurodac, u jiġu mistoqsija għadd ta' mistoqsijiet standard dwar il-vjaġġ tagħhom.

Jekk il-Bulgarija tkun responsabbli mill-ipproċessar tal-applikazzjoni, din tiġi ttrattata fi proċedura rapida, u d-dipartiment li jkun eżamina l-applikant (id-delegat tal-president) huwa responsabbli li jieħu din id-deċiżjoni. Dak id-dipartiment jista' jirrifjuta l-ażil jekk il-każ ma jkunx jissodisfa l-kriterji stabbiliti mill-Att dwar l-Ażil u r-Refuġjati, jagħlaq il-każ jew jgħaddi l-fajl għal iktar ipproċessar skont il-proċedura standard.

Jekk fi żmien tlett ijiem ma tittieħed l-ebda deċiżjoni, l-applikazzjoni tiġi ttrattata awtomatikament skont il-proċedura standard. Id-deċiżjoni tad-dipartiment li jeżamina trid tkun approvata mill-uffiċjali kompetenti. Fejn ikun hemm bżonn, il-fajl jista' jiġi rritornat għal aktar investigazzjoni. Ladarba d-deċiżjoni tkun ġiet approvata, din titniżżel uffiċjalment bil-miktub, tiġi approvata mid-dipartiment tal-metodoloġija, tiġi ffirmata minn ċertu għadd ta' uffiċjali u tintbagħat lill-president tal-Aġenzija għall-iffirmar.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

L-għoti ta' status ta' refuġjat, status umanitarju jew ir-rifjut tal-applikazzjoni għall-ażil.

5. Il-Kummissjoni Permanenti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Etika tal-Pulizija (Постоянна комисия по правата на човека и полицейската етика)

indirizz:

Ministry of the Interior
Ul 6 Septemvri No 29
Sofia 1000, Bulgaria
Tel.: + 359 2 982 50 00 – (switchboard)
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mvr.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kummissjoni Permanenti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Etika tal-Pulizija (Постоянна комисия по правата на човека и полицейската етика)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-Kummissjoni tagħmilha ta' pont bejn il-Ministru tal-Intern u l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili, u għalhekk għandha rwol importanti. Hija għandha fergħat fl-uffiċċji provinċali tal-Ministeru.

Il-Kummissjoni teżamina l-materjali kollha relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li jaslu għand id-dipartimenti tal-Ministeru.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Xogħol il-Kummissjoni jinvolvi kooperazzjoni attiva mal-għaqdiet tas-soċjetà ċivili, inkoraġġiment tal-prassi polizjeski pożittivi u armonizzazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-UE tal-Bulgarija. Hija topera skont pjan ta’ ħidma li jiġi aġġornat annwalment. Il-pjan ta' ħidma annwali jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:

  • studju tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti u proposti għat-titjib;
  • inkoraġġiment għal imġiba etika u rispett għad-drittijiet tal-bniedem fix-xogħol ta' kuljum tal-pulizija;
  • offerta ta' taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-uffiċjali tal-pulizija.
  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.
  • rispett tad-dritt tas-suspettati li jkunu fil-kustodja tal-pulizija;
  • rispett tal-kodiċi tal-etika;
  • twettiq ta' kontrolli biex ikun żgurat ir-rispett tal-liġi u tar-regoli u r-regolamenti tal-Ministeru, inklużi dawk li jikkonċernaw l-etika tal-pulizija u d-drittijiet tal-bniedem.

6. Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Reliġjon u l-Petizzjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali (Комисия по правата на човека, вероизповеданията, жалбите и петициите на гражданите към Народното събрание)

indirizz:

Pl. Narodno Sabranie No 2 (Hemicycle)
Pl. Knyaz Aleksandar I No 1 (Commissions and cabinets of Members of Parliament)
Sofia 1169, Bulgaria
Switchboard: +359 2 939 39
Fax: +359 2 981 31 31

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfocenter@parliament.bg
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahumanrights@parliament.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.parliament.bg/

  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Kumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Reliġjon u l-Petizzjonijiet tal-Assemblea Nazzjonali (Комисия по правата на човека, вероизповеданията, жалбите и петициите на гражданите към Народното събрание)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

L-attivitajiet tal-Kumitat ikopru leġiżlazzjoni relatata mad-drittijiet tal-bniedem, u materji oħrajn, li jinkludu kwistjonijiet ippreżentati minn ċittadini, organizzazzjonijiet nongovernattivi, assoċjazzjonijiet u fundazzjonijiet fil-forma ta' lmenti, talbiet, informazzjoni, petizzjonijiet, suġġerimenti, eċċ.

Is-suġġett huwa divers ħafna u jkopri l-aspetti kollha tas-soċjetà li ma jkunux ittrattati mill-qrati. Il-parti l-kbira tal-ilmenti jikkonċernaw problemi soċjali, segwiti mis-sistema ġudizzjarja, id-drittijiet tal-konsumatur, azzjonijiet u ommissjonijiet min-naħa tal-awtoritajiet fil-Ministeru għall-Intern, deċiżjonijiet urbanistiċi ġenerali u dettaljati, kostruzzjonijiet illegali, u r-riistituzzjoni ta' sjieda ta' art agrikola jew forestali. Tintalab kooperazzjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet edukattivi u tal-kura tas-saħħa, azzjonijiet u ommissjonijiet mill-awtoritajiet lokali u l-gvern lokali, kwistjonijiet reliġjużi, ilmenti relatati mal-azzjonijiet ta' awtoritajiet statali, diskriminazzjoni, kwistjonijiet ta' minoranzi etniċi, eċċ.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-Kumitat huwa l-ħolqa diretta tal-Parlament Bulgaru maċ-ċittadini tal-pajjiż. Ir-rwol tiegħu huwa strettament definit. Ir-regoli tal-proċedura jistipulaw fid-dettall kif l-għadd kbir ta' lmenti, applikazzjonijiet, talbiet u suġġerimenti mibgħuta lill-Kumitat bil-posta jew bil-posta elettronika u/jew li jaslu għand ir-reġistru tal-Assemblea Nazzjonali jiġu rreġistrati, trażmessi u arkivjati u kif kull pass f’dan il-proċess jiġi rreġistrat. Kull dokument jingħata numru ta' referenza, li jiġi rreġistrat f'reġistru speċjali u jkun assenjat lil ġestur tal-każijiet, li jeżaminah u jibgħat tweġiba jew, fejn xieraq, jgħaddi l-fajl lill-awtorità xierqa fil-ħin. Il-Kumitat jagħti attenzjoni partikolari lill-awtoritajiet lokali u nazzjonali li jonqsu milli jissodisfaw l-iskadenzi statutorji għat-tweġibiet stipulati fil-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva. Il-ġesturi tal-każijiet tal-Kumitat jagħtu wkoll pariri bit-telefown dwar drittijiet proċedurali u jispjegaw f'liema każijiet ikunu jistgħu jgħinu.

Petizzjonijiet anonimi ma jiġux eżaminati.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Iċ-ċittadini jingħataw pariri u għajnuna għad-difiża tad-drittijiet ċivili ggarantiti mill-kostituzzjoni Bulgara.

7. Id-Direttorat Ġenerali għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi kriminali tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Главна дирекция "Изпълнение на наказанията")

indirizz:

Bul. General N. Stoletov No 21
Sofia 1309, Bulgaria
Tel.: + 359 2 813 91 90
Fax: +359 2 931 15 74
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamailto:gdin_ias@abv.bg; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagdin@gdin.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gdin.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Id-Direttorat Ġenerali għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi kriminali tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Главна дирекция "Изпълнение на наказанията")

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Ilmenti mid-detenuti jikkonċernaw l-iktar miżuri dixxiplinari, trasferimenti f'faċilitajiet oħra, il-kundizzjonijiet tad-detenzjoni, il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-kura medika u l-imġiba tal-persunal tal-faċilità.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-miżuri dixxiplinari imposti mill-Artikolu 101 tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi Kriminali u d-Detenzjoni huma suġġetti għal appell fi żmien sebat ijiem wara l-avviż quddiem id-Direttur Ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi kriminali jekk jinħarġu mid-direttur tal-ħabs jew faċilità korrettiva oħra, jew quddiem il-Ministru tal-Ġustizzja jekk jinħarġu mid-Direttur Ġenerali. Reklużjoni tista' tiġi appellata quddiem il-Qorti Distrettwali għall-faċilità fi żmien tlett ijiem mill-avviż.

Reklużjoni li ddum iktar minn xahrejn mingħajr id-dritt ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp (l-Artikolu 120 tal-Att) iridu jkunu imposti mid-Direttur Ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi kriminali u jista' jkun hemm appell minnhom quddiem il-Qorti Provinċali rilevanti fi żmien tlett ijiem mill-avviż.

It-trasferimenti jiġu ordnati mid-Direttur Ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi kriminali u huma suġġetti għal appell quddiem il-Ministru tal-Ġustizzja fi żmien 14-il jum wara l-avviż dwarhom.

Deċiżjonijiet biex jiġu imposti kundizzjonijiet iktar stretti ta' reklużjoni jinħarġu mill-Kummissjoni għall-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi Kriminali (Artikolu 74(1) tal-Att) u jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti Provinċali għall-faċilità fi żmien 14-il jum wara l-avviż.

Fuq il-bażi tal-Artikolu 1(1) tar-Responsabilità għall-Ħsara Inflitta tal-Istat u l-Muniċipalitajiet għad-Danni mġarrba miċ-ċittadini, ilmenti dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien, il-kura medika u l-imġiba tal-persunal tal-faċilità jinstemgħu mill-qrati amministrattivi skont il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva. Id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati darba. L-allegazzjonijiet skont l-Artikolu 71(1) tal-Att dwar il-Protezzjoni mid-Diskriminazzjoni jinstemgħu mill-qrati distrettwali jew mill-Kummissjoni kontra d-Diskriminazzjoni. Din il-proċedura hija rregolata mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u d-deċiżjonijiet jistgħu jiġu appellati darbtejn. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni huma suġġetti għal appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Ladarba jkunu daħlu fis-seħħ, id-deċiżjonijiet amministrattivi u d-deċiżjonijiet tal-qorti isiru vinkolanti u jkunu implimentati mid-Direttorat Ġenerali u d-dipartimenti reġjonali tiegħu.

8. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (Национална комисия за борба с трафика на хора към Министерския съвет)

indirizz:

Blvd G. M. Dimitrov No 52, 1797 Sofia, Bulgaria
Tel. + 359 2 807 80 50
Fax: + 359 2 807 80 59
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@antitraffic.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://antitraffic.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin tal-Kunsill Ministerjali (Национална комисия за борба с трафика на хора към Министерския съвет)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Informazzjoni dwar it-traffikar ta' bnedmin jistgħu jingħataw lis-segretarjat tal-Kummissjoni mill-vittmi stess jew minn xi ħadd li jaġixxi f'isimhom.

Il-Kummissjoni tittratta lmenti minn membri tal-pubbliku dwar il-funzjoni amministrattiva tagħha. Il-limiti taż-żmien biex jiġu ttrattati dawn l-ilmenti huma stipulati fil-liġi.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-Kummissjoni tgħaddi informazzjoni lis-servizz governattiv rilevanti biex isegwi l-każ, jinvestiga u/jew jiċċara l-affarijiet. Skont l-Artikolu 20 tal-Att dwar it-Traffikar tal-Bnedmin, il-vittmi huma ggarantiti l-anonimat u d-data personali tagħhom hija mħarsa. Jekk il-vittma tkun minorenni, il-Kummissjoni trid tavża mill-ewwel lill-Aġenzija Statali għall-Protezzjoni tat-Tfal, li tieħu azzjoni kif mitlub mill-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal.

Skont l-Artikolu 4(4) tal-Att dwar it-Traffikar tal-Bnedmin, ir-rappreżentanti ta' entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ u organizzazzjonijiet internazzjonali b'uffiċċji l-Bulgarija li huma attivi fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin jistgħu jattendu laqgħat tal-Kummissjoni. Biex dan isir, skont l-Artikolu 12 tar-Regolamenti Interni tal-Kummissjoni, dawn iridu jressqu talba bil-miktub u jipprovdu ċerti dokumenti ta' prova.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Jekk id-dokumenti mibgħuta jkollhom xi ħaġa nieqsa jew ikun fihom l-iżbalji, il-Kummissjoni tista' titlob li jimtlew jew jitranġaw qabel ċerta data ta' skadenza. Fi żmien 30 wara l-wasla tat-talba u d-dokumenti ta' prova tagħha, il-president tal-Kummissjoni jew uffiċjal awtorizzat jieħu deċiżjoni, li tkun suġġetta għal appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema.

9. Il-Kummissjoni Ċentrali għad-Delinkwenza Ġovanili (Централната комисия за борба срещу противообществените прояви на малолетните и непълнолетните към Министерския съвет)

indirizz:

Bul. Knyaz Dondukov No 9, 4th floor
Sofia 1000, Bulgaria
Tel.: + 359 2 981 11 33
Fax: +359 2 987 40 01
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ckbppmn.government.bg/obshti/funktzii.html
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kummissjoni Ċentrali għall-Ġlieda kontra d-Delinkwenza Ġovanili (Централната комисия за борба срещу противообществените прояви на малолетните и непълнолетните към Министерския съвет)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-ħidma tal-Kummissjoni tinkludi:

  • il-koordinament tal-ħidma tal-korpi governattivi u tal-entitajiet ġuridiċi mingħajr skop ta’ qligħ fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-delinkwenza ġovanili;
  • il-ġestjoni u s-sorveljanza tax-xogħol tal-kummissjonijiet lokali għad-delinkwenza ġovanili ta' madwar il-pajjiż;
  • l-analiżi u l-ġbir ta' data statistika, xejriet tal-istudji u tbassir;
  • il-parteċipazzjoni fl-abbozzar tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-problemi li jiffaċċaw il-minorenni;
  • is-sensibilizzazzjoni pubblika tal-imġiba problematika tal-adolexxenti;

l-infurmar lill-pubbliku bis-sitwazzjonijiet li x'aktarx jipprovokaw imġiba delinkwenti, il-miżuri edukattivi li jistgħu jittieħdu, l-istat tad-delinkwenza ġovanili fil-pajjiż u d-direzzjoni li qed tieħu fl-evoluzzjoni tagħha.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-kummissjonijiet lokali għad-delinkwenza ġovanili huma responsabbli għall-isforzi ta' organizzazzjoni, ġestjoni u superviżjoni fil-livell muniċipali biex tiġi prevenuta u mnaqqsa l-imġiba antisoċjali ġovanili.

Huma għandhom ukoll setgħat ta' eżami tal-każijiet ta' delinkwenza ġovanili. Il-Kodiċi Kriminali għandu kapitolu intitolat "Dispożizzjonijiet speċjali għall-minorenni", li jikkorrispondi għall-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għar-Regola 11 tar-Regoli ta' Beijing. Skont dan il-kapitolu, tingħata preċedenza għall-miżuri edukattivi, li huma stipulati fl-Artikolu 13 tal-Att dwar id-Delinkwenza Ġovanili. Miżuri bħal dawn jittieħdu lil hinn mis-sistema tal-ġustizzja kriminali u jservu funzjoni purament edukattiva u soċjali. Dawn jinkludu pariri li jindirizzaw problemi ta' mġiba, inkoraġġiment għal involviment iktar mill-qrib mill-ġenituri u appoġġ minn edukaturi professjonali.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Miżuri xierqa jittieħdu wara li l-kawżi tal-imġiba problematika tkun analizzata. Fejn ikun hemm negliġenza, jistgħu jittieħdu miżuri wkoll fir-rigward tal-ġenituri.

10. L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Għajnuna Legali (Национално бюро за правна помощ)

indirizz:

Ul. Razvigor No 1
Sofia 1421, Bulgaria
Tel.: +359 2 81 93 200
Fax: + 359 2 865 48 12
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidanbpp@nbpp.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nbpp.government.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Għajnuna Legali (Национално бюро за правна помощ)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Talbiet għal għajnuna legali jridu jintbagħtu lill-President tal-Uffiċċju.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Biex ikunu eliġibbli għall-għajnuna legali, l-applikanti jridu:

  • ikunu jirċievu jew ikunu eliġibbli għal benefiċċji soċjali mensili;
  • ikunu f'istituzzjoni soċjali speċjalizzata, jew
  • ikunu familji għat-trobbija jew qraba jew ħbieb qrib il-familja li jingħataw ir-responsabilità tat-tfal skont l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal.

L-applikant irid jibgħat waħda minn dawn li ġejjin:

  • stqarrija oriġinali mid-direttur tal-fergħa lokali tal-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali (magħruf ukoll bħala d-direttorat tas-servizzi soċjali) li tiċċertifika li l-applikant kien, fil-waqt tal-applikazzjoni, qed jirċievi benefiċċji soċjali mensili skont l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet ta' Implimentazzjoni għall-Att dwar Għajnuna Soċjali;

jew

  • stqarrija oriġinali mid-direttur tal-fergħa lokali tal-Aġenzija tas-Servizzi Soċjali li tiċċertifika li l-applikant jikkwalifika għall-benefiċċji soċjali mensili.

u

  • L-applikant irid jibgħat ukoll stqarrija li tagħti d-dettalji tar-riżorsi finanzjarji ta' familtu.
  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Il-president tal-Uffiċċju jiddeċiedi tingħatax jew jinċaħadx l-għajnuna legali.

Id-deċiżjoni tiegħu hija suġġetta għal appell quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta' Sofija skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva.

11. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Għajnuna u l-Kumpens għall-Vittmi tal-Kriminalità (Национален съвет за подпомагане и компенсация на пострадали от престъпления)

indirizz:

Ministry of Justice
ul. Slavyanska No 1
Sofia 1040, Bulgaria
Tel.: + 359 2 9 237 359
Fax: +359 2 980 62 93
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacompensation@justice.government.bg
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.compensation.bg/
  • Isem l-unità/l-entità istituzzjonali li tilqa' t-talbiet/l-ilmenti/il-pretensjonijiet li jiġu mill-ksur tad-drittijiet (jekk applikabbli);

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Għajnuna u l-Kumpens għall-Vittmi tal-Kriminalità (Национален съвет за подпомагане и компенсация на пострадали от престъпления)

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet ipproċessati mill-istituzzjoni;

Il-Kunsill jittratta applikazzjonijiet għall-kumpens finanzjarju stipulat fl-Att dwar l-Appoġġ u l-Kumpens għall-Vittmi tal-Kriminalità. Biex tikkwalifika għal kumpens, il-vittma trid tkun sofriet telf finanzjarju minħabba atti ta' terroriżmu; qtil; offiża serja u intenzjonata fuq il-persuna; stupru jew attakk fuq il-pudur li jkun ikkawża ħsara għal saħħet il-vittma; traffikar tal-bnedmin; reati kriminali kommessi f'isem ċirku tal-kriminalità organizzata; u reati kriminali premeditati u serji oħrajn li jirriżultaw f'mewt jew offiża serja fuq il-persuna (l-Artikolu 3(3) tal-Att). Ir-reat irid ikun sar wara t-30 ta' Ġunju 2005. Il-liġi tistipula l-kumpens għat-telf li ġej li jirriżulta direttament minn reat kriminali:

1. spejjeż mediċi ħlief dawn rimborżati mill-Fond tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Nazzjonali;

2. qligħ mitluf;

3. spejjeż legali;

4. telf tal-mezzi ta' sosteniment;

5. spejjeż funerarji;

6. danni materjali oħrajn.

Iridu jiġu pprovduti dokumenti ta' appoġġ.

  • Deskrizzjoni fil-qosor tal-proċedura/proċedimenti li l-applikazzjonijiet/ilmenti/pretensjonijiet jiġu pproċessati skonthom;

Il-vittmi tar-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(3) tal-Att dwar l-Appoġġ u l-Kumpens għall-Vittmi jistgħu jippreżentaw pretensjonijiet ta' kumpens finanzjarju lill-gvernatur tal-provinċja tagħhom jew lill-Kunsill fi żmien xahrejn wara li jidħol fis-seħħ att legali ta' awtorità ġudizzjarja msemmi speċifikatament fl-Artikolu 12 tal-Att. Il-Kunsill irid jeżamina l-pretensjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tagħha.

  • Deskrizzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċedura/proċedimenti.

Il-Kunsill jiltaqa' tal-inqas darba kull tliet xhur biex jiddeċiedi dwar il-pretensjonijiet ta' kumpens. Id-deċiżjonijiet tiegħu jittieħdu b'maġġoranza sempliċi ta' dawk preżenti, iridu jagħtu r-raġunijiet għall-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda u huma suġġetti għal appell.

Oħrajn

Bażi ta’ data tal-NGOs - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ngobg.info/bg/search/advanced.html

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Repubblika Ċeka

Qrati nazzjonali

Ġeneralment, f’każijiet ta’ diskriminazzjoni, il-qorti lokali tal-konvenut (jiġifieri l-persuna akkużata b’diskriminazzjoni) hija kompetenti fl-ewwel istanza. Ladarba jkunu ġew eżawriti l-appelli ordinarji kollha, jista’ jiġi mressaq lment kostituzzjonali individwali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.usoud.cz/).

Qorti Kostituzzjonali

Joštova 8, 660 83 Brno 2

Tel. (+420) 542162111
Faks: (+420) 542161309, (+420) 542161169

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodani@usoud.cz

L-entità ġudizzjarja għall-protezzjoni tal-kostituzzjonalità hija l-Qorti Kostituzzjonali, li l-istatus u l-kompetenzi tagħha huma mnaqqxa fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka. Il-Qorti Kostituzzjonali hija barra mis-sistema tal-qrati ġenerali. Il-kompitu prinċipali tagħha huwa li tipproteġi l-kostituzzjonalità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Kostituzzjoni, il-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u liġijiet kostituzzjonali oħra tar-Repubblika Ċeka, kif ukoll li tiggarantixxi li l-poter tal-Istat ikun eżerċitat b’mod kostituzzjonali.

Skont l-Artikolu 87 tal-Kostituzzjoni, il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi, fost affarijiet oħra, dwar ilmenti kostituzzjonali minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi kontra deċiżjonijiet finali u infurzabbli u interventi oħra magħmula minn entitajiet pubbliċi li jolqtu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali huma finali u ma jistgħux jiġu appellati.

Fuq is-sit web tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali tippreżenta linji gwida dwar il-proċedura ta’ ilment kostituzzjonali, li jkun fihom tagħrif bażiku dwar il-proċedura (ara http://www.usoud.cz/pruvodce-rizenim-o-ustavni-stiznosti).

Istituzzjonijiet nazzjonali għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem

L-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem prinċipali li tittratta ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (ara hawn taħt).

Fil-livell tal-Gvern, il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem taqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-Ministru għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Opportunitajiet Indaqs u l-Leġiżlazzjoni; entitajiet oħra li jittrattaw din il-kwistjoni jinkludu l-Kunsill tal-Gvern għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill tal-Gvern għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kunsill tal-Gvern għall-Minoranzi Nazzjonali u l-Bord ta’ Tmexxija tal-Persuni b’Diżabilità bħala entitajiet konsultattivi tal-Gvern.

Difensur Pubbliku tad-Drittijiet

Difensur Pubbliku tad-Drittijiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ochrance.cz/

Údolní 39
Brno, 602 00

Telefown: +420 542 542 111
Faks: +420 542 542 112

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ochrance.cz

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet hija entità Statali awtonoma, indipendenti u imparzjali, li tinsab barra mill-amministrazzjoni pubblika u għalhekk mhijiex awtorità pubblika. Hija tipproteġi persuni kontra l-aġir tal-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jwettqu l-amministrazzjoni tal-Istat, fejn dan l-aġir huwa:

  • illegali;
  • legali, iżda b’xi mod ieħor difettuż jew mhux korrett, u għalhekk inkonsistenti mal-prinċipji tal-istat tad-dritt demokratiku u l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba;
  • meta dawn l-entitajiet huma inattivi.

Id-Difensur huwa awtorizzat jittratta lmenti kontra l-attivitajiet ta’:

  • ministeri u awtoritajiet amministrattivi oħra b’kompetenza għar-Repubblika Ċeka sħiħa, u l-awtoritajiet amministrattivi delegati tagħhom;
  • entitajiet awtogovernattivi territorjali (jiġifieri muniċipalitajiet u reġjuni), iżda biss meta jkunu qegħdin iwettqu atti ta’ amministrazzjoni tal-Istat, u mhux meta huma jeżerċitaw is-setgħat proprji tagħhom (awtonomi);
  • il-Bank Nazzjonali Ċek, fejn jaġixxi bħala awtorità amministrattiva;
  • il-Kunsill għax-Xandir tar-Radju u t-Televiżjoni;
  • il-Pulizija tar-Repubblika Ċeka, ħlief għal investigazzjonijiet dwar il-proċedimenti kriminali;
  • l-Armata tar-Repubblika Ċeka u l-Gwardja tal-Kastell;
  • is-Servizz tal-Ħabs tar-Repubblika Ċeka;
  • faċilitajiet fejn persuni huma suġġetti għal kustodja, priġunerija, edukazzjoni protettiva jew istituzzjonali u trattament protettiv;
  • kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa;
  • entitajiet tal-qorti u l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fl-eżerċizzju ta’ amministrazzjoni tal-Istat (speċjalment f’dak li jikkonċerna d-dewmien fil-proċedimenti, l-inattività tal-qrati u l-imġiba mhux xierqa ta’ mħallfin), iktar milli kontra d-deċiżjoni proprja ta’ qorti jew prosekutur.

Mill-2006 ’l hawn, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet wettaq monitoraġġ ukoll tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li l-libertà tagħhom ġiet ristretta.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma għandu l-ebda dritt jintervjeni fir-relazzjonijiet jew tilwim ta’ dritt privat (inkluż tilwim bejn l-impjegati u l-impjegaturi, anki meta l-impjegatur ikun awtorità statali), bl-unika eċċezzjoni tirrigwarda lmenti dwar imġiba diskriminatorja - f’dawn il-każijiet, id-Difensur jista’ jintervjeni wkoll fil-qasam ta’ dritt privat.

Id-Difensur jista’ iwettaq investigazzjonijiet indipendenti, iżda ma jistax jaġixxi minflok l-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni tal-Istat u ma jistax jannulla jew ibiddel id-deċiżjonijiet tagħhom. Madankollu, jekk isib xi irregolarità, jista’ jitlob li l-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet jipprovdu rimedju.

Jekk awtorità ta’ amministrazzjoni statali pubblika jew faċilità fejn jinżammu persuni li l-libertà tagħhom tkun ġiet ristretta tonqos milli twettaq l-obbligu tagħha li tikkopera mad-Difensur jew, wara li tkun instabet irregolarità, tonqos milli tieħu miżuri korrettivi adegwati, id-Difensur jista’ jinforma lill-pubbliku dwar il-kwistjoni.

Id-divulgazzjoni hija sanzjoni disponibbli lid-Difensur skont il-liġi. F’każ bħal dan, id-Difensur jista’ ukoll jikkomunika lill-pubbliku l-ismijiet u l-kunjomijiet ta’ persuni speċifiċi li jaġixxu f’isem l-awtorità li tiżbalja.

Ilment lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet għandu jiġi mressaq mill-persuna li qed titlob il-protezzjoni tad-drittijiet tagħha, jew mir-rappreżentant legali tagħha. Jekk l-ilment qed jiġi mressaq f’isem persuna oħra, dan għandu jintwera permezz ta’ prokura bil-miktub jew b’dokument ieħor li jiddikjara l-limitu tal-awtorizzazzjoni.

Ilment għandu dejjem ikun fih:

  • L-isem, il-kunjom, l-indirizz u n-numru tat-telefown tal-ilmentatur; fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-isem, l-uffiċċju rreġistrat u persuna awtorizzata biex taġixxi f’isimha;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kwistjoni, inkluża indikazzjoni dwar jekk saritx konsultazzjoni ta’ din il-kwistjoni lil entità oħra u b’liema riżultat;
  • indikazzjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet li tressaq l-ilment kontriha / kontrihom;
  • prova li l-ilmentatur talab mingħajr suċċess lill-awtorità li għalih jirreferi l-ilment sabiex tipprovdi rimedju.
  • Jekk tkun inħarġet deċiżjoni f’din il-kwistjoni, l-ilmentatur għandu jissottometti kopja tagħha,
  • u kopji ta’ dokumenti li jirrigwardaw is-suġġett u fihom informazzjoni importanti.

It-tul tal-investigazzjonijiet u s-soluzzjoni tal-ilmenti hija varjabbli u tiddependi dejjem fuq iċ-ċirkustanzi u l-komplessità tal-każ. Il-liġi ma tistabbilixxi l-ebda skadenzi għad-Difensur; id-Difensur għandu jipprova jindirizza l-ilmenti kollha, kemm jista’ jkun, fl-inqas żmien possibbli.

Ma hemm l-ebda rimedju (appell) kontra l-mod li bih ġie ttrattat ilment mid-Difensur jew l-eżitu tiegħu.

Ilment jista’ jitressaq:

Bil-miktub - preferibbilment fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaforma ta’ ilment stampata li għandha tintbagħat lil: Veřejný ochránce práv, Údolní 39, 602 00 Brno. Huwa wkoll possibbli li tintbagħat ittra personali.

Bil-posta elettronika (anke mingħajr firma elettronika) mibgħuta lil podatelna@ochrance.cz b’deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-kwistjoni jew, aħjar minn hekk, billi timtela Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaforma ta’ ilment u tintbagħat bil-posta elettronika.

Bil-kaxxa tad-dejta - l-ID tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet huwa jz5adky. Il-messaġġ tad-dejta jista’ ikun fih forma ta’ ilment li tkun ġiet mimlija jew ittra personali li jkun fiha informazzjoni importanti dwar il-problema.

Bl-użu ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaforma interattiva onlajn ta’ servizz tal-preżentata elettronika li jiggarantixxi li l-mili jkun fih id-dettalji neċessarji kollha.

Bil-konsenja personali lill-Uffiċċju għall-preżentata tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (Údolní 39, Brno), kull ġurnata matul il-ġimgħa mit-8.00a.m. sal-4.00p.m. B’dan il-mod, huwa possibbli li jitressaq ilment bl-annessi mhux biss bil-miktub (fuq il-karta), iżda wkoll fuq support informatiku.

Ressaq preżentata personali f’rapport - matul il-ġimgħa mit-8.00a.m. sal-4.00p.m. huwa possibbli li wieħed imur personalment għand it-Tressiq ta’ Ilmenti fil-bini tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, fejn l-ilment jiġi diskuss u mniżżel minn avukat tal-Uffiċċju.

Awtoritajiet speċjalizzati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

Difensur Pubbliku tad-Drittijiet u ilmenti mressqa minn tfal

Mhemm ebda Ombudsman għat-Tfal fir-Repubblika Ċeka; madankollu, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet bħalissa jittratta lmenti ppreżentati minn tfal li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tagħhom.

Difensur Pubbliku tad-Drittijiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://deti.ochrance.cz/

Údolní 39
Brno, 602 00

Telefown: +420 542 542 888
Faks: +420 542 542 112

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadeti@ochrance.cz

It-tfal jistgħu javviċinaw lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet b’modi differenti, jiġifieri permezz ta’ ittra ordinarja bil-posta jew imwassla personalment f’Veřejná ochránkyně práv, Údolní 39, 602 00 Brno, jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-użu tal-forma interattiva mimlija b’mod konformi mal-istruzzjonijiet, bil-posta elettronika mibgħuta lil deti@ochrance.cz, jew personalment fl-indirizz tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, fejn il-minorenni jista’ jiddiskuti u jirraporta il-problema lill-avukat tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.

L-ilment għandu jindika b’mod ċar b’mod partikolari:

  • minn min jew minn xiex il-minorenni qed jilmenta dwaru (inkluż mill-inqas l-isem tal-awtorità jew istituzzjoni oħra jew persuna li l-minorenni trattat magħha);
  • l-isem, il-kunjom, id-data tat-twelid u r-residenza tal-minorenni;
  • id-deskrizzjoni tal-problema;
  • id-dettalji ta’ kuntatt, jiġifieri n-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku u l-indirizz postali.

Id-Difensur jista’ igħin lill-minorenni, pereż.:

  • fil-każ ta’ prattika ħażina minn assistent soċjali;
  • jekk il-proċedimenti tal-qorti jieħdu żmien twil;
  • jekk imħallef iġib ruħu b’mod mhux adegwat;
  • jekk il-minorenni jisfa’ vittma tal-ibbuljar fl-iskola;
  • jekk il-minorenni ma kienx ammess fi skola;
  • fil-każ ta’ reġim iktar strett, ibbuljar, eċċ. f’dar tat-tfal;
  • jekk il-ġenituri tal-minorenni ma rċevewx benefiċċji soċjali;
  • jekk il-pensjoni tan-nanniet tal-minorenni ġiet ikkalkulata ħażin mill-awtoritajiet;
  • jekk l-awtorità tal-bini tonqos milli tittratta l-kundizzjoni ħażina (tal-kostruzzjoni u teknika) ta’ bini, jew ġar qed jibni struttura mingħajr permess;
  • jekk l-awtoritajiet qed jonqsu milli jieħdu passi korrettivi rigward sit ta’ miżbla pprojbit;
  • jekk ilment dwar prodott li ma ħadimx ma ġiex trattat.

Min-naħa l-oħra, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma jistax, pereżempju:

  • ibiddel id-deċiżjoni ta’ qorti;
  • jinterferixxi ma’ investigazzjoni tal-Pulizija tar-Repubblika Ċeka (il-prosekutur pubbliku li jissorvelja l-attivitajiet tal-pulizija għandu ċerti setgħat f’dan ir-rigward);
  • jintervjeni meta n-nies ikollhom tilwim (pereż. nuqqas ta’ qbil bejn il-ġirien dwar l-art, tilwim bejn il-ġenituri jew membri oħra tal-familja, eċċ.) – dawn il-kwistjonijiet iridu jiġu riferuti lil qorti;

Istituzzjonijiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi tad-diskriminazzjoni

Difensur Pubbliku tad-Drittijiet

Údolní 39
Brno, 602 00

Telefown: +420 542 542 111
Faks: +420 542 542 112

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@ochrance.cz

Skont l-Att dwar id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, id-Difensur għandu jipprovdi lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni b’għajnuna metodoloġika:

  • id-Difensur għandu jivvaluta jekk l-aġir inkwistjoni jistax effettivament jikkostitwixxi diskriminazzjoni skont l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni;
  • jagħti pariri lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni fuq kif għandhom jipproċedu, lil min javviċinaw u kif jistgħu jressqu rikors biex jibdew proċedimenti kontra d-diskriminazzjoni.

Meta tintbagħat talba lid-Difensur biex jinvestiga diskriminazzjoni, ir-rikorrent għandu jidentifika b’mod preċiż kemm jista’ ikun l-allegata mġieba diskriminatorja u jsaħħaħ ir-rikors bi kwalunkwe prova jew bil-provi kollha li jistgħu jipprovaw id-diskriminazzjoni.

Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali

Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uoou.cz/

Pplk. Sochora 27
170 00 Prague 7

Telefown: +420 234 665 111
Faks: +420 234 665 444

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaposta@uoou.cz

L-Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali (OPPD) huwa entità indipendenti li:

  • jissorvelja l-konformità ma’ obbligi statutorji fl-ipproċessar ta’ dejta personali;
  • iżomm reġistru ta’ istanzi awtorizzati meta dejta personali tkun ġiet ipproċessata;
  • jirċievi l-ilmenti taċ-ċittadini rigward ksur tal-liġi;
  • jipprovdi konsultazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali.

L-attivitajiet tal-Uffiċċju huma ddefiniti mill-Att Nru 101/2000 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali u li jemenda ċerti atti, kif emendat.

L-għan tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali huwa d-dritt taċ-ċittadin, kif garantit mill-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali, għal protezzjoni kontra intrużjoni mhux awtorizzata fil-ħajja privata u personali tiegħu u l-ġbir, pubblikazzjoni mhux awtorizzat jew abbuż ieħor ta’ dejta personali.

Kull min jiskopri jew ikollu suspett raġonevoli li d-dejta personali tiegħu tkun qed tiġi pproċessata bi ksur tad-dritt tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni personali u l-ħajja privata u bi ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali – pereżempju, jekk id-dejta personali li qed tiġi pproċessata mhijiex korretta jew tmur lil hinn mill-iskop li għalih kienet intalbet – għandu d-dritt li jagħmel sottomissjoni lill-Uffiċċju.

Sottomissjoni li tiġbed l-attenzjoni għal suspett ta’ ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali għandha tinkludi:

  • l-identifikazzjoni tal-persuna suspettata bi ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali;
  • id-deskrizzjoni tal-attività li tinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta personali li kiser l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali;
  • indikazzjoni tad-dejta personali (jew mill-inqas tal-kategoriji tagħha) ipproċessata bi ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali;
  • dokumenti jew materjali oħra (jew kopji tagħhom) li jiddokumentaw ir-relazzjoni bejn in-notifikatur (l-ilmentatur) u l-persuna li pproċessat b’mod żbaljat id-dejta personali tiegħu jew tagħha;
  • dokumenti jew materjali oħra (jew kopji tagħhom) li minnhom jista’ jiġi stabbilit ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali;
  • il-provvista ta’ kwalunkwe referenza għal riżorsi disponibbli li jistgħu jixhdu għall-fatti deskritti;
  • dettalji ta’ kuntatt tan-notifikatur (lmentatur).

Ilment jista’ ukoll jiġi mressaq b’mod anonimu lill-Uffiċċju jew mibgħut b’mezzi elettroniċi.

Il-persuna li tressaq ilment ma tkunx parti fil-proċedimenti fi proċedimenti amministrattivi potenzjali, iżda tista’ tinstema’ bħala xhud.

Awtoritajiet speċjalizzati oħra

Il-korp ewlieni li l-persuni fiżiċi jistgħu jirrikorru għandu f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet. Entitajiet oħrajn f’dan il-qasam jinkludu, pereżempju:

L-Amministrazzjoni tal-Faċilitajiet għar-Rifuġjati tal-Ministeru tal-Intern

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.suz.cz/

Lhotecká 7
143 01 Prague 12

Telefown: +420 974 827 118
Faks: +420 974 827 280

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@suz.cz

L-Amministrazzjoni tal-Faċilitajiet għar-Rifuġjati (AFR) huwa komponent ta’ organizzazzjoni tal-Istat, subordinat għal Viċi Ministru tal-Intern għall-Ordni Pubbliku u s-Sigurtà; din tikkoopera mal-organizzazzjonijiet governattivi u istituzzjonijiet internazzjonali, entitajiet tal-gvern lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi. Hija tamministra wkoll faċilitajiet ta’ detenzjoni għall-barranin; sa mill-2009 hija kienet qed topera netwerk ta’ ċentri għall-appoġġ tal-integrazzjoni tal-barranin f’kapitali reġjonali.
Ir-Repubblika Ċeka tuża l-AFR biex tipprovdi akkomodazzjoni u servizzi oħra lill-applikanti għall-ażil, ir-refuġjati u l-barranin skont l-Att Nru 326/1999 dwar is-soġġorn tal-barranin fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, u l-Att Nru 325/1999 dwar l-ażil. L-objettiv tal-AFR huwa li toffri lil dawn il-persuni kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi.

Kunsill Nazzjonali tal-Persuni b’Diżabilità tar-Repubblika Ċeka.

Partyzánská 7
170 00 Prague 7 – Holešovice
Telefown: 266 753 421
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidanrzpcr@nrzp.cz

Mill-11 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill Nazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilità ilha rreġistrata bħala assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-interessi ta’ persuni b’diżabilità meta jkunu qed jittrattaw mal-Istat u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Ir-rwol tal-Kunsill Nazzjonali huwa li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà u li jiddefendi b’mod konsistenti d-drittijiet tal-bniedem ta’ dawn il-persuni. Huwa l-korp ewlieni ta’ konsulenza lill-Bord ta’ Tmexxija għal Persuni b’Diżabilità.

Il-prijoritajiet tiegħu jinkludu wkoll:

  • il-koordinazzjoni ta’ organizzazzjonijiet għall-persuni b’diżabilità fi kwistjonijiet ta’ interess komuni;
  • l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku dwar is-suġġett tad-diżabilità;
  • il-monitoraġġ ta’ każijiet ta’ diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabilità;
  • l-implimentazzjoni ta’ proġetti li jtejbu l-ħajja b’diżabilità;
  • l-ippjanar fir-rigward tal-ugwalizzazzjoni tal-opportunitajiet għal persuni b’diżabilitajiet fil-livell reġjonali;
  • l-operazzjoni ta’ netwerk nazzjonali ta’ ċentri ta’ konsulenza soċjali professjonali;
  • il-pubblikazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet, ġurnali u materjal ta’ informazzjoni.

Oħrajn

Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fir-Repubblika Ċeka li jittrattaw kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u jgħinu lin-nies meta dawn id-drittijiet ma jiġux irrispettati.

Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Barranin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cicpraha.org/

Pernerova 32/10, 186 00, Praha 8
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@cicpraha.org

Iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Barranin (CIB) hija assoċjazzjoni ċivika stabbilita fl-2003 biex tgħin iċ-ċittadini barranin jintegraw fis-soċjetà Ċeka.

Dan jiffoka fuq il-forniment ta’ servizzi soċjali fil-komunità u ta’ sensibilizzazzjoni u programmi edukattivi għal barranin b’residenza permanenti jew fit-tul fit-territorju tar-Repubblika Ċeka. Is-CIB għandu fergħat fir-reġjuni Ċeki kollha, u l-fokus tiegħu huwa fuq Praga u l-Bohemia Ċentrali. L-organizzazzjoni għandha reġistrazzjoni tas-servizzi soċjali skont l-Att tas-Servizzi Soċjali u akkreditazzjoni skont l-Att dwar is-Servizzi Volontarji.

L-attivitajiet prinċipali tal-organizzazzjoni jinkludu:

  • il-provvista ta’ pariri soċjali lill-immigranti: ċittadini barranin li huma residenti permanenti u fit-tul u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali / sussidjarja;
  • l-għoti ta’ pariri dwar l-impjiegi u l-iżvilupp ta’ programmi u attivitajiet għal immigranti mmirati biex huma jidħlu fis-suq tax-xogħol;
  • l-organizzazzjoni ta’ korsijiet faċli (miftuħa) fil-lingwa Ċeka u korsijiet speċjalizzati oħra fil-lingwa Ċeka għall-barranin, inkluż l-iżvilupp ta’ metodi ta’ tagħlim ġodda u progressivi;
  • l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet edukattivi oħrajn (l-edukazzjoni ta’ għalliema tal-lingwa Ċeka u ta’ lingwi barranin, it-tagħlim tal-lingwi barranin, taħriġ ulterjuri għall-ħaddiema pedagoġiċi, tutoring, korsijiet tal-kompjuter, eċċ.);
  • il-programm volontarju – mentoraġġ fil-forma ta’ kooperazzjoni individwali bejn il-klijent u l-voluntier, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet soċjali u ta’ divertiment, laqgħat, diskussjonijiet tematiċi filgħaxijiet, eċċ.).
  • attivitajiet ta’ tagħrif - seminars, materjal ta’ informazzjoni

Il-programmi kollha għandhom l-għan li jippermettu lill-immigranti fir-Repubblika Ċeka li jkollhom ħajja dinjituża u indipendenti fir-Repubblika Ċeka filwaqt li jiżguraw li huma jirrispettaw u jkunu konxji mil-liġijiet lokali u standards purament interpersonali ta’ kondotta u imġieba, u li jippromwovu l-fehim, l-għajnuna u r-rispett għall-individwalità ta’ kull migrant min-naħa tas-soċjetà riċeventi.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Drittijiet fundamentali - Estonja

Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsperson

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Qrati Nazzjonali

Qrati tal-kontea, qrati amministrattivi, qrati distrettwali u l-Qorti Suprema

Indirizzi:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Harju, Liivalaia 24, 15034 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Viru, Kooli 2a, 41598 Jõhvi, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Tartu, Kalevi 1, 51010 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu, Kuninga 22, 80099 Pärnu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn, Pärnu mnt 7, 15082 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva ta' Tartu, Kalevi 1, 51010 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Tallinn, Pärnu mnt 7, 15084 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Tartu, Kalevi 1, 50050 Tartu, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema, Lossi 17, 50093 Tartu, Estonia

Dawn l-istituzzjonijiet isolvu t-tilwim legali. Hemm erba' qrati tal-kontea: il-Qorti tal-Kontea ta' Harju, il-Qorti tal-Kontea ta' Viru, il-Qorti tal-Kontea ta' Tartu u l-Qorti tal-Kontea ta' Pärnu. Hemm żewġ qrati amministrattivi: Il-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn u l-Qorti Amministrattiva ta' Tartu. Fit-tieni stadju (l-istadju tal-appell), il-Kmamar Amministrattivi tal-qrati distrettwali ta' Tallinn u Tartu jirrevedu deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti amministrattiva. Id-deċiżjonijiet fl-ogħla stadju jiġu riveduti mill-Kamra Amministrattiva tal-Qorti Suprema.

Jekk individwu jqis li persuna fid-dritt pubbliku (bħall-Istat jew il-il-gvern lokali) tkun kisritlu drittijietu jew irrestrinġietlu l-libertajiet tiegħu permezz ta' att amministrattiv jew proċess huma jkunu jistgħu jtellgħu l-kwistjoni quddiem il-qorti amministrattiva. Tilwim li jirrigwarda r-riforma tal-proprjetà jew ir-riformi tal-art, is-servizzi pubbliċi, l-amministrazzjoni fiskali, iċ-ċittadinanza u kwistjonijiet ta' immigrazzjoni, kif ukoll l-akkwist pubbliku, il-proprjetà tal-istat, il-bini u l-ippjanar u r-responsabilità statali jinstemgħu quddiem il-qorti distrettwali.

Il-qorti distrettwali li tirċievi l-ilment tara l-ilment jew l-oġġezzjoni tkunx tissodisfa r-rekwiżiti legali, jekk hix akkumpanjata mill-hemżiet kollha elenkati fl-ilment, u jekk il-qorti distrettwali hix kompetenti biex tiġġudika fuq dan il-każ u jekk sarx il-ħlas mitlub mill-istat. Jekk waħda minn dawn tkun nieqsa, il-qorti tagħti lill-persuna li qed tressaq l-ilment jew oġġezzjoni sa 15-il jum biex tirranġa dan in-nuqqas. Jekk il-persuna li tressaq l-ilment jew l-oġġezzjoni tonqos milli tirrettifika n-nuqqasijiet qabel ma jiskadi dan iż-żmien, il-qorti distrettwali tirritornalha l-ilment jew l-oġġezzjoni b'avviż. Jekk l-ilment jew l-oġġezzjoni tissodisfa r-rekwiżiti, il-qorti taċċetta l-każ u ssir proċedura preliminari li matulha l-qorti tħejji l-każ biex tkun possibbli li ssolvih mingħajr interruzzjoni f'seduta waħda. Meta l-proċedura preliminari titlesta, il-qorti tibgħat taħrika lill-partijiet involuti fil-kawża u tinformahom bil-ħin u l-post fejn il-qorti tkun se tisma' l-każ.

Kawżi li jinvolvu ksur ta' drittijiet skont id-dritt ċivili, bħal tilwim kuntrattwali, kawżi familjari, tilwim li jikkonċernaw id-dritt tas-suċċessjoni u tal-proprjetà, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet u l-ġestjoni ta' għaqdiet bla qligħ, kif ukoll tilwim dwar il-proprjetà intellettwali u kawżi ta' falliment u kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-impjiegi jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-kontea. Din hija biss lista qasira tal-kwistjonijiet ittrattati mill-qrati tal-kontea skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili.

Nies li jixtiequ jressqu kawża quddiem il-qorti ċivili biex jipproteġu drittijiethom (jew dawk ta' nies oħra) iridu jagħmlu rikors il-qorti. Ir-rikors jikkostiwixxi kawża ċivili quddiem il-qorti ċivili. Ir-rikors mibgħut lill-qorti jrid jindika kontra min qed titressaq il-kawża, x'inhu jiġi allegat, għalfejn (jiġifieri fuq liema bażijiet legali) u x'evidenza hemm li tappoġġa l-allegazzjoni.

Meta l-qorti tirċievi rikors, hija tara jkunx jissodisfa r-rekwiżiti u jekk ikunx sar il-ħlas mitlub mill-istat. Jekk ir-rikors ikollu xi ħaġa nieqsa, il-qorti tistabbilixxi data sa meta jista’ jitranġa kull nuqqas. Jekk in-nuqqasijiet ma jitranġawx sa dik id-data, il-qorti ttemm il-proċedimenti. Jekk ir-rikors jissodisfa r-rekwiżiti, l-qorti tibagħtu lill-parti opposta biex twieġeb. Il-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha fi żmien raġonevoli billi toħroġ avviż fejn tilqa' jew tirrifjuta l-kawża.

Jekk tkun vittma ta' delitt, tista' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatagħmel kwerela verbalment jew bil-miktub ma' entità investigattiva, normalment mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapulizija jew mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Prosekutur.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakwerela jrid ikun fiha d-dettalji personali u ta' kuntatt tiegħek, deskrizzjoni tad-delitt, id-data u l-firma. Ma hemmx bżonn ta' formoli speċjali, imma l-pulizija jistgħu madankollu jagħtuk formola għall-kwerela. Il-formola li trid tintbagħat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tinsab fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsaj ttal-Uffiċċju.

Il-kwerela li tagħmel jew verbalment jew bit-telefown tkun irreġistrata, u kwereli bit-telefown jistgħu anke jiġu rreġistrati.

Mhux iktar minn għaxart ijiem mill-wasla tal-kwerela, il-pulizija jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur irid jinfurmak jekk jirrifjuta li jiftaħ proċedimenti kriminali. Din l-iskadenza tista' tiġi estiża b'għaxart ijiem oħra jekk ikun hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali mingħand il-persuna li tagħmel il-kwerela sabiex jiġi deċiż jekk għandhomx jinfetħu l-proċedimenti kriminali jew le. Il-kwerelant jiġi infurmat li l-iskadenza tkun ġiet estiża u għalfejn.

Meta tkun saret investigazzjoni, il-pulizija tħejji rapport u tibagħtu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur, li:

  • jibagħtu għall-informazzjoni lill-persuna suspettata u lill-vittma (fuq talba, ara l-Artikolu 224(2) tal-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali) jekk iqis l-investigazzjoni bħala magħluqa, u mbagħad iħejji att tal-akkuża u jibagħtu lill-qorti;
  • jitlob lill-pulizija twettaq iktar investigazzjonijiet, jew
  • jagħlaq il-proċedimenti.

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Bħalissa l-Estonja ma għandha l-ebda awtorità nazzjonali jew għaqda oħra li applikat għal akkreditazzjoni bħala għaqda nazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

Ombudsperson

Dan ir-rwol jokkupah il-Kanċillier tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Fil-kapaċità tiegħu ta' Ombudsman, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza l-attivitajiet tal-awtoritajiet li jaqdu funzjonijiet pubbliċi u jara li l-awtoritajiet statali josservaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nies u prassi amministrattiva tajba. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza:

  • l-attivitajiet ta' entitajiet u awtoritajiet statali;
  • l-attivitajiet ta' entitajiet u awtoritajiet statali governattivi lokali;
  • l-attivitajiet tal-entitajiet jew l-awtoritajiet ta' persuni ġuridiċi fid-dritt pubbliku jew entitajiet privati li jaqdu funzjonijiet pubbliċi.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq applikazzjoni lill-Kanċillier tal-Ġustizzja biex jikkontrolla l-attivitajiet ta' awtoritajiet li jaqdu dmirijiet pubbliċi.

Jekk il-Kanċillier tal-Ġustizzja jsib li l-attivitajiet ta' awtorità li taqdi funzjonijiet pubbliċi huma illegali, huwa jibgħat opinjoni lill-awtorità fejn jistqarr kif din tkun kisret il-liġi u, fejn hemm bżonn, jirrakkomanda kif issegwi prassi amministrattiva legali u ġdida jew tagħmel proposti biex jiġi rimedjat il-ksur. Fiż-żewġ każijiet, qabel ma tinħareġ opinjoni huwa jivvaluta jekk l-awtorità tkun ikkonformat mal-liġi u jekk il-komunikazzjoni mal-individwu tkunx konformi mal-prassi amministrattiva tajba. Fl-opinjoni tiegħu l-Kanċillier tal-Ġustizzja jista' jikkritika, jagħti opinjoni jew jagħti rakkomandazzjonijiet immirati lejn ir-remedjar tal-ksur.

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq applikazzjoni lill-Kanċillier tal-Ġustizzja biex jara jekk att jew biċċa leġiżlazzjoni oħra tkunx konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra. Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza l-konformità mal-leġiżlazzjoni maħruġa mis-setgħat leġiżlattivi u eżekuttivi u l-gvernijiet lokali mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra.

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza:

  • li l-Atti jikkonformaw mal-Kostituzzjoni;
  • li regolamenti tal-Gvern tar-Repubblika jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • li r-regolamenti ministerjali jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • li r-regolamenti tal-kunsilli governattivi lokali u tal-gvernijiet muniċipali u tal-bliet jikkonformaw mal-Kostituzzjoni u leġiżlazzjoni oħra;
  • il-legalità tal-atti leġiżlattivi maħruġa minn persuni ġuridiċi fid-dritt pubbliku.

Jekk il-Kanċillier tal-Ġustizzja jsib li att leġiżlattiv imur kontra l-Kostituzzjoni jew ma jkunx jikkonforma ma' liġijiet oħra:

  • jista' jagħmel proposta lil min ħareġ l-att biex l-att jinġieb konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra. Min joħroġ l-att leġiżlattiv huwa obbligat li jippreżenta l-opinjoni tiegħu lill-Kanċillier tal-Ġustizzja fi żmien 20 jum. Jekk il-proposta tiġi injorata, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jitlob lill-Qorti Suprema biex tiddikjara l-att leġiżlattiv bħala invalidu jew li jikser il-Kostituzzjoni.
  • jista' jibgħat memorandum lil min ħareġ il-leġiżlazzjoni biex l-att jinġieb konformi mal-Kostituzzjoni u liġijiet oħra, u jagħti data sa meta trid titneħħa l-inkompatibilità. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru fil-memorandum jiġu injorati, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jista' jibgħat proposta lil min ħareġ il-leġiżlazzjoni. Jekk il-proposta tiġi injorata, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jitlob lill-Qorti Suprema biex tiddikjara l-att leġiżlattiv bħala invalidu jew li jikser il-Kostituzzjoni.
  • jista' jibgħat rapport lill-Qorti Suprema fejn jiġbdilha l-attenzjoni bil-problemi fil-leġiżlazzjoni.

Entitajiet speċjalizzati għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem

  • Ombudsperson għad-drittijiet tat-tfal

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia

Ir-rwol tal-Ombudsman għat-Tfal jimlieh il-Kanċillier tal-Ġustizzja. Id-dmirijiet tal-kunsilliera fid-Dipartiment għad-Drittijiet tat-Tfal huma l-iktar:

  • it-trattament tal-applikazzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tat-tfal f'każijiet li jinvolvu reviżjoni kostituzzjonali u l-Ombudsman;
  • it-tħejjija u t-twettiq ta' żjarat ta' spezzjoni lill-awtoritajiet tat-tfal;
  • it-tħejjija ta' rikorsi u opinjonijiet f'kawżi ta' reviżjoni kostituzzjonali;
  • it-tagħlim dwar id-drittijiet tal-bniedem tat-tfal u s-sensibilizzazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal, is-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta' taħriġ dwar id-drittijiet tat-tfal;
  • it-twettiq ta' stħarriġ u studji dwar kwistjonijiet relatati mal-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal;
  • l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni bejn għaqdiet tat-tfal u taż-żgħażagħ, għaqdiet taċ-ċittadini, NGOs, għaqdiet professjonali u awtoritajiet xjentifiċi u statali.

Fl-istess waqt, dan japplika wkoll kif deskritt għall-Kanċillier tal-Ġustizzja.

  • Entità dwar l-Ugwaljanza

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja, il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs

Indirizzi:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kanċillier tal-Ġustizzja: Kohtu 8, 15193 Tallinn, Estonia
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs, Gonsiori 29, 15027 Tallinn, Estonia

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja jimmonitorizza d-dritt fundamentali għat-trattament indaqs skont il-proċeduri normali. Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs huwa uffiċjal indipendenti li jaġixxi skont l-Att tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Att dwar it-Trattament Indaqs. Ir-rwol tal-Kummissarju huwa li jimmonitorizza l-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn iż-żewġ Atti. Il-Kummissarju jagħti pariri u jgħin lin-nies f'tilwim li għandu x'jaqsam ma' diskriminazzjoni u joħroġ opinjonijiet esperti dwar każijiet ta' diskriminazzjoni.

Il-Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u t-Trattament Indaqs:

  • jirċievi applikazzjonijiet minn individwi u joħroġ opinjonijiet f'każijiet ta' diskriminazzjoni;
  • janalizza l-impatt ta' leġiżlazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta' nisa u rġiel u nies fi gruppi ta' minoranza fis-soċjetà;
  • jagħmel proposti lill-Gvern tar-Repubblika u lill-entitajiet governattivi u lill-gvernijiet lokali u lill-entitajiet tal-gvernijiet lokali dwar leġiżlazzjoni li trid tiġi emendata;
  • jagħti pariri u informazzjoni lill-Gvern tar-Repubblika, lill-entitajiet governattivi u lill-entitajiet tal-gvern lokali dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Att dwar it-Trattament Indaqs;
  • jadotta miżuri għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-trattament indaqs tan-nisa u l-irġiel.

Il-Kummissarju jipprovdi opinjonijiet lill-vittmi ta' diskriminazzjoni u nies b'interess leġittimu fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-trattament indaqs. Il-fini ta' dawn l-opinjonijiet hija li jipprovdu valutazzjoni li, flimkien mal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Att dwar it-Trattament Indaqs u l-ftehimiet internazzjonali li jorbtu lir-Repubblika tal-Estonja u leġiżlazzjoni oħra, tippermetti li ssir valutazzjoni ta' jekk inkisirx il-prinċipju ta' trattament indaqs fir-relazzjoni ġuridika kkonċernata.

Biex tirċievi opinjoni, trid tibgħat applikazzjoni lill-Kummissarju li jkun fiha deskrizzjoni tal-fatti li jindikaw li kien hemm diskriminazzjoni. Biex jagħti opinjoni, il-Kummissarju għandu d-dritt li jikseb informazzjoni minn kull min ikollu fil-pussess tiegħu l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu aċċertati l-fatti relatati mal-każ ta' diskriminazzjoni, u li jitlob spjegazzjonijiet bil-miktub li jikkonċernaw il-fatti relatati mal-allegata diskriminazzjoni u li jintbagħtulu dokumenti jew kopji tagħhom fiż-żmien stipulat mill-Kummissarju.

  • Entità dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSpettorat tal-Protezzjoni tad-Dejta, Väike-Ameerika 19, 10129 Tallinn, Estonia

L-Ispettorat tal-Protezzjoni tad-Dejta jiddefendi d-drittijiet kostituzzjonali li ġejjin:

  • id-dritt ta' ksib ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-awtoritajiet pubbliċi;
  • id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja waqt l-użu ta' dejta personali;
  • id-dritt tan-nies li jaċċessaw id-dejta tagħhom stess.

Ilment li jirrigwarda azzjonijiet jew nuqqas ta' azzjoni ta' persuna jista' jintbagħat jekk il-persuna (eż. proċessur ta' dejta personali jew min għandu informazzjoni) li tkun kisret drittijietek ma tkunx irreaġixxiet għat-tentattiv(i) tiegħek li tikkuntattjaha. L-Ispettorat jittratta lment fi żmien 30 jum mill-wasla tiegħu. Id-data tal-għeluq għall-eżami ta' lment jista' jiġi estiż għal sa 60 jum. L-ilmentatur irid jiġi avżat b'dan bil-miktub.

  • Entitatjiet oħra speċjalizzati

Ma hemm l-ebda istituzzjonijiet speċjalizzati oħra.

Oħrajn

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kamra tal-Avukati Estonjana, Rävala pst 3, 10143 Tallinn, Estonia

Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija assoċjazzjoni ta' avukati Estonjani, li l-attività ewlenija tagħha hija li tipprovdi servizzi ta' pariri legali liċ-ċittadini. Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija assoċjazzjoni professjonali ta' avukati stabbilita fl-14 ta' Lulju 1919 li taġixxi skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni governattiva lokali u torganizza l-għoti ta' servizzi legali fl-interess privat u pubbliku. L-attivitajiet tal-Kamra tal-Avukati Estonjana jinkludu l-organizzazzjoni ta' żvilupp professjonali ta' avukati, relazzjonijiet mal-avukati, mal-awtoritajiet statali u għadd ta' għaqdiet lokali u barranin u s-sehem attiv fl-abbozzar tal-liġijiet. Il-Kamra torganizza wkoll il-prestazzjoni tal-funzjoni tad-dritt pubbliku-privat - tipprovdi difiża u rappreżentanza f'materji ċivili u amministrattivi għal ħlas li jsir mill-Istat.

B'mod ġenerali, trid titressaq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaapplikazzjoni biex wieħed jikseb għajnuna legali. Applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali ġeneralment jintbagħtu lill-qorti. L-applikazzjoni għal għajnuna legali statli tingħadda lill-awotrità investigattiva jew lill-Uffiċjal tal-Prosekutur jekk il-persuna tkun suspettata f'kawża kriminali fejn il-parteċipazzjoni ta' avukat mhix obbligatorja.

Applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali trid tintbagħat bl-Estonjan. L-applikazzjoni tista' tintbagħat ukoll bl-Ingliż jekk l-applikant għall-għajnuna statali ikun persuna fiżika residenti fi Stat Membru differenti tal-Unjoni Ewropea jew ikun ċittadin ta' Stat Membru ieħor tal-UE, jew persuna ġuridika bbażata fi Stat Membru differenti tal-UE.

Fuq talba tal-awtorità investigattiva, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur jew tal-qorti, il-Kamra tal-Avukati Estonjana taħtar avukat biex jagħti l-għajnuna legali statali. B'mod ġenerali, individwu ma għandux id-dritt li jagħżel liem avukat jipprovdilu l-għajnuna legali statali. Madankollu, persuna għandha d-dritt li tapplika għall-għajnuna legali statali li trid tiġi pprovduta minn avukat partikolari jekk l-avukat ikun qabel li jipprovdi għajnuna legali statali. F'dak il-każ, isem l-avukat li jkun ta l-kunsens tiegħu jrid jiġi indikat immedjatament fl-applikazzjoni għal għajnuna legali statali.

Fi proċedimenti fejn il-parteċipazzjoni ta' avukat tkun meħtieġa mil-liġi, persuna ma jkollha xejn x'tagħmel biex tirċievi għajnuna legali statali (ħlief jekk tkun qabbdet avukat hija stess) - l-uffiċjal li jmexxi l-proċedimenti huwa mitlub li jqabbad avukat għall-persuna u l-persuna ma għandhiex għalfejn tressaq applikazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 03/08/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Irlanda

Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsman

Korpi speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Istituzzjonijiet Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza

Indirizz:

Irish Human Rights Commission
4th Floor, Jervis House
Jervis Street
Dublin 1
Tel: + 353 (0) 1 8589601
Faks: + 353 (0) 1 8589609
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@ihrec.ie

Fl-2013, il-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Awtorità għall-Ugwaljanza ġew amalgamati u saru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissjoni Irlandiża għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza (IHREC). L-IHREC ġiet stabbilita bħala korp statutorju indipendenti. L-għan tagħha huwa li tħares u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza u li tħeġġeġ l-iżvilupp ta' kultura ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza u l-fehim interkulturali fl-Irlanda.

Il-funzjonijiet tal-Kummissjoni huma;

  • li tħares u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza
  • li tħeġġeġ l-iżvilupp ta' kultura ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, u l-fehim interkulturali fl-Istat,
  • li tippromwovi fehim u sensibilizzazzjoni tal-importanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza fl-Istat,
  • li tħeġġeġ prattika tajba fir-relazzjonijiet interkulturali, tippromwovi t-tolleranza u l-aċċettazzjoni tad-diversità fl-Istat u r-rispett għal-libertà u d-dinjità ta' kull persuna, u
  • li taħdem għall-eliminazzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, id-diskriminazzjoni u l-imġiba pprojbita.

Il-Kummissjoni tista' tirrevedi wkoll l-adegwatezza u l-effikaċja tal-liġi u l-prattika fl-Istat relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Dan tista' tagħmlu minn jeddha jew meta tintalab tagħmel hekk minn Ministru tal-Gvern, biex teżamina kwalunkwe proposta leġiżlattiva u tarrapporta fehmietha dwar kwalunkwe implikazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Il-kummissjoni tista' wkoll, minn jeddha jew wara talba mill-Gvern, tagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet lill-Gvern li tqis li jkunu xierqa fir-rigward tal-miżuri li l-Kummissjoni tqis li għandhom jittieħdu biex jissaħħu, jitħarsu u jkunu rrispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza fl-Irlanda.

Fir-rigward tal-affarijiet legali, il-funzjoni tal-Kummissjoni hija li taħdem għall-eliminazzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, tad-diskriminazzjoni u tal-imġiba pprojbita. L-IHREC tista' titlob ukoll il-libertà li tidher quddiem il-Qorti Superjuri jew quddiem il-Qorti Suprema, skont il-każ, bħala amicus curiae fi proċedimenti quddiem dik il-qorti li jinvolvu, jew li jikkonċernaw, id-drittijiet tal-bniedem jew drittijiet ta' ugwaljanza ta' kwalunkwe persuna u biex tidher bħala tali amicus curiae ladarba tingħata dik il-libertà (kull waħda minn dawn il-qrati msemmija għandha s-setgħa li tagħti dik il-libertà fid-diskrezzjoni assoluta tagħha.)

L-IHREC tipprovdi wkoll assistenza prattika, inkluża assistenza legali, lin-nies biex jinfurzaw drittijiethom kif tħoss li jkun xieraq skont l-Artikolu 40. Skont l-Artikolu 41 jew l-Artikolu 19 tal-Att tal-2003, l-IHREC, fejn tħoss li jkun xieraq, tista' tiftaħ kawża kif ikun meħtieġ. L-IHREC għandha s-setgħa li twettaq investigazzjonijiet skont l-Artikolu 35 u abbażi tiegħu. Il-Kummissjoni tista' tħejji u tipplika wkoll, kif tqis li jkun xieraq, rapporti inklużi rapporti dwar kwalunkwe riċerka li tkun għamlet, sponsorizzat, ikkummissjonat jew assistiet għaliha.

L-IHREC taħdem biex tippermetti l-bidla u tista' tisponsorizza, tassumi, tikkummissjona jew tipprovdi assistenza finanzjarja jew ta' tip ieħor għall-attivitajiet edukattivi u ta' riċerka. L-IHREC tista' tipprovdi jew tassisti fl-għoti ta' edukazzjoni u taħriġ dwar kwistjonijiet ta’ ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem. L-IHREC, minn jeddha jew wara talba tal-Ministru, tista' tassumi, tisponsorizza jew tikkummissjona, jew tipprovdi assistenza finanzjarja jew ta' tip ieħor għall-programmi tal-attivitajiet u l-proġetti għall-promozzjoni tal-integrazzjoni tal-migranti jew minoranzi oħra, l-ugwaljanza (inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi) u r-rispett għad-diversità u d-differenza kulturali. L-IHREC tista' twettaq reviżjonijiet tal-ugwaljanza u tħejji pjanijiet ta' azzjoni jew tistieden lil ħaddieħor biex jagħmilhom fejn ikun xieraq.

L-ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

Indirizz:

Ombudsman for Children’s Office
Millennium House
52-56 Great Strand Street
Dublin 1
Ireland
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oco.ie/
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaococomplaint@oco.ie

Funzjonijiet: L-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-Tfal (OCO) huwa korp statutorju indipendenti stabbilit fl-2004 biex jippromwovi u jħares id-drittijiet u l-benessri tat-tfal u ż-żgħażagħ ta' sa 18-il sena fl-Irlanda. Hija istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fl-ambitu tat-tifsira tal-Prinċipji ta' Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. L-OCO huwa ggwidat f'xogħlu mill-obbligi internazzjonali tal-Irlanda għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

L-Ombudsman għat-Tfal huwa indipendenti fil-prestazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu u għandu responsabilità diretta lejn l-Oireachtas (il-Parlament).

Il-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-Tfal huma stabbiliti fl-Att dwar l-Ombudsman għat-Tfal, 2002. Il-funzjonijiet prinċipali huma:

  • L-għoti ta' mekkaniżmu indipendenti, imparzjali u b'xejn għall-immaniġġar tal-ilmenti biex jiġu eżaminati lmenti minn tfal u żgħażagħ, jew minn adulti f'isimhom, dwar entitajiet pubbliċi, skejjel jew sptarijiet;
  • L-għoti ta' pariri lill-Ministri dwar il-liġi u l-politika relatati mat-tfal;
  • Inkoraġġiment lill-entitajiet pubbliċi biex itejbu l-prassi u l-proċeduri tagħhom fl-interessi tat-tfal;
  • Enfasi tal-kwistjonijiet ta' tħassib għat-tfal u ż-żgħażagħ infushom; u
  • Il-promozzjoni ta' sensibilizzazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mad-drittijiet u l-benefiċċji tat-tfal u kif dawn id-drittijiet jistgħu jiġi infurzati.

Fir-rigward tal-funzjoni tal-immaniġġar tal-ilmenti tal-Uffiċċju, l-Att tal-2002 stabbilixxa raġunijiet ta' malamministrazzjoni standard għar-reviżjoni tal-ilmenti u t-twettiq ta' investigazzjonijiet. Eżamijiet jew investigazzjonijiet preliminari jistgħu jinbdew fuq ilment li jasal għand l-Uffiċċju jew fuq l-inizjattiva personali tal-Ombudsman għat-Tfal.

Peress li l-effett ta' azzjoni fuq it-tfal irid ikun suġġett ta' kull investigazzjoni mmexxija mill-Ombudsman għat-Tfal u li t-tfal infushom jistgħu jressqu lmenti lill-Uffiċċju, l-Att jistabbilixxi dispożizzjonijiet leġiżlattivi speċifiċi li jqisu l-vulnerabilità partikolari tat-tfal:

  • L-obbligu li jitqiesu l-aħjar interessti tat-tfal
  • L-obbligu li jitqiesu xewqiet it-tfal.

Proċeduri: Ladarba jsir ilment lill-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-Tfal, dan jiġi eżaminat għall-valutazzjoni tal-ammissibilità tiegħu u għal jekk in-natura tal-ilment titlobx li t-trattament tal-ilment jitħaffef.

L-OCO jfittex dejjem soluzzjoni lokali għall-ilmenti fl-iktar stadju bikri possibbli u huwa obbligat jagħti qabel kollox l-opportunità li tindirizza l-aggravju tal-ilmentatur lill-entità pubblika suġġetta għall-ilment .

Jekk ilment ikun ammissibbli, jipproċedi għall-istadju ta' eżami preliminari. Jekk, hekk kif jitlesta l-eżami preliminari, l-OCO jkun jidhirlu li hemm bżonn ta' investigazzjoni, ikun jista' jipproċedi fl-investigazzjoni tal-ilment iktar bi sħiħ.

Għal iktar informazzjoni dwar il-proċedura tal-ilmenti tal-OCO żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oco.ie/complaints/faq.html

Eżitu: Ladarba tintemm investigazzjoni, l-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-Tfal ikun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-entità pubblika, skola jew sptar ikkonċernat skont is-sejbiet tiegħu. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jista' jkollhom x'jaqsmu mat-titjib tal-qagħda tat-tfal ikkonċernati u/jew biex isiru bidliet sistemiċi usa' fl-interessi tat-tfal.

Ir-rakkomandazzjonijiet mhumiex legalment vinkolanti. madankollu, waħda mis-setgħat statutorji tal-OCO hija li jibgħat rapport speċjali lill-Oireachtas (Parlament) fil-każ li entità pubblika ma tilqax ir-rakkomandazzjonijiet tal-OCO.

Ombudsman

Indirizz:

Office of the Ombudsman
18 Lower Leeson Street,
Dublin 2
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ombudsman.gov.ie/
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaombudsman@ombudsman.gov.ie
Tel: +353 (0) 1 639 5600

It-tip ta' talbiet ittrattati

Persuna tista' tilmenta lill-Ombudsman dwar

  • id-dipartimenti tal-gvern,
  • l-awtoritaijet lokali,
  • l-Eżekuttiv tas-Servizz tas-Saħħa (HSE),
  • aġenziji, bħal għaqdiet karitattivi u volontarji, li joffru servizzi soċjali u tas-saħħa f'isem l-HSE,
  • An Post, u
  • l-entitajiet pubbliċi kollha koperti mill-Att tal-2005 dwar id-Diżabilità għall-finijiet ta' dak l-Att

Il-proċedura wara li titressaq talba

L-entità pubblika kkonċernata tista' tintalab tipprovdi rapport. Jekk ikun hemm bżonn, il-fajls u r-reġistri jistgħu jkunu eżaminati u l-uffiċjali jiġu interrogati. L-Uffiċċju tal-Ombudsman imbagħad jiddeċiedi jekk:

  • l-ilment tiegħek hux validu, u
  • sofrejtx minħabba l-azzjoni jew id-deċiżjoni tal-entità pubblika.

Fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-ilmenti jiġu ttrattati b'mod informali. L-Uffiċċju tal-Ombudsman jista' jiddiskuti l-problema direttament mal-entità pubblika jew jeżamina l-fajls rilevanti. F'każijiet iktar kumplessi, jaf ikollhom jagħmlu investigazzjoni dettaljata. Hemm ukoll proċess ta' appelli intern disponibbli għall-ilmentaturi li ma jkunux kuntenti bir-riżultat tal-ilment tagħhom.

Riżultati possibbli tal-proċedimenti

Jekk l-Uffiċċju tal-Ombudsman jiddeċiedi li tkun sofrejt minħabba azzjoni inġusta u improprja ta' entità pubblika, u l-entità pubblika ma tkunx ħadet il-passi biex dan jitranġa, huwa jkun jista' jirrakkomanda li dan isir. L-Uffiċju tal-Ombudsman jista' jitlob lill-entità, jekk iqis li jkun xieraq, biex:

  • tirrevedi dak li tkun għamlet,
  • tibdel id-deċiżjoni tagħha u/jew,
  • toffrilek:
    - spjegazzjoni,
    - apoloġija, u/jew
    - kumpens finanzjarju.

Jekk l-Uffiċċju tal-Ombudsman jiddeċiedi li l-ilment tiegħek ma jistax jintlaqa', huwa jispjegalek kif ikun wasal għal din il-konklużjoni.

Korpi speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

Ara l-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem iktar 'il fuq.

Korpi tal-Ugwaljanza

L-Awtorità tal-Ugwaljanza

Birchgrove House,
Roscrea,
Co. Tipperary,
Ireland
Tel: +353 505 24126
Faks: +353 505 22388
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@equality.ie

L-Awtorità tal-Ugwaljanza hija entità semistatali stabbilita biex taħdem għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni illegali, biex tippromwovi l-ugwaljanza fl-opportunitajiet u biex tipprovdi informazzjoni lill-pubbliku dwar il-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza u ċerti Atti oħra.

L-Att tal-1998 dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi u l-Att tal-2000 dwar Status Ugwali jagħmlu d-diskriminazzjoni għal disa' raġunijiet distinti illegali fl-impjiegi, fit-taħriġ vokazzjonali, fir-reklamar, fil-ftehimiet kollettivi, fil-forniment ta' oġġetti u servizzi u f'opportunitajiet oħra li l-pubbliku ġeneralment ikollu aċċess għalihom. Dawn huma:

  • is-sess;
  • l-istat ċivili;
  • l-istat familjari;
  • l-età;
  • id-diżabilità;
  • ir-razza;
  • l-orjentament sesswali;
  • it-twemmin reliġjuż; u
  • is-sħubija fil-Komunità tat-Travellers.

L-Awtorità tal-Ugwaljanza għandha Servizz Ġuridiku tagħha stess li, fid-diskrezzjoni tiegħu u fejn il-każ ikollu importanza strateġika, jista' jipprovdi għajnuna legali b'xejn lil dawk li jressqu lmenti fuq diskriminazzjoni skont l-Att tal-1998 dwar Ugwaljanza fl-Impjiegi u l-Att tal-2000 dwar Status Ugwali. Huwa jipprovdi dik l-għajnuna biss f'perċentwal żgħir ta' każijiet skont il-kriterji li ġew stabbiliti mill-Bord tal-Awtorità tal-Ugwaljanza.

It-Tribunal tal-Ugwaljanza

3 Clonmel Street
Dublin 2
Ireland
Tel: +353 1 4774100
Faks: +353 1 4774141
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@equalitytribunal.ie
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.equalitytribunal.ie/

It-Tribunal tal-Ugwaljanza ġie stabbilit bis-saħħa tal-Att tal-1998 dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi. Huwa jipprovdi qafas statutorju fejn it-Tribunal tal-Ugwaljanza jimmedja u/jew jinvestiga allegazzjonijiet ta' diskriminazzjoni illegali skont id-dispożizzjonijiet tal-Att.  Minn meta twaqqfu kien hemm bosta bidliet leġiżlattivi u issa għandhom responsabilità unika li jimmedjaw u jinvestigaw l-ilmenti ta' diskriminazzjoni illegali skont il-leġiżlazzjoni li ġejja:

  • L-Atti dwar l-Ugwaljanza fl-Impjiegi 1998-2008
  • L-Atti dwar Status Ugwali 2000-2008
  • L-Atti dwar il-Pensjonijiet 1990-2008.

Investigazzjoni hija proċess semiġudizzjarju li jsir mill-Uffiċjal tal-Ugwaljanza tat-Tribunal li jqis is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet qabel ma jiffissa seduta konġunta jew seduti konġunti tal-każ biex ikun jista' jasal għal Deċiżjoni dwar il-kwistjoni. L-investigazzjonijiet isiru minn Uffiċjali tal-Ugwaljanza mħarrġa li jkollhom setgħat estensivi biex jidħlu fi stabbilimenti u jiksbu informazzjoni li tippermettilhom imexxu investigazzjoni. Id-Deċiżjonijiet huma vinkolanti u huma ppubblikati.

Il-medjazzjoni ssir minn Uffiċjal tal-Medjazzjoni tal-Ugwaljanza tat-Tribunal imħarreġ li jgħin lil-litiganti jaslu għal ftehim aċċettabbli għaż-żewġ naħat. Ftehimiet medjati huma vinkolanti u kunfidenzjali.

Il-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal tal-Ugwaljanza hija wiesgħa u tinkludi lmenti relatati mal-impjiegi, mal-benefiċċji tax-xogħol eż. il-pensjonijiet u l-istatus ugwali, jiġifieri l-aċċess għall-oġġetti u l-forniment tas-servizzi, b'żewġ eċċezzjonijiet:

  • L-allegazzjonijiet dwar klabbs irreġistrati u stabbilimenti bil-liċenzja jiġu ttrattati mill-Qorti Distrettwali skont l-Att tal-2003 dwar ix-Xorb Alkoħoliku;
  • L-ilmentaturi fir-rigward ta' diskriminazzjoni fl-impjiegi fuq bażi ta' sess għandhom l-għażla li jfittxu rimedju għal diskriminazzjoni illegali mill-Qorti tal-Kontea.

Korp għall-Protezzjoni tad-Dejta

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta

Canal House
Station Road
Portarlington
Co. Laois
Ireland
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.dataprotection.ie/

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta huwa responsabbli mir-rispett tad-drittijiet tal-individwi kif stabbiliti fl-Atti dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-1988 u tal-2003 u għall-infurzar tal-obbligi tal-protezzjoni tad-dejta fuq il-kontrolluri tad-dejta.

Individwi li jħossu li qed jinksrulhom drittijiethom jistgħu jilmentaw mal-Kummissarju li mbagħad jinvestiga l-kwistjoni, u jieħu kull pass li jkun neċessarju biex tissolva. Il-membri tal-pubbliku jistgħu jiktbu lill-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta bid-dettalji dwar l-inċident li jwassal għall-ilment. Dawn għandhom jidentifikaw l-organizzazzjoni jew l-individwu li jkun is-suġġett tal-ilment b'mod ċar. Huma għandhom ukoll jenfasizzaw il-passi meħuda biex it-tħassib tagħhom jiġi indirizzat mill-organizzazzjoni, u x'tip ta' tweġiba rċevew mingħand l-organizzazzjoni. Kopji tal-korrispondenza mal-organizzazzjoni u tal-evidenza ta' sostenn għandhom jiġu pprovduti wkoll.  Imbagħad, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta jqajjem il-kwistjoni mal-organizzazzjoni.

Skont in-natura tal-ilment, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta jista' l-ewwel jipprova jsib soluzzjoni li jkunu jistgħu jaċċettaw il-partijiet kollha. Fejn ma tkunx tista' tintlaħaq soluzzjoni, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Dejta jagħmel investigazzjoni sħiħa tal-fatti kollha qabel ma jieħu deċiżjoni formali. Meta l-investigazzjoni tintemm, il-Kummissarju jikteb lill-partijiet ikkonċernati u jinfurmahom bid-deċiżjoni tiegħu. Fil-każ ta' lmenti dwar il-ksur tar-Regolamenti tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (SI 535 tal-2003, kif emendat minn SI 526 tal-2008), il-Kummissarju jista' jiddeċiedi li jħarrek lill-organizzazzjoni kkonċernata

Korpi Speċjalizzati Oħrajn

(i)         Unità ta' Kontra t-Traffikar tal-Bniedem

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-Ugwaljanza.
51 St. Stephen’s Green.
Dublin 2.
Tel:       +353 1 6028202
Posta elettronika:   Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAHTU@justice.ie

  • jekk ikun rilevanti, unità/organu fi ħdan l-istituzzjoni li tilqa' t-talbiet,
    L-Unità ta' Kontra t-Traffikar tal-Bniedem tilqa' talbiet għall-informazzjoni fejn ikun pertinenti permezz tal-indirizz elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAHTU@justice.ie.
    L-informazzjoni tinsab ukoll fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.blueblindfold.gov.ie/
  • spjegazzjoni qasira tat-tip ta' talbiet li tittratta l-istituzzjoni,
    Talbiet għall-informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' Traffikar tal-Bniedem fl-Irlanda.

(ii)        Tribunal ta' Appell għar-Refuġjati

Refugee Appeals Tribunal,
6-7 Hanover Street East,
Dublin 2.

Funzjonijiet: It-Tribunal tal-Appelli għar-Refuġjati huwa entità indipendenti li tiddeċiedi l-appelli għall-ażil kontra r-rakkomandazzjoni negattiva tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġjati biex jingħata status ta' refuġjat lill-applikant. It-Tribunal tal-Appelli għar-Refuġjati jiddeċiedi wkoll appelli fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġjati skont ir-Regolament Dublin II.

Proċeduri: Jekk trid tappella l-każ tiegħek għandek timla l-Formola tal-Avviż ta' Appell. Din il-formola hija mehmuża mal-ittra mill-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġjati li jinfurmak li l-applikazzjoni tiegħek għal status ta' refuġjat ġiet irrifjutata. Il-formola tista' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatitniżżel ukoll mis-sit web tat-Tribunal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.refappeal.ie/.

Minn dakinhar li toħroġ ir-rakkomandazzjoni negattiva tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġjati jkollok perjodu ta' żmien biex tappella l-każ tiegħek. Madankollu, il-perjodu ta' żmien ivarja skont is-sejbiet tal-Kummissarju għall-Applikazzjonijiet tar-Refuġju fir-rigward tal-każ tiegħek. B'hekk, jista' jkollok 15, 10 jew 4 ijiem tax-xogħol biex tappella. Issir taf kemm ikollok ġranet biex tappella fl-ittra tal-Kummissarju għall-Applikazzjoni tar-Refuġjati li tinfurmak li jkun irrakkomanda li ma tingħatax status ta' refuġjat.

Ladarba tkun imlejt il-Formola ta' Avviż ta' Appell, għandek tibgħatha lil:

The Chairperson
Refugee Appeals Tribunal
6/7 Hanover Street East
Dublin 2
Faks: 00353 1 4748410

Aċċerta ruħek li żżomm irċevuta tal-formola li tkun bgħatt jew iffaksjajt.

Eżitu: Jekk l-appell tiegħek jitwarrab, dan ifisser li l-Membru tat-Tribunal ikun irrakkomanda li tingħata l-istatus ta' refuġjat. Inti tiġi avżat bil-miktub b'din id-deċiżjoni. Il-fajl imbagħad jingħadda lill-Unità tad-Deċiżjonijiet Ministerjali, fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-Ugwaljanza.

Jekk l-appell tiegħek jiġi affermat dan ifisser li l-Membru tat-Tribunal ikun irrakkomanda li ma tingħatax l-istatus ta' refuġjat. Inti tiġi avżat bil-miktub b'din id-deċiżjoni. Il-fajl imbagħad jingħadda lill-Unità tar-Ripatrijazzjoni, fid-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-Ugwaljanza.

(iii)       Ombudsman tal-Garda (il-Pulizija)

Il-Kummissjoni tal-Ombudsman tal-Garda Síochána

150 Abbey Street Upper,
Dublin 1,
Ireland.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gardaombudsman.ie/

Spjegazzjoni qasira tat-tip ta' talbiet li tittratta l-istituzzjoni:

L-organizzazzjoni tista' tittratta lmenti u riferimenti relatati mal-imġiba tal-membri tal-Garda Síochána. L-iktar allegazzjonijiet komuni inklużi fl-ilmenti huma allegazzjonijiet ta' abbuż ta' awtorità, nuqqas ta' korteżija, attakk, nuqqas mid-dmirijiet.
Ir-riferimenti huma relatati ma' mwiet jew offiżi gravi.

L-organizzazzjoni tista' tilqa' lmenti mill-membri tal-pubbliku (mhux membri li qed iservu fil-Garda Síochána) permezz ta' uffiċċju pubbliku personalment, elettronikament, bit-telefown, bil-posta, permezz ta' kwalunkwe Għassa tal-Garda jew personalment lil membru tal-Kummissjoni. L-organizzazzjoni tista' tilqa' wkoll riferimenti mill-Kummissarju tal-Garda Síochána fir-rigward ta' kull kwistjoni li l-Kummissarju tal-Garda jkun jidhirlu li tindika li l-imġiba ta' membru tal-Garda Síochána setgħet irriżultat fil-mewt jew l-offiża gravi ta' persuna. Il-Kummissjoni tista' tiftaħ investigazzjoni, mingħajr ma tkun irċeviet ilment, jekk tħoss li jkun fl-interess pubbliku li dan isir.

Spjegazzjoni qasira tal-proċedura wara li jitressaq ilment:

Meta jasal ilment, dan jitqies ammissibbli jew inammissibbli skont il-leġiżlazzjoni. Jeqq jitqies inammissibbli, ma ssegwi l-ebda investigazzjoni.
Jekk jitqies ammissibbli, u jekk ikun xieraq, jistgħu jsiru tentattivi, bil-kunsens tal-ilmentatur u tal-membru tal-Garda Síochána suġġett tal-ilment, biex tinstab soluzzjoni informali. Inkella, jista' jkun hemm investigazzjoni ta' ksur potenzjali tar-Regolamenti (Dixxiplinari) tal-2007 dwar il-Garda Síochána jew ksur potenzjali tad-dritt kriminali. Il-partijiet interessati huma intitolati għall-informazzjoni dwar il-progress u r-riżultati tal-investigazzjoni.

Spjegazzjoni qasira tar-riżultati possibbli tal-proċediment:

Ilment jista' jitqies inammissibbli.

Investigazzjoni tista' tingħalaq fi kwalunkwe mument jekk, minħabba informazzjoni miksuba wara li l-ilment ikun tqies li hu ammissibbli, il-Kummissjoni tqis li l-ilment ikun frivolu u vessatorju; il-Kummissjoni tqis li l-ilment ikun sar bl-għarfien li huwa falz jew qarrieqi, jew b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi kollha, il-Kummissjoni tqis li ma hemmx bżonn ta' iktar investigazzjoni jew li iktar investigazzjoni ma tkunx raġonevolment prattikabbli.

B'riżultat ta' investigazzjoni, tista' tiġi imposta sanzjoni fuq Garda.

B'riżultat ta' investigazzjoni, jista' jinfetaħ proċediment dixxiplinari u tista' tiġi imposta sanzjoni fuq Garda.

Jista' jintbagħat fajl lid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi u tista' tinħareġ ordni ta' prosekuzzjoni. F'dak il-każ, tista' titressaq kawża l-qorti.

L-aħħar aġġornament: 12/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Greċja

Il-Qrati nazzjonali

L-Ombudsperson

Korpi Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Qrati nazzjonali

Ma hemm l-ebda qorti kompetenti speċjali fil-Greċja li trid titlob rimedju quddiemha f'każ ta' allegazzjoni ta' ksur ta' drittijiet fundamentali. Skont in-natura tal-att jew reat li joħloq dan il-ksur, ir-rimedju jista' jintalab quddiem il-qrati nazzjonali, ċivili, kriminali jew amministrattivi.

Ikunx inkiser dritt fundamentali jew le jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-liġi sustantiva nazzjonali. Il-proċedura li trid tiġi segwita quddiem il-qorti (ċivili, kriminali jew amministrattiva) kompetenti hija stipulata fid-dritt (ċivili, kriminali jew amministrattiv) proċedurali nazzjonali.

Il-proċedura rilevanti twassal għal sentenza, li jew tiċħad it-talba jew, jekk tkun finali, tiġi eżegwibbli direttament.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Ċivili u l-Qrati Kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Amministrattivi

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-Kumitat Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem

Neofitou Vamva 6
10674 Athens, Greece

Il-Kumitat Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (KNDB) twaqqaf reċentement skont il-Prinċipji ta' Pariġi bħala entità li tagħti l-pariri lill-gvern dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa jinkludi membri maħtura minn tnejn u tletin korp (awtoritajiet indipendenti, fakultajiet universitarji tal-liġi u tax-xjenzi, trade unions, NGOs, partiti politiċi u ministeri).

L-għan tal-KNDB huwa li jipprovdi gwida kostanti għall-entitajiet governattivi kollha dwar il-bżonn li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem ta' kull min joqgħod fit-territorju Grieg.

Skont il-liġi li tistabbilixxi l-KNDB (Il-Liġi Nru 2667/1998 kif emendata u fis-seħħ bħalissa), il-KNDB huwa responsabbli għall-kompiti materjali li ġejjin:

(a) l-eżami tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jitqajmu mill-gvern jew mill-Konferenza tal-Ispikers tal-Parlament jew proposti mill-membri tagħha jew l-NGOs;

(b) it-tressiq ta' rakkomandazzjonijiet u proposti, it-tħejjija ta' studji, u t-tressiq ta' rapporti u opinjonijiet għal azzjoni leġiżlattiva, amministrattiva jew azzjonijiet oħra li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem;

(c) l-iżvilupp ta' inizjattivi biex ikun hemm għarfien pubbliku u fil-mezzi tax-xandir dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

(d) it-teħid ta' inizjattivi biex jitrawwem ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema edukattiva;

(e) iż-żamma ta' kooperazzjoni u kuntatt kostanti mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, entitajiet komparabbli f'pajjiżi oħra, u NGOs nazzjonali u internazzjonali;

(f) l-għoti ta' opinjonijiet dwar rapporti nazzjonali li jridu jintbagħtu lill-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

(g) il-pubbliċità ta' pożizzjonijiet fi ħdan il-KNDB b'kull mezz disponibbli;

(h) it-tħejjija ta' rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(i) l-organizzazzjoni ta' Ċentru ta' Dokumentazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; u

(j) l-eżami tal-kompatibilità tal-liġi Griega u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-għoti ta' opinjonijiet rilevanti lil entitajiet governattivi kompetenti.

Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs)

Hemm ħafna NGOs li jistgħu jiġu kkuntattjati għall-għajnuna f'każ ta' ksur ta' drittijiet fundamentali. L-Awtorità Kompetenti għall-NGOs hija l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mfa.gr/

L-Ombudsperson

L-Ombudsperson huwa awtorità indipendenti mnaqqxa fil-Kostituzzjoni. L-istituzzjoni tal-Ombudsperson kienet stabbilita bil-Liġi Nru 2477/97 u ilha fis-seħħ mill-1 ta' Ottubru 1998. Il-qafas leġiżlattiv għat-tħaddim tiegħu huwa rregolat mil-Liġi Nru 3094/03. Is-servizzi tal-Ombudsperson huma bla ħlas

L-Ombudsperson jeżamina atti amministrattivi individwali jew każijiet ta' azzjoni jew ta' nuqqas ta' azzjoni minn entitajiet tas-servizz pubbliku bi ksur tad-drittijiet jew tal-interessi leġittimi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

Kull ċittadin li jirrikorri għall-Ombudsperson l-ewwel irid ikun ikkuntattja lis-servizz pubbliku involut fil-każ. Huwa biss jekk dan il-kuntatt ikun naqas milli jsolvi l-problema li ċ-ċittadin ikun jista' jirrikorri għall-Ombudsperson.

Il-missjoni tal-Ombudsperson hija li jimmedja bejn iċ-ċittadini u s-servizzi pubbliċi sabiex iħares id-drittijiet ċivili, jiġġieled il-malamministrazzjoni u jiddefendi l-istat tad-dritt.

Bħala medjatur, l-Ombudsperson jagħti pariri u rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi. L-Ombudsperson ma jimponix sanzjonijiet u lanqas ma jannulla atti amministrattivi illegali.

Hadziyanni Mexi 5
11528 Athens, Greece

Korpi Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

  • L-Ombudsperson għad-drittijiet tat-tfal

L-Ombudsperson (ara hawn fuq) jeżamina wkoll azzjonijiet jew każijiet ta' nuqqas ta' azzjoni minn awtoritajiet amministrattivi pubbliċi u minn individwi privati bi ksur tad-drittijiet tat-tfal.

Sabiex iħares id-drittijiet tat-tfal, l-Ombudsperson huwa responsabbli wkoll għall-atti ta' inividwi privati, persuni fiżiċi jew ġuridiċi bi ksur tad-drittijiet tat-tfal.

  • Korpi li jippromwovu l-prinċipju tal-ugwaljanza

I. Il-Liġi Nru 3304/2005 li tittrasponi d-Direttivi 2000/43/KE tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 u 2000/78/KE tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000, tassenja r-responsabilità uffiċjali għall-promozzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza lill-Ombudsperson, lill-Korp tal-Ugwaljanza u lill-Korp tal-Ispezzjoni tax-Xogħol (SEPE), u jiddefinixxu l-kompiti tagħhom skont kull wieħed minnhom.

B’mod aktar speċifiku:

  1. L-Ombudsperson huwa responsabbli li jiddefendi l-prinċipju tal-ugwaljanza meta dan il-prinċipju jkun inkiser mill-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi. It-terminu "awtoritajiet amministrattivi pubbliċi" jirreferi hawnhekk għall-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) tal-Liġi Nru 3094/2003 (Il-Gazzetta tal-Gvern, Sensiela 1, Nru 10), "Ombudperson u dispożizzjonijiet oħra".
  2. Il-Korp tal-Ugwaljanza huwa responsabbli għad-difiża tal-prinċipju tal-ugwaljanza meta dan il-prinċipju jinkiser minn persuni fiċiżiċi jew ġuridiċi ħlief dawk imsemmija fuq, bl-eċċezzjoni ta' kwistjonijiet relatati mal-impjiegi u x-xogħol.
  3. Fi kwisjonijiet relatati mal-impjiegi u x-xogħol, huwa l-Korp tal-Ispezzjoni tax-Xogħol (SEPE) li huwa responsabbli għad-difiża tal-prinċipju tal-ugwaljanza meta dan il-prinċipju jinkiser minn persuni fiċiżiċi jew ġuridiċi ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

ΙΙ. Il-Liġi Nru 3896/2010 (Il-Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 207, 8.12.2010) dwar l-Implimentazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament indaqs tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet tal-impjiegi u x-xogħol - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni kurrenti mad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 u dispożizzjonijiet rilevanti oħra, tintroduċi sospensjoni assoluta fuq il-forom kollha ta' diskriminazzjoni sesswali diretta jew indiretta.

Il-fini tal-Liġi huwa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u t-trattament indaqs tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol fir-rigward: a) tal-aċċess għall-impjiegi, inklużi promozzjonijiet u taħriġ vokazzjonali; (b) tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluża l-paga; u (c) tal-iskemi ta' sigurtà soċjali okkupazzjonali, kif stipulat fid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Ombudsperson huwa responsabbli mill-monitoraġġ u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-opportunitajiet indaqs u tat-trattament indaqs tal-irġiel u n-nisa fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi ta' hawn fuq (l-Artikolu 25 tal-Liġi Nru 3896/2010).

  • Il-Korp tal-Protezzjoni tad-Dejta

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta hija awtorità indipendenti stabbilita mil-Liġi Nru 2472/1997 li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE.

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta hija responsabbli għad-difiża u l-infurzar tad-dritt tal-privatezza fil-Greċja, kif stipulat fil-Liġijiet Nru 2472/1997 u 3471/2006.

L-għan ewlieni tal-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta huwa l-ħarsien taċ-ċittadini mill-ipproċessar illeċitu tad-dejta personali u li tgħinhom kull meta l-privatezza tagħhom tinkiser bi kwalunkwe mod.

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta għandha l-għan ukoll li tipprovdi appoġġ u gwida għall-proċessuri tad-dejta biex ma jmorrux kontra l-obbligi ġuridiċi tagħhom, fid-dawl tal-bżonnijiet moderni tas-servizz fil-Greċja u tal-penetrazzjoni ta' komunikazzjonijiet u netwerks diġitali ġodda.

Κifissias 1-3
11523 Athens, Greece

Eżamijiet amministrattivi

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta, li taġixxi ex officio jew wara lment, tagħmel eżamijiet amministrattivi tad-dejta maħżuna kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat. Dawn l-eżamijiet isiru minn uffiċjali mid-Dipartiment tal-Awdituri, li jkunu megħjuna f'każijiet ewlenin minn membri tal-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta. Il-kontrolluri, bħala investigaturi speċjali, għandhom aċċess għar-reġistri kollha u mhuma suġġetti għal ebda restrizzjoni ta' kunfidenzjalità.

L-eżamijiet jinvolvu il-kontroll ta' jekk l-entitajiet eżaminati jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Liġijiet Nru 2472/97 u 3471/2006 (rigward in-notifika, l-informazzjoni, obbligi oħra kif applikabbli u l-evidenza). Wara dan ikun hemm eżami tas-sistema tal-IT, inklużi l-karatteristiċi bażiċi tas-sistema, in-natura tad-dejta u l-livell tas-sigurtà assigurati mill-miżuri ta' protezzjoni tad-dejta tekniċi u organizzattivi meħuda mill-proċessur tad-dejta, kif stipulat fl-Artikoli 6 u 10 tal-Liġi Nru 2472/1997. Il-konklużjonijiet tal-eżami jkunu ppreżentati f'rapport, li jintbagħat lill-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta.

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta twettaq ukoll reviżjoni indipendenti tat-taqsima nazzjonali tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, skont l-Artikolu 114(1) tal-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta' Schengen (il-Liġi Nru 2514/1997, il-Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 140); taġixxi bħala awtorità superviżorja nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni tal-EUROPOL (Liġi Nru 2605/1998, il-Gazzetta tal-Gvern I/88) u bħala awtorità superviżorja kif stipulat fl-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni għal Finijiet Doganali (il-Liġi Nru 2706/1999, il-Gazzetta tal-Gvern I/77); u hija responsabbli għad-dmirijiet li jiġu minn kull ftehim internazzjonali.

Eżami tal-applikazzjonijiet, l-ilmenti u l-mistoqsijiet

L-Entità tal-Protezzjoni tad-Data teżamina l-ilmenti u l-mistoqsijiet relatati mal-infurzar u l-ħarsien ġuridiku tad-drittijiet tal-applikanti meta dawn jinkisru permezz tal-ipproċessar tad-dejta, u toħroġ id-Deċiżjonijiet rilevanti. Hija timponi wkoll sanzjonijiet amministrattivi dwar il-proċessuri tad-dejta jew ir-rappreżentanti tagħhom, jekk ikun hemm, għall-ksur ta' dmirijiethom li jiġu mil-Liġi Nru 2472/97 kif ukoll minn kull regolament ieħor dwar il-protezzjoni ta' individwi mill-ipproċessar ta' dejta personali. Finalment, l-Entità ta' Protezzjoni tad-Dejta tista' tirrapporta ksur ta' leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji kompetenti.

  • Korpi speċjalizzati oħrajn

EPANODOS hija organizzazzjoni bla skop ta' qligħ tas-servizz pubbliku rregolata mid-dritt privat, taħt is-sorveljanza tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

L-għan ewlieni ta' EPANODOS huwa r-riabilitazzjoni soċjali ta' min kien ikkommetta reat, partikolarment permezz ta' taħriġ vokazzjonali, il-promozzjoni tal-ħiliet tax-xogħol, l-għoti ta' pariri u appoġġ psikoloġiku, u l-ħolqien ta' strutturi ta' appoġġ adegwati.

Derigny 28-30 & Tritis Septemvriou
Victoria Square, 10434 Athens, Greece

L-aħħar aġġornament: 03/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Spanja

Il-korpi ġudizzjarji nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Ombudsman Ewropew

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Il-korpi ġudizzjarji nazzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-garanzija tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem hija fdata, l-ewwel nett, f'idejn l-Imħallfin u l-Qrati; madankollu, il-Kostituzzjoni stabbilixxiet sistema speċifika u aħħarija għas-salvagwardja ta' dawn id-drittijiet: rikorsi għal protezzjoni kostituzzjonali, li jinstemgħu quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-interpretu suprem tal-Kostituzzjoni. B'hekk hija Qorti superjuri fil-garanziji kostituzzjonali u l-garanti aħħari tad-drittijiet u libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Kostituzzjoni.

Għal kull mistoqsija hemm erba' modi kif wieħed jista' jikkuntattja lill-Qorti Kostituzzjonali:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Il-Qorti Kostituzzjonali
    Calle Domenico Scarlatti, 6
    28003 Madrid
    Spain.
  • Bit-telefown +34 915508000.
  • Bil-faks: +34 915444088.
  • Bil-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabuzon@tribunalconstitucional.es.

Għal iktar informazzjoni żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tribunalconstitucional.es/ y Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ara t-taqsima dwar l-Ombudsman.

L-Ombudsman

L-Ombudsman huwa istituzzjoni li tħares u tiddefendi d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili taċ-ċittadini. Għal dan l-għan huwa jista' jissorvelja l-attività tal-amministrazzjonijiet u l-organiżmi li jġestixxu s-servizzi pubbliċi, fit-territorju nazzjonali kollu u d-delegazzjonijiet amministrattivi Spanjoli barra l-pajjiż li jkollhom x'jaqsmu ma' ċittadini Spanjoli.

L-Ombudsman bħalissa hija Francisco Fernandez Marugan.

Meta l-Ombudsman jirċievi lmenti relatati mal-funzjonament irregolari tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, huwa jgħaddihom lill-Avukat Ġenerali, biex dan jinvestigahom u jadotta l-miżuri xierqa skont il-liġi, jew jgħaddihom lill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura. Huwa jkun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern jekk ikun hemm bżonn ta' bidliet leġiżlattivi.

L-Ombudsman għandu s-setgħa li jressaq ir-rikorsi ta' ksur tal-kostituzzjoni u tad-drittijiet u l-libertajiet, kif ukoll li jiftaħ proċedimenti ta' habeas corpus.

L-Ombudsman MA JISTAX jintervjeni fil-każijiet li ġejjin:

  • Meta ma jkunx sar intervent mill-amministrazzjonijiet pubbliċi.
  • F'każ ta' kunflitt bejn nies individwali.
  • Meta tkun għaddiet iktar minn sena mill-mument meta ċ-ċittadin sar jaf bil-fatti li huma l-oġġett tal-ilment tiegħu.
  • F'każ ta' lmenti anonimi, ilmenti mingħajr pretensjoni konkreta, ilmenti b'mala fidi jew ilmenti li l-ipproċessar tagħhom jista' jikkawża danni għad-drittijiet leġittimi ta' persuni terzi.
  • Meta jkun hemm nuqqas ta' qbil mal-kontenut ta' sentenza tal-qorti.

Biex ċittadin jikkuntattja lill-Ombudsman ma għandux bżonn l-għajnuna ta' avukat jew prokuratur, u l-proċediment kollu huwa bla ħlas.

Il-proċediment jibda bi lment. Fl-ittra tal-ilment, li trid tkun iffirmata, irid jingħata wkoll l-isem u l-kunjom, l-indirizz fejn jista' jiġi kkuntattjat l-ilmentatur u r-rakkont tal-fatti li huma l-oġġett tal-ilment, bi speċifikazzjoni ta' liema Amministrazzjoni jew Amministrazzjonijiet huma implikati.

Huwa rakkomandabbli li l-ittra tal-ilment tkun akkumpanjata b'kopja tad-dokumentazzjoni l-iktar importanti relatata mal-problema li kkawżat l-ilment. Ladarba l-ittra tiġi eżaminata, jintbagħat dokument lill-ilmentatur fejn jiġi indikat in-numru tal-fajl assenjat għall-ilment biex jużah f'każ li jkun jixtieq informazzjoni dwaru.

Ilment jista' jsir permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-mezzi li ġejjin:

  • Onlajn: billi taċċessa r-Reġistru Elettroniku li jinsab fis-sezzjoni "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPresenta tu queja" ("ippreżenta l-ilment tiegħek") fis-sit web.
  • Personalment: fis-sala għall-viżitaturi fl-uffiċċju f'calle Zurbano nº 42, Madrid. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mid-9:00 sas-14:00 u mit-Tnejn sal-Ħamis mill-16:00 sas-18:00 (ħlief waranofsinhar fix-xahar ta' Awwissu).
  • Bil-posta: Billi tibgħat ittra ffirmata fl-indirizz li ġej:
    L-Ombudsman Ewropew
    Calle Zurbano, 42
    28010 Madrid
    Spain
  • Bil-faks: billi tibgħat l-ittra ffirmata fin-numru +34 913081158.

Jekk ikollok bżonn informazzjoni dwar l-Istituzzjoni jew tixtieq issegwi l-progress tal-ilment tiegħek tista':

  • tikkuntattja direttament fis-sala għall-viżitaturi fl-uffiċċju f'calle Zurbano nº 42, Madrid.
  • tibgħat posta elettronika fl-indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistro@defensordelpueblo.es.
  • iċċempel in-numri tat-telefown li ġejjin:
    - 900101025 (minn Spanja biss): F'dan in-numru tat-telefown bla ħlas tingħata informazzjoni dwar din l-Istituzzjoni, għalfejn qiegħda, x'inhuma r-rwoli tagħha u kif jista' jintbagħat ilment.
    - +34 914327900: biex issegwi l-progress ta' lment.
    Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' dawn in-numri tat-telefown huma:
    - Mid-9:00 sas-14:00 u mit-15:00 sas-18:00, mit-Tnejn sal-Ħamis.
    - Mid-9:00 sas-14:00 u mill-16:00 sas-18:00, nhar ta' Ġimgħa (ħlief waranofsinhar fix-xahar ta' Awwissu).

Għal iktar informazzjoni żur is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.defensordelpueblo.es/

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

  • Ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

L-Ombudsman jiddefendi d-drittijiet ta' kull ċittadin irrispettivament mill-età tiegħu. Barra minn hekk, xi Komunitajiet Awtonomi ħolqu istituzzjonijiet għall-ħarsien tal-minuri.

Il-leġiżlazzjoni Spanjola tagħraf id-dritt tal-minuri li jippreżentaw l-ilmenti tagħhom lill-Ombudsman jew lil istituzzjoni tal-komunitajiet awtonomi.

  • Korp ta’ ugwaljanza

Kunsill għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza u oriġini etnika

Il-Kunsill huwa magħmul minn diversi amministrazzjonijiet pubbliċi statali, awtonomi u lokali, għaqdiet imprenditorjali u trejdjunjins, kif ukoll għaqdiet bla skop ta' qligħ li jaħdmu fl-ambitu tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew ta' oriġini etnika.

L-għan tiegħu huwa l-promozzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza u ta' kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew oriġini etnika f'ambiti bħall-edukazzjoni, is-saħħa, il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, is-servizzi soċjali, id-djar, l-impjiegi, it-taħriġ eċċ u b'mod ġenerali għal kwalunkwe prodott jew servizz.

Huwa għandu 4 funzjonijiet ewlenin:

  1. Jagħti pariri indipendenti lill-vittmi ta' diskriminazzjoni filwaqt li jittratta l-ilmenti tagħhom.
  2. Jippubblika studji, investigazzjonijiet u rapporti b'mod awtonomu u indipendenti.
  3. Jippromwovi mezzi li jikkontribwixxu għall-ugwaljanza u għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni billi jagħmel rakkomandazzjonijiet u proposti adegwati
  4. Jabbozza u japprova r-Rapport annwali tal-attivitajiet tal-Kunsill u jibagħtu lill-Ministeru tal-Ugwaljanza.

Għal iktar informazzjoni żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.igualdadynodiscriminacion.org/ u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.igualdadynodiscriminacion.org/contactar/home.htm

  • Il-Korp tal-Protezzjoni tad-Dejta

Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Dejta

L-Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Dejta hija l-awtorità sorveljatorja indipendenti inkarigata mill-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u tiggarantixxi u tissalvagwardja d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta ta' natura personali.

L-Aġenzija Spanjola tal-Protezzjoni tad-Dejta tittratta talbiet u lmenti taċ-ċitttadini u tagħti informazzjoni dwar id-drittijiet stabbiliti mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida"Ley Orgánica de Protección de Datos" ("Il-Liġi Organika dwar il-Protezzjoni tad-Dejta"). Hija tgħin u tinforma wkoll lill-entitajiet li jittrattaw formoli li fihom dejta personali (impriżi, istituzzjonijiet u Amministrazzjonijiet) biex jimxu mar-rekwiżiti li tesiġi l-Liġi.

Fir-rigward ta' min ikun affettwat

  • Tittratta t-talbiet u l-ilmenti tiegħu.
  • Tinformah bid-drittijiet stabbiliti mil-Liġi
  • Tippromwovi kampanji pubbliċitarji permezz tal-mezzi tax-xandir.

Fir-rigward ta' min jittratta d-dejta

  • Toħroġ l-awtorizzazzjonijiet previsti mil-Liġi.
  • Tordna miżuri korrettivi.
  • F'każ ta' ksur tal-liġi, tordna li d-dejta ma tibqax tiġi ttrattata u titħassar.
  • Teżerċita setgħat sanzjonatorji.
  • Tfittex għajnuna u informazzjoni fejn meħtieġ/
  • Tawtorizza trasferimenti internazzjonali ta' dejta.

Għal kwalunkwe mistoqsijiet, kjarifiki, reklamazzjonijiet, denunzji, suġġerimenti jew ilmenti, jeżistu tliet modi kif l-Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Dejta tista' tiġi kkuntattjata:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Agencia Española de Protección de Datos.
    Calle Jorge Juan, 6
    28001 Madrid
    Spain
  • Bit-telefown +34 912663517.
  • Bil-posta elettronika fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaciudadano@agpd.es.

Għal iktar informazzjoni żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.agpd.es/.

  • Korpi speċjalizzati oħrajn

Kumitat Spanjol ta' Rappreżentanti ta' Persuni b'Diżabilità

Il-Kumitat Spanjol ta' Rappreżentanti ta' Persuni b'Diżabilità, magħruf aħjar bl-akronimu CERMI, huwa l-pjattaforma ta' rappreżentanza, difiża u azzjoni f'isem iċ-ċittadini Spanjoli b'diżabilità, iktar minn tliet miljun ruħ u nofs, flimkien mal-familji tagħhom, li konxji mill-qagħda żvantaġġata tal-grupp soċjali tagħhom, iddeċidew li jingħaqdu permezz tal-organizzazzjonijiet li jgħaqqduhom f'daqqa, biex irawmu r-rikonoxximent tad-drittijiet tagħhom u jiksbu ċittadinanza sħiħa bi drittijiet u opportunitajiet indaqs bħal tal-bqija tal-membri tas-soċjetà.

Għal kwalunkwe mistoqsijiet jeżistu tliet mezzi biex CERMI jiġi kkuntattjat:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Comité Español de Representantes de Personas con Discapacidad
    Secretaría General

    Calle Recoletos, 1 Bajo
    28001 Madrid
    Spain
  • Bit-telefown +34 913601678.
  • Bil-faks: +34 914290317.
  • Bil-posta elettronika fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacermi@cermi.es.

Għal iktar informazzjoni żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cermi.es/.

Kif ukoll: L-Osservatorju Statali għad-Diżabilità Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.observatoriodeladiscapacidad.es/.

Uffiċċju għall-Ażil u r-Refuġju (OAR)

L-Uffiċċju dwar l-Ażil u r-Refuġju jaqa' taħt il-Ministeru tal-Intern u huwa inkarigat mit-tfassil ta' proposti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi biex wieħed jibqa' Spanja b'konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola d-dritt tal-ażil.

Barra minn hekk, huwa responsabbli wkoll mill-funzjonijiet li ġejjin:

  • L-investigazzjoni u l-ipproċessar ta' fajls biex jiġu identifikati l-Istati responsabbli għall-eżami tat-talbiet għal ażil skont il-konvenzjonijiet internazzjonali fis-seħħ
  • Jeżamina u jiddeċiedi t-talbiet kollha għal ażil ippreżentati f'postijiet fil-fruntiera, fit-territorju nazzjonali u fil-missjonijiet diplomatiċi ta' Spanja fl-esteru

Għal iktar informazzjoni kkuntattja:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Oficina de Asilo y Refugio
    Calle Pradillo, 40
    28002 Madrid
    Spain
  • Bit-telefown +34 915372170.

Għal iktar informazzjoni żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-taqsima korrispondenti tal-Ministeru tal-Intern.

Segretarjat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet tal-Ħabs

L-Istituzzjoni tal-Ħabs hija parti fundamentali tal-politika ta' sigurtà ta' pajjiż kif ukoll tal-politika soċjali. Il-fini kostituzzjonali u l-għan prinċipali tal-istituzzjoni huma l-monitoraġġ u t-tmexxija tal-attivitajiet kollha bl-għan tal-għoti ta' servizzi pubbliċi ta' eżekuzzjoni tal-pieni u tal-miżuri penali.

Għal iktar informazzjoni kkuntattja:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Segretarjat Ġenerali għall-Istituzzjonijiet tal-Ħabs
    Calle Alcalá, 38-40
    28014 Madrid
    Spain
  • Bit-telefown +34 913354700.
  • Bil-faks: +34 913354052.

Għal iktar informazzjoni żur is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.institucionpenitenciaria.es/.

Oħrajn

Il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati Spanjoli

Il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati Spanjoli (SGAE) huwa l-organu rappreżentattiv, koordinatur u eżekuttiv superjuri tal-Kmamar tal-Avukati ta' Spanja u għandu, bl-effetti kollha, l-istat ta' entità ġuridika pubblika, bil-personalità ġuridika tiegħu u bil-kapaċità sħiħa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.

Is-CGAE huwa l-organu responsabbli li jirregola l-eżerċizzju professjonali tal-avukati u jħares il-prestiġju tal-professjoni. Jeżistu 83 Kamra tal-Avukati fi Spanja li jiġbru flimkien 137 447 avukat prattikanti (ċifri ta' Diċembru 2016), kif ukoll 10 Kunsilli Awtonomi ta' Kmamar tal-Avukati.

Id-dritt għall-għajnuna legali bla ħlas fi Spanja huwa wiesa' ħafna bil-Kmamar tal-Avukati jiggarantixxu rimedji ġudizzjarji effettivi għaċ-ċittadini kollha permezz tas-sistema ta' Għajnuna Legali, Għajnuna għall-priġunieri u servizzi ta' pariri legali, Għajnuna u Pariri Legali għall-immigranti, Pariri għall-Ħabsin, Għajnuna u Pariri Legali għan-nisa, Għajnuna għall-vittmi ta' Vjolenza Domestika u Għajnuna u Pariri Legali għall-anzjani.

Għal kwalunkwe mistoqsijiet jeżistu tliet mezzi biex is-CGAE jiġi kkuntattjat:

  • Bil-posta, fl-indirizz:
    Il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati Spanjoli
    Paseo Recoletos, 13
    28004 Madrid
    Spain
  • Bit-telefown +34 915232593.
  • Bil-posta elettronika fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainformacion@cgae.es.

Għal iktar informazzjoni żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cgae.es/ y Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiciagratuita.es/.

L-aħħar aġġornament: 19/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Franza

Il-Qrati u t-tribunali

L-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Ombudsman istituzzjonali Id-Difensur tad-Drittijiet

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Istituzzjonijiet speċjalizzati oħra

Il-Qrati u t-tribunali

Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi huma garantiti fl-ewwel lok mill-imħallfin amministrattivi u ġudizzjarji li quddiemhom jistgħu jidhru l-individwi fil-kuntest ta’ kawża.

Barra minn hekk, il-Conseil constitutionnel li jiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet, iwettaq żewġ tipi ta’ verifiki:

  • Verifika fuq ir-regoli mhux promulgati: il-liġijiet u r-regolamenti tal-assemblej parlamentari jridu bilfors jiġu rinvijati lill-Conseil constitutionnel, qabel jiġu promulgati dawk tal-ewwel       u qabel ma jidħlu fis-seħħ dawk tat-tieni. Jista’ jiġi kkonsultat b’impenn internazzjonali qabel ir-ratifika jew l-approvazzjoni tiegħu. Għal liġijiet ordinarji, il-Kunsill jista’ jiġi kkonsultat b’liġi qabel il-promulgazzjoni tagħha.
  • Verifika fuq ir-regoli promulgati: ir-reviżjoni kostituzzjonali tat-23 ta’ Lulju 2008 introduċiet fil-Kostituzzjoni l-Artikolu 61-1 li joħloq il-kwistjoni prijoritarja ta’ kostituzzjonalità. Din ir-riforma tagħti liċ-ċittadini d-dritt li jikkontestaw, fil-kuntest ta’ proċess, il-kostituzzjonalità ta’ liġi ppromulgata li tippreġudika d-drittijiet u l-libertajiet garantiti mill-Kostituzzjoni. Il-qorti tirrinvija l-kwistjoni prijoritarja ta’ kostituzzjonalità lill-Cour de cassation jew lill-Conseil d’État. Il-Conseil constitutionnel jista’ jiġi kkonsultat mill-Conseil d'Etat jew mill-Cour de cassation. Huwa għandu jaġixxi fi żmien tliet xhur. Għalhekk, mill-1 ta’ Marzu 2010, il-Conseil constitutionnel, meta jiġi kkonsultat mill-Conseil d’Etat jew mill-Cour de cassation, jivverifika jekk dispożizzjoni leġiżlattiva li diġà hija fis-seħħ tippreġudikax id-drittijiet u l-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni. Il-Conseil constitutionnel jista’, jekk ikun il-każ, iħassar id-dispożizzjoni kkonċernata.

Għal aktar informazzjoni dwar id-domanda prijoritarja ta’ kostituzzjonalità (QPC - question prioritaire de constitutionnalité) ara:

L-organizzazzjoni tal-qrati u t-tribunali u l-kompetenzi tagħhom tinsab dettaljata fuq is-siti tal-Conseil d’Etat, il-Cour de cassation u l-Conseil constitutionnel:

L-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Konsultattiva Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Konsultattiva Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (CNCDH - Commission nationale consultative des droits de l’homme) hija l-Istituzzjoni Nazzjonali Franċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem. Hija ġiet stabbilita fl-1947. Bħala Awtorità Amministrattiva Indipendenti, hija struttura tal-Istat li għandha twettaq il-kompiti tagħha b’mod indipendenti (b’applikazzjoni tal-Liġi Nru 2007-292 tal-5 ta’ Marzu 2007). Is-CNCDH hija magħmula minn 64 esperti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Kompiti

Is-CNCDH tippromwovi d-djalogu bejn il-gvern, il-parlament, l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi umanitarja u l-ġlieda kontra r-razziżmu.

  • B’hekk hija tikkontribwixxi għat-tħejjija tar-rapporti li Franza trid tippreżenta quddiem l-organizzazzjonijiet internazzjonali, skont l-obbligi konvenzjonali tagħha fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
  • Hija tikkontribwixxi għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem.
  • Hija inkarigata li tfassal ir-rapport annwali pubbliku dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu msemmi fl-Artikolu 2 tal-Liġi tat-13 ta’ Lulju 1990.
  • Il-Kummissjoni tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi dwar il-miżuri li jidhrilha li jappoġġjaw il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni tista’ tqajjem kwalunkwe kwistjoni relatata ma’ sitwazzjoni umanitarja ta’ emerġenza u tistimola l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-mezzi biex tegħleb tali eventwalitajiet.
  • Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-opinjonijiet u r-rapporti li tadotta.

Il-ħidmiet immexxija mis-CNCDH huma maqsuma f’ħames sottokumitati: kwistjonijiet soċjali, kwistjonijiet etiċi; ir-razziżmu, l-antisemitiżmu, il-ksenofobija, id-diskriminazzjonijiet u l-gruppi vulnerabbli; l-istituzzjonijiet, il-ġustizzja, il-pulizija, il-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni; il-kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali; id-dritt umanitarju internazzjonali u l-azzjoni umanitarja.

Indirizz :

Commission nationale consultative des droits de l’homme
35 Rue Saint-Dominique, 75007
Paris

Għal iktar informazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncdh.fr/

L-Ombudsman istituzzjonali: id-Difensur tad-Drittijiet

(Défenseur des droits) huwa istituzzjoni indipendenti integrata fil-Kostituzzjoni mit-23 ta’ Lulju 2008 u stabbilita permezz tal-Liġi Istituzzjonali Nru 2011-33 u l-Liġi Ordinarja Nru 2011-334 tad-29 ta’ Marzu 2011.

Kompiti

Id-Défenseur des Droits għandu bħala kompiti:

  • li jiddefendi d-drittijiet u l-libertajiet individwali fil-kuntest ta’ relazzjonijiet mal-awtoritajiet,
  • jiddefendi u jippromwovi l-aħjar interessi u d-drittijiet tat-tfal,
  • jiġġieled kontra d-diskriminazzjonijiet ipprojbiti bil-liġi u jippromwovi l-ugwaljanza,
  • jiżgura r-rispett tar-regoli professjonali minn persuni li jwettqu attivitajiet ta’ sigurtà.

Id-Défenseur des Droits irriżulta mill-amalgamazzjoni ta’ erba’ istituzzjonijiet eżistenti: l-Ombudsperson tar-Repubblika (Médiateur de la République), id-Difensur tat-tfal (Défenseur des enfants), l-Awtorità Għolja li tiġġieled kontra d-Diskriminazzjonijiet u għall-Ugwaljanza (Haute Autorité de Lutte contre les Discriminations et pour l’Egalité - HALDE) u l-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Etika tas-Sigurtà (Commission Nationale de Déontologie de la Sécurité - CNDS).

Setgħat

Id-Défenseur des Droits għandu s-setgħa li jirċievi lmenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi ta’ minuri li jkun jixtieq jinvoka l-protezzjoni tad-drittijiet tiegħu. Huwa jista’ wkoll jiddeċiedi ex officio, f’kull ċirkustanza, fl-ambitu ta’ każ li jaqa’ taħt il-kompetenzi tiegħu.

Sabiex iwettaq dawn il-kompiti, id-Défenseur des Droits għandu, minn naħa, setgħat ta’ investigazzjoni u setgħat inkwirenti għall-ipproċessar tal-ilmenti individwali biex jikseb komunikazzjoni tad-dokumenti rilevanti kollha, setgħa li jinterroga għadd ta’ persuni, jew saħansitra li jwettaq verifiki fuq il-post. Min-naħa l-oħra, id-Défenseur des Droits jista’ jagħmel proposti ta’ emendi leġiżlattivi jew ta’ regolamenti u ta’ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll privati.

Huwa jista’ wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jissolvew id-diffikultajiet jew il-ksur tad-drittijiet li huwa ġie kkonsultat dwarhom. Il-persuni jew l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jgħarrfuh bl-azzjonijiet meħuda fil-konfront tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, jew jekk iqis li ma tkunx ittieħdet azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, huwa jista’ jordna lill-persuna jew lill-awtorità kkonċernata sabiex tieħu l-miżuri neċessarji fi żmien terminu ta’ żmien stabbilit. Jekk l-ordnijiet tiegħu ma jiġux imwettqa, huwa jista’ jagħmel rapport speċjali lill-persuna jew lill-awtorità kkonċernata. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.

Dan jista’ jgħin ukoll biex joffri medjazzjoni jew tranżazzjoni, u barra minn hekk jista’ jgħin lill-vittmi biex iħejju r-rikorsi tagħhom u jidentifikaw proċeduri mfasslin apposta.

Id-Défenseur des Droits jista’ jikkonsulta l-Awtorità tal-Ħatra sabiex tagħti bidu għall-proċeduri dixxiplinarji tal-fatti li jkun jaf bihom u li jidhrulu li huma ta’ natura li tiġġustifika sanzjoni. Huwa jista’ wkoll jintervjeni fi proċeduri ġudizzjarji bl-appoġġ ta’ lmentatur, permezz tal-produzzjoni ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew orali.

Organizzazzjoni

Madwar 250 ruħ jaħdmu fl-uffiċċju ċentrali tad-Difensur tad-Drittijiet, f’Pariġi. Fi Franza kontinentali u ’l barra minn Franza, madwar 400 delegat volontier jilqgħu ċ-ċittadini biex jassistuhom biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, jirċievu l-ilmenti tagħhom u jwieġbu għad-domandi tagħhom. Huma preżenti f’diversi strutturi lokali bħal: prefetturi, sottoprefetturi, ċentri ta’ pariri legali, punti ta’ aċċess legali, bini muniċipali. Id-delegati ikollhom ukoll żjarat fi stabbilimenti penitenzjarji u jaħdmu b’rabta mad-djar dipartimentali tal-persuni b’diżabbiltà.

Id-Défenseur des Droits jippresjedi kulleġġ li jassistih fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu fil-qasam tad-“difiża u promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal”, “il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza”, kif ukoll “l-etika fil-qasam tas-sigurtà”.

Fuq proposta tad-Défenseur des droits, il-Prim Ministru jaħtar id-deputati tad-Défenseur des droits, li minnhom:

  • Difensur tat-tfal (Défenseur des enfants), Viċi President tal-kulleġġ responsabbli għad-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal (vice-président du collège chargé de la défense et de la promotion des droits de l'enfant);
  • deputat, Viċi President tal-kulleġġ responsabbli mill-etika fil-qasam tas-sigurtà (vice-président du collège chargé de la déontologie dans le domaine de la sécurité);
  • deputat, Viċi President tal-kulleġġ responsabbli għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza (vice-président du collège chargé de la lutte contre les discriminations et de la promotion de l'égalité).

Ir-rinviju ta’ każijiet lid-Défenseur des Droits

Kwalunkwe persuna fiżika (individwu) jew ġuridika (kumpanija, assoċjazzjoni...) tista’ tirreferi l-każ direttament u mingħajr ħlas meta:

  • taħseb li hija saret diskriminazzjoni kontriha;
  • tinnota li rappreżentant tal-ordni pubbliku (pulizija, ġendarmerija, dwana...) jew privat (aġent ta’ sigurtà...) ma osservax ir-regoli ta’ imġieba tajba;
  • tinstab f’diffikultajiet fir-relazzjonijiet tagħha ma’ servizz pubbliku (fond ta’ benefiċċji għall-familja (Caisse d'Allocations Familiales), Pôle Emploi, pensjonijiet, eċċ.);
  • tqis li d-drittijiet tat-tfal mhumiex irrispettati.

Id-Défenseur des Droits jista’ jiġi kkonsultat minn tifel jew żagħżugħ ta’ taħt it-18 sena, il-membri tal-familja tal-minuri jew ir-rappreżentanti legali tagħha, is-servizzi mediċi jew soċjali, assoċjazzjoni li l-istatuti tagħha jiddefendu d-drittijiet tat-tfal, membru parlamentari Franċiż u deputat Franċiż tal-Parlament Ewropew, istituzzjoni barranija li għandha l-istess funzjonijiet bħad-Défenseur des droits. Huwa jista’ jintervjeni għat-tfal Franċiżi u barranin li jgħixu fi Franza u tfal Franċiżi li jgħixu barra mill-pajjiż, f’bosta oqsma għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u b’mod partikolari rigward il-protezzjoni tat-tfal, is-saħħa u d-diżabbiltà, il-ġustizzja kriminali, l-adozzjoni, l-edukazzjoni għal kulħadd u l-minuri barranin.

Iċ-ċittadini jistgħu jressqu l-ilment tagħhom direttament lid-Défenseur des droits:

Indirizz :

Défenseur des droits
Libre réponse 71120
75342 Paris Cedex 07

Għal iktar informazzjoni:  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.defenseurdesdroits.fr/en

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem

Hemm entitajiet speċjalizzati oħra li jaġixxu fil-qasam tad-drittijiet u tal-libertajiet:

Awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-dejta:

Awtorità nazzjonali tal-informatika u tal-libertajiet (Commission nationale de l’informatique et des libertés - CNIL)

Is-CNIL hija l-awtorità Franċiża ta’ superviżjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali. Hija twettaq il-kompiti tagħha skont il-liġi Nru 78-17 tas-6 ta’ Jannar 1978, kif emendata.

Kompiti

Il-Commission nationale de l'informatique et des libertés hija awtorità amministrattiva indipendenti. Din għandha b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:

  • Hija għandha tinforma lil dawk kollha kkonċernati u dawk kollha responsabbli bl-ipproċessar tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom;
  • Hija għandha tiżgura li l-ipproċessar tad-dejta personali jiġi implimentat skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi tas-6 ta’ Jannar 1978 kif emendata. B’hekk, skont l-informazzjoni rilevanti, hija tawtorizza l-ipproċessar,tagħti l-opinjoni tagħha u tirċievi d-dikjarazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta.
  • Hija tirċievi talbiet, petizzjonijiet u lmenti dwar l-implimentazzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali u tinforma lill-awturi tagħhom bl-azzjonijiet meħuda f’dan ir-rigward.
  • Hija tirrispondi għal talbiet ta’ opinjoni minn awtoritajiet pubbliċi u, jekk ikun il-każ, minn qrati, u tiggwida lill-persuni u l-entitajiet li jimplimentaw jew li qed jippjanaw li jimplimentaw l-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali;
  • Hija tinforma mingħajr dewmien lill-prosekutur pubbliku, skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 40 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (code de procédure pénale), bil-ksur li għandha konoxxenza tiegħu, u tista’ tressaq xi osservazzjonijiet fil-proċeduri kriminali;
  • Hija tista’, b’deċiżjoni speċjali, tinkariga lil wieħed jew iktar mill-Membri tagħha jew is-Segretarju Ġenerali li jwettqu l-verifiki kollha, jew tirranġa sabiex isiru t-tali verifiki minn aġenti tas-servizzi tagħha u, jekk ikun il-każ, tikseb kopji ta’ kwalunkwe dokument jew materjal informattiv rilevanti għall-kompiti tagħha;
  • Hija għandha tiġi kkonsultata rigward kull abbozz ta’ liġi jew ta’ digriet jew kwalunkwe dispożizzjoni ta’ abbozz ta’ liġi jew ta’ digriet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali jew l-ipproċessar ta’ tali dejta.

Is-CNIL tippreżenta rapport pubbliku kull sena dwar il-qadi tal-kompiti tagħha lill-President tar-Repubblika u lill-Prim Ministru.

Rinviju tal-każ lis-CNIL

Kull persuna tista’ tikkuntattja lis-CNIL f’każ ta’ diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu. Sabiex jasserixxi d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu tal-informatika, iċ-ċittadin għandu l-ewwel nett jitkellem direttament mal-organiżmi li jżommu d-dejta. F’każ ta’ diffikultajiet, tweġiba mhux sodisfaċenti jew nuqqas ta’ tweġiba, tista’ tagħmel rapport onlajn lis-CNIL fuq diversi oqsma: internet, kummerċ, xogħol, telefon, servizzi bankarji u kreditu.

Ħolqa relatata: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.cnil.fr/fr/plaintes

Indirizz :

Commission Nationale de l'Informatique et des Libertés
3 Place de Fontenoy - TSA 80715
75334 PARIS CEDEX 07

Għal iktar informazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.cnil.fr/

Il-Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni

Wara r-ratifika tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProtokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti Ieħor adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2002, il-leġiżlatur Franċiż stabbilixxa, permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaliġi nru 2007-1545 tat-30 ta’ Ottubru 2007, Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni (Contrôleur général des lieux de privation de liberté). Din hija awtorità amministrattiva indipendenti.

Kompiti

Il-Kontrollur Ġenerali għandu jiżgura li l-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom jiġu ttrattati b’umanità u b’rispett għad-dinjità intrinsika tal-persuna umana u jiżgura li jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom u l-kunsiderazzjonijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà. Huwa inkarigat biex jipprevjeni l-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Kontrollur Ġenerali jeżamina mhux biss il-kundizzjonijiet ta’ priġunerija, detenzjoni jew dħul fl-isptar iżda wkoll il-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-persunal u persuni involuti oħra inkwantu dawn neċessarjament għandhom impatt fuq il-funzjonament tal-istituzzjoni u n-natura tar-relazzjonijiet ma’ persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom. Il-Kontrollur Ġenerali jagħżel liberament l-istituzzjonijiet li beħsiebu jżur u ż-żjarat tiegħu jistgħu jew jiġu skedati (f’dan il-każ, il-kap ta’ stabbiliment huwa informat biż-żjara ftit jiem qabel) jew ma jiġux imħabbra.

Setgħat

Il-Kontrollur Ġenerali jista’ jżur f’kull ħin, fuq it-territorju Franċiż kollu, kull post fejn in-nies jiġu mċaħħda mil-libertà tagħhom: ħabsijiet, istituzzjonijiet tas-saħħa, stabbilimenti mqiegħda taħt l-awtorità konġunta tal-Ministeru tas-Saħħa u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, faċilitajiet ta’ kustodja mill-pulizija u l-ġendarmerija, postijiet ta’ detenzjoni doganali, ċentri u faċilitajiet ta’ detenzjoni amministrattiva għal ċittadini barranin, żoni ta’ stennija f’portijiet u ajruporti, eċċ. Il-Kontrollur Ġenerali jeżerċita kontroll fuq l-eżekuzzjoni materjali ta’ proċeduri ta’ tneħħija li jinvolvu ċittadini barranin sakemm jingħataw lill-awtoritajiet tal-Istat ta’ destinazzjoni.

L-awtoritajiet rilevanti ma jistgħux jopponu żjara ħlief għal raġunijiet serji u imperattivi relatati mad-difiża nazzjonali, is-sigurtà pubblika, diżastri naturali jew disturbi serji fil-post taż-żjara.

Il-Kontrollur Ġenerali jibgħat lill-Ministru/i kkonċernat/i rapport taż-żjara u rakkomandazzjonijiet li jistgħu jsiru pubbliċi. Huwa jagħti wkoll rapport ta’ attività annwali lill-President tar-Repubblika u lill-Parlament, li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Ir-rinviju ta’ każijiet lill-Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni

Ċittadin jista’ jirreferi każijiet lill-Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni biex jgħarrfu b’sitwazzjoni li fl-opinjoni tiegħu tikser id-drittijiet fundamentali jew id-drittijiet fundamentali ta’ persuna fiżika f’detenzjoni (jew li, reċentement, ġiet imqegħda f’detenzjoni) u li hija marbuta ma’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, arrest, priġunerija jew dħul fl-isptar, l-organizzazzjoni jew il-funzjonament ta’ servizz. Il-Kontrollur Ġenerali ta’ detenzjoni jista’ jiġi kkonsultat bil-każijiet biss bil-posta fl-indirizz li ġej:

Madame la Contrôleure générale des lieux de privation de liberté
BP 10301
75921 Paris cedex 19

Il-persuni li huma mċaħħda mil-libertà tagħhom, il-qraba tagħhom, il-persuni involuti fi ħdan l-istituzzjoni u l-persunal jistgħu wkoll jitolbu intervista mal-Kontrollur Ġenerali jew wieħed mis-superviżuri li jiffurmaw it-tim tiegħu direttament waqt żjarat fi stabbilimenti.

Indirizz :

Le Contrôleur général des lieux de privation de liberté16/18 quai de la Loire
BP 10301
75921 Paris Cedex 19

Għal iktar informazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cglpl.fr/

Istituzzjonijiet speċjalizzati oħra

  • Aċċess għall-ġustizzja: punti ta’ aċċess għal-liġi, ċentri ta’ pariri legali u unitajiet li jwasslu għall-ġustizzja

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-individwi għal informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-proċeduri u l-organizzazzjoni ġudizzjarja, u sabiex jiġu appoġġati f’kull pass bil-ħsieb tal-eżerċizzju ta’ dritt, Franza żviluppat punti ta’ aċċess għal-liġi, ċentri ta’ pariri legali, jew unitajiet li jwasslu għall-ġustizzja li huma istituzzjonijiet ġudizzjarji lokali li jinformaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u jipproponu b’mod partikolari xi soluzzjonijiet bonarji ta’ tilwim.

Direttorju ta’ ċentri ta’ pariri legali, punti ta’ aċċess għal-liġi w unitajiet li jwasslu għall-ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.annuaires.justice.gouv.fr/annuaires-12162

Għal aktar informazzjoni:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vie-publique.fr/decouverte-institutions/justice/fonctionnement/modes-alternatifs/que-sont-maisons-justice-du-droit.html

L-aħħar aġġornament: 09/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Drittijiet fundamentali - il-Kroazja

Qrati nazzjonali

Ombudsman

Entitajiet Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

Protezzjoni ta’ dejta personali

Għajnuna Legali B’Xejn

Qrati nazzjonali

Il-qrati għandhom rwol speċjali fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Dawn huma korpi statutorji li l-indipendenza tagħhom hija ggarantita mill-Kostituzzjoni. Hemm mekkaniżmu speċjali biex jiggarantixxi l-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet kostituzzjonali: ilment kostituzzjonali, li jista’ jiġi ppreżentat minn ċittadini li jqisu li l-awtoritajiet nazzjonali, l-entitajiet lokali u reġjonali ta’ awtogovernanza u entitajiet tad-dritt pubbliku li jiddeċiedu dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom, jew fir-rigward ta’ suspett jew akkuża ta’ reat kriminali, kisru d-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali tagħhom, kif iggarantiti mill-Kostituzzjoni. Ilment jista’ jiġi ppreżentat biss wara li r-rimedji disponibbli l-oħrajn kollha jkunu ġew eżawriti.

Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja
Trg svetog Marka 4
10000 Zagreb
Telefown: +385 1 6400 251
Faks: +385 1 4551 055
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.usud.hr/

Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja
Trg Nikole Šubića Zrinskog 3
10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 486 22 22, +385 1 481 00 36
Faks: +385 1 481 00 35
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavsrh@vsrh.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vsrh.hr/

Qrati tal-Kontea PDF(209 Kb)hr (il-lista ta’ qrati tal-kontea)

Qrati muniċipali PDF(296 Kb)hr (il-lista ta’ qrati muniċipali)

Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Berislavićeva 11, 10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 489 68 88
Faks: +385 1 487 23 29
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vtsrh.hr/ />
Qrati kummerċjali PDF(192 Kb)hr (il-lista ta’ qrati kummerċjali)

Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Frankopanska 16, 10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 480 78 00
Faks: +385 1 480 79 28
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.upravnisudrh.hr/

Il-lista ta’ qrati amministrattivi PDF(180 Kb)hr

Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica Augusta Šenoe 30, 10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 480 75 10
Faks: +385 1 461 12 91
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapredsjednik@vpsrh.pravosudje.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sudovi.pravosudje.hr/VPSRH/

Qrati għal Reati Minuri PDF(274 Kb)hr (il-lista ta’ qrati għal reati minuri)

Ombudsman

Trg hrvatskih velikana 6
10 000 Zagreb
Ir-Repubblika tal-Kroazja
Telefown: +385 1 4851 855, +385 1 4851 853
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@ombudsman.hr
Faks: +385 1 6431 628

Skont l-Artikolu 93 tal-Kostituzzjoni Kroata, l-Ombudsman huwa r-rappreżentant tal-Parlament Kroat għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif inhuma definiti mill-Kostituzzjoni, il-liġijiet u l-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet iffirmati mir-Repubblika tal-Kroazja.

L-Ombudsman u d-deputati tiegħu jiġu eletti mill-Parlament Kroat għal perjodu ta’ tmien snin bl-għan li ċ-ċittadini jiġu protetti minn ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-atti ta’ entitajiet tal-istat jew entitajiet legali li għandhom poteri pubbliċi. Hija l-entità ċentrali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u li twettaq il-kompiti tal-Mekkaniżmu Nazzjonali Preventiv kontra t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti. Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, l-Ombudsman huwa indipendenti u awtonomu.

Responsabbiltajiet:

Ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem

Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jagħmlu ilment lill-Ombudsman meta jqisu li d-drittijiet tagħhom ikunu ġew miksura mill-awtoritajiet pubbliċi. L-Ombudsman iwettaq eżami b’risposta għal ilment u bbażat fuq dokumenti riċevuti. L-entitajiet pubbliċi kollha, l-entitajiet li jkollhom setgħat ta' awtorità pubblika, u l-entitajiet lokali u reġjonali ta’ awtogovernanza — jiġifieri l-entitajiet legali pubbliċi kollha — huma obbligati li jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba. Ibbażati fuq il-fatti stabbiliti, l-Ombudsman jista’ jagħti opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u notifiki lill-awtoritajiet jew entitajiet superjuri rilevanti u, jekk meħtieġ, jinnotifika lill-Parlament Kroat.

Barra minn hekk, l-Ombudsman għandu jivverifika l-konformità tar-regolamenti mal-Kostituzzjoni Kroata u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jista’ jistieden lill-Gvern Kroat biex jemenda jew jadotta regolamenti relatati mad-drittijiet tal-bniedem. Huwa jista’ ukoll jitlob lill-Parlament Kroat biex jarmonizza r-regolamenti mal-Kostituzzjoni u l-liġi. Huwa għandu d-dritt li jibda proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tal-Kroazja sabiex teżamina l-konformità ta’ liġijiet u regolamenti oħra mal-Kostituzzjoni Kroata.

Promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tinkludi riċerka u analiżi, żvilupp u manutenzjoni ta’ bażijiet ta’ dejta u dokumentazzjoni, informazzjoni lill-pubbliku u lill-partijiet interessati b’mod tempestiv u regolari, il-ftuħ u l-kooperazzjoni attiva mas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-istituzzjonijiet tar-riċerka akkademika, u inizjattivi biex il-leġiżlazzjoni tiġi allinjata mal-istandards internazzjonali u Ewropej u biex tiġi applikata dik il-leġiżlazzjoni.

Entità ċentrali għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

L-Ombudsman jaċċetta l-ilmenti minn persuni fiżiċi u ġuridiċi, jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom kif ukoll il-possibbiltajiet ta’ protezzjoni ġudizzjarji u protezzjoni oħra, jeżamina talbiet individwali u jieħu azzjonijiet fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu biex jelimina d-diskriminazzjoni u jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni diskriminati (ħlief fil-każ ta’ kawżi pendenti), iwettaq proċeduri ta’ medjazzjoni bil-possibbiltà ta’ ftehim bonarju bil-kunsens taż-żewġ partijiet, u jippreżenta rapporti kriminali relatati mad-diskriminazzjoni lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Istat kompetenti.

Mekkaniżmu ta’ prevenzjoni nazzjonali

L-Ombudsman iwettaq kompiti li jaqgħu taħt il-Mekkaniżmu ta’ Prevenzjoni Nazzjonali għall-prevenzjoni tat-tortura u trattament jew kastig ieħor krudili, inuman jew degradanti kull fejn persuni jiġu mċaħħda mil-libertà tagħhom jew jinżammu f’kustodja, detenzjoni jew jiġu akkomodati f’bini taħt is-sorveljanza pubblika fejn ma jkunux jistgħu jħallu dan il-bini meta jridu huma.

Dan ifisser li rappreżentanti tal-Uffiċċju tal-Ombudsman li jaġixxi f’din il-kapaċità jżuru l-ħabsijiet, l-unitajiet ta’ detenzjoni, u diversi istituzzjonijiet li jakkomodaw persuni b’disturbi mentali, bħala miżura preventiva biex jiġu protetti l-persuni li huma mċaħħda mil-libertà tagħhom jew dawk li l-libertà tagħhom ġiet ristretta.

Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRI - National Human Rights Institution)

Mill-2009, l-Ombudsman kien l-uniku istituzzjoni nazzjonali għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (NHRI) fir-Repubblika tal-Kroazja bi status ‘A’ skont il-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU li jiddefinixxi l-parametri ta’ indipendenza tal-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Dan huwa l-ogħla livell ta’ indipendenza istituzzjonali, u reġa’ ingħata lill-Uffiċċju tal-Ombudsman f’Lulju 2013, wara li n-NU immonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom relatati maż-żamma u l-promozzjoni ta’ status indipendenti.

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

Teslina 10
10 000 Zagreb
Hrvatska
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@dijete.hr
Telefown: 01/4929 669
Faks: 01/4921 277
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dijete.hr/

Ambitu tax-xogħol

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal jiċċekkja l-konformità ta’ liġijiet u regolamenti oħra fil-Kroazja dwar il-ħarsien tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal mal-Kostituzzjoni Kroata, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u dokumenti internazzjonali oħra relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal. Huwa jimmonitorja d-drittijiet tat-tfal individwali u jistudja l-okkorrenza ġenerali u t-tipi ta’ ksur tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal. Huwa jippromovi l-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali; jipproponi miżuri biex tinbena sistema komprensiva għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u biex jiġu preklużi atti li jagħmlu ħsara li jkunu ta’ preġudizzju għall-interessi tagħhom. Huwa jinforma u jagħti pariri lit-tfal li huma fil-proċess li jeżerċitaw u jipproteġu d-drittijiet u l-interessi tagħhom, jikkoopera ma’ tfal, u jħeġġiġhom biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jirrispettahom; jibda u jipparteċipa f’attivitajiet pubbliċi immirati lejn it-titjib tal-istatus ta’ tfal u jipproponi miżuri biex jiżdied l-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Huwa għandu jkollu aċċess u tagħrif dwar kwalunkwe dejta, tagħrif u att li jirrigwarda d-drittijiet u l-protezzjoni tat-tfal irrispettivament mill-grad ta’ kunfidenzjalità. Huwa awtorizzat li jidħol u jispezzjona kwalunkwe istituzzjoni, entità pubblika, persuna ġuridika u fiżika b’mandat statutorju biex tieħu ħsieb it-tfal, kif ukoll komunitajiet reliġjużi fejn it-tfal joqogħdu jew jiġu mogħtija akkomodazzjoni b’mod temporanju jew permanenti.

Jekk l-Uffiċċju tal-Ombudsman isib li minorenni jkun ġie espost għal vjolenza fiżika jew mentali, fastidju sesswali, abbuż jew sfruttament, negliġenza jew trattament negliġenti, irid minnufih jibgħat rapport lill-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat kompetenti u jallerta ċ-ċentru tal-kura soċjali kompetenti filwaqt li jipproponi miżuri biex jitħarsu d-drittijiet u l-interessi tal-minorenni. Huwa jista’ jitlob għall-assistenza professjonali minn esperti u istituzzjonijiet professjonali li jirriċerkaw dwar il-protezzjoni, il-kura, l-iżvilupp u d-drittijiet tat-tfal, u għandu jirċievi assistenza bħal din fi żmien debitu.

Ombudsman għall-ugwaljanza bejn is-sessi

Preobraženska 4/1
10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 48 48 100
Faks: +385 1 48 44 600
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaravnopravnost@prs.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.prs.hr/

Ambitu tax-xogħol

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jittratta lmenti dwar diskriminazzjoni relatata mal-ġeneru, status konjugali jew tal-familja u l-orjentazzjoni sesswali; huwa jeżamina l-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, il-każijiet ta’ atti diskriminatorji kontra individwi jew gruppi ta’ individwi mwettqa minn awtoritajiet nazzjonali, unitajiet ta’ awtogovernanza lokali u reġjonali u entitajiet oħra b’awtorità pubblika, impjegati f’dawn l-entitajiet u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħrajn.

Ix-xogħol tal-ombudsman jinkludi li jkun awtorizzat li jinnotifika, jipproponi u jagħmel rakkomandazzjonijiet.

Jekk l-Ombudsman isib li l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi ma tħarisx, huwa awtorizzat li jressaq talba għal reviżjoni kostituzzjonali tal-liġi jew għar-reviżjoni tal-kostituzzjonalità u l-legalità ta’ regolamenti oħra.

Ombudsman għal persuni b’diżabilità

Savska cesta 41/3
10 000 Zagreb
Telefown: +385 1 6102 170
Faks: +385 1 6177 901
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaured@posi.hr

Ambitu tax-xogħol

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għal persuni b’diżabilità hija istituzzjoni nazzjonali indipendenti li r-rwol ewlieni tagħha huwa li tissorvelja u tippromwovi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità abbażi tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, it-trattati u l-liġijiet internazzjonali. F’każ ta’ ksur tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, l-ombudsman huwa awtorizzat biex jallertja, jipproponi miżuri, jagħmel rakkomandazzjonijiet, jinforma u jitlob rapporti dwar x’azzjonijiet ikunu ttieħdu.

Jekk l-Ombudsman isib li soluzzjoni legali tippreġudika persuni b’diżabilità jew tfal b’diffikultajiet ta’ żvilupp, iċaħħadhom b’xi mod jew tpoġġihom f’qagħda inqas favorevoli fir-rigward ta’ persuni mingħajr diżabilità, l-ombudsman għandu jagħmel proposta sabiex it-tali soluzzjoni legali tiġi emendata.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman jirċievi lmenti individwali ta’ persuni b’diżabilità u dawk li jaħdmu fl-interess tagħhom, iqis l-ilmenti dwar il-ksur tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, u filwaqt li jżomm kuntatt mal-istituzzjonijiet responsabbli għas-soluzzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet jipprova jikseb l-iktar soluzzjoni favorevoli.

L-Ombudsman għall-persuni b’diżabilità jipprovdi konsulenza bħala assistenza għal persuni b’diżabilità fuq kif jistgħu jeżerċitaw u jipproteġu d-drittijiet u l-interessi tagħhom.

Protezzjoni tad-dejta personali

Aġenzija dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali

Martićeva 14
10 000 Zagreb

Telefown: +385 460 90 00
Faks: +385 1 4609 -099
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaazop@azop.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.azop.hr/

L-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali hija awtorità pubblika li twettaq l-attivitajiet tagħha b’mod indipendenti u awtonomu fi ħdan l-ambitu tal-kompiti u l-kompetenzi tagħha. L-Aġenzija hija responsabbli għat-twettiq tal-kompiti professjonali u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-dejta personali. L-Aġenzija, fl-ambitu tagħha ta’ awtorità pubblika, tissorvelja l-protezzjoni tad-dejta personali, tindika l-perċezzjoni tal-abbuż fil-ġbir ta’ dejta personali, toħloq il-lista ta’ pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali bi protezzjoni tad-dejta regolata kif xieraq, tittratta t-talbiet biex teżamina l-ksur tad-drittijiet garantiti permezz tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali, u żżomm ir-Reġistru Ċentrali b’fajls li fihom dejta personali.

Għajnuna legali b’xejn

Billi adotta l-Att dwar l-Għajnuna Legali, il-Ministeru tal-Ġustizzja ħa f’idejh l-kompitu komprensiv u diffiċli li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna legali b’xejn.

Is-sistema ta’ għajnuna legali b’xejn tippermetti liċ-ċittadini bi ftit riżorsi biex iqabbdu avukati u jiksbu għajnuna legali għal azzjonijiet legali speċifiċi u aċċess ugwali għal proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi.

Il-qafas istituzzjonali tas-sistema tal-għajnuna legali b’xejn huwa magħmul minn uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat li jipproċessaw it-talbiet taċ-ċittadini fl-ewwel istanza, filwaqt li d-Dipartiment għall-Għoti tal-Għajnuna Legali B’Xejn fil-Ministeru tal-Ġustizzja jiddeċiedi dwar l-appelli tat-tieni istanza, jiddeċiedi fl-ewwel istanza dwar id-dħul ta’ assoċjazzjonijiet fir-Reġistru ta’ assoċjazzjonijiet awtorizzati li jipprovdu għajnuna legali primarja, u jwettaq monitoraġġ amministrattiv u professjonali tal-fornitur ta’ servizzi tal-għajnuna legali primarja.

Dawn il-fornituri ta’ għajnuna legali li ġejjin huma inklużi fl-Att dwar l-Għajnuna Legali B’Xejn:

  • avukati,
  • assoċjazzjonijiet awtorizzati,
  • trejdjunjins,
  • uffiċċji ta’ konsultazzjoni legali u
  • uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat f’kontei.

L-għajnuna legali primarja hija pprovduta minn uffiċċji, assoċjazzjonijiet awtorizzati u uffiċċji ta’ konsultazzjoni legali.
Fl-għoti ta’ għajnuna legali primarja, l-uffiċċji huma awtorizzati li jipprovdu informazzjoni legali ġenerali, konsulenza legali, u li jfasslu petizzjonijiet.

L-għajnuna legali sussidjarja hija pprovduta minn avukati.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali B’Xejn, il-persuni li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal għajnuna legali b’xejn għandhom jippreżentaw il-formola standard mimlija għal talba għal għajnuna legali lill-uffiċċju statali tal-amministrazzjoni fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom. It-talba għandha tkun akkumpanjata bil-kunsens bil-miktub tar-rikorrenti u tal-membri adulti tal-familja tagħhom kollha biex jkun hemm għarfien tad-dejta kollha relatata mal-proprjetà u li qegħdin jaċċettaw kull responsabbiltà fiżika u legali għall-veraċità tal-allegazzjonijiet tar-rikorrenti.

Il-formola tat-talba tista’ titniżżel mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, jew tinkiseb mill-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea, il-qrati muniċipali jew f’ċentri tal-kura soċjali matul il-ħinijiet tal-uffiċċju regolari tagħhom.

It-talbiet huma ħielsa minn tariffi amministrattivi u għandhom jiġu ppreżentati personalment jew bil-posta reġistrata.

L-għoti tal-għajnuna legali jimplika kopertura sħiħa jew parzjali ta’ spejjeż ta’ għajnuna legali skont l-istatus finanzjarju tar-rikorrent. Huwa maħsub li l-ispejjeż tal-proċedura jistgħu jiġu kondiviżi sa’ ċertu perċentwali skont iċ-ċirkostanzi materjali tal-benefiċjarju.

Meta l-għajnuna legali tingħata b’mod ristrett, id-differenza bejn l-ammont sħiħ ta’ remunerazzjoni u r-rimborż tal-ispejjeż lill-avukat tiġi kkompensata mill-benefiċjarju fis-sehem rimanenti skont il-valur tas-servizz definit permezz tat-Tariffi tal-Avukati u l-Kumpens tal-Ispejjeż.

Benefiċjarji

Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali Bla Ħlas jinkludu:

  • iċ-ċittadini Kroati;
  • tfal, li mhumiex ċittadini Kroati, li jinstabu fir-Repubblika tal-Kroazja mhux akkumpanjati minn tuturi legali adulti;
  • barranin li jirrisjedu b’mod temporanju abbażi ta’ reċiproċità u barranin residenti b’mod permanenti,
  • barranin taħt protezzjoni temporanja;
  • barranin residenti b’mod illegali u barranin fuq soġġorn qasir li għaddejjin minn proċedura ta’ tkeċċija u li jridu jitilqu mir-Repubblika tal-Kroazja;
  • applikanti għall-ażil, persuni barranin, barranin li jibbenefikaw minn protezzjoni sussidjarja u l-membri tal-familja tagħhom li jirrisjedu legalment fir-Repubblika tal-Kroazja soġġetti għall-proċeduri fejn l-għajnuna legali mhijiex prevista minn ebda liġi speċjali.

Il-benefiċjarji jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-għajnuna legali b’xejn fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja jew permezz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabesplatna.pravna.pomoc@pravosudje.hr u jistennew tweġiba hekk kif ikun raġonevolment possibbli.

Il-benefiċjarji jistgħu wkoll jindirizzaw kull mistoqsija direttament lill-uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea partikolari tagħhom.

Tilwim transfruntier

Tilwima transfruntiera hija waħda fejn il-parti li qed titlob l-għajnuna legali tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru tal-UE li mhuwiex l-Istat Membru fejn il-qorti għandha s-sede tagħha jew fejn id-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita.

L-għajnuna legali f’tilwimiet transfruntiera tingħata fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, proċeduri ta’ konċiljazzjoni, soluzzjonijiet bonarji alternattivi, eżekuzzjoni ta’ dokumenti pubbliċi u konsulenza legali f’dawn il-proċedimenti, filwaqt li d-dispożizzjonijiet dwar it-tilwim transfruntier ma japplikawx għal proċedimenti dwar tassazzjoni, dwana u proċedimenti amministrattivi oħra.

Rikorrent li jkun domiċiljat jew residenti b’mod abitwali fir-Repubblika tal-Kroazja u jitlob għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor għandu jressaq talba lill-uffiċċju tal-post ta’ residenza jew domiċilju tiegħu. L-Uffiċċju kompetenti għandu jressaq it-talba tiegħu lill-Ministeru tal-Ġustizzja fi żmien tmint ijiem minn meta ssir it-talba. Il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jittraduċi t-talba u d-dokumenti ta’ sostenn fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru u l-awtorità kompetenti riċeventi, u jgħaddihom fi żmien 15-il jum minn meta tiġi riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tinsab s-sede tal-qorti jew fejn id-deċiżjoni għandha tkun eżegwita (awtorità riċeventi). Jekk l-għajnuna legali ma tingħatax, min qiegħed jagħmel it-talba huwa meħtieġ li jkopri l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Ir-rikorrent jista’ wkoll jissottometti t-talba direttament lill-awtorità riċeventi fl-Istat Membru li fih hija kkostitwita l-qorti jew fejn id-deċiżjoni għandha tiġi eżegwita. Rikorrent li jkun domiċiljat jew abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor u li jfittex għajnuna legali f’tilwima transfruntiera quddiem qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huwa intitolat għall-għajnuna legali skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Legali. Ir-rikorrent jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ir-rikorrent huwa domiċiljat jew residenti b’mod abitwali (l-awtorità trasmittenti) għandu jagħmel / għandha tagħmel it-talba għal għajnuna legali fil-Kroazja lill-Ministeru tal-Ġustizzja (l-awtorità riċeventi). Il-formoli u d-dokumenti ta’ sostenn iridu jiġu tradotti fil-Kroat, inkella t-talba tiġi miċħuda.

It-talbiet għandhom jiġu magħmula fil-formola standard stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/844/KE tad-9 ta’ Novembru 2004 li tistabbilixxi formola ta’ talba għal għajnuna legali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE sabiex jiġi mtejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwim transfruntier billi jiġu stabbiliti regoli komuni minimi relatati ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn.

L-aħħar aġġornament: 15/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Drittijiet fundamentali - Ċipru

Il-qrati nazzjonali

Il-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija (Eparchiakó Dikastírio Lefkosías)Charalampos Mouskou St.
1405 Nicosia
Cyprus

Il-Qorti Distrettwali ta’ Limassol (Eparchiakó Dikastírio Lemesoú)8 Lordou Vyrona Ave.,
3726 Limassol
PO Box 54619
Cyprus

Il-Qorti Distrettwali ta’ Larnaca (Eparchiakó Dikastírio Lárnakas)Artemidos Ave.
6301 Larnaca
PO Box 40107
Cyprus

Il-Qorti Distrettwali ta’ Paphos (Eparchiakó Dikastírio Páfou)Corner of Neophytou St. & Nikolaidi St.
8100 Paphos
PO Box 60007
Cyprus

Il-Qorti Distrettwali ta’ Famagusta (Eparchiakó Dikastírio Ammochóstou)2 Sotiras St.
5286 Paralimni
Cyprus

Il-Qorti Distrettwali ta’ Kyrenia (Eparchiakó Dikastírio Kerýneias)Charalampos Mouskou St.
1405 Nicosia
Cyprus

L-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem:

Il-Kummissarju għall-Amministrazzjoni u d-Drittijiet tal-Bniedem (l-Ombudsman)

Il-Kummissarju għall-Amministrazzjoni u d-Drittijiet tal-Bniedem (Epítropos Dioikíseos kai Anthropínon Dikaiomáton, magħruf ukoll bħala l-“Ombudsman”) huwa uffiċjal indipendenti tal-istat li ilu jopera uffiċjalment mill-1991. Il-Kummissarju huwa l-istituzzjoni responsabbli primarjament mill-kontroll ekstraġudizzjarju tal-amministrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kummissarju għandu l-għan primarjament li jiżgura l-legalità, jippromwovi l-governanza tajba, iħares id-drittijiet tal-individwi, jiġġieled l-amministrazzjoni ħażina u jipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini u d-drittijiet tal-bniedem b’mod ġenerali.

Il-Kummissarju, normalment, jibda investigazzjoni wara li jitressaq ilment minn ċittadin li huwa direttament u personalment affettwati bl-azzjoni li dwarha qed isir l-ilment. Madankollu, il-Kummissarju jista’ jibda wkoll investigazzjoni permezz ta’ digriet tal-Kunsill tal-Ministri jew fuq inizjattiva tiegħu  stess dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali.

Is-suġġerimenti jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissarju mhumiex vinkolanti. Iżda jekk il-partijiet ikkonċernati ma jikkonformawx magħhom tqum kwistjoni ta’ prinċipju. Din il-pożizzjoni ssaħħet permezz tal-emenda reċenti tal-Liġi rilevanti, li tippermetti lill-Kummissarju biex jikkonsulta mal-awtorità kkonċernata, f’tentattiv biex jinstab mod kif l-awtorità tadotta l-pożizzjonijiet tal-Kummissarju u tikkonforma magħhom fuq livell prattiku.

Is-setgħat tal-Kummissarju għall-Amministrazzjoni huma wesgħin ħafna, peress li, minbarra li jwettaq il-funzjonijiet imsemmija hawn fuq, huwa għandu wkoll ir-rwoli li ġejjin:

Korp ta’ kontra d-diskriminazzjoni: F’din il-kapaċità, il-Kummissarju jivverifika, fuq ilment imressaq minn individwu jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissarju stess, jekk hemmx ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-individwi fuq ir-razza, l-oriġini nazzjonali jew etnika, il-komunità, il-lingwa, il-kulur, l-età, id-diżabilità, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali, is-sigurtà soċjali, il-benefiċċji soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni f’assoċjazzjonijiet u trejdjunjins, jew l-aċċess għal prodotti u servizzi, inkluża l-akkomodazzjoni fid-djar.
Il-Kummissarju jista’ jaġixxi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat.

Korp tal-ugwaljanza: F’din il-kapaċità, il-Kummissarju jivverifika, fuq ilment imressaq minn individwu jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissarju, jekk hemmx ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali ta’ individwi għal raġunijiet ta’ ġeneru jew identità tal-ġeneru, razza, oriġini nazzjonali jew etnika, komunità, lingwa, kulur, età, diżabilità, orjentazzjoni sesswali, reliġjon, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, fl-oqsma tal-impjiegi, ix-xogħol u t-taħriġ vokazzjonali, inklużi l-kuntratti tax-xogħol jew dokumenti li jirregolaw relazzjonijiet tax-xogħol, reklutaġġ, tkeċċija, reklamar ta’ impjieg battal fil-gazzetti, eċċ. Il-Kummissarju jivverifika wkoll, b’mod partikolari, jekk hemmx diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru kontra individwi f’termini tal-aċċess tagħhom għal prodotti u servizzi (pereż. edukazzjoni, kura tas-saħħa, servizzi bankarji, jew servizzi ta’ assigurazzjoni). Il-Kummissarju jista’ jaġixxi kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat.

Awtorità indipendenti għall-prevenzjoni tat-tortura: F’din il-kapaċità, il-Kummissarju liberament jagħmel żjarat f’postijiet fejn individwi huma totalment jew parzjalment miċħuda mil-libertà tagħhom (bħal ħabsijiet, ċentri ta’ detenzjoni tal-pulizija, istituzzjonijiet psikjatriċi, jew fid-djar għall-anzjani), biex josserva u jirreġistra l-kundizzjonijiet ta’ għajxien. L-għan huwa li jiġu żgurati d-dinjità u d-drittijiet ta’ persuni li jinsabu f’dawn iċ-ċirkostanzi. Wara li jkun għamel dawn iż-żjarat, il-Kummissarju jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib kemm tal-kundizzjonijiet identifikati u kif ukoll tal-qafas leġiżlattiv u istituzzjonali rilevanti. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-twettiq ta’ kontroll u l-komunikazzjoni bil-miftuħ mal-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissarju jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet u proposti bl-għan li tiġi evitata t-tortura u t-trattament inuman jew degradanti. Il-Kummissarju jista’ jaġixxi kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll dawk privati.

L-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem: F’din il-kapaċità, il-Kummissarju jressaq opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u proposti meta huwa jħoss li kwalunkwe awtorità statali kisret jew irrestrinġiet id-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-Kummissarju jieħu azzjoni usa’ sabiex jippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u, għal dak l-għan, jikkuntattja lill-NGOs li jiffukaw fuq id-drittijiet tal-bniedem u gruppi organizzati oħrajn.

Awtorità indipendenti għall-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilitajiet: F’din il-kapaċità, il-Kummissarju huwa responsabbli għall-promozzjoni, il-protezzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni f’Ċipru tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Il-Kummissarju jeżamina,  fuq l-inizjattiva tiegħu  stess jew wara lmenti, jekk l-awtoritajiet statali qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, u jirrapporta dwar kif tista’ tittejjeb is-sitwazzjoni. Il-Kummissarju jaħdem ukoll flimkien ma’ korpi oħrajn li huma attivi f’dan il-qasam u jipprovdi l-edukazzjoni, jippromwovi sensibilizzazzjoni u jsaħħaħ l-infurzar fil-prattika tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.

Il-Pulizija ta’ Ċipru

L-uffiċċji ġew stabbiliti u operati fil-Pulizija ta’ Ċipru biex jiġu promossi, protetti u msaħħa d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Li ġejja hija deskrizzjoni qasira tad-dmirijiet u l-obbligi ta’ dawn l-uffiċċji, li juri l-isforzi li saru biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali huma mħarsa mill-Pulizija:

  • L-Uffiċċju għad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Uffiċċju għad-Drittijiet tal-Bniedem jirrapporta lill-Unjoni Ewropea u d-Direttorat għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Ċipru u:

  1. huwa responsabbli biex jeżamina u jimplimenta l-obbligi skont id-deċiżjonijiet ta’ diversi istituzzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni, f’oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-pulizija;
  2. jiffoka fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kunsill tal-Ewropa dwar il-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni fiċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-pulizija, eċċ.;
  3. iwettaq spezzjonijiet sistematiċi f’ċentri ta’ detenzjoni tal-pulizija u jippreżenta rapporti u rakkomandazzjonijiet rilevanti dwar kif tista’ titjieb id-detenzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ għajxien tad-detenuti;
  4. jaħdem flimkien ma’ aġenziji governattivi oħra, NGOs u korpi indipendenti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem taċ-ċittadini kollha u jagħmel rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jiżgura li l-pulizija tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u ta’ konvenzjonijiet iffirmati u ratifikati mir-Repubblika ta’ Ċipru;
  5. jaħdem flimkien mal-Akkademja tal-Pulizija ta’ Ċipru fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem;
  6. iħejji u jibgħat ċirkulari u manwali dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
  • Uffiċċju għall-Ġlieda Kontra d-Diskriminazzjoni

L-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni jirrapporta lid-Dipartiment tal-Kriminalità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Ċipru u għandu l-għan li jipprevjeni u li jiġġieled id-diskriminazzjoni, ir-razziżmu u l-ksenofobija.

Bħala parti mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet ewlenin tiegħu, l-Uffiċċju:

  1. jiżgura l-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-kooperazzjoni bejn l-uffiċjali tal-pulizija fir-rigward tal-investigazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ reati razzisti u inċidenti jew reati b’motiv razzist;
  2. jaħdem flimkien ma’ aġenziji governattivi oħra u l-NGOs involuti fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u r-razziżmu;
  3. jaħdem flimkien mal-Akkademja tal-Pulizija ta’ Ċipru u organizzazzjonijiet oħra biex jipprovdu lill-uffiċjali tal-pulizija b’taħriġ ulterjuri;
  4. jservi bħala uffiċċju ta’ kollegament bejn il-Pulizija ta’ Ċipru u aġenziji oħra responsabbli għal tfassil ta’ politika aktar effettiva kontra r-razziżmu;
  5. issaħħaħ u jimplimenta l-qafas legali nazzjonali dwar il-linji gwida u l-obbligi internazzjonali u tal-UE.
  • L-Uffiċċju kontra l-Vjolenza Domestika u l-Abbuż mit-Tfal

L-Uffiċċju kontra l-Vjolenza Domestika u l-Abbuż mit-Tfal jirrapporta lid-Dipartiment tal-Kriminalità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Ċipru u huwa primarjament ikkonċernat bil-koordinazzjoni, l-implimentazzjoni u l-appoġġ.

Il-funzjonijiet ewlenin tiegħu jinkludu l-monitoraġġ ta’ każijiet jew inċidenti, l-istudju ta’ fajls kriminali u li jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jkomplu jiġu maniġjati. B’kunsiderazzjoni tar-responsabilità tiegħu għall-infurzar tal-liġi, l-Uffiċċju kontra l-Vjolenza Domestika u l-Abbuż mit-Tfal jaħdem flimkien mal-investigaturi responsabbli għal dawn il-każijiet, konsulenti tal-familja jew uffiċjali tas-Servizzi tal-Għajnuna Soċjali, u uffiċjali statali jew mhux statali oħrajn b’responsabbiltajiet fiż-żona, kif ukoll mal-vittmi, li huma kkuntattjati personalment jew permezz tat-telefon. F’kooperazzjoni mal-Akkademja tal-Pulizija ta’ Ċipru, l-Uffiċċju jorganizza wkoll seminars ta’ taħriġ għal uffiċjali tal-pulizija.

  • L-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin

L-Uffiċċju għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin jirrapporta lid-Dipartiment tal-Kriminalità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ta’ Ċipru u jimmira biex jiġi miġġieled it-traffikar tal-bnedmin, f’konformità mal-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u l-Protezzjoni tal-Vittmi jew kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra u l-obbligi tal-pulizija, kemm fil-livelli Ewropej kif ukoll f’dawk internazzjonali.

Bħala parti mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin tiegħu, l-Uffiċċju:

  1. jipproċessa, janalizza u juża’ informazzjoni utli dwar reati relatati mal-missjoni tiegħu;
  2. jikkoordina l-attivitajiet u l-azzjonijiet kollha ta’ direttorati / aġenziji / dipartimenti kollha, sabiex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet nazzjonali jkunu skedati tajjeb u organizzati sew;
  3. jidentifika l-vittmi tat-traffikar jew sfruttament, f’konformità mal-manwal ta’ identifikazzjoni rilevanti u d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti;
  4. jipprovdi uffiċjali tal-pulizija bi gwida dwar it-traffikar tal-bnedmin;
  5. ikompli jibni fuq l-investigazzjoni ta’ każijiet relatati mat-traffikar tal-bnedmin u jipprovdi l-uffiċjali inkarigati bl-interrogazzjoni bi gwida kif xieraq, irrispettivament mill-post tagħhom ta’ servizz;
  6. iwettaq, taħt il-gwida tas-supretendent li jmexxi d-Dipartiment kontra r-Reati, l-investigazzjoni ta’ każijiet kumplessi u serji ta’ ksur tal-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra t-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin u l-Protezzjoni tal-Vittmi, f’kooperazzjoni ma’ uffiċjali mħarrġa debitament li jservu fid-diviżjonijiet tad-distrett għall-investigazzjonijiet kriminali;
  7. iwieġeb għal talbiet minn pajjiżi oħra għall-għoti ta’ għajnuna legali relatata mat-traffikar tal-bnedmin;
  8. iżomm bażi ta’ dejta statistika u jħejji rapporti u statistika rilevanti;
  9. iwettaq kwalunkwe funzjoni oħra prevista fil-leġiżlazzjoni u l-pjan ta’ azzjoni nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin jew mogħtija lilu mill-Kap tal-Pulizija.

Bil-ħsieb li jiżgura u jipproteġi d-drittijiet tal-vittmi identifikati ta’ traffikar tal-bnedmin, l-Uffiċċju għandu jaħdem, apparti mis-servizzi ta’ assistenza soċjali, flimkien ma’ NGOs bħal Cyprus Stop Trafficking, KISA, Caritas, Well Spring, eċċ.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal

Il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal (Epítropos Prostasías ton Dikaiomáton tou Paidioú) ġie stabbilit bħala istituzzjoni bil-Liġi dwar il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal tal-2007 (il-Liġi 74 (I)/2007), li daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Ġunju 2007. Il-liġi tipprovdi għall-ħatra ta’ Kummissarju, l-istabbiliment u l-operat tal-Uffiċċju tal-Kummissarju, u kwistjonijiet relatati oħra. Din ġiet emendata fl-2014 permezz tal-Liġi dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tat-Tfal ta’ 2014 [44(I)/2014], sabiex jiġu ttrattati kwistjonijiet addizzjonali.

Hemm dispożizzjonijiet importanti stabbiliti fil-Liġi biex jippermetti lill-Uffiċċju tal-Kummissarju li jservi bħala organizzazzjoni nazzjonali indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem responsabbli għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal. Il-liġi tipprovdi għal funzjonijiet u obbligi wiesgħa għall-Kummissarju, li tista’ tiġi spjegata, għal skopijiet ta’ referenza, abbażi ta’ erba’ pilastri:

  • il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ leġiżlazzjoni, proċeduri u prattiki minn awtoritajiet fis-settur pubbliku u privat;
  • l-awtonomizzazzjoni u l-parteċipazzjoni tat-tfal;
  • l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni fost it-tfal u s-soċjetà b’mod ġenerali b’rabta mad-drittijiet tat-tfal;
  • ir-rappreżentazzjoni ta’ tfal u l-interessi tagħhom fi proċeduri li jolqtuhom.

Is-Sinjura Leda Koursoumba ġie maħtura bħala l-ewwel Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal. Hija bħalissa qed isservi t-tieni mandat bħala Kummissarju.

Dettalji ta’ kuntatt:

Corner of Apelli St. and Pavlou Nirvana St., 5th floor, 1496

Tel.: + 357 22873200
Faks: + 357 22872365

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidachildcom@ccr.gov.cy
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.childcom.org.cy/

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali

Il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali (Epítropos Prostasías Dedoménon Prosopikoú Charaktíra) iservi bħala awtorità ta' superviżjoni indipendenti stabbilita bis-saħħa tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali (Protezzjoni tal-Individwu), il-Liġi 112 tal-2001 (Liġi 112 (I)/2001), li permezz tagħha d-Direttiva 95/46/KE ġiet trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Il-Kummissarju jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Liġi ta’ hawn fuq. Il-funzjonijiet tal-Kummissarju jinkludu t-twettiq ta’ kontrolli, il-ħruġ ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet kif previst bil-liġi u l-impożizzjoni ta’ pieni amministrattivi għall-ksur tal-liġi. Il-Kummissarju jaħdem flimkien mal-awtoritajiet rilevanti fi Stati Membri oħra u l-Kunsill tal-Ewropa fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tar-responsabbiltà tal-Kummissarju u billi jippromwovi r-rispett għad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Il-Kummissarju jservi bħala l-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali għal Europol, Eurojust, Eurodac, SIS II (Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni), VIS (Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża), SID (Sistema ta’ Informazzjoni Doganali) u IMI (Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern).

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għandu l-għan li jipprovdi lill-pubbliku inġenerali b’informazzjoni aħjar dwar id-drittijiet previsti mil-Liġi u jrawwem kultura favur il-privatezza kemm fis-setturi pubbliċi u kif ukoll dawk privati.

Id-Dipartiment għal Inklużjoni Soċjali tal-Persuni b’Diżabilità tal-Ministeru tax-Xogħol, l-Għajnuna u s-Sigurtà Soċjali

Il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità huwa pass importanti fl-istorja ta’ diżabilità, u jirrikjedi li l-istati jadottaw miżuri leġiżlattivi, amministrattivi u miżuri oħra adegwati bl-għan li jiġu protetti d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità fl-aspetti kollha tal-ħajja. Ir-Repubblika ta’ Ċipru rratifikat il-Konvenzjoni fl-2011 u ħejjiet u adottat l-ewwel pjan ta’ azzjoni nazzjonali għad-diżabilità fl-2013.

Id-Dipartiment għall-Inklużjoni Soċjali ta’ Persuni b’Diżabilità, li huwa l-punt fokali, impenja ruħu li jikkoordina l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar id-diżabilità għal 2013–2015 u 2017–2020.

Barra minn hekk, id-Dipartiment għall-Inklużjoni Soċjali ta’ Persuni b’Diżabilità għandu l-għan li jippromwovi l-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-impjiegi ta’ persuni b’diżabilità. L-attivitajiet ewlenin tiegħu jinkludu:

  • t-twettiq ta’ valutazzjonijiet u ċertifikazzjonijiet fir-rigward ta’ diżabilità u funzjonalità;
  • l-għoti ta’ benefiċċji soċjali lil persuni b’diżabilità;
  • il-provvista ta’ servizzi professjonali diretti u indiretti ta’ riabilitazzjoni u servizzi oħra ta’ appoġġ.

Il-viżjoni tad-Dipartiment hija li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità u li jinfetħu l-prospettivi ġodda ta’ integrazzjoni soċjali għalihom permezz tal-ippjanar, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riforma.

Il-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa

  1. Il-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa (Ethnikós Michanismós gia ta Dikaiómata tis Gynaíkas) twaqqaf fis-16 ta’ Frar 1994 permezz ta’ Deċiżjoni Nru 40.609 tal-Kunsill tal-Ministri.
  2. Il-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa hija l-organizzazzjoni ewlenija għat-twettiq u l-promozzjoni ta’ politika tal-gvern biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u msejsa fuq il-liġi li tistabbilixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha tad-dritt. Dan jgħin ukoll biex jiġi stabbilit il-prinċipju ta’ ugwaljanza u opportunitajiet indaqs fil-prattika li jeħtieġ, fost l-oħrajn, bidla fl-attitudni, il-promozzjoni ta’ programmi speċjali għall-appoġġ u t-tisħiħ tan-nisa fi rwoli multidimensjonali tagħhom, kif ukoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza fil-programmi u l-politiki kollha.
  3. Skont id-Deċiżjoni Nru 76.789 tal-Kunsill tal-Ministri, tat-23 ta’ April 2014, il-Kunsill u l-Kumitat Nazzjonali ta’ Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa huma ppreseduti minn Kummissarju għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u Makkinarju tas-Segretarjat Ġenerali huwa ekwipaġġat minn uffiċjali mill-Unità ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku.
  4. Il-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa jinkludi tliet korpi kollettivi: (a) il-Kunsill, (b) il-Kumitat Nazzjonali, u (c) il-Kumitat Interministerjali. Dan jopera wkoll Segretarjat Ġenerali.
  5. Il-Kunsill tal-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa jikkonsisti f’19-il organizzazzjoni membru. Il-membri tal-Kunsill jinkludu organizzazzjonijiet tan-nisa, trejdjunjins u NGOs oħra, inklużi żewġ organizzazzjonijiet Torok - Ċiprijotti tan-nisa (lista ta’ organizzazzjonijiet membri tal-Kunsill hija annessa ma’ dan id-dokument).
  6. Il-Kumitat Nazzjonali tal-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa jikkonsisti f’ 69 organizzazzjoni membru, inklużi organizzazzjonijiet affiljati ma’ partiti politiċi, organizzazzjonijiet li jiġġieldu kontra l-vjolenza u l-isfruttament tan-nisa, it-taħriġ, ir-riċerka, l-antirazziżmu u l-organizzazzjonijiet agrikoli, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet għall-paċi, għall-persuni spustati, għall-familja u għat-tfal, eċċ.
  7. Il-Kumitat Interministerjali inkarigat mill-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa huwa magħmul minn uffiċjali responsabbli mid-drittijiet tan-nisa mill-ministeri kollha u mid-Direttorat Ġenerali għall-Programmi, il-Koordinazzjoni u l-Iżvilupp Ewropej.
  8. Is-Segretarjat Ġenerali jħejji l-laqgħat tal-korpi kollha tal-Makkinarju Nazzjonali għad-Drittijiet tan-Nisa u jassisti fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet kollha adottati, billi jipprovdi appoġġ amministrattiv u xjentifiku u gwida.

Il-Kumitat Parlamentari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u dwar l-Opportunitajiet Indaqs għall-Irġiel u n-Nisa

Il-kompitu prinċipali tal-Kumitat Parlamentari dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u dwar l-Opportunitajiet Indaqs għall-Irġiel u n-Nisa jikkonsisti fl-istudju ta’ metodi, fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ skrutinju parlamentari, dwar jekk id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Ċiprijotta, ta’ konvenzjonijiet internazzjonali u tal-leġiżlazzjoni rilevanti humiex osservati fir-Repubblika ta’ Ċipru.

F’dan il-kuntest, il-Kumitat jinvestiga każijiet relatati ma’ ksur ta’ drittijiet tal-bniedem kontra ċ-ċittadini u persuni oħra li jgħixu fir-Repubblika ta’ Ċipru u jirrapporta lill-Kamra tar-Rappreżentanti kif xieraq.

L-aħħar aġġornament: 23/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Latvja

Il-qrati nazzjonali

Każijiet ċivili, kriminali u amministrattivi fil-Latvja jinstemgħu minn qrati fi tliet livelli - qrati distrettwali jew tal-belt (rajonu (pilsētu) tiesas), qrati reġjonali (apgabaltiesas), u l-Qorti Suprema (Augstākā tiesa). Għal lista ta’ qrati kklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Hemm ukoll il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesa), li skont il-Kostituzzjoni u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesas likums) tisma’ każijiet li jinvolvu l-konformità ta’ liġijiet u regolamenti mal-Kostituzzjoni, u kwistjonijiet oħrajn assenjati lill-ġurisdizzjoni tagħha bil-liġi.

Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar il-Poter Ġudizzjarju (Likums “Par tiesu varu”), il-prinċipji u l-proċeduri għall-proċess ta’ każijiet huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLigi dwar il-Qorti Kostituzzjonali , il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Kriminali (Kriminālprocesa likums), u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Amministrattiva (Administratīvā procesa likums), li jirregolaw il-progress ta’ każijiet, id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu matul u fl-aħħar tal-proċedimenti, u l-proċeduri għall-eżekuzzjoni.

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju tal-Ombudsman (Tiesībsarga birojs) jopera taħt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman (Tiesībsarga likums).

Kwalunkwe persuna li temmen li seta’ kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem, sew tagħha u sew dawk ta’ persuna oħra, jew ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba, hija intitolata li tagħmel ilment jew sottomissjoni bil-miktub lill-Uffiċċju tal-Ombudsman. Il-proċedura għall-wasla u l-eżaminazzjoni tal-ilmenti hija rregolata mil-Liġi dwar l-Ombudsman u r-regolamenti dwar l-ittrattar tal-ilmenti (sūdzību izskatīšanas reglaments). Skont dawn id-dispożizzjonijiet, mal-wasla ta’ lment bil-miktub, l-Ombudsman irid jiddeċiedi jekk jaċċettax il-każ jew jirrifjutahx (l-ilment jiġi rrifjutat jekk ma jkunx fih biżżejjed dettalji tal-ksur jew jekk ma jkunx jaqa’ fil-kompetenza tal-Ombudsman), u jrid javża lill-ilmentatur bid-deċiżjoni. Il-każ għandu jiġi kkunsidrat fi żmien tliet xhur. Il-każ jintemm jew bi ftehim bejn il-partijiet jew b'rakkomandazzjoni li ssir mill-Ombudsman. Ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman mhijiex legalment vinkolanti.

It-Taqsima 13(6) tal-Liġi dwar l-Ombudsman tipprevedi li l-Ombudsman jista’ wkoll jiftaħ każijiet fuq l-inizjattiva proprja tiegħu jew tagħha.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

Baznīcas ielā 25
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

L-Ombudsman f’każijiet tad-drittijiet tat-tfal

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman jaġixxi skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman. Barra minn hekk, skont it-Taqsima 652(2) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (Bērnu tiesību aizsardzības likums), l-Uffiċċju tal-Ombudsman jittratta wkoll ilmenti dwar ksur ta’ drittijiet tat-tfal, b’attenzjoni partikolari għal ksur li jsir minn awtoritajiet tal-istat jew tal-gvern lokali jew impjegati tagħhom.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

Baznīcas ielā 25
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIspettorat Statali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (Valsts bērnu tiesību aizsardzības inspekcija) jimmonitorja u jivverifika l-infurzar ta’ liġijiet u regolamenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, skont it-Taqsima 651 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal.

Spetturi tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal jistgħu jiġu kkonsultati f'dan l-indirizz:

53 Ventspils iela
Riga
LV–1002

Tel.: +371 67359128, +371 67359133

Miftuħ għall-pubbliku nhar ta’ Tnejn mis-13.00-18.00 u nhar ta’ Ħamis 8.30-14.00.
Jekk jogħġbok ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn għal informazzjoni aktar iddettaljata dwar applikazzjonijiet u lmenti rigward kwistjonijiet tad-drittijiet tat-tfal.

Il-korp tal-ugwaljanza

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman jopera skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi dwar l-Ombudsman.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ombudsman tar-Repubblika tal-Latvja

25 Baznīcas ielā
Riga
LV-1010

Tel.: +371 67686768
Fax: 67244074

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiesibsargs@tiesibsargs.lv

Miftuħ għall-pubbliku kuljum mid-9.00 sal-16.00.

Il-konsultazzjonijiet isiru b’appuntament. M’hemm l-ebda ħlas.

Korp tal-protezzjoni tad-data

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIspettorat Statali tad-Data (Datu valsts inspekcija, ‘DVI’) jissorvelja l-protezzjoni ta’ data personali. Dan jivverifika u jimmonitorja l-konformità tal-ipproċessar ta’ data personali fil-pajjiż mar-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Protezzjoni ta’ Data Personali (Fizisko personu datu aizsardzības likums).

Skont it-Taqsima 5(3) tal-Liġi dwar l-Applikazzjonijiet Uffiċjali (Iesniegumu likums, effettiva mill-1 ta’ Jannar 2008) u t-Taqsima 64 tal-Liġi dwar il-Proċedura Amministrattiva (effettiva mill-1 ta’ Frar 2004), l-Ispettorat irid jikkonsidra applikazzjoni jew ilment li jsirlu u jagħti tweġiba fi żmien xahar mill-wasla. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni sabiex l-applikazzjoni jew l-ilment jiġu eżaminati.

L-Ispettorat għandu l-poter li jimponi penali għal reati relatati mal-protezzjoni ta’ data personali. Id-deċiżjonijiet tiegħu jistgħu jiġu kkontestati fil-qrati.

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Ispettorat Statali tad-Data:

Blaumaņa iela 11/13-15.
Riga
LV-1011

Tel.: +371 67223131
E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@dvi.gov.lv

Dħul b’appuntament.

Persunal huwa disponibbli għal konsultazzjonijet bit-telefon mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-14.00-16.00.

Korpi speċjalizzati oħrajn

Iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru tal-Latvja għad-Drittijiet tal-Bniedem (Latvijas cilvēktiesību centrs, ‘LCC’) huwa organizzazzjoni nongovernattiva indipendenti kkonċernata bl-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, ir-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet nazzjonali. L-oqsma ta’ attività tiegħu jinkludu l-integrazzjoni soċjali, it-tolleranza u l-antidiskriminazzjoni, istituzzjonijiet magħluqa, pariri legali, il-protezzjoni tal-interessi ta’ nies li jbatu minn mard mentali u l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni fil-konfront tagħhom, reati ta’ mibegħda u applikanti għall-asil.

Informazzjoni ta’ kuntatt taċ-Ċentru tal-Latvja għad-Drittijiet tal-Bniedem:

13 Alberta iela
7.stāvs
Riga
LV-1010
Il-Latvja

Tel.: +371 67039290
Fax: +371 67039291

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@humanrights.org.lv

Oħrajn

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija, ‘JPA’) taġixxi skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Għajnuna Legali Statali (Valsts nodrošinātās juridiskās palīdzības likums), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Kumpens Statali lil Vittmi (Likums par valsts kompensāciju cietušajiem) u r-Regolament tal-Kabinett Nru 869 tal-15 ta’ Novembru 2005 li jistabbilixxi il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKarta tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācijas nolikums). Din tirrevedi applikazzjonijiet għal għajnuna legali statali u tiddeċiedi jekk għandhiex tingħata jew tiġi miċħuda; tikkunsidra talbiet għal kumpens statali u tiddeċiedi għandux jitħallas jew le; teżamina applikazzjonijiet minn individwi għall-approvazzjoni bħala fornituri tal-għajnuna legali statali u tikkonkludi kuntratti ma’ fornituri tal-għajnuna legali; u twettaq kompiti oħrajn skont il-liġijiet u r-regolamenti msemmija hawn fuq.

Il-formola biex takkwista l-istatus ta’ fornitur tal-għajnuna legali statali hija disponibbli fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.jpa.gov.lv/, fit-taqsima ‘Juridiskās palīdzības sniedzējiem’ [fornituri tal-għajnuna legali].

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali

Brīvības gatve 214
Riga
LV-1039

Tel. mingħajr pedaġġ: + 371 680001801, tel.: +371 67514208
Fax: +37167514209

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajpa@jpa.gov.lv

Assoċjazzjoni ta’ Kenn Sigur

L-Assoċjazzjoni ta’ Kenn Sigur [Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNVO "Patvērums „Drošā māja”"] kienet imwaqqfa bl-għan li tiżviluppa servizzi ta’ appoġġ għal persuni ttraffikati u immigranti illegali, inklużi applikanti għall-asil, refuġjati u persuni mogħtija status alternattiv, sabiex jiġi żgurat id-dritt tal-individwu li jirċievi għajnuna u protezzjoni adegwata; tippromwovi r-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ nies li ġew ittraffikati; u tipprovdi servizzi ta’ appoġġ għal immigranti legali, bl-iżvilupp ta’ forom interattivi ta’ taħriġ u kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet tal-istat u tal-gvern lokali u organizzazzjonijiet soċjali u Kristjani fil-Latvja u f’postijiet oħrajn madwar id-dinja. F’Settembru 2010 l-assoċjazzjoni ġiet rikonoxxuta bħala organizzazzjoni għall-benefiċċju pubbliku. Mill-2007 ilha intitolata li tipprovdi servizzi ta’ riabilitazzjoni soċjali ffinanzjati mill-istat lill-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Lāčplēša iela 75 - 9/10
Riga
LV-1011

Tel.: +371 67898343, +371 28612120

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadrosa.maja@gmail.com

L-aħħar aġġornament: 20/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Lussemburgu

Qrati nazzjonali

Id-drittijiet fundamentali huma minquxa fit-testi internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, iżda wkoll fil-Kostituzzjoni tal-Lussemburgu u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt Ewropew.

Id-drittijiet fundamentali stabbiliti minn dawn it-testi legali jistgħu jiġu invokati quddiem kull qorti nazzjonali kemm jekk ikunu qrati kriminali, ċivili, kummerċjali jew amministrattivi.

Għandu jiġi rrilevat li kull ksur ta’ dritt fundamentali jista’ jiġi kkastigat fis-sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali, bħalma huma l-qrati kriminali jew ċivili, jew jekk ikun il-każ kummerċjali jew amministrattivi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.public.lu/fr/annuaire/index.html

Medjatur istituzzjonali

Ombudsman

L-Ombudsman huwa marbut tal-Kamra tad-Deputati u ma jirċievi, fit-twettiq ta’ dmirijietu, istruzzjonijiet minn l-ebda awtorità oħra.

Il-medjatur għandu l-għan li jirċievi ilmenti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi ppreżentati fil-kwistjoni li tikkonċernahom, dwar il-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Istat u tal-muniċipalitajiet, kif ukoll istituzzjonijiet pubbliċi tal-Istat u tal-muniċipalitajiet, bl-esklużjoni ta’ attivitajiet industrijali, finanzjarja u kummerċjali tagħhom. F’dan il-kuntest, huwa jista’ jirċievi lmenti li jolqtu direttament jew indirettament id-drittijiet tal-bniedem.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika privata li, f’kawża li tikkonċernaha, hija tal-fehma li awtorità msemmija fil-paragrafu preċedenti ma ħadimtx skont il-missjoni li għandha tiżgura jew kisret il-konvenzjonijiet, il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ, jistgħu jagħmlu lment individwali bil-miktub jew permezz ta’ dikjarazzjoni orali magħmula mis-Segretarjat, u jitolbu li l-kawża tinġieb għall-attenzjoni tal-Ombudsman.

L-ilment għandu jkun ippreċedut minn approċċi amministrattivi adegwati lill-entitajiet inkwistjoni sabiex tinkiseb sodisfazzjon.

L-ilment lill-Ombudsman ma jinterrompix il-preskrizzjoni għall-preżentata ta’ rikors, b’mod partikolari quddiem il-qrati kompetenti.

L-Ombudsman ma jistax jintervjeni f'kazijiet quddiem il-qorti jew iressaq dubju dwar il-motivazzjoni ta' sentenza tal-qorti. Dan jista’, madankollu, f’każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li kisbet saħħa ta’ res judicata, jagħti struzzjonijiet lill-korp inkwistjoni biex jikkonforma ruħu f’terminu li huwa jistabbilixxi.

L-ilment għandu jirrelata ma’ kawża konkreta fir-rigward tal-awtur tal-ilment. L-ilmenti ma għandhomx ikopru l-funzjonament tal-amministrazzjoni b’mod ġenerali.

Fejn ilment ikun iġġustifikat, l-Ombudsman għandu jagħti parir lill-persuna li tressaq l-ilment u l-amministrazzjoni u jissuġġerixxi ir-rakkomandazzjonijiet kollha fil-post tas-servizz imsemmi u l-ilmenti li huwa jqis li huma ta’ natura li tippermetti ftehim bonarju tal-ilment imressaq quddiemu. Ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu b’mod partikolari jinkludu proposti biex jitjieb il-funzjonament tas-servizz imsemmi.

Meta jidher lill-Ombudsman, fil-kuntest ta’ lment li jkun tressaq quddiemu, li l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata twassal għal inugwaljanza, huwa jista’ jirrakkomanda, fir-rispett tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji, għas-servizz inkwistjoni kwalunkwe soluzzjoni għas-sejba ta’ soluzzjoni ġusta tas-sitwazzjoni tal-persuna li qed tressaq l-ilment u jissuġġerixxi l-emendi li huwa jqis xierqa għat-testi leġiżlattivi jew regolamentarji li huma l-bażi tad-deċiżjoni.

Id-deċiżjoni tal-Ombudsman li ma jaġixxix l-ilment ma hijiex suġġetta għal appell quddiem qorti.

Ombudsman

36, rue du Marché-aux-Herbes
L-1728 Il-Lussemburgu

Telefown:   (+352) 26 27 01 01
Fax: (+352) 26 27 01 02

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ombudsman.lu/
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@ombudsman.lu

Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (l-CCDH) huwa korp konsultattiv tal-Gvern li huwa inkarigat bil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Għal dan il-għan, hija tindirizza lill-gvern l-opinjonijiet, l-istudji, l-pożizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li tfassal b’mod indipendenti dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ portata ġenerali li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bniedem fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Fl-opinjonijiet tagħha hija tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern dwar il-miżuri li jidhrilha favorevoli għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Prim Ministru għandu jibgħat l-opinjonijiet, l-istudji, il-pożizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Kamra tad-Deputati.

Huwa korp purament konsultattiv tal-Gvern li ma għandux setgħa deċiżjonali.

Ic-CCDH m’għandhiex il-kompetenza biex tittratta każijiet individwali.

Fil-kuntest tal-funzjonament tagħha, l-CCDH:

  • teżamina liberament kull kwistjoni li taqa’ taħt il-kompetenza tagħha sew jekk tkun sottomessa mill-Gvern jew deċiża ex officio fuq proposta tal-membri tagħha jew kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni;
  • tisma’ lil kull persuna, tirċievi skont il-każ, kwalunkwe informazzjoni u dokumenti meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha;
  • tindirizza direttament l-opinjoni pubblika jew permezz ta’ kwalunkwe korp tal-istampa, partikolarment biex tippubblika l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha;
  • ikollha konsultazzjoni ma’ korpi oħra, ġuridiċi jew mhux, bl-għan tal-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Kummissjoni Konsultattiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

71-73, rue Adolphe Fischer
L-1520 Il-Lussemburgu

Tel.: (+352) 26 20 28 52
Faks: : (+352) 26 20 28 55

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ccdh.public.lu/
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@ccdh.public.lu

Il-Kumitat Lussemburgiż għad-drittijiet tat-tfal, imsejjaħ Ombuds-Comité fir Rechter vum Kand (ORK)

Il-membri tal-ORK jwettqu l-missjoni tagħhom b’mod indipendenti u oġġettiv.

Fit-twettiq tal-missjoni tiegħu, l-ORK jista’ b’mod partikolari:

  • janalizza l-mezzi stabbiliti biex iħarsu u jippromwovu d-drittijiet tat-tfal, biex jirrakkomanda, fejn ikun xieraq, lill-korpi kompetenti għall-adattamenti meħtieġa;
  • jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-liġijiet u r-regolamenti kif ukoll proġetti dwar id-drittijiet tat-tfal;
  • jiġbor informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tat-tfal u jiżgura l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jippreżenta lill-Gvern u lill-Kamra tad-Deputati rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tat-tfal kif ukoll dwar l-attivitajiet tiegħu;
  • jippromwoiu l-iżvilupp tal-libertà ta’ espressjoni tat-tfal u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom f’kwistjonijiet li jikkonċernawhom;
  • jeżamina s-sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet tat-tfal ma jiġux rispettati u jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati;
  • jirċievi informazzjoni u lmenti dwar l-ksur tad-drittijiet tat-tfal u jisma’, għal dan il-għan, skont il-proċeduri li għandhom ikunu stabbiliti minnu, it-tfal kollha li jagħmlu talba għal smigħ;
  • permezz ta’ informazzjoni u lmenti jew f’każijiet speċjali mmexxija minnu, joħropġ rakkomandazzjonijiet jew pariri li jippermettu li tiġi żgurata protezzjoni aħjar tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal.

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, informazzjoni rigward sitwazzjonijiet jew każijiet individwali hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali. Dan is-sigriet professjonali ma jipprekludix il-komunikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kwalunkwe informazzjoni li tista’ tippreġudika l-interess superjuri tat-tfal.

Il-membri tal-ORK jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom mingħajr ma jintervjenu fi proċeduri ġudizzjarji li għadhom għaddejjin.

Fl-eżerċizzju tal-missjoni tagħhom u fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti, il-membri ORK jistgħu jkollhom aċċess liberu għal kwalunkwe bini ta’ korpi pubbliċi jew privati impenjati fl-akkoljenza bi jew mingħajr akkomodazzjoni, il-konsultazzjoni, l-assistenza, il-gwida, it-taħriġ jew l-attivitajiet tat-tfal.

Il-membri ORK għandhom id-dritt li jistaqsu għal kull informazzjoni, dokument jew dokument, minbarra dawk koperti bis-sigriet mediku jew is-sigriet professjonali.

Ombuds-Comité fir d'Rechter vum Kand {ORK)

2, rue Fort Wallis
L-2714 Il-Lussemburgu

Tel:  (+352) 26 123 124
Fax: (+352) 26 123 125

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ork.lu/index.php/en/

Iċ-Ċentru għat-Trattament Ugwali

Iċ-Ċentru għat-Trattament Ugwali, li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’indipendenza sħiħa, huwa inkarigat li jippromwovu, janalizzaw u jissorveljaw it-trattament ugwali tal-persuni kollha mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq ir-razza, l-oriġini etnika, is-sess, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà u età.

Fit-twettiq tal-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru jista’ b’mod partikolari:

  • jippubblika rapporti, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet u twettaq studji dwar il-kwistjonijiet kollha ta’ diskriminazzjoni msemmija hawn fuq;
  • jipproduċi u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni u dokument utli fil-kuntest tal-missjoni tiegħu;
  • jipprovdi għajnuna għal nies li jqisu lilhom infushom bħala vittmi ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 tal-Liġi dwar l-ugwaljanza fit-trattament tat-28 ta’ Novembru 2006 billi jqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom servizz ta’ pariri u gwida biex jinforma lill-vittmi dwar id-drittijiet individwali tagħhom, il-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza u kif għandhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

L-informazzjoni rigward sitwazzjonijiet jew każijiet individwali li l-membri tiegħu għandhom għarfien fl-eżerċizzju tal-missjoni tagħhom hija suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali. Is-sigriet professjonali ma jopponix l-iżvelar lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti ta’ kwalunkwe informazzjoni li għall-vittma tista’ tikkostitwixxi diskriminazzjoni kif stabbilit bl-Artikolu 1 tal-liġi fuq it-trattament ugwali tat-28 ta’ Novembru 2006.

L-Istati Membri taċ-Ċentru jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom mingħajr ma jinterferixxu fil-proċeduri ġudizzjarji pendenti.

Il-membri taċ-Ċentru għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kwalunkwe tagħrif, karta jew dokument, minbarra dawk koperti bis-sigriet mediku jew segretezza professjonali, li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.

Iċ-Ċentru għat-Trattament Ugwali

B.P. 2026
L-1020 Il-Lussemburgu

Tel: (+352) 26 48 30 33
Faks: (+352) 26 48 38 73

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://cet.lu/fr/
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@cet.lu

Kummissjoni nazzjonali għall-protezzjoni tad-data

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data hija awtorità pubblika stabbilita fil-forma ta’ stabbiliment pubbliku. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data għandha taġixxi b’indipendenza sħiħa fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha.

Kull sena, hija għandha tagħti rendikont, f’rapport bil-miktub għall-membri tal-Gvern fil-Kunsill, tal-eżekuzzjoni tal-kompiti tagħha.

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data għandha l-kompitu li:

  • timmonitorja u tivverifika l-legalità tal-ġbir u l-użu tad-data soġġetta għal trattament u tinforma lill-kontrolluri dwar l-obbligi tagħhom;
  • timmonitorja r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza, u tinforma lill-pubbliku dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-data;
  • tirċievi u teżamina l-ilmenti u t-talbiet ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar;
  • tagħti pariri lill-Gvern, jew fuq talba tiegħu jew fuq inizjattiva tagħha stess, dwar il-konsegwenzi tal-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-ipproċessar tal-informazzjoni fir-rigward tar-rispett tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-persuni; għal dan il-għan, hija tista’ tipproċedi għal studji, stħarriġ jew għarfien espert.

Il-Kummissjoni nazzjonali hija responsabbli wkoll biex tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi emendata tat-30 ta’ Mejju 2005 dwar il-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Il-Kummissjoni nazzjonali tista’ tiġi invokata minn kwalunkwe persuna, li taġixxi waħedha, permezz tal-avukat tagħha jew kull persuna oħra fiżika jew ġuridika awtorizzata, fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħha fir-rigward ta’ trattament. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi infurmata dwar ir-riżultat tat-talba.

Il-Kummissjoni nazzjonali tista’, b’mod partikolari, tiġi tiġi ppreżentata minn kull persuna kkonċernata b’talba ta’ verifika dwar il-legalità ta’ l-ipproċessar ta’ data personali f’każ ta’ rifjut jew restrizzjoni tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess tal-persuna kkonċernata.

Hija tiddenunzja lill-awtoritajiet ġudizzjarji r-reati li ġiet informata bihom.

Kummissjoni nazzjonali għall-protezzjoni tad-data

1, avenue du Rock’n’Roll
L-4361 Esch-sur-Alzette

Tel: (+352) 26 10 60 -1
Fax.: (+352) 26 10 60 - 29

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cnpd.public.lu/fr/index.html

L-Uffiċċju Lussemburgiż tal-akkoljenza u l-integrazzjoni (OLAI)

L-OLAI għandu bħala missjoni li jorganizza l-akkoljenza tal-barranin ġodda li jkunu għadhom kemm waslu, jiffaċilita l-proċess tal-integrazzjoni tal-barranin permezz tal-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-politika ta’ akkoljenza u integrazzjoni, fejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni hija element essenzjali, flimkien mal-awtoritajiet lokali u l-atturi tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-għoti tal-assistenza soċjali għall-barranin li ma għandhomx id-dritt għal għajnuna u ħlasijiet eżistenti u għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali.

Fit-twettiq ta’ dan il-kompitu, OLAI jaħdem mal-korpi Komunitarji u internazzjonali, kif ukoll ma’ dawk tal-pajjiżi ta’ oriġini barranin.

L-OLAI huwa responsabbli għat-twaqqif, f’konsultazzjoni mal-Kumitat Iiterministerjali għall-integrazzjoni, ta’ abbozz ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali pluriennali ta’ integrazzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni li jidentifika l-assi ewlenin ta’ intervent u l-miżuri politiċi li għaddejjin bħalissa u li jridu jiġu implimentati.

Il-Ministru għandu jissottometti l-abbozz ta’ pjan lill-Gvern għall-approvazzjoni.

Il-Gvern se jippreżenta strateġija komprensiva u miżuri mmirati ta’ integrazzjoni u għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

L-Uffiċċju Lussemburgiż tal-akkoljenza u l-integrazzjoni (OLAI)

7,-9, avenue Victor Hugo
L-1750 Il-Lussemburgu

Tel: (+352) 247-85700

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.olai.public.lu/fr/index.html
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@olai.public.lu

Aċċess għall-ġustizzja

Servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali (Service d’accueil et d’information juridique)

Dan is-servizz, stabbilit quddiem il-qrati, għandu jitmexxa mill-Prosekutur ġenerali tal-Istat. Huwa għandu l-għan li jilqa’ lill-individwi u jipprovdilhom informazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-modi u l-mezzi li għandhom jitħaddmu sabiex jiġu mħarsa.

Is-servizz ta’ akkoljenza u ta’ informazzjoni legali għandu l-missjoni li:

  • jilqa’ individwi u jirreferihom lis-servizzi adattati, billi jipprovdilhom l-informazzjoni u l-mezzi tekniċi meħtieġa;
  • jinforma liċ-ċittadini b’mod ġenerali dwar il-portata tad-drittijiet tagħhom meta mqabbla ma’ problemi eżistenti u dwar modi u mezzi biex jitwettqu;
  • jisma’ l-ilmenti tagħhom dwar id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-liġijiet u jipproponi l-mezzi biex jiġu evitati.

Is-servizz ta’ akkoljenza u informazzjoni legali jipprovdi biss informazzjoni orali, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe konsultazzjonijiet bil-miktub.

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ lqugħ u ta’ informazzjoni legali) - il-Lussemburgu

Cité judiciaire
Bâtiment BC
L-2080 - Il-Lussemburgu

Tel.: (+352) 22 18 46

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ lqugħ u ta’ informazzjoni legali) - Diekirch

Justice de paix
Place Joseph Bech
L-9211 - Diekirch

Tel: (+352) 80 23 15

Service d’accueil et d’information juridique (Servizz ta’ lqugħ u ta’ informazzjoni legali) - Esch sur Alzette

Justice de paix
Place Norbert Metz
L-4239 - Esch-sur-Alzette

Tel.: (+352) 54 15 52

Għajnuna legali

Fir-rigward tal-assistenza legali, hija tista’ tiġi attribwita għal proċeduri ġudizzjarji, extra ġudizzjarji mhux kontenzjużi u kontenzjużi, kemm lill-attur kif ukoll lill-konvenut. Biex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-għajnuna legali, jeħtieġ li r-riżorsi tal-applikant ma jkunux biżżejjed, jiġifieri ekwivalenti għad-dħul minimu garantit. L-insuffiċjenza ta’ riżorsi għandha tiġi evalwata fir-rigward tad-dħul u l-ġid ta’ dak li jeħtieġ l-assistenza u dawk li jgħixu miegħu f’komunità domestika.

L-għajnuna legali ma tingħatax lil persuna li l-kawża tiegħu tidher li hija manifestament inammissibbli, mhux ġustifikata, abbużiva jew sproporzjonata fid-dawl tal-għan tagħha fir-rigward tal-ispejjeż li jkunu jridu jintefqu.

L-għajnuna legali ma tingħatax jekk ir-rikorrent ikollu dritt li jikseb mingħand terzi persuni, bi kwalunkwe titolu, ir-rimborż tal-ispejjeż li jkopru l-għajnuna legali.

Il-benefiċjarju tal-għajnuna legali għandu dritt għall-assistenza minn avukat u mill-uffiċjali ġudizzjarji kollha li l-kawża, il-proċedimenti jew l-eżekuzzjoni tagħha jkunu jeħtieġu.

Huwa l-President tal-Kamra tal-Avukati jew il-membru tal-Kunsill tal-Kamra delegat minnu għal dan il-għan mid-distrett tal-post tar-residenza tar-rikorrenti li jiddeċiedi fuq l-għoti tal-benefiċċju tal-għajnuna legali. Jekk il-persuna ma jkollhiex ir-residenza tagħha fil-Lussemburgu, huwa l-President tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu jew il-membru tal-Kunsill tal-Kamra tal-Avukati delegat minnu għal dan il-għan li huwa kompetenti li jieħu din id-deċiżjoni.

Il-persuni li m'għandhomx mezzi biżżejjed għandhom jagħmlu t-talba tagħhom lill-President tal-Kamra tal-Avukati kemm waqt is-seduti tiegħu, kif ukoll bil-miktub.

Jekk xi persuna miżmuma mill-pulizija tafferma li hija għandha dritt tibbenefika mis-servizz tal-għajnuna legali u tagħmel talba f'dan is-sens, l-avukat li jassistiha matul id-detenzjoni tagħha għandu jibgħat talba lill-President tal-Kamra tal-Avukati.

Site web :Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://barreau.lu/votre-avocat/assistance-judiciaire/presentation

Għal distrett ġudizzjarju tal-Lussemburgu

Bâtonnier de l’Ordre des Avocats de Luxembourg
B.P. 361
L-2013 Il-Lussemburgu

45, Allée Scheffer, L-2520 Il-Lussemburgu

Għal distrett ġudizzjarju ta’ Diekirch

Bâtonnier de l’Ordre des Avocats de Diekirch
B.P. 68
L-9201 Diekirch

L-aħħar aġġornament: 05/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Ungerija

I. Qrati Nazzjonali

I.1. Il-Qrati

I.2. Il-Qorti Kostituzzjonali

II. Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, Ombudsperson

II.1. Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali

II.2. Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

II.2.1. L-Awtorità Nazzjonali Ungeriża għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni

II.2.2. L-Awtorità għat-Trattament Indaqs

II.2.3. Il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija

III. Oħrajn

III.1. Is-servizz tal-prosekuzzjoni Ungeriż

III.2. Appoġġ għall-vittmi

III.3. Għajnuna legali



I. Qrati Nazzjonali

I. 1. Il-Qrati

1. Kompiti

Skont il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija (il-kostituzzjoni tal-Ungerija), il-qrati huma responsabbli mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Dan ifisser li jaġġudikaw f’kawżi kriminali u tilwimiet legali privati, jiddeċiedu fuq il-legalità tad-deċiżjonijiet amministrattivi u d-digrieti muniċipali u jistabbilixxu jekk awtorità lokali naqsitx milli tissodisfa l-obbligi leġiżlattivi statutorji tagħha. Il-liġi tista’ wkoll tassenja kawżi oħrajn sabiex jiġu deċiżi minn qorti.

Il-prinċipji li jiggarantixxu l-indipendenza ġudizzjarja huma stipulati fil-Liġi Fundamentali: l-imħallfin huma soġġetti biss għal-liġi, huma ma jistgħux jingħataw struzzjonijiet dwar l-attivitajiet ta’ aġġudikazzjoni tagħhom u jistgħu jitneħħew mill-kariga biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri speċifikati mil-liġi. Huma ma jistgħux ikunu membri ta’ partit politiku jew jinvolvu ruħhom f’attivitajiet politiċi.

2. Organizzazzjoni

Fl-Ungerija, il-kompitu tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja jitwettaq mill-Curia (Kúria) tal-Ungerija, mill-qrati reġjonali tal-appell, mill-qrati reġjonali, mill-qrati distrettwali u mill-qrati amministrattivi u tax-xogħol.

Ma teżisti ebda relazzjoni ġerarkika bejn id-diversi livelli ġudizzjarji. Il-qrati li huma f’pożizzjoni ogħla fil-ġerarkija ma għandhomx is-setgħa li jagħtu struzzjonijiet lil dawk aktar baxxi fil-ġerarkija. L-imħallfin jagħtu d-deċiżjonijiet tagħhom f’konformità mal-liġi u mal-konvinzjonijiet morali tagħhom.

Qrati distrettwali (járásbíróságok)

Il-biċċa l-kbira tal-kawżi fil-prim’istanza jinstemgħu mill-qrati distrettwali. Fl-Ungerija, l-aġġudikazzjoni bħalissa sseħħ f’111-il qorti distrettwali. It-terminu Ungeriż għall-qrati distrettwali f’Budapest huwa “kerületi bíróság”. B’kollox joperaw sitt qrati distrettwali unifikati (egyesített kerületi bíróság) fit-23 distrett ta’ Budapest. Il-qrati distrettwali huma l-qrati tal-prim’istanza u huma ppreseduti minn president.

Qrati amministrattivi u tax-xogħol

L-Ungerija għandha 20 qorti amministrattivi u tax-xogħol, li, kif jindika isimhom, jittrattaw esklussivament kawżi amministrattivi u tax-xogħol. Il-kompitu primarju tagħhom huwa li jirrevedu d-deċiżjonijiet amministrattivi u li jaġġudikaw f’kawżi li joriġinaw mir-relazzjonijiet tax-xogħol u mir-relazzjonijiet kważi tax-xogħol.

Qrati reġjonali (törvényszékek)

Il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza jew tat-tieni istanza. Kawża tista’ tiġi riferuta lil qorti reġjonali permezz ta’ wieħed minn żewġ metodi. Metodu wieħed huwa meta sentenza mogħtija f’qorti tal-prim’istanza (fi kliem ieħor, f’qorti distrettwali jew qorti amministrattiva u tax-xogħol) tiġi appellata minn parti interessata. Madankollu, xi kawżi jibdew f’qorti reġjonali, f’liema każ dawn il-qrati jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza. Il-liġijiet proċedurali (il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u l-Att dwar il-Proċedura Kriminali) jiddeterminaw liema kawżi huma kkonċernati, pereżempju fuq il-bażi tad-daqs tal-ammont involut fil-kawża, jew jekk hija tikkostitwixxix kawża speċjali jew tinvolvix reat kriminali partikolarment serju. Il-qrati reġjonali għandhom bordijiet, gruppi u diviżjonijiet kriminali, ċivili, ekonomiċi u amministrattivi u tax-xogħol li joperaw taħt il-president.

Qrati tal-appell reġjonali (ítélőtáblák)

Il-ħames qrati tal-appell reġjonali jirrappreżentaw livell bejn il-qrati reġjonali u l-Curia u kienu nħolqu sabiex inaqqsu l-piż minn fuq il-Qorti Suprema li kien hemm qabel. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali jiġu aġġudikati mill-qrati tal-appell reġjonali. Il-qrati tal-appell reġjonali huma qrati tat-tielet istanza f’kawżi kriminali, fejn qorti reġjonali kienet il-qorti tat-tieni istanza. Il-qrati tal-appell reġjonali għandhom bordijiet u diviżjonijiet kriminali u ċivili li joperaw taħt president.

Il-Curia tal-Ungerija

Il-Curia tinsab fil-quċċata tal-ġerarkija ġudizzjarja u hija mmexxija mill-President tagħha. L-aktar dmir importanti tagħha huwa li tistabbilixxi prattika ġudizzjarja uniformi u konsistenti. Il-Curia twettaq dan id-dmir billi tagħti dawk li huma magħrufa bħala deċiżjonijiet dwar l-uniformità. Dawn id-deċiżjonijiet jipprovdu gwida f’termini ta’ prinċipju u jorbtu lill-qrati.

Il-Curia

  • tiddeċiedi fuq l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali jew tal-qrati tal-appell reġjonali f’każijiet speċifikati mil-liġi;
  • tivvaluta t-talbiet għal reviżjoni;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar l-uniformità, li jorbtu lill-qrati;
  • twettaq analiżijiet ta’ każistika f’kawżi li jkunu ngħalqu u li jkunu saru finali u f’dan il-qafas tinvestiga u teżamina l-każistika tal-qrati;
  • tippubblika d-deċiżjonijiet tal-qrati dwar il-prinċipji;
  • tieħu deċiżjonijiet dwar jekk id-digrieti muniċipali humiex f’kunflitt ma’ leġiżlazzjoni oħra u jekk għandhomx jiġu annullati;
  • tieħu deċiżjonijiet sabiex issib awtorità lokali li qed tikser l-obbligi leġiżlattivi statutorji tagħha.

Il-Curia għandha bordijiet dwar l-aġġudikazzjoni, id-deċiżjonijiet dwar l-uniformità, l-awtoritajiet lokali u l-ħruġ tal-prinċipji; kif ukoll diviżjonijiet kriminali, ċivili u amministrattivi u tax-xogħol, u gruppi li janalizzaw il-każistika.

L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura (Országos Bírósági Hivatal) u l-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (Országos Bírói Tanács)

Il-president tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura (‘National Office for the Judiciary’ - NOJ) iwettaq kompiti ċentralizzati relatati mal-amministrazzjoni tal-qrati, jeżerċita setgħat maniġerjali skont il-kapitolu dwar il-qrati tal-Att dwar il-Baġit u jissorvelja l-attivitajiet amministrattivi tal-presidenti tal-qrati tal-appell reġjonali u tal-qrati reġjonali. Il-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (‘National Judicial Council’ - NJC), korp indipendenti elett minn imħallfin u magħmul esklussivament minn imħallfin, huwa l-bord superviżorju għall-amministrazzjoni ċentralizzata tal-qrati. Minbarra l-kompiti superviżorji tiegħu, l-NJC huwa involut ukoll fl-amministrazzjoni tal-qrati.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Országos Bírósági Hivatal
Indirizz: 1055 Budapest, Szalay u. 16.
Indirizz postali: 1363 Budapest Pf.: 24.

Telefon: +36 (1) 354 41 00
Fax: +36 (1) 312-4453

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaobh@obh.birosag.hu
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-qrati

I.2. Il-Qorti Kostituzzjonali

1. Kompiti

Il-Qorti Kostituzzjonali (Alkotmánybíróság) hija l-korp ewlieni għall-protezzjoni tal-Liġi Fundamentali. Id-dmirijiet tagħha jikkonsistu fil-protezzjoni tal-istat tad-dritt demokratiku, tal-ordni kostituzzjonali u tad-drittijiet garantiti mil-Liġi Fundamentali, fil-ħarsien tal-konsistenza interna tal-ordinament ġuridiku u fl-infurzar tal-prinċipju tal-qsim tal-poteri.

Il-Qorti Kostituzzjonali nħolqot mill-Assemblea Nazzjonali fl-1989. Il-Liġi Fundamentali tistabbilixxi r-regoli fundamentali li jikkonċernaw id-dmirijiet u r-raġuni għall-eżistenza tal-Qorti Kostituzzjonali, filwaqt li l-punti ewlenin tar-regoli organizzazzjonali u proċedurali jinsabu fl-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali. Ir-regoli dettaljati dwar il-proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali huma stipulati fir-Regoli ta’ Proċedura.

2. Organizzazzjoni

Il-Qorti Kostituzzjonali hija entità magħmula minn ħmistax-il membru. Il-membri tagħha jiġu eletti mill-Assemblea Nazzjonali permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi b’mandat għal tnax-il sena. Sabiex issir imħallef tal-Qorti Kostituzzjonali, persuna għandha tkun avukat akkademiku distint jew ikollha mill-inqas għoxrin sena ta’ esperjenza professjonali f’qasam legali. Il-president tal-Qorti Kostituzzjonali jiġi elett mill-Assemblea Nazzjonali minn fost l-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali għall-mandat tiegħu bħala mħallef fil-Qorti Kostituzzjonali.

Il-Qorti Kostituzzjonali tiltaqa’ fil-plenarja, f’bordijiet b’ħames membri jew bħala mħallef uniku. Id-deċiżjonijiet dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet u kawżi ewlenin oħrajn jittieħdu mill-plenarja.

L-Uffiċċju tal-Qorti jwettaq kompiti organizzattivi, operattivi, amministrattivi u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. L-Uffiċċju huwa mmexxi mis-segretarju ġenerali, li jiġi elett mill-plenarja fuq proposta mill-president.

3. Setgħat

Eżami preliminari tal-konformità mal-Liġi Fundamentali

L-inizjatur ta’ liġi, il-Gvern jew il-President tal-Assemblea Nazzjonali jista’ jitlob lill-Assemblea Nazzjonali sabiex tissottometti liġi adottata lill-Qorti Kostituzzjonali għal reviżjoni kostituzzjonali sabiex tkun tista’ teżamina l-konformità tagħha mal-Liġi Fundamentali.

Barra minn hekk, il-President tar-Repubblika huwa obbligat li jissottometti liġi adottata mill-parlament lill-Qorti Kostituzzjonali minflok jiffirmaha, jekk huwa jqis li hija jew kwalunkwe mid-dispożizzjonijiet tagħha jmorru kontra l-Liġi Fundamentali, sabiex il-Qorti tkun tista’ teżamina jekk hijiex f’konformità mal-Liġi Fundamentali. Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tistabbilixxi li l-liġi eżaminata tmur kontra l-Liġi Fundamentali, il-liġi ma tkunx tista’ tiġi ppromulgata.

Reviżjoni ‘ex post’ tal-konformità mal-Liġi Fundamentali (il-proċedura tar-reviżjoni ‘ex post’)

Din il-proċedura, li ġiet introdotta fl-2012, tista’ tinbeda mill-Gvern, minn kwart tal-Membri tal-Parlament, mill-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali, mill-President tal-Curia jew mill-Prosekutur Ġenerali.

Il-Qorti Kostituzzjonali tannulla kwalunkwe dispożizzjoni kkontestata li hija ssib li tmur kontra l-Liġi Fundamentali skont din il-proċedura.

Il-bidu ta’ proċedura ta’ reviżjoni individwali minn imħallef

Imħallef li, meta jisma’ kawża, iqis li l-liġi li trid tiġi applikata tmur kontra l-Liġi Fundamentali, għandu jitlob lill-Qorti Kostituzzjonali sabiex teżamina u tissospendi l-proċedimenti. F’kawża mibdija minn imħallef, il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tiddeċiedi li l-liġi jew id-dispożizzjoni legali tmur kontra l-Liġi Fundamentali u tiddikjaraha inapplikabbli f’kawża speċifika jew saħansitra b’mod ġenerali.

Ilmenti kostituzzjonali

Ilment kostituzzjonali huwa wieħed mill-aktar għodod importanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Huwa jista’ jintuża primarjament meta d-drittijiet fundamentali tal-ilmentatur previsti mil-Liġi Fundamentali jkunu nkisru waqt li tkun ingħatat sentenza tal-qorti. Tali ksur jista’ jseħħ matul il-proċeduri tal-qorti relatati mal-kawża meta tiġi applikata liġi li tmur kontra l-Liġi Fundamentali, jew jekk tingħata deċiżjoni fuq il-merti tal-kawża nnifisha jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li tikkonkludi li l-proċeduri tal-qorti jmorru kontra l-Liġi Fundamentali. Jista’ jiġi ppreżentat ilment kostituzzjonali b’mod eċċezzjonali jekk id-drittijiet fundamentali tal-ilmentatur ikunu nkisru direttament f’kawża mingħajr deċiżjoni tal-qorti. Il-Qorti Kostituzzjonali mbagħad tannulla kwalunkwe liġi jew sentenza li hija ssib li tmur kontra l-Liġi Fundamentali.

Eżami tal-kunflitti ma’ ftehimiet internazzjonali

Skont l-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali, liġi Ungeriża tista’ tiġi eżaminata għall-konformità ma’ ftehim internazzjonali. Il-proċedura tista’ tinbeda minn kwart tal-Membri tal-Parlament, mill-Gvern, mill-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali, mill-President tal-Curia, mill-Prosekutur Ġenerali jew minn imħallef fir-rigward tal-liġi li trid tiġi applikata f’kawża.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tannulla kompletament jew parzjalment kwalunkwe liġi li hija ssib li hija f’kunflitt ma’ ftehim internazzjonali u titlob lil-leġiżlatura tieħu l-miżuri neċessarji sabiex issolvi l-kunflitt qabel skadenza stabbilita.

Setgħat addizzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali tinterpreta d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Fundamentali dwar kwalunkwe kwistjoni kostituzzjonali speċifika fuq proposta mill-Assemblea Nazzjonali jew mill-kumitat permanenti tagħha, mill-President tar-Repubblika jew mill-Gvern, jekk tali interpretazzjoni tista’ tkun derivata direttament mil-Liġi Fundamentali.

Kulħadd jista’ jippreżenta proposta lill-Qorti Kostituzzjonali sabiex tirrevedi deċiżjoni meħuda mill-Assemblea Nazzjonali li ssejjaħ referendum jew li tirrifjuta li ssejjaħ referendum mandatorju.

L-Assemblea Nazzjonali tista’ xxolji l-korp ta’ rappreżentanti ta’ awtorità lokali jew gvern awtonomu ta’ minoranza jekk issib li dan ikun qed jopera b’mod li jmur kontra l-Liġi Fundamentali. Qabel dan, il-Qorti Kostituzzjonali tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-każ fuq l-inizjattiva tal-Gvern.

Il-Qorti Kostituzzjonali tmexxi l-proċedura għat-tneħħija tal-President tar-Repubblika mill-kariga tiegħu fuq proposta mill-Assemblea Nazzjonali.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tiddeċiedi fuq kwistjonijiet ta’ kunflitti tas-setgħat bejn korpi tal-Istat u bejn korpi tal-Istat u tal-gvern lokali.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tistabbilixxi ex officio li miżura tmur kontra l-Liġi Fundamentali minħabba ommissjoni leġiżlattiva, f’liema każ hija titlob lill-korp responsabbli għall-ommissjoni sabiex jikkoreġiha.

4. Dettalji ta’ kuntatt

Indirizz: 1015 Budapest, Donáti u. 35–45.
Indirizz postali: 1535 Budapest, Pf. 773.

Telefon: +36 (1) 488 31 00

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Qorti Kostituzzjonali
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-paġna ta’ Facebook

II. Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, Ombudsperson

II.1. Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (Az Alapvető Jogok Biztosa) (Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti)

1. Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali

F’konformità mal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija, l-Assemblea Nazzjonali adottat ukoll l-Att dwar il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali, billi ħolqot sistema uniformi u ġdida tal-ombudsman.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali huwa responsabbli biss lejn il-Parlament. L-Ombudsperson jieħu azzjoni indipendenti matul il-proċedura tiegħu bbażata esklussivament fuq il-Liġi Fundamentali u liġijiet oħrajn. L-Ombudsperson jiġi elett minn żewġ terzi tal-voti tar-rappreżentanti tal-Assemblea Nazzjonali fuq proposta mill-President tar-Repubblika għal sitt snin u jirrapporta kull sena dwar il-ħidma tagħhom lill-Assemblea Nazzjonali.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali huwa eliġibbli li jiġi rielett darba. Skont l-Att dwar il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali, żewġ viċijiet jaħdmu flimkien mal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali: il-Viċi Kummissarju responsabbli għall-protezzjoni tal-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri u l-Viċi Kummissarju responsabbli għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi etniċi li jgħixu fl-Ungerija. Il-Kummissarju elett mill-Assemblea Nazzjonali jipproponi l-viċijiet, li jiġu eletti wkoll mill-Assemblea Nazzjonali.

2. Proċedura u azzjoni

Il-kompitu primarju tal-Ombudsperson huwa li jinvestiga abbużi relatati mad-drittijiet fundamentali u li jniedi miżuri ġenerali jew speċifiċi biex jirrimedjawhom.

Fi ħdan il-limiti stabbiliti mil-liġi li tirregola s-setgħat tagħhom, l-Ombudsperson jagħżel l-azzjoni meqjusa bħala xierqa, li tista’ tkun:

  • rakkomandazzjoni sabiex jiġi rrimedjat l-abbuż relatat mad-drittijiet fundamentali indirizzata lill-korp superviżorju li jissorvelja l-korp li kkawża l-abbuż,
  • rimedju għall-abbuż mibdi mal-kap tal-entità kkonċernata,
  • proposta għall-proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali,
  • bidu ta’ reviżjoni mill-Curia tal-kompatibbiltà ta’ digriet muniċipali ma’ leġiżlazzjoni oħra,
  • permezz tal-Prosekutur Ġenerali, bidu ta’ azzjoni li trid tittieħed mis-servizz tal-prosekuzzjoni,
  • bidu ta’ proċedura sabiex persuna tinżamm responsabbli quddiem l-entità kompetenti, jekk l-Ombudsman isir jaf b’suspett raġonevoli ta’ reat minuri jew reat dixxiplinarju li jkun ġie kommess; jekk ir-reat ikun wieħed kriminali, il-proċedura għandha tinbeda,
  • proposta għall-emendar, it-tħassir jew il-pubblikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni jew strument legali ta’ amministrazzjoni tal-Istat minn entità awtorizzata biex tilleġiżla jew toħroġ strumenti legali ta’ amministrazzjoni tal-Istat,
  • bħala miżura finali, is-sottomissjoni ta’ kawża lill-Assemblea Nazzjonali bħala parti mir-rapport annwali.

Kwalunkwe persuna li tqis li l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ awtorità kisru d-drittijiet fundamentali tagħha, jew inkella jheddu direttament li jagħmlu dan, tista’ tapplika mal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali, diment li l-persuna tkun eżawriet il-possibbiltajiet kollha disponibbli għal rimedji amministrattivi – minbarra kwalunkwe reviżjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjonijiet amministrattivi – jew ma jkollha ebda rimedju disponibbli.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali u l-Viċi Kummissarji jimmonitorjaw l-infurzar tad-drittijiet ta’ minoranzi etniċi li jgħixu fl-Ungerija u l-interessi tal-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali ma jistax jeżamina l-attivitajiet tal-Assemblea Nazzjonali, tal-President tar-Repubblika, tal-Qorti Kostituzzjonali, tal-Uffiċċju tal-Awditjar Statali tal-Ungerija jew tas-servizz tal-prosekuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-korp investigattiv tas-servizz tal-prosekuzzjoni.

Il-Kummissarju ma jistax jieħu azzjoni, jekk

  • tkun għaddiet aktar minn sena minn meta tkun ġiet ippubblikata d-deċiżjoni amministrattiva finali fil-każ li jkun sar ilment dwaru,
  • il-proċedura tkun bdiet qabel it-23 ta’ Ottubru 1989,
  • ikunu tressqu proċeduri tal-qorti sabiex tiġi riveduta d-deċiżjoni amministrattiva jew jekk tkun diġà ngħatat deċiżjoni ġudizzjarja finali,
  • il-persuna li tippreżenta s-sottomissjoni ma tkunx iddivulgat l-identità tagħha u l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titmexxa mingħajr din l-informazzjoni.

Ħadd ma jista’ jkun iddiskriminat talli jkun irrikorra għall-assistenza tal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali.

Mezzi għas-sottomissjoni ta’ lment:

  • b’mod elettroniku: bl-użu tal-entrata “Ügyet szeretnék indítani” (Nixtieq nibda kawża) fuq il-menu tas-sit web www.ajbh.hu, jew bl-għajnuna tal-“Intelligens űrlap” (Formola intelliġenti) li tinstab fuq is-sit web.
  • permezz tal-posta elettronika: panasz@ajbh.hu
  • personalment fl-Uffiċċju tal-Ilmenti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (Budapest V. ker., Nádor u. 22.), billi tagħmel appuntament
  • bil-posta: Alapvető Jogok Biztosának Hivatala (Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali) 1387 Budapest Pf. 40.

Is-sottomissjoni u l-proċedura mmexxija mill-Kummissarju huma mingħajr ħlas. Kopja tad-dokumenti ġġenerati sa issa fil-kawża u d-dokumenti neċessarji għall-valutazzjoni tagħha għandhom jiġu mehmuża mas-sottomissjoni.

3. Divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku

Skont l-Att dwar l-ilmenti u d-divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku, mill-1 ta’ Jannar 2014, id-divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ sistema elettronika protetta mħaddma mill-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali. Id-divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku jiġbdu l-attenzjoni għaċ-ċirkostanzi li r-rimedju jew l-eliminazzjoni tagħhom jaqdu l-interessi tal-komunità jew tas-soċjetà b’mod ġenerali. Divulgazzjoni ta’ interess pubbliku tista’ tinkludi wkoll rakkomandazzjoni.

Metodi għas-sottomissjoni ta’ divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku:

  • b’mod elettroniku permezz tas-sistema elettronika protetta (https://www.ajbh.hu/kozerdeku-bejelentes-benyujtasa) jew
  • personalment fl-Uffiċċju tal-Ilmenti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (Budapest V. ker., Nádor u. 22.), billi tagħmel appuntament.

4. Mekkaniżmu Nazzjonali ta’ Prevenzjoni tal-OPCAT

Mill-1 ta’ Jannar 2015, il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali kien qed jaġixxi, personalment jew permezz tal-persunal tiegħu, bħala l-mekkaniżmu nazzjonali ta’ prevenzjoni fl-Ungerija tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (OPCAT) tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-tortura u trattament u pieni inumani jew degradanti. Il-kompiti tal-mekkaniżmu nazzjonali ta’ prevenzjoni jinvolvu li:

  • jispezzjona l-postijiet ta’ detenzjoni għall-finijiet ta’ prevenzjoni u wara li jirċievi rapporti
    • jintervista lid-detenuti
    • jistudja d-dokumentazzjoni
  • jibgħat rispons
  • jikkonsulta mal-awtoritajiet
  • jifformula rakkomandazzjonijiet
  • iħejji rapporti

5. Dettalji ta’ kuntatt

Indirizz: 1051 Budapest, Nádor utca 22.
Indirizz postali: 1387 Budapest Pf. 40.

Telefon: (+36-1) 475-7100
Fax: (+36-1) 269-1615

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapanasz@ajbh.hu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ajbh.hu/hu

II.2. Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

II.2.1. L-Awtorità Nazzjonali Ungeriża għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni

1. Kompiti u organizzazzjoni

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni ta’ interess pubbliku huma drittijiet kostituzzjonali fundamentali: L-Artikolu VI tal-Liġi Fundamentali tal-Ungerija jgħid li:

(1) Kull persuna għandu jkollha d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja tagħha, ta’ darha, tal-komunikazzjonijiet u tar-reputazzjoni tagħha.

(2) Kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tagħha, kif ukoll li jkollha aċċess għal informazzjoni ta’ interess pubbliku u xxerridha.

(3) Awtorità indipendenti maħluqa permezz ta’ att kardinali għandha tissorvelja l-infurzar tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u tad-dritt tal-aċċess għal data ta’ interess pubbliku.

L-Awtorità Nazzjonali Ungeriża għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni (Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság - NAIH) issostitwixxiet l-ombudsman għall-protezzjoni tad-data li kien fil-kariga bejn l-1995 u l-2011. L-NAIH ilha mill-1 ta’ Jannar 2012 tgħin sabiex tiggarantixxi d-drittijiet tal-informazzjoni permezz ta’ mezzi regolatorji addizzjonali (pereżempju billi timponi multi għal ksur tal-privatezza tad-data).

Is-sustanza ta’ dawn id-drittijiet, l-obbligi tal-kontrolluri tad-data u l-organizzazzjoni u l-proċeduri tal-NAIH huma stipulati fl-Att dwar l-Informazzjoni (Att CXII tal-2011 dwar id-dritt għall-privatezza tal-informazzjoni u l-libertà tal-informazzjoni), iżda r-rekwiżiti dettaljati tal-proċeduri speċifiċi tal-ipproċessar tad-data jinsabu f’leġiżlazzjoni rilevanti oħra (bħall-Att dwar il-Pulizija u l-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika). Skont it-Taqsima 1 tal-Att dwar l-Informazzjoni, il-liġi għandha l-għan li tipproteġi l-isferi privati tal-persuni fiżiċi u li tiżgura t-trasparenza tal-affarijiet pubbliċi.

L-NAIH hija entità indipendenti u awtonoma tal-gvern, bil-president tagħha jinħatar għal disa’ snin mill-President tar-Repubblika fuq proposta mill-Prim Ministru u bl-istruttura organizzazzjonali tagħha magħmula minn dipartimenti.

2. Setgħat

Il-kompitu ewlieni tal-NAIH huwa li tmexxi investigazzjonijiet f’materji ta’ protezzjoni tad-data u libertà tal-informazzjoni abbażi ta’ rapporti u lmenti (sottomessi online, bil-miktub jew personalment) u li tmexxi proċedimenti amministrattivi ‘ex officio’ għall-protezzjoni tad-data (jekk il-ksur suspettat ikun jikkonċerna ħafna nies jew jista’ jikkawża ħsara konsiderevoli għall-interessi jew dannu konsiderevoli).

Barra minn hekk, l-Awtorità tista’ tmexxi proċedimenti amministrattivi ‘ex officio’ għall-kontroll ta’ data klassifikata, tirreferi l-każijiet ta’ ksur relatati ma’ informazzjoni ta’ interess pubbliku jew informazzjoni li hija pubblika għal raġunijiet ta’ interess pubbliku lil qorti u tintervjeni f’azzjonijiet fil-qorti. Hija żżomm ukoll reġistru tal-protezzjoni tad-data.

Is-setgħat tal-Awtorità jinkludu wkoll li tagħti opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, li tirrappreżenta lill-Ungerija fuq bordijiet komuni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u li tmexxi verifiki tal-protezzjoni tad-data – għal ħlas – fuq talba tal-kontrollur.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Indirizz: 1125 Budapest Szilágyi Erzsébet fasor 22/C.
Indirizz postali: 1530 Budapest, Pf.: 5.

Telefon: (+36-1) 391-1400

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaugyfelszolgalat@naih.hu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.naih.hu/

II.2.2. L-Awtorità għat-Trattament Indaqs

1. Kompiti u organizzazzjoni

Skont l-Att dwar it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs, l-infurzar tar-rekwiżit tat-trattament indaqs fl-Ungerija huwa ssorveljat mill-Awtorità għat-Trattament Indaqs (Egyenlő Bánásmód Hatóság), b’kompetenza fuq it-territorju kollu tal-pajjiż. L-Awtorità hija entità awtonoma tal-gvern, indipendenti u soġġetta biss għal-liġi. Hija ma tistax tkun marbuta bi struzzjonijiet u twettaq il-kompiti tagħha separatament minn korpi oħrajn u ħielsa minn influwenza indebita. Il-kompiti jistgħu jiġu ddelegati biss lill-Awtorità bil-liġi. L-Awtorità hija mmexxija minn president maħtur għal disa’ snin mill-President tar-Repubblika fuq proposta mill-Prim Ministru.

Il-kompitu primarju u l-attività prinċipali tal-Awtorità huma li tinvestiga l-ilmenti u r-rapporti li tirċievi dwar materji ta’ diskriminazzjoni. Il-ħidma tal-Awtorità hija assistita minn netwerk ta’ uffiċjali klerikali dwar it-trattament indaqs li jipprovdu kopertura nazzjonali.

Skont l-Att, il-ksur tar-rekwiżit ta’ trattament indaqs (diskriminazzjoni) jfisser diskriminazzjoni kontra persuna abbażi ta’ karatteristika protetta reali jew perċepita.

Il-karatteristiċi protetti taħt l-Att huma:

  1. il-ġeneru
  2. ir-razza
  3. il-kulur tal-ġilda
  4. in-nazzjonalità
  5. l-affiljazzjoni nazzjonali
  6. il-lingwa nativa
  7. diżabbiltà
  8. l-istat tas-saħħa
  9. it-twemmin reliġjuż jew filosofiku
  10. opinjoni politika jew oħra
  11. l-istatus tal-familja
  12. il-maternità (tqala) jew il-paternità
  13. l-orjentazzjoni sesswali
  14. l-identità tal-ġeneru
  15. l-età
  16. l-oriġini soċjali
  17. il-proprjetà
  18. in-natura part-time jew id-durata fissa tar-relazzjoni tax-xogħol jew tar-relazzjoni kważi tax-xogħol tiegħu jew tagħha
  19. is-sħubija ta’ assoċjazzjoni għar-rappreżentanza tal-interessi
  20. status, aspett jew karatteristika oħrajn

Fil-kategorija ‘status ieħor’, l-aspetti u l-karatteristiċi mhux elenkati fl-Att, iżda li huma ta’ natura simili, jistgħu jitqiesu bħala karatteristiċi protetti skont l-interpretazzjoni tal-liġi mill-Awtorità.

L-Awtorità tinvestiga l-ksur li jaffettwa lil persuni u gruppi li l-karatteristiċi protetti tagħhom huma definiti b’mod wiesa’ ħafna skont l-Att. Tipikament, hija taġixxi fuq talba tal-persuna jew persuni li sofrew id-diskriminazzjoni, iżda huwa possibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew għall-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li jibdew proċedura quddiem l-Awtorità fejn ikun seħħ ksur jew ikun hemm theddida ta’ ksur li jaffettwa lil grupp b’karatteristiċi protetti. L-Awtorità tista’ taġixxi ‘ex officio’ kontra l-Istat Ungeriż, il-gvernijiet lokali u l-gvernijiet awtonomi ta’ minoranza, il-korpi tagħhom, l-organizzazzjonijiet li jaġixxu fil-kapaċità ta’ awtoritajiet pubbliċi, il-Forzi tad-Difiża Ungeriżi u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. L-aktar oqsma tipiċi għall-investigazzjonijiet tal-Awtorità huma l-impjiegi, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-provvista ta’ oġġetti u servizzi.

2. Setgħat

L-Awtorità twettaq l-investigazzjonijiet tagħha fil-qafas tal-proċedimenti amministrattivi. Ir-regoli speċjali ta’ evidenza huma applikabbli matul il-proċedimenti. Il-vittma (ir-rikorrent/i) għandha turi li hija ġiet żvantaġġata u li fil-ħin tal-ksur fil-fatt kellha – jew kienet preżunta mit-trasgressur li għandha – karatteristika protetta definita mil-liġi. Jekk ir-rikorrent ikun issodisfa l-obbligu li jipproduċi dawn il-provi, il-parti l-oħra (il-parti soġġetta għall-proċedimenti) għandha tipprova li ċ-ċirkostanzi appoġġjati mill-provi prodotti mill-vittma ma seħħewx jew li hija kienet konformi mar-rekwiżit ta’ trattament indaqs jew li ma kinitx obbligata li tikkonforma miegħu fir-relazzjoni legali partikolari.

L-Awtorità dejjem tagħmel ħilitha biex tilħaq ftehim bejn il-partijiet qabel tagħti d-deċiżjoni tagħha u, jekk dan jirnexxi, tapprova l-ftehim. Jekk il-partijiet ma jilħqu ebda ftehim, l-Awtorità tagħti deċiżjoni fuq il-merti tal-każ abbażi tal-investigazzjoni li tkun mexxiet. Jekk l-Awtorità tistabbilixxi li r-rekwiżit ta’ trattament indaqs inkiser, bħala piena, hija tista’ tordna l-eliminazzjoni taċ-ċirkostanzi illegali, tipprojbixxi l-imġiba illegali fil-ġejjieni, tordna d-divulgazzjoni pubblika tad-deċiżjoni finali tagħha li tistabbilixxi l-ksur, timponi multa li tvarja minn HUF 50 000 sa HUF 6 miljun u tapplika l-konsegwenzi legali ulterjuri definiti f’leġiżlazzjoni speċjali. Id-deċiżjoni tal-Awtorità ma tistax tiġi appellata b’mezzi amministrattivi, iżda tista’ tiġi riveduta mill-Qorti Amministrattiva u tax-Xogħol f’litigazzjoni amministrattiva.

L-Awtorità għandha għadd ta’ kompiti oħrajn definiti mil-liġi minbarra li tinvestiga każijiet speċifiċi ta’ diskriminazzjoni. Pereżempju, dawn jinkludu li tipprovdi informazzjoni u assistenza lil dawk ikkonċernati sabiex ikunu jistgħu jieħdu azzjoni kontra l-ksur tat-trattament indaqs, toħroġ opinjonijiet dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs, tipproponi leġiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs, tipprovdi lill-pubbliku u lill-Assemblea Nazzjonali b’informazzjoni dwar l-istat tal-infurzar tat-trattament indaqs, tikkoopera mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, eċċ.

L-Awtorità hija membru tan-Netwerk Ewropew ta’ Korpi tal-Ugwaljanza (Equinet), li jgħaqqad aktar minn 40 organizzazzjoni membri minn 33 pajjiż Ewropew li joperaw bħala korpi nazzjonali għat-trattament indaqs fil-pajjiżi tagħhom stess. Il-membri tal-persunal tal-Awtorità jieħdu sehem fil-ħidma tal-gruppi ta’ ħidma tematiċi tal-Equinet, kif ukoll f’sessjonijiet ta’ taħriġ u seminars organizzati diversi drabi fis-sena sabiex iżommu ruħhom aġġornati mal-aktar kisbiet riċenti fl-iżvilupp internazzjonali tal-legiżlazzjoni dwar it-trattament indaqs u jiskambjaw l-esperjenzi tagħhom mar-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet Ewropej li jwettqu kompiti simili għal dawk tal-Awtorità.

L-Awtorità tipparteċipa regolarment f’avvenimenti u proġetti tematiċi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) tal-Kunsill tal-Ewropa bħala parti mir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha.

Informazzjoni dettaljata dwar l-Awtorità hija disponibbli fuq is-sit web tagħha.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Sede: 1013 Budapest, Krisztina krt. 39/B

Numru tat-telefon: (+36-1) 795-2975
Numru tal-fax: (+36-1) 795-0760

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.egyenlobanasmod.hu/

II.2.3. Il-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija

1. Kompiti u organizzazzjoni

Fl-2008, l-Assemblea Nazzjonali ddeċidiet li tistabbilixxi l-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija (Független Rendészeti Panasztestület) bl-iskop li toħloq istituzzjoni speċjali għall-ilmenti kontra l-proċeduri tal-pulizija. L-istituzzjoni hija magħmula minn membri eletti mill-Assemblea Nazzjonali għal perjodu ta’ sitt snin. Il-membri għandhom diploma fil-liġi, ma huma marbutin li jieħdu struzzjonijiet mingħand ħadd u r-raġunijiet għar-regoli ta’ proċedura tagħhom huma stipulati fil-liġi.

Il-kuntest legali tal-ħidma tal-Bord huwa primarjament irregolat mill-Att dwar il-Pulizija. L-iskop tal-Bord huwa li jinvestiga l-proċeduri tal-ilmenti fi ħdan il-mandat tal-Pulizija, iżda indipendentement mir-relazzjonijiet ġerarkiċi, mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. B’hekk, l-operazzjonijiet tal-Pulizija jiġu riveduti mill-Bord abbażi tal-ilmenti speċifiċi f’każijiet individwali u, mhux b’mod ġenerali, fl-astratt.

2. Setgħat u proċedura

Min jista’ jressaq ilment, meta u kif?

Ilment jista’ jitressaq minn kwalunkwe persuna, irrispettivament min-nazzjonalità tagħha:

  • min kien is-suġġett ta’ miżura tal-pulizija jew min huwa affettwat minn miżura tal-pulizija
  • jew għal min il-pulizija naqset milli tieħu l-azzjoni meħtieġa
  • jew min kien soġġett għal miżuri koerċittivi mill-pulizija u, b’konsegwenza ta’ dan, iħoss li d-drittijiet fundamentali tiegħu kienu ristretti jew li nkisrulu d-drittijiet tal-bniedem.

L-ilment jista’ jiġi ppreżentat personalment, bi prokura jew permezz tar-rappreżentant legali tal-persuna (fil-każ ta’ minuri jew persuna li ma għandhiex kapaċità, permezz tar-rappreżentant legali tagħha). Dan għandu jsir fi żmien 20 jum mill-miżura, min-nuqqas ta’ azzjoni jew mill-miżura koerċittiva tal-pulizija jew, jekk l-ilmentatur isir konxju ta’ dan aktar tard, fi żmien 20 jum mid-data meta jkun sar konxju. L-ilment jista’ jiġi ppreżentat bil-posta (f’liema każ l-ilmentatur għandu jiffirma s-sottomissjoni personalment), b’fax jew bil-posta elettronika permezz tas-sit web tal-Bord, jew personalment matul il-ħinijiet tax-xogħol tal-Bord (wara li jsir appuntament bit-telefon).

Jekk ikun hemm ostakolu oġġettiv li jwaqqaf lill-ilmentatur milli jippreżenta s-sottomissjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit, id-dewmien jista’ jiġi skużat, jekk l-ilmentatur jipprovdi ġustifikazzjoni għas-sottomissjoni tard (pereżempju, kura fit-tul fl-isptar).

Persuna li qabżet il-limitu ta’ żmien ta’ 20 jum, iżda li xorta tkun għadha fil-perjodu ta’ tletin jum mill-okkorrenza (jew minn meta saret konxja tagħha), tista’ tapplika għand il-kap tal-korp tal-pulizija (il-kap tal-pulizija jew il-kummissarju tal-pulizija) fejn l-uffiċjali jkunu applikaw il-miżuri li saru lmenti dwarhom u l-każ ikun għadu jaqa’ fil-limitu ta’ żmien stabbilit. F’każijiet bħal dawn, huwa l-kap tal-għassa tal-pulizija li jmexxi l-proċedura tal-ilmenti.

X’jeżamina l-Bord?

  • ir-rekwiżit li jitwettqu d-dmirijiet u l-istruzzjonijiet tal-pulizija, il-ksur ta’ dawn id-dmirijiet u l-istruzzjonijiet jew in-nuqqasijiet ta’ twettiq tagħhom (b’mod partikolari: ir-rekwiżit li jittieħdu miżuri, il-proporzjonalità, l-identifikabbiltà, l-obbligu li tingħata assistenza, eċċ.),
  • it-teħid ta’ miżuri mill-pulizija jew in-nuqqasijiet ta’ teħid ta’ miżuri mill-pulizija, il-legalità tagħhom (b’mod partikolari: kontrolli tal-identità, eżaminazzjoni tal-ilbies, tal-bagalji u tal-vetturi, arresti, interrogazzjoni, proċeduri tal-pulizija tal-frustieri, miżuri meħuda f’abitazzjonijiet privati, miżuri ta’ infurzar tal-liġi tat-traffiku, eċċ.),
  • l-użu u l-legalità ta’ mezzi koerċittivi (b’mod partikolari: koerċizzjoni fiżika, manetti, aġenti kimiċi, stun guns, lembubi, kontrolli fit-toroq (‘road blocks’), l-użu ta’ armi tan-nar, l-użu ta’ forza ta’ grupp, it-tixrid tal-folol, eċċ.)

Il-Bord meta mhuwiex permess li jibda proċedura jew li jmexxi eżami dwar is-sustanza ta’ każ?

Billi mhuwiex awtorizzat li jagħmel dan bil-liġi, il-Bord ma għandux is-setgħa u, għalhekk, mhuwiex intitolat li:

  • jivvaluta kummenti ġenerali, kummenti li jissuġġerixxu titjib jew kummenti kritiċi, jew inkella divulgazzjonijiet ta’ interess pubbliku;
  • jinvestiga reati minuri, jew inaqqas jew jikkanċella kwalunkwe multi amministrattivi imposti;
  • jivvaluta l-legalità tal-atti mwettqa matul proċedimenti kriminali;
  • jagħti kumpens għad-danni;
  • jistabbilixxi r-responsabbiltà kriminali, amministrattiva jew dixxiplinarja tal-uffiċjali tal-pulizija li jieħdu azzjoni;
  • jirrevedi l-legalità tad-deċiżjonijiet meħuda fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi.

Barra minn hekk, jekk att oġġezzjonabbli mill-pulizija jkun seħħ matul proċedimenti oħrajn li jkunu għadhom għaddejjin, pereżempju proċedimenti kriminali jew amministrattivi, l-ilmentatur għandu juża r-rimedji disponibbli u jasserixxi l-oġġezzjonijiet tagħhom f’dawk il-proċedimenti li jkunu għaddejjin, sakemm l-ilmentatur ma jkunx oġġezzjona għall-mod kif twettaq att proċedurali (pereżempju t-ton tal-vuċi użat fl-interrogazzjoni ta’ xhud, il-mod kif saru t-tfittxijiet f’dar), f’liema każ il-Bord huwa intitolat ukoll li jwettaq l-eżami.

X’għandek tkun taf dwar il-proċedura

Sabiex ikollu l-każ tiegħu investigat, l-ilmentatur għandu l-għażla li japplika għand il-kap tal-aġenzija tal-pulizija li wettqet il-miżura li jkunu saru lmenti dwarha jew inkella għand il-Bord. B’hekk, l-ilmentatur jista’ jagħżel jekk l-ilment tiegħu jiġix eżaminat minn aġenzija fi ħdan l-istruttura organizzazzjonali tal-Pulizija (il-kap tal-aġenzija li wettqet il-miżura) jew inkella minn korp indipendenti barra l-Pulizija (il-Bord). Fl-istess ħin, din id-dispożizzjoni hija intenzjonata biex isservi s-separazzjoni taż-żewġ proċeduri minn xulxin u tippermetti li waħda minnhom biss titmexxa fi kwalunkwe ħin – jiġifieri dik magħżula mill-ilmentatur.

Barra minn hekk, il-Bord huwa intitolat li jagħmel inkjesti dwar kwalunkwe lment ippreżentat lill-Pulizija u, jekk isir konxju ta’ każ fejn japplikaw il-kundizzjonijiet sabiex jintervjeni, huwa jinnotifika lill-ilmentatur u lill-aġenzija tal-pulizija li tittratta l-każ, kif xieraq. Fi żmien tmint ijiem minn meta jirċievi n-notifika, l-ilmentatur jista’ jitlob lill-aġenzija tal-pulizija sabiex tivvaluta l-ilment wara eżami mwettaq mill-Bord. L-aġenzija tal-pulizija li tittratta l-każ għandha tissospendi l-proċedura tagħha hekk kif tirċievi n-notifika tal-Bord. Dan ir-riferiment jista’ jinbeda mill-ilmentaturi nfushom matul il-proċedura tal-ilmenti tal-pulizija sakemm tingħata d-deċiżjoni amministrattiva finali u, jekk il-kundizzjonijiet għar-riferiment jiġu ssodisfati, il-każ tal-ilment ikompli jiġi investigat skont il-proċedura tal-Bord.

F’eżami dwar is-sustanza ta’ lment, il-Bord għandu l-għan li jistabbilixxi jekk il-miżuri tal-pulizija deskritti fl-ilment twettqux skont ir-regoli, kinux meħtieġa, ġustifikati u proporzjonati u jekk kisrux xi wieħed mid-drittijiet fundamentali tal-ilmentatur.

Jekk matul l-eżami jiġi stabbilit ksur tad-drittijiet fundamentali tal-ilmentatur, il-Bord għandu jivvaluta wkoll kemm huwa serju dan il-ksur fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha tal-każ. Jekk il-Bord jikkonkludi li:

  • ma seħħ ebda ksur (pereżempju minħabba li d-drittijiet fundamentali tal-ilmentatur kienu ristretti legalment), jew
  • ma jista’ jiġi stabbilit ebda ksur ta’ dritt fundamentali minħabba kontradizzjoni bejn is-sottomissjonijiet li ma jistgħux jissolvew abbażi tad-dokumenti disponibbli, jew
  • seħħ ksur ta’ dritt fundamentali, iżda dan kien ta’ importanza żgħira,

mela allura l-Bord irid jibgħat il-valutazzjoni tiegħu lill-kap tal-aġenzija tal-pulizija kompetenti, li min-naħa tiegħu jrid jieħu d-deċiżjoni skont il-proċedura tal-ilmenti abbażi tar-regoli uffiċjali li jirregolaw lill-Pulizija u wara li tiġi kkunsidrata l-pożizzjoni legali stabbilita fil-valutazzjoni mill-Bord. L-ilmentatur jista’ jappella din id-deċiżjoni, li tinkludi l-possibbiltà ta’ reviżjoni ġudizzjarja tad-deċiżjoni, f’konformità mal-Att dwar ir-regoli ġenerali tas-servizzi u l-proċeduri amministrattivi. L-ilmentaturi jistgħu joġġezzjonaw bil-quddiem mal-Bord, billi jirreferu l-proċedura tal-ilmenti lill-aġenzija tal-pulizija kompetenti, pereżempju, jekk huma jemmnu li se jsofru preġudizzju hemmhekk jew jekk jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli. Madankollu, f’każ bħal dan, ikun meħtieġ li l-Bord itemm il-proċedura, minħabba li l-każ ma jkun jista’ jiġi riferut lil ħadd minħabba l-oġġezzjoni tal-ilmentatur.

Jekk il-Bord isib ksur serju tad-drittijiet fundamentali, huwa – skont l-aġenzija kkonċernata – jibgħat il-valutazzjoni tiegħu lill-Kap Kummissarju tal-Pulizija Nazzjonali Ungeriża, lid-direttur ġenerali tal-korp responsabbli għall-kompiti interni ta’ prevenzjoni u kxif tal-kriminalità jew lid-direttur ġenerali tal-korp kontra t-terroriżmu, li min-naħa tiegħu jrid jieħu deċiżjoni dwar l-ilment abbażi tar-regoli applikabbli u wara li jikkunsidra l-pożizzjoni legali stabbilita fil-valutazzjoni tal-Bord. Jekk id-deċiżjoni tal-korp li jittratta l-każ tkun differenti mill-valutazzjoni tal-Bord, ikunu jridu jiġu stabbiliti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata tali deċiżjoni. Ovvjament, huwa possibbli wkoll li deċiżjoni tal-pulizija mogħtija b’dan il-mod tkun tista’ tiġi appellata quddiem il-qrati. Il-valutazzjoni tal-Bord tista’ tintuża f’dawk il-proċeduri tal-qorti.

Aktar regoli dettaljati dwar il-ħidma tal-Bord jistgħu jinstabu fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu fuq is-sit web tiegħu.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Indirizz postali: H-1358 Budapest, Széchenyi rakpart 19.

Telefon: +36-1/441-6501
Fax: +36-1/441-6502

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@repate.hu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.repate.hu/index.php?lang=hu

III. Oħrajn

III.1. Is-servizz tal-prosekuzzjoni Ungeriż

1. L-organizzazzjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni

Is-servizz tal-prosekuzzjoni tal-Ungerija huwa organizzazzjoni kostituzzjonali indipendenti soġġetta biss għal-liġi.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni huwa mmexxi u ġestit mill-Prosekutur Ġenerali, li jintgħażel mill-Assemblea Nazzjonali minn fost il-prosekuturi pubbliċi għal mandat ta’ disa’ snin u b’hekk huwa responsabbli lejn il-Parlament skont il-liġi pubblika. Il-Prosekutur Ġenerali huwa mitlub li jirrapporta dwar l-operazzjonijiet tas-servizz kull sena.

Il-korpi tas-servizz tal-prosekuzzjoni fl-Ungerija huma:

  1. l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali
  2. l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni prinċipali tal-appell
  3. l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni prinċipali
  4. l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni distrettwali

Jista’ jiġi stabbilit uffiċċju tal-prosekuzzjoni prinċipali jew uffiċċju tal-prosekuzzjoni fil-livell tad-distrett indipendenti sabiex iwettaq investigazzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni u kompiti oħrajn tas-servizz tal-prosekuzzjoni f’każijiet ġustifikati.

Hemm ħames uffiċċji tal-prosekuzzjoni prinċipali tal-appell u wieħed u għoxrin uffiċċju tal-prosekuzzjoni prinċipali (wieħed metropolitan, dsatax tal-kontei u wieħed investigattiv ċentrali) taħt id-direzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali. L-istruttura organizzazzjonali tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni prinċipali – bl-eċċezzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekuzzjoni Prinċipali Investigattiv Ċentrali – hija essenzjalment maqsuma bejn l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali u dawk li jaqgħu taħt il-liġi pubblika.

L-uffiċċji tal-prosekuzzjoni distrettwali u fil-livell tad-distrett taħt id-direzzjoni tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni prinċipali tal-kontei u dawk metropolitani jittrattaw każijiet mhux assenjati lil korp tal-prosekuzzjoni ieħor mil-leġiżlazzjoni jew skont l-istruzzjonijiet tal-Prosekutur Ġenerali u jwettqu kompiti relatati mal-investigazzjonijiet tas-servizzi tal-prosekuzzjoni.

L-istituzzjoni xjentifika u ta’ riċerka tas-servizz tal-prosekuzzjoni, l-Istitut Nazzjonali tal-Kriminoloġija (Országos Kriminológiai Intézet), tifforma parti mill-organizzazzjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni, iżda mhijiex korp ta’ prosekuzzjoni. Hija taħdem fuq l-iżvilupp ta’ teoriji u prattiki fix-xjenzi tar-riċerka dwar il-kriminalità, tal-kriminoloġija u tal-liġi kriminali.

2. Il-kompiti ewlenin tas-servizz tal-prosekuzzjoni

Il-Prosekutur Ġenerali u s-servizz tal-prosekuzzjoni huma indipendenti u bħala l-prosekutur pubbliku li jintervjeni fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja, huma l-uniku infurzatur tad-dritt tal-Istat li jikkastiga. Is-servizz tal-prosekuzzjoni jipprosegwixxi reati kriminali, jieħu azzjoni kontra atti u ommissjonijiet illegali oħrajn u jippromwovi l-prevenzjoni tal-kriminalità.

Il-Prosekutur Ġenerali u s-servizz tal-prosekuzzjoni

  1. jeżerċitaw drittijiet b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet, kif definiti mil-liġi;
  2. jirrappreżentaw il-prosekuzzjoni pubblika fil-proċeduri tal-qorti;
  3. jissorveljaw l-operat legali tas-servizzi tal-ħabs;
  4. jeżerċitaw is-setgħat u r-responsabbiltajiet ulterjuri definiti mil-liġi bħala l-protetturi tal-interess pubbliku.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni

  1. jinvestiga każijiet speċifikati fl-Att dwar il-Proċedura Kriminali (investigazzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni);
  2. jissorvelja li l-investigazzjonijiet indipendenti mwettqa minn awtorità investigattiva jitwettqu b’mod legali (sorveljanza tal-investigazzjonijiet);
  3. jeżerċita drittijiet oħrajn definiti mil-liġi b’konnessjoni mal-investigazzjonijiet;
  4. jeżerċita, bħala l-prosekutur pubbliku, is-setgħa mogħtija lill-awtoritajiet pubbliċi li jressqu akkuża; jirrappreżenta l-prosekuzzjoni fil-proċeduri tal-qorti u jeżerċita d-drittijiet ta’ appell mogħtija mill-Att dwar il-Proċedura Kriminali;
  5. jeżerċita superviżjoni legali fuq il-konformità ma’ pieni, penali sekondarji, miżuri, miżuri koerċittivi għaċ-ċaħda jew għar-restrizzjoni tal-libertà u miżuri ta’ segwitu, kif ukoll il-konformità mal-liġi dwar iż-żamma ta’ bażijiet ta’ data tar-rekords kriminali, amministrattivi u l-aktar imfittxija u d-deċiżjonijiet li ċentralment jagħmlu d-data elettronika inaċċessibbli; huwa jipparteċipa wkoll fi proċeduri mmexxija minn imħallfin li jagħtu s-sentenzi;
  6. jikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa tal-liġi fil-proċeduri tal-qorti (l-involviment ta’ prosekutur pubbliku fil-proċeduri tal-qorti u fi proċedimenti mhux kontenzjużi quddiem il-qrati ċivili, tax-xogħol, amministrattivi u ekonomiċi);
  7. jippromwovi l-konformità mal-liġi minn korpi li jaġixxu fil-kapaċità ta’ awtoritajiet pubbliċi jew li jiġġestixxu tilwimiet barra l-qorti;
  8. jagħti attenzjoni speċjali lill-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali kommessi minn tfal jew kontra tfal u lir-rispett tar-regoli speċjali dwar il-proċeduri kriminali u amministrattivi mibdija kontra minuri; jikkollabora fl-infurzar tad-drittijiet tat-tfal fil-każijiet definiti mil-liġi u jibda proċeduri sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa favur il-protezzjoni tat-tfal;
  9. iwettaq il-kompiti tiegħu li jirriżultaw mill-ftehimiet internazzjonali u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-għoti ta’ u t-talbiet għal assistenza legali;
  10. iwettaq il-kompiti tal-Ungerija relatati mal-parteċipazzjoni tagħha fl-Eurojust;
  11. jipprovdi rappreżentanza f’kawżi ppreżentati għal kumpens għall-ksur u d-danni kkawżati matul l-attivitajiet tiegħu.

Għall-protezzjoni tal-interess pubbliku, is-servizz tal-prosekuzzjoni jaħdem sabiex jiżgura li l-liġi tiġi rrispettata minn kulħadd. Meta l-liġijiet jinkisru, is-servizz tal-prosekuzzjoni jieħu azzjoni fl-interess tal-legalità, fil-każijiet u bil-mod definiti fil-liġi. Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor mil-liġi, is-servizz tal-prosekuzzjoni huwa obbligat li jieħu azzjoni jekk korp mitlub biex iwaqqaf ksur tal-liġi jonqos milli jieħu l-azzjoni meħtieġa, minkejja li jkun intalab jagħmel dan skont il-Liġi Fundamentali, att ta’ liġi jew biċċa leġiżlazzjoni oħra jew strument legali tal-amministrazzjoni tal-Istat, jew inkella jekk tkun meħtieġa azzjoni immedjata mill-prosekutur sabiex iwaqqaf il-ksur ta’ dritt li jirriżulta minn ksur tal-liġi.

Is-setgħat u r-responsabbiltajiet ta’ interess pubbliku mhux kriminali li jridu jiġu eżerċitati mis-servizz tal-prosekuzzjoni bħala kontributur għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja huma stipulati f’leġiżlazzjoni speċjali. Prosekutur pubbliku jeżerċita dawn is-setgħat primarjament billi jressaq proċeduri tal-qorti u proċedimenti mhux kontenzjużi, kif ukoll billi jniedi proċeduri minn awtoritajiet amministrattivi u jippreżenta appelli.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Prosekutur Ġenerali: Dr. Péter Polt
Sede: 1055 Budapest, Markó u. 16.
Indirizz postali: 1372 Budapest, Pf. 438.

Numru tat-telefon: +36-1354-5500

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mku.hu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://mklu.hu/

III.2. Appoġġ għall-vittmi

Is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi (Áldozatsegítő Szolgálat) jipprovdi assistenza primarjament lil vittmi li jkunu sofrew dannu, b’mod partikolari fiżikament jew mentalment (trawma psikoloġika, xokk), jew li jkunu sofrew telf bħala l-konsegwenza diretta ta’ reat kriminali jew reat kontra l-proprjetà. L-Istat jevalwa l-ħtiġijiet tal-vittmi u jipprovdilhom servizzi adattati kif xieraq.

1. Il-proċedura

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi huma pprovduti minn unitajiet organizzazzjonali ddedikati tal-uffiċċju tal-gvern metropolitan (tal-kontei). Il-vittmi jistgħu jfittxu l-għajnuna minn kwalunkwe servizz ta’ appoġġ għall-vittmi sabiex jasserixxu l-pretensjonijiet tagħhom u jistgħu jissottomettu t-talba tagħhom għal assistenza finanzjarja immedjata, ċertifikazzjoni ta’ status bħala vittma u kumpens lil kwalunkwe servizz ta’ appoġġ għall-vittmi (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPDF).

It-talbiet għal assistenza finanzjarja immedjata, ċertifikazzjoni ta’ status bħala vittma jew kumpens iridu jiġu sottomessi fuq il-formoli rilevanti (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola ta’ applikazzjoni, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaApplikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ status bħala vittma). Is-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi jipprovdi assistenza fil-mili tal-formoli.

Il-proċeduri ta’ appoġġ għall-vittmi huma mingħajr ħlas.

It-talbiet għal assistenza finanzjarja immedjata jistgħu jiġu sottomessi fi żmien ħamest ijiem mir-reat kriminali jew mir-reat kontra l-proprjetà. It-talbiet għal kumpens jistgħu jiġu sottomessi fi żmien tliet xhur wara li jiġi kommess ir-reat kriminali – bl-eċċezzjonijiet skont l-Att dwar l-appoġġ għall-vittmi ta’ reat kriminali u l-kumpens mill-Istat.

L-appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jridu jiġu sottomessi fi żmien 15-il jum lis-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, iżda jridu jiġu indirizzati lill-Uffiċċju tal-Ġustizzja.

2. Servizzi

Skont l-Att, is-servizzi pprovduti huma:

  • għajnuna biex isiru l-pretensjonijiet: is-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi jgħin lill-vittmi b’mod u sal-punt li huwa xieraq għall-ħtiġijiet tagħhom sabiex jasserixxu d-drittijiet fundamentali tagħhom, li jfisser li jagħtihom pariri dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fi proċedimenti kriminali u amministrattivi, il-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-kura tas-saħħa, l-assigurazzjoni medika, il-benefiċċji soċjali u appoġġ ieħor mill-Istat, u jipprovdilhom informazzjoni, pariri legali, appoġġ emozzjonali u kwalunkwe assistenza prattika oħra f’dan il-kuntest;
  • assistenza finanzjarja immedjata, li tista’ tingħata matul il-proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin għal ammont stipulat fl-Att għal akkomodazzjoni, ilbies, ivvjaġġar u ikel u għall-ispejjeż tal-mediċina u tal-funerali, jekk il-vittma ma tkunx tista’ tlaħħaq ma’ dawn l-ispejjeż bħala riżultat tar-reat kriminali jew tar-reat kontra l-proprjetà;
  • ċertifikazzjoni tal-istatus bħala vittma: matul il-proċedimenti kriminali li jkunu għaddejjin, is-servizz ta’ appoġġ lill-vittmi jiċċertifika l-istatus ta’ klijent bħala vittma permezz ta’ ċertifikat uffiċjali bbażat fuq id-dokumenti tal-pulizija; il-vittma tista’ tuża ċ-ċertifikat għal proċeduri amministrattivi u oħrajn, bħal sabiex jinħarġulha dokumenti jew tingħata aċċess għal għajnuna legali, eċċ.;
  • assistenza lix-xhieda: ix-xhieda mħarrka sabiex jattendu seduta ta’ smigħ fil-qorti jistgħu jikkonsultaw mal-uffiċjal tal-qorti responsabbli biex jipprovdi assistenza lix-xhieda għal pariri xierqa; l-uffiċjal tal-qorti responsabbli biex jipprovdi assistenza lix-xhieda huwa skrivan li jipprovdi lix-xhieda bi gwida, kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti, dwar l-għoti tax-xhieda bil-għan li jiffaċilita l-apparenza tagħhom fil-qorti;
  • il-provvediment ta’ djar sikuri: l-Istat jipprovdi djar sikuri, kif meħtieġa, lil persuni ta’ nazzjonalità Ungeriża jew persuni bid-dritt li jiċċaqilqu liberament u jirrisjedu fl-Ungerija, li jkunu ġew identifikati bħala vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, irrispettivament minn jekk ikunux bdew proċedimenti kriminali;
  • kumpens mill-Istat: il-qraba ta’ persuna li tkun sfat maqtula waqt reat kriminali vjolenti kontra persuna jew inkella persuna li tkun korriet serjament waqt tali reat kriminali jistgħu japplikaw għal kumpens mill-Istat fil-forma ta’ pagament ta’ darba jew allowance fix-xahar, jekk ikunu fil-bżonn, kif definit fl-Att.

3. Dettalji ta’ kuntatt

Linja ta’ Appoġġ għall-Vittmi aċċessibbli mingħajr ħlas 24 siegħa kuljum minn netwerks fl-Ungerija:

+36 (1) 80 225 225

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi

Aktar informazzjoni dettaljata dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-appoġġ għall-vittmi.

III.3. Għajnuna legali

Skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali, l-objettiv prinċipali tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali (Jogi Segítségnyújtó Szolgálat) huwa li jipprovdi assistenza legali professjonali lil persuni bi bżonnijiet soċjali għall-infurzar tad-drittijiet tagħhom u għar-riżoluzzjoni tat-tilwimiet legali tagħhom – f’limiti ta’ żmien partikolari u f’forma speċifika.

1. Il-proċedura

It-talba għal għajnuna legali tista’ tiġi sottomessa personalment jew bil-posta (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna Legali - dettalji ta’ kuntatt) lill-unità organizzazzjonali (‘uffiċċju reġjonali’) responsabbli għall-għajnuna legali fl-uffiċċju tal-gvern (metropolitan) kompetenti tar-residenza abitwali jew domiċilju tal-applikanti, jew fin-nuqqas ta’ dan, l-indirizz tal-korrispondenza jew il-post tax-xogħol tagħhom billi jimlew u jiffirmaw formola (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://igazsagugyihivatal.gov.hu/dokumentumok-jogi-segitsegnyujtas) u jinkludu d-dokumenti mehmuża meħtieġa. Is-sottomissjoni tat-talba hija mingħajr ħlas.

B’deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni (finali) maħruġa mill-uffiċċju reġjonali, il-persuna tista’ mbagħad tikseb aċċess għas-servizzi ta’ kwalunkwe avukat li jkun fuq servizz (avukati, ditti legali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) fuq il-lista ta’ avukati li jkunu fuq servizz miżmuma mill-Uffiċċju tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kimisz.gov.hu/alaptev/nepugyvedje/nevjegyzek).

L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali jridu jiġu sottomessi fi żmien 15-il jum lill-uffiċċju reġjonali, iżda jridu jiġu indirizzati lill-Uffiċċju tal-Ġustizzja.

2. Il-forom bażiċi ta’ għajnuna legali

A.) Appoġġ għall-proċeduri barra l-qorti

  • jekk ikunu għadhom ma nbdewx proċeduri tal-qorti sabiex tissolva tilwima,
  • pariri u / jew abbozzar ta’ dokumenti,
  • ma jagħtix dritt li persuna tiġi rrappreżentata; l-avukat li jkun fuq servizz ma jistax jaġixxi f’isem jew minflok il-klijent.

B.) Appoġġ għall-proċeduri tal-qorti

  • jekk diġà jkun hemm kawża għaddejja fil-qorti,
  • jipprovdi rappreżentanza,
  • ma jistax jingħata lill-persuna li tkun ikkommettiet ir-reat jew ir-reat kriminali,
  • il-vittma tista’ tiġi pprovduta b’rappreżentanza legali sa mill-istadji tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni ta’ proċedimenti kriminali.

Ċ.) F’kawżi sempliċi, is-Servizz jagħti pariri bil-fomm qosra mingħajr ma jittestja l-mezzi tal-klijent.

3. Il-kundizzjonijiet għall-intitolament

A.) Fi proċeduri tal-qorti ċivili u proċedimenti mhux kontenzjużi:

  • l-Istat ikopri l-ħlasijiet tal-avukat li jkun fuq servizz jew tar-rappreżentant legali, jew inkella l-Istat jgħolli l-ħlasijiet għas-servizzi legali għal sena waħda jekk is-sitwazzjoni tal-introjtu u tal-proprjetà tal-klijent tissodisfa l-kriterji definiti mil-liġi,
  • l-Istat jgħolli l-ħlasijiet tas-servizzi legali għal kwalunkwe klijent stabbilit fi proċedura individwali mis-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi bħala li kien il-vittma ta’ reat kriminali u li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-introjtu u l-proprjetà definiti mil-liġi.

B.) Fi proċedimenti kriminali:

  • l-Istat jgħolli l-ħlasijiet tal-avukat li jkun fuq servizz jew tar-rappreżentant legali għal sena waħda jekk is-sitwazzjoni tal-introjtu u tal-proprjetà tal-klijent tissodisfa l-kriterji definiti mil-liġi,
  • l-Istat jgħolli l-ħlasijiet tas-servizzi legali għal kwalunkwe klijent stabbilit fi proċedura individwali mis-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi bħala li kien il-vittma ta’ reat kriminali u li jissodisfa l-kriterji tal-introjtu u l-proprjetà definiti mil-liġi.

Ċ.) Regoli komuni:

Il-klijenti jridu jipprovdu prova tal-introjtu tagħhom u tal-introjtu ta’ kwalunkwe persuni li jgħixu f’unità domestika komuni magħhom permezz tad-dokumenti speċifikati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali.

L-Att jispeċifika l-każijiet li fihom ma jkunx jista’ jingħata appoġġ, bħal fit-tfassil ta’ kuntratti, sakemm il-partijiet li jikkonkludu l-kuntratt ma japplikawx għall-appoġġ b’mod konġunt u sakemm il-kundizzjonijiet għall-appoġġ ma jiġux issodisfati f’kull aspett, jew għal każijiet doganali, eċċ.

4. Dettalji ta’ kuntatt

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji reġjonali:

Aktar informazzjoni dettaljata dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-għajnuna legali.

L-aħħar aġġornament: 22/12/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Olanda

Kapitolu 1 tal-Kostituzzjoni jistabbilixxi d-drittijiet fundamentali. Dawn huma drittijiet li jagħtu liċ-ċittadini l-libertà li jgħixu ħajjithom mingħajr indħil mill-Istat. Il-Kostituzzjoni tinkludi wkoll id-drittijiet ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà u fil-ħajja politika. Eżempji ta’ drittijiet fundamentali huma: il-libertà tal-espressjoni, id-dritt tal-protezzjoni ta’ data personali, id-dritt tal-vot u d-dritt għal trattament indaqs.

Hemm żewġ tipi ta’ drittijiet fundamentali:

  • Drittijiet fundamentali ‘klassiċi’: drittijiet ċivili u politiċi. Dawn jinkludu d-dritt għal vot, il-libertà tal-espressjoni, id-dritt għall-privatezza, il-libertà tar-reliġjon u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.
  • Drittijiet fundamentali ‘soċjali’: drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali. Dawn jinkludu d-dritt għal akkomodazzjoni, sigurtà soċjali, kura tas-saħħa u edukazzjoni.

Drittijiet fundamentali soċjali normalment mhumiex eżegwibbli f’qorti tal-ġustizzja, filwaqt li drittijiet fundamentali klassiċi huma. Għalhekk membru tal-pubbliku jista’ jieħu azzjoni legali jekk awtorità muniċipali trid tipprojbixxi dimostrazzjoni mingħajr raġuni valida.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Polonja

IL-QRATI NAZZJONALI

Skont il-Kostituzzjoni Pollakka (“Konstytucja Rzeczypospolitej Polskiej”), kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku, mingħajr dewmien żejjed, quddiem qorti kompetenti, imparzjali u indipendenti. Dan ifisser li kwalunkwe tilwim dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet garantiti mil-liġi nazzjonali jista’ jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. Il-liġi ċivili, tal-familja u tal-minorenni, il-liġi dwar ix-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-liġi kummerċjali u l-liġi dwar il-falliment u każijiet kriminali u penitenzjarji huma deċiżi mill-qrati ordinarji. Il-qrati amministrattivi jissorveljaw l-legalità ta’ azzjoni mill-awtoritajiet. Il-qrati militari jamministraw l-ġustizzja fi ħdan il-forzi Armati Pollakki fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit minn Atti tal-Parlament u kif ukoll, fil-każijiet previsti f’Atti tal-Parlament, fir-rigward ta’ persuni li mhumiex membri tal-Forzi Armati Pollakki.

Il-qrati ordinarji, amministrattivi u militari joperaw skont il-prinċipju ta’ proċedimenti b’żewġ saffi, fejn persuna li mhijiex sodisfatta dwar il-mod kif il-każ ġie solvut mill-qorti tista’ tappella quddiem qorti superjuri kontra s-sentenza.

Barra minn hekk, il-Kostituzzjoni Pollakka tagħti kull persuna li d-drittijiet jew il-libertajiet kostituzzjonali ġew miksura d-dritt li tressaq ilment kostituzzjonali quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny). Dan l-ilment jista’ jitfassal biss minn avukat (“adwokat”) jew prokuratur legali (“radca prawny”) (l-eċċezzjonijiet huma l-imħallfin (“Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasędziowie”), il-prosekuturi (“prokuratorzy”), l-avukati (“adwokaci”), il-prokuraturi legali (“radcowie prawni”), in-nutara (“notariusze”), jew professuri jew doctor juris li jirrappreżentaw lilhom infushom) u huwa mingħajr ħlas tat-tariffi tal-qorti. L-ilmenti jistgħu jikkonċernaw strument regolatorju li fuq il-bażi tiegħu qorti jew awtorità pubblika tat deċiżjoni finali dwar id-drittijiet, il-libertajiet jew dazji stabbiliti fil-Kostituzzjoni.

ISTITUZZJONIJIET NAZZJONALI TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

L-Ombudsman (“Rzecznik Praw Obywatelskich”)

Indirizz: Aleja Solidarności 77, 00-090 Warsaw

Ir-rwol tal-Ombudsman hu li jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni u ċittadini stabbiliti fil-Kostituzzjoni u fi strumenti regolatorji oħra.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq rikors quddiem l-Ombudsman għal assistenza f’każijiet li jinvolvu l-protezzjoni tad-drittijiet jew libertajiet li ġew miksura mill-awtoritajiet.

Ir-rikorsi lill-Ombudsman huma mingħajr ħlas.

Wara li jeżamina r-rikors, l-Ombudsman jista’:

  • jaċċetta l-każ;
  • jindika r-rimedji disponibbli għar-rikorrent;
  • jirrinvija l-kawża lill-entità kompetenti;
  • jirrifjuta li jaċċetta l-każ.

Meta jieħu l-każ, l-Ombudsman jista’:

  • iwettaq l-investigazzjoni huwa stess;
  • jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jeżamina l-każ jew parti minnu;
  • jitlob lis-Sejm (il-kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk) biex tordna l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (“Najwyższa Izba Kontroli”) biex twettaq verifika sabiex jeżamina l-każ inkwistjoni jew parti minnu.

Waqt li jwettaq il-ħidma tiegħu, l-Ombudsman għandu d-dritt li:

  • jeżamina kull każ fuq il-post (anke mingħajr avviż minn qabel);
  • jitlob kjarifiki u s-sottomissjoni ta’ fajls f’kull każ immexxi mill-awtoritajiet inkwistjoni;
  • jitlob informazzjoni dwar il-progress f’każ immexxi mill-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u aġenziji oħra ta’ infurzar tal-liġi, u jitlob li l-fajls jiġu sottomessi għal spezzjoni lill-Uffiċċju tal-Ombudsman wara li l-proċedimenti jkunu ġew kompletati u d-deċiżjoni tkun ittieħdet;
  • iqabbad esperti u jitlob għal opinjonijiet oħra.

Meta jieħu l-każ, l-Ombudsman jista’:

  • jispjega lir-rikorrenti li ma hemm ebda ksur tad-drittijiet u l-libertajiet tiegħu;
  • jistieden awtorità, organizzazzjoni jew istituzzjoni li l-azzjoni tagħha tkun ġiet misjuba li kisret drittijiet u libertajiet sabiex tirrimedja għall-ksur inkwistjoni, u sussegwentement jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet;
  • jitlob l-awtorità li tissorvelja l-korp inkwistjoni biex tapplika l-miżuri previsti mil-liġi;
  • jitlob li l-proċedimenti jkunu istitwiti u jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura ċivili pendenti;
  • jitlob li l-prosekutur bil-ġurisdizzjoni jistitwixxi proċedimenti ta’ qabel il-proċess f’każijiet li jinvolvu reati li ssir il-prosekuzzjoni tagħhom ex officio;
  • jitlob li l-proċedimenti amministrattivi jiġu istitwiti, jagħmel ilmenti mal-qorti amministrattiva u jieħu sehem f’dawn il-proċedimenti;
  • iressaq mozzjoni għal penali kif ukoll mozzjoni biex tiġi annullata d-deċiżjoni finali f’każijiet li jinvolvu reati minuri;
  • iressaq azzjoni jew ilment f’kassazzjoni kontra deċiżjoni finali.

Jekk l-Ombudsman iqis li huwa neċessarju li strument regolatorju dwar id-drittijiet u l-libertajiet jiġi emendat jew adottat, hu jista’ jagħmel talba għal dak il-għan lill-awtoritajiet kompetenti.

KORPI SPEĊJALIZZATI GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

L-Ombudsman għat-Tfal (“Rzecznik Praw Dziecka”)

Indirizz: ul. Przemysłowa 30/32, 00-450 Warsaw

L-Ombudsman għat-Tfal jaħdem biex jipproteġi d-drittijiet tat-tfal, inkluż:

  • id-dritt għall-ħajja u l-kura tas-saħħa;
  • id-dritt għal trobbija fil-familja;
  • id-dritt għal kundizzjonijiet ta’ għajxien diċenti;
  • id-dritt għal edukazzjoni;
  • id-drittijiet tat-tfal b’diżabilità;
  • il-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta’ vjolenza, krudeltà, sfruttament, demoralizzazzjoni, negliġenza u moħqrija oħra.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq rikors għal assistenza quddiem l-Ombudsman għat-Tfal f’każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien ta’ drittijiet jew interessi ta’ minuri.

Ir-rikorsi lill-Ombudsman għat-Tfal huma mingħajr ħlas.

Meta jkun qiegħed imexxi l-proċedimenti, l-Ombudsman għat-Tfal jista’:

  • jeżamina kull każ fuq il-post (anke mingħajr avviż minn qabel);
  • jitlob il-korpi kkonċernati biex jipprovdu kjarifiki jew informazzjoni jew jirrendi l-fajls disponibbli;
  • iqabbad esperti u jitlob għal opinjonijiet oħra.

Meta jieħu każ, l-Ombudsman għat-Tfal jista’:

  • jitlob lill-korpi kompetenti biex jieħdu azzjoni għal benefiċċju tat-tfal;
  • jitlob li tittieħed azzjoni dixxiplinari jew jiġu imposti sanzjonijiet dixxiplinari fejn jinstab li l-korp inkwistjoni jkun kiser id-drittijiet jew l-interessi tat-tfal;
  • jipparteċipa fi proċedimenti quddiem it-Tribunal Kostituzzjonali li ġew istitwiti fuq talba tal-Ombudsman jew f’każijiet ta’ lmenti kostituzzjonali li għandhom impatt fuq id-drittijiet tat-tfal;
  • iressaq mozzjonijiet quddiem il-Qorti Suprema (“Sąd Najwyższy”) sabiex issolvi diverġenzi fl-interpretazzjoni ta’ regolamenti legali li jikkonċernaw id-drittijiet tat-tfal;
  • iressaq azzjoni jew ilment f’kassazzjoni;
  • jitlob li l-proċedimenti jkunu istitwiti u jieħu sehem fi kwalunkwe proċedura ċivili pendenti;
  • jipparteċipa fi proċedimenti li jinvolvu minorenni;
  • jitlob lill-prosekutur kompetenti jistitwixxi proċedimenti ta’ qabel il-proċess f’każijiet li jinvolvu reati;
  • jitlob li l-proċedimenti amministrattivi jiġu istitwiti, jagħmel ilmenti mal-qorti amministrattiva u jieħu sehem f’dawn il-proċedimenti;
  • iressaq mozzjoni għal penali f’każijiet li jinvolvu reati minuri.

Jekk l-Ombudsman għat-Tfal iqis li huwa neċessarju li strument regolatorju dwar id-drittijiet tat-tfal jiġi emendat jew adottat, hu jista’ jagħmel talba għal dak il-għan lill-awtoritajiet kompetenti.

L-Ombudsman tal-Pazjenti (“Rzecznik Praw Pacjenta”)

Indirizz: ul. Młynarska 46, 01-171 Warsaw

L-Ombudsman tal-Pazjenti huwa l-korp kompetenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti.

Kull persuna għandha d-dritt li tirrikori għand l-Ombudsman tal-Pazjenti għall-assistenza fil-każ li nkisru d-drittijiet ta’ pazjent.

Ir-rikorsi lill-Ombudsman tal-Pazjenti huma mingħajr ħlas.

Wara li jeżamina r-rikors, l-Ombudsman tal-Pazjenti jista’:

  • jaċċetta l-każ;
  • jindika r-rimedji disponibbli għar-rikorrent;
  • jirrinvija l-kawża lill-entità kompetenti;
  • jirrifjuta li jaċċetta l-każ.

Meta jieħu l-każ, l-Ombudsman tal-Pazjenti jista’:

  • iwettaq l-investigazzjoni huwa stess;
  • jitlob lill-awtoritajiet kompetenti biex jeżaminaw il-każ jew parti minnu.

Waqt li jwettaq il-ħidma tiegħu, l-Ombudsman tal-Pazjenti għandu d-dritt li:

  • jeżamina kull każ fuq il-post (anke mingħajr avviż minn qabel);
  • jitlob kjarifiki u s-sottomissjoni ta’ fajls f’kull każ immexxi mill-awtoritajiet inkwistjoni;
  • jitlob informazzjoni dwar il-progress f’każ immexxi mill-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u aġenziji oħra ta’ infurzar tal-liġi, u jitlob li l-faljs jiġu sottomessi għal spezzjoni lill-Uffiċċju tal-Ombudsman tal-Pazjenti wara li l-proċedimenti jkunu ġew kompletati u d-deċiżjoni tkun ittieħdet;
  • iqabbad esperti u jitlob għal opinjonijiet oħra.

Meta jieħu l-każ, l-Ombudsman jista’:

  • jispjega lir-rikorrenti li ma hemm ebda ksur tad-drittijiet ta’ pazjent;
  • jistieden awtorità, organizzazzjoni jew istituzzjoni li l-azzjoni tagħha tkun ġiet misjuba li kisret id-drittijiet tal-pazjent sabiex tirrimedja għall-ksur inkwistjoni;
  • jitlob l-awtorità li tissorvelja l-korp imsemmi hawn fuq biex tapplika l-miżuri previsti mil-liġi;
  • jitlob li l-proċedimenti jkunu istitwiti u li jieħu sehem fi kwalunkwe proċedimenti ċivili pendenti.

Jekk l-Ombudsman tal-Pazjenti iqis li huwa neċessarju li strument regolatorju dwar id-drittijiet ta’ pazjenti jiġi emendat jew adottat, hu jista’ jagħmel talba għal dak il-għan lill-awtoritajiet kompetenti.

L-Ispettur Ġenerali għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali (“Generalny Inspektor Ochrony Danych Osobowych”)

Indirizz: ul. Stawki 2, 00-193 Warsaw

L-Ispettur Ġenerali huwa l-korp kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta personali.

Meta d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (“ustawa o ochronie danych osobowych”) jkunu ġew miksura, is-suġġett tad-dejta jista’ jressaq ilment quddiem l-Ispettur Ġenerali.

Il-proċedimenti amministrattivi mmexxija mill-Ispettur-Ġenerali jikkonsistu fl-eżami tal-ipproċessar ta’ dejta personali tar-rikorrent.

Meta jkunu qed imexxu l-proċedimenti, l-Ispettur Ġenerali, id-Deputat Spettur Ġenerali u l-persunal awtorizzat ikollhom d-dritt li:

  • jidħlu fil-post fejn tkun tinsab is-sistema tal-fajling tad-dejta kif ukoll fil-post fejn tiġi pproċessata d-data, u li jwettqu l-verifiki neċessarji;
  • jitolbu kjarifiki u jsejħu u jinterrogaw individwi sabiex jistabbilixxu l-fatti;
  • jispezzjonaw kwalunkwe dokument u dejta relatati direttament mas-suġġett tal-ispezzjoni u jagħmlu kopji tagħhom;
  • jispezzjonaw it-tagħmir, il-midja u s-sistemi tal-IT użati biex jipproċessaw id-dejta;
  • iqabbdu esperti u jitolbu għal opinjonijiet oħra.

Wara li jmexxi l-proċedimenti, l-Ispettur Ġenerali - meta r-regolamenti jinstabu li ġew miksura - joħroġ deċiżjoni li tordna li l-konformità tiġi stabbilità mill-ġdid, inkluż:

  • li jintemmu l-irregolaritajiet;
  • li tiġi supplimentata, aġġornata jew rettifikata dejta personali, b’mod li jagħmluha disponibbli jew li jastjenu milli jagħmlu dan;
  • li jittieħdu miżuri addizzjonali biex jipproteġu dejta personali;
  • li ma jitkomplix t-trasferiment ta’ dejta personali lejn pajjiż terz;
  • l-iżgurar ta’ dejta jew it-trasferiment tagħha lil korpi oħra;
  • it-tħassir ta’ dejta personali.

Minkejja dak li ntqal hawn fuq, abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-eżami tal-każ, l-Ispettur Ġenerali, ex officio, jiddeċiedi jekk għandux jeżerċita s-setgħat li ġejjin:

  • li tintbagħat ittra lill-korp li huwa kkonċernat bl-ilment;
  • li jitlob li tiġi istitwita azzjoni dixxiplinari jew azzjoni oħra skont il-liġi kontra l-awturi ta’ ksur;
  • li jinnotifika aġenzija tal-infurzar tal-liġi bir-reat issuspettat.

Jekk l-Ispettur Ġenerali iqis li huwa neċessarju li strument regolatorju dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali jiġi emendat jew adottat, hu jista’ jagħmel talba għal dak il-għan lill-awtoritajiet kompetenti.

Il-Gvern Plenipotenzjarju għat-Trattament Indaqs (“Pełnomocnik Rządu ds. Równego Traktowania”)

Indirizz: Al. Ujazdowskie 1/3, 00-583 Warsaw

Il-Plenipotenzjarju huwa l-korp tal-gvern responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ politiki marbutin mat-trattament indaqs u n-nondiskriminazzjoni.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq ilment, rikors jew petizzjoni lill-Plenipotenzjarju.

Ma jsir ebda ħlas għall-preżentazzjoni ta’ lment, rikors jew petizzjoni.

Jekk il-fatt ta’ rispons għal dak imsemmi hawn fuq jirrikjedi l-eżami minn qabel u l-kjarifikazzjoni tal-fatti tal-każ, il-Plenipotenzjarju jiġbor l-evidenza meħtieġa. Għal dak il-għan, huwa jista’ jitlob li awtoritajiet oħra jipprovdu l-evidenza u l-kjarifiki meħtieġa.

L-ilment, ir-rikors jew il-petizzjoni għandhom jiġu pproċessati mingħajr dewmien żejjed:

  • fi żmien xahar fil-każ ta’ ilment jew rikors;
  • fi żmien tlett xhur fil-każ ta’ petizzjoni.

Il-Plenipotenzjarju jinforma lir-rikorrent dwar il-mod li bih ġie pproċessat il-każ.

Fil-każ li jiġi kkonstatat ksur tal-prinċipju ta’ trattament indaqs, il-Plenipotenzjarju jieħu miżuri sabiex jitneħħew jew jittaffew l-effetti ta’ tali ksur.

Jekk il-Plenipotenzjarju jqis li huwa neċessarju li strument regolatorju dwar it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni jiġi emendat jew adottat, huwa jista’ jagħmel talba għal dak il-għan lill-awtoritajiet kompetenti.

Il-Gvern Plenipotenzjarju għal Persuni b’Diżabilità (Pełnomocnik Rządu ds. Osób Niepełnosprawnych)

Il-Plenipotenzjarju jeżerċita superviżjoni sostantiva fit-twettiq ta’ kompiti li jirriżultaw mir-Riabilitazzjoni Soċjali u Okkupazzjonali u l-Impjiegi (Persuni b’Diżabilità) (ustawa o rehabilitacji zawodowej i społecznej oraz zatrudnianiu osób niepełnosprawnych).

Il-Plenipotenzjarju jissorvelja l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ diżabilità u d-determinazzjoni tal-grad ta’ diżabilità.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq ilment, rikors jew petizzjoni lill-Plenipotenzjarju.

Jekk il-fatt ta’ rispons għal dak imsemmi hawn fuq jirrikjedi l-eżami minn qabel u l-kjarifikazzjoni tal-fatti tal-każ, il-Plenipotenzjarju jiġbor l-evidenza meħtieġa. Għal dak il-għan, huwa jista’ jitlob li awtoritajiet oħra jipprovdu l-evidenza u l-kjarifiki meħtieġa.

L-ilment, ir-rikors jew il-petizzjoni għandhom jiġu pproċessati mingħajr dewmien żejjed:

  • fi żmien xahar fil-każ ta’ ilment jew rikors;
  • fi żmien tlett xhur fil-każ ta’ petizzjoni.

Il-Plenipotenzjarju jinforma lir-rikorrent dwar il-mod li bih ġie pproċessat il-każ.

Jekk, fi ħdan il-qafas ta’ superviżjoni, il-Plenipotenzjarju jsib li hemm dubju raġonevoli dwar jekk deċiżjoni tirriflettix l-fatti tal-każ jew li deċiżjoni tista’ tkun ingħatat b’mod illegali, huwa jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti sabiex:

  • tannulla d-deċiżjoni;
  • terġa’ tissokta bil-proċedimenti.

KORPI SPEĊJALIZZATI OĦRAJN

Il-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir (“Krajowa Rada Radiofonii i Telewizji”)

Indirizz: Skwer kard. S. Wyszyńskiego 9, 01-015 Warsaw

Il-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir jissalvagwardaw il-libertà tal-espressjoni fir-radju u fit-televiżjoni, jipproteġi l-awtonomija ta’ fornituri ta’ servizzi tal-midja u l-interess pubbliku u jiżgura n-natura miftuħa u pluralista tar-radju u t-televiżjoni.

Kulħadd għandu d-dritt li jressaq ilment, rikors jew petizzjoni lill-Kunsill.

Ma jsir ebda ħlas għall-preżentazzjoni ta’ lment, rikors jew petizzjoni.

Meta l-ilment ikun jikkonċerna xandira partikolari, l-ilmentatur għandu jispeċifika l-ħin u d-data tax-xandira, l-isem tal-kanal u t-titolu tax-xandira (jew kwalunkwe tagħrif ieħor li jippermetti li x-xandara li jkunu s-suġġett tal-ilment jiġu identifikati).

Il-President tal-Kunsill jista’ jitlob li l-fornitur ta’ servizzi tal-midja jipprovdi xi evidenza, dokumenti u kjarifiki, meħtieġa sabiex jiġi vverifikat jekk il-fornitur ikunx aġixxa f’konformità mal-liġi.

L-ilment, ir-rikors jew il-petizzjoni għandhom jiġu pproċessati mingħajr dewmien żejjed: fi żmien xahar fil-każ ta’ ilment jew rikors u fi żmien tlett xhur fil-każ ta’ petizzjoni.

Il-Kunsill għandu jinforma lir-rikorrent dwar il-mod li bih ġie pproċessat il-każ.

Il-President tal-Kunsill jista’ jitlob li l-fornitur ta’ servizzi tal-midja ma jibqax iforni servizzi tal-midja fejn dawn ikunu bi ksur tal-liġi.

F’ċerti każijiet, il-President tal-Kunsill jista’ jimponi penali finanzjarja fuq il-fornitur tas-servizzi tal-midja.

L-aħħar aġġornament: 23/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Drittijiet fundamentali - Portugall

Il-Qrati Nazzjonali

Jekk jinkisru d-drittijiet fundamentali tagħhom, iċ-ċittadini jistgħu jressqu l-kwistjoni quddiem il-qrati. Il-qrati Portugiżi (il-qrati ċivili u dawk amministrattivi) huma responsabbli għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja, għas-salvagwardja tad-drittijiet protetti legalment u tal-interessi taċ-ċittadini, għall-projbizzjoni tal-ksur tal-istat tad-dritt demokratiku u għas-soluzzjoni ta' tilwim pubbliku jew privat (l-Artikolu 202 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża).

Il-Qorti Kostituzzjonali għandha responsabbiltà partikolari għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fi kwistjonijiet legali u kostituzzjonali. Meta l-appelli ordinarji jkunu ġew eżawriti (l-Artikoli 70/2 u 72 tal-Liġi Organika tal-Qorti Kostituzzjonali), il-parti li, matul il-proċedimenti, invokat in-nuqqas ta' kostituzzjonalità ta' liġi li kienet ġiet applikata, hija intitolata li tappella quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġna fuq Sistemi Ġudizzjarji fl-Istati Membri - il-Portugall

Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

  • Ombudsman (O Provedor de Justiça)

Flimkien mal-funzjonijiet deskritti hawn taħt, sa mill-1999 l-Ombudsman Portugiż għandu r-rwol ta' Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, akkreditat bi "Status A" mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti talli jikkonforma bis-sħiħ mal-Prinċipji ta' Pariġi.

Għaldaqstant, il-ħidma tal-Ombudsman tinkludi l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, billi jagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet ta' dawk li huma l-aktar vulnerabbli abbażi tal-età jew tad-diżabilità psikomotorja: tfal, anzjani u persuni b'diżabilità.

L-ilmenti jitressqu u jiġu pproċessati skont il-proċedura msemmija fit-taqsima dwar l-Ombudsman.

Ombudsman (O Provedor de Justiça)

L-Ombudsman hija l-entità statutorja li l-kompitu tagħha huwa li "jiddefendi u jippromwovi d-drittijiet, il-libertajiet, il-garanziji u l-interessi leġittimi taċ-ċittadini" (l-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 9/91 tad-9 ta' April 1991 u l-emendi tagħha) li jistgħu jinkisru indebitament fir-relazzjonijiet taċ-ċittadini mal-awtoritajiet pubbliċi. Meta dawn ma jkollhom l-ebda għażla oħra, minħabba li jew il-mezzi kollha ta' appell (amministrattivi u / jew ġudizzjarju) jkunu ġew eżawriti jew minħabba li l-limitu ta' żmien għal appell ikun skada, huma jistgħu jikkuntattjaw lill-Ombudsman u jippreżentaw l-ilment tagħhom mingħar ħlas, filwaqt li jistabbilixxu r-raġunijiet għall-pożizzjoni tagħhom.

Kif ġie nnutat hawn fuq, fil-Portugall, l-Ombudsman huwa wkoll l-Istituzzjonali Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem bir-rwol ta' Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni.

Kien f'Mejju tal-2013 li l-Kunsill tal-Ministri ddeċieda li jassenja lill-Ombudsman ir-rwol ta' Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti Ieħor. Għaldaqstant, l-Ombudsman huwa responsabbli għat-twettiq ta' żjarat ta' spezzjoni f'postijiet ta' reklużjoni - ħabsijiet, kliniki, sptarijiet psikjatriċi, ċentri għall-edukazzjoni tal-minorenni, eċċ. - għas-sorveljanza tal-kwalità tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-persuni mċaħħda mil-libertà, għall-verifika ta' jekk id-drittijiet fundamentali tal-priġunieri humiex imħarsa (inkluż, fejn possibbli, id-dritt għall-privatezza u l-kuntatt leġittimu ma' qraba u rappreżentanti legali) u għall-iżgurar tal-eżistenza (jew xorta oħra) ta' programmi terapewtiċi individwali.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati lill-Ombudsman b'ittra, b'fax jew b'posta elettronika. Fuq is-sit web hija disponibbli wkoll forma elettronika għaċ-ċittadini. L-ilmenti jistgħu jsiru wkoll bit-telefon jew jiġu ppreżentati personalment fl-Uffiċċju tal-Ombudsman jew fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku.

Mhux il-komunikazzjonijiet kollha li jirċievi l-Ombudsman huma lmenti attwali – ta' spiss dawn ikunu spjegazzjonijiet anonimi, talbiet sempliċi għall-informazzjoni u pariri legali jew dikjarazzjonijiet ġenerali dwar kwistjonijiet speċifiċi. Dawn ma jistgħu jingħataw l-ebda segwitu.

L-ilmenti jagħtu lok għal proċedura (mhux neċessarjament waħda ġdida, peress li l-ilmenti li jikkonċernaw kwistjonijiet simili jistgħu jiġu ttrattati fi proċedura waħdanija għal raġunijiet ta' ħeffa u ekonomija proċedurali) li hija investigata kif xieraq. Fi kliem ieħor, isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-fatti, pereżempju billi tinstema' l-entità li kontriha jkun sar ilment u saħansitra billi jinstema' l-ilmentatur innifsu, li jista' jitlob ukoll smigħ mal-Ombudsman.

Fit-tmiem ta' din il-proċedura, l-ilmenti jistgħu jwasslu għal rakkomandazzjonijiet, suġġerimenti, rimarki u modi alternattivi oħra ta' rikonċiljazzjoni ta' interessi konfliġġenti u jistgħu jwasslu wkoll għal talbiet biex tiġi riveduta l-kostituzzjonalità jew il-legalità.

Minbarra li jwieġeb l-ilmenti miċ-ċittadini, l-Ombudsman jista' jiftaħ proċeduri fuq inizjattiva tiegħu stess sabiex jinvestiga sitwazzjonijiet li nġiebu għall-attenzjoni tiegħu bi kwalunkwe mezz u li jaqgħu fi ħdan il-mandat tiegħu.

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

  • Organizzazzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal

Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tad-Drittijiet u l-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Comissão Nacional de Promoção dos Direitos e Proteção das Crianças e Jovens - CNPDPCJ)

Is-CNPDPCJ tikkoordina l-azzjoni tal-entitajiet pubbliċi u privati kollha, strutturi u programmi ta' intervent fil-promozzjoni tad-drittijiet u l-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ. Din toħroġ rakkomandazzjonijiet u timmonitorja, tappoġġja u tissorvelja l-ħidma tal-Kumitati tal-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ (Comissões de Proteção de Crianças e Jovens - CPCJ) fil-pajjiż kollu.

Is-CPCJs huma istituzzjonijiet uffiċjali mhux ġudizzjarji b'awtonomija funzjonali li l-għan tagħhom huwa li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ u jipprevjenu jew iwaqqfu sitwazzjonijiet li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà, is-saħħa, it-taħriġ, l-edukazzjoni jew l-iżvilupp globali tagħhom. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministério Público - MP) jimmonitorja l-ħidma tal-Kumitati tal-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ u jivvaluta l-leglità u l-mertu tad-deċiżjonijiet tagħhom, filwaqt li, fejn ikun meħtieġ, jeżerċita reviżjoni ġudizzjarja.

Il-kumitati joperaw f'modalità plenarja u f'modalità ristretta. Il-kumitat plenarju huwa responsabbli għall-azzjonijiet ta' implimentazzjoni sabiex jiġu promossi d-drittijiet u jiġu evitati sitwazzjonijiet perikolużi għat-tfal u ż-żgħażagħ.

Il-kumitat ristrett jintervjeni f'sitwazzjonijiet li fihom tfal jew żgħażagħ ikunu fil-periklu, b'mod partikolari billi: jagħti attenzjoni lill-persuni li jersqu lejn il-kumitat tal-protezzjoni u jagħtihom pariri; iwettaq valutazzjoni preliminari ta' sitwazzjonijiet li l-kumitat tal-protezzjoni huwa konxju dwarhom u jinvestiga każijiet; jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-miżuri ta' promozzjoni u ta' protezzjoni u jimmonitorjahom u jirrevedihom (ħlief għall-miżuri li jinvolvu approvazzjoni ta' persuna magħżula għall-adozzjoni jew tal-istituzzjoni tal-adozzjoni).

Proċessar tal-ilmenti:

Kulħadd jista' jikkomunika informazzjoni dwar sitwazzjoni perikoluża direttament lill-CPCJ b'ittra, bit-telefon, b'fax jew b'posta elettronika, jew personalment fl-uffiċċji tal-kumitati. Il-kumitati tal-protezzjoni huma responsabbli għaż-żona muniċipali li fihom huma jkunu jinsabu. Ikklikkja hawn biex tara l-lista ta' kuntatti tal-Kumissjonijiet tal-Protezzjoni skont iż-żona li fiha jgħix / tgħix it-tifel / it-tifla. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnpcjr.pt/search.asp

L-intervent tas-CPCJ jirrikjedi l-kunsens u l-ftehim tal-ġenituri u jista' jwassal għall-implimentazzjoni tal-miżuri li ġejjin:

  • Appoġġ lill-ġenituri;
  • Appoġġ lill-membru ieħor tal-familja;
  • Għoti ta' tutela lil persuna xierqa;
  • Appoġġ għal ħajja indipendenti;
  • Kura f'familja tar-rispett;
  • Tqegħid f'istituzzjoni.

Il-miżuri ta' promozzjoni u ta' protezzjoni jitwettqu fl-ambjent ta' għajxien normali jew fuq bażi ta' tqegħid, skont in-natura tagħhom.

  • Korpi tal-Ugwaljanza

Il-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Comissão para a Cidadania e a Igualdade de Género - CIG)

Il-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi hija l-entità nazzjonali responsabbli għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Din taħdem fl-oqsma li ġejjin: l-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza; l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; il-protezzjoni tal-maternità u l-paternità; il-promozzjoni tal-mezzi li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fl-oqsma differenti tal-ħajja; ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, tal-ħajja privata u tal-familja tan-nisa u l-irġiel; il-ġlieda kontra l-vjolenza domestika u dik ibbażata fuq is-sess u t-traffikar tal-bnedmin u l-appoġġ lill-vittmi.

Is-CIG hija servizz ċentrali taħt l-amministrazzjoni diretta tal-Istat u għandha awtonomija amministrattiva. Din hija parti mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri u taqa' taħt l-awtorità tas-Segretarju tal-Istat għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza.

B'mod partikolari, din hija responsabbli li tirċievi lmenti dwar każijiet ta' diskriminazzjoni jew vjolenza bbażata fuq is-sess u tippreżentahom, fejn xieraq, toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti u lill-entitajiet involuti.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti dwar każijiet ta' diskriminazzjoni jew vjolenza bbażata fuq is-sess jaslu għand is-CIG bil-posta elettronika, permezz tal-paġna ta' Facebook tal-Kummissjoni u bil-miktub.

L-ilmenti li jaslu huma analizzati u kklassifikati mis-servizzi interni, li jwieġbu direttament lill-ilmentatur bl-istess mod. Jistgħu jintbagħtu opinjonijiet u / jew rakkomandazzjonijiet lill-entitajiet ikkonċernati u / jew il-każijiet jistgħu jiġu riferuti lill-awtoritajiet kompetenti (pereżempju l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, ASAE (Autoridade de Segurança Alimentar e Económica - Awtortità dwar is-Sigurtà tal-Ikel u dik Ekonomika), ERC (Entidade Reguladora para a Comunicação Social - Awtorità Regolatorja għall-Midja) b'kopja lill-entitajiet involuti.

Kummissjoni Għolja għall-Migrazzjoni (Alto Comissariado para as Migrações - ACM)

[Kummissjoni għall-Ugwaljanza u Kontra d-Diskriminazzjoni Razzjonali (Comissão para a Igualdade e Contra a Discriminação Racial - CICDR)]

Il-Kummissjoni Għolja għall-Migrazzjoni (ACM) hija istituzzjoni pubblika li timplimenta politiki pubbliki dwar il-migrazzjoni. Ir-rwol tagħha huwa li tiġġieled il-forom kollha ta' diskriminazzjoni bbażata fuq il-kulur, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika jew ir-reliġjon. Din hija responsabbli li tirċievi informazzjoni relatata ma' prattiki diskriminatorji u li tikkoordina l-operat tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u Kontra d-Diskriminazzjoni Razzjali (CICDR).

Is-CICDR hija entità konsultattiva indipendenti tal-ACM li tispeċjalizza fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni razzjali. L-għan tagħha huwa li tipprevjeni u tipprojbixxi d-diskriminazzjoni razzjali fil-forom kollha tagħha u li tikkagista atti li jiksru d-drittijiet fundamentali jew jirrestrinġu jew jipprevjenu l-eżerċitar tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali minn awtorità pubblika, persuna ta' servizz jew persuna fiżika minħabba li jappartjenu għal razza, kulur, nazzjonalità jew etniċità partikolari.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jintbagħtu lill-ACM jew direttament lis-CICDR b'ittra, b'fax, b'posta elettronika jew b'elefonata. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola elettronika għall-ilmenti hija disponibbli wkoll fuq is-sit web tas-CICDR.

Il-Kummissarju Għoli jibgħat l-ilment lill-Ispettorat Ġenerali tal-Ministeru kompetenti, li jrid jippreżenta rapport wara li jkun fittex li jistabbillixxi l-verità tal-fatti allegati. Ir-rapport huwa ppreżentat lill-Kumitat Permanenti tal-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u Kontra d-Diskriminazzjoni Razzjali, li joħroġ opinjoni konsultattiva. Il-Kummissarju Għoli għall-Migrazzjoni jieħu deċiżjoni fuq dik il-bażi. Id-deċiżjoni tista' tinkludi l-impożizzjoni ta' multa ta' mhux aktar minn ħames pagi minimi għall-persuni fiżiċi u ta' mhux aktar minn 10 pagi minimi għall-entitajiet / kumpaniji pubbliċi.

Il-Kummissjoni żżomm rekord tal-prattika tal-atti diskriminatorji u tal-penali korrispondenti imposti. Din tagħmel il-ksur tal-liġi disponibbli għall-pubblika bl-għan li tiskoraġġixxi tali atti u tqajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza u nuqqas ta' diskriminazzjoni.

  • Korp tal-Protezzjoni tad-Data

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data (Comissão Nacional de Proteção de Dados - CNPD)

Is-CNPD hija entità amministrattiva indipendenti taħt id-direzzjoni tal-Assemblea tar-Repubblika. Ir-rwol tagħha huwa li timmonitorja u tissorvelja l-ipproċessar tad-data personali f'konformità sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet u l-garanziji previsti fil-Kostituzzjoni u l-liġi. Il-Kummissjoni hija l-Awtorità Nazzjonali għall-Monitoraġġ ta' Data Personali. Is-CNPD tikkoopera mal-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-protezzjoni tad-data ta' Stati oħra biex tipproteġi u tħares id-drittijiet tal-persuni li jgħixu barra mill-pajjiż.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti u l-applikazzjonijiet minn individwi li jikkonċernaw ksur tad-data personali għandhom jiġu indirizzati bil-miktub lis-CNPD. L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati wkoll b'mod elettroniku permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola fuq is-sit web tas-CNPD. Iridu jiġu pprovduti l-isem, l-indirizz u l-firma tal-awturi tagħhom.

Ladarba jkun ġie rreġistrat ilment, dan jiġi investigat u ppreżentat għal valutazzjoni minn qabel minn membru tas-CNPD. Meta l-kwistjoni mqajma ma taqax taħt il-mandat tas-CNPD jew meta ma jkunx possibbli li tinħareġ deċiżjoni minħabba n-natura tad-dikjarazzjoni tal-individwu, din tista' tiġi vvalutata jew tintbagħat b'mod ġust mill-membru li din ġiet assenjata lilu.

Id-deċiżjonijiet tas-CNPD huma adottati mill-maġġoranza, huma vinkolanti u huma soġġetti għal ilment u appell.

  • Korpi Speċjalizzati oħrajn

L-Istitut Nazzjonali għal Riabilitazzjoni, IP (Instituto Nacional para a Reabilitação, IP - INR, I.P.)

L-Istitut Nazzjonali għal Riabilitazzjoni, I.P. huwa istituzzjoni pubblika integrata li attwalment jaqa' taħt l-awtorità tal-Ministeru tax-Xogħol, is-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali, b'awtonomija amministrattiva u assi proprji. L-istitut jaħdem biex jiżgura opportunitajiet indaqs, jiġġieled id-diskriminazzjoni u jagħti s-setgħa lill-persuni b'diżabilità billi jippromwovi d-drittijiet fundamentali tagħhom.

L-INR, I.P. jista' jirċievi lmenti dwar diskriminazzjoni bbażata fuq id-diżabilità prevista fl-Att ta' Diskriminazzjoni. Id-diskriminazzjoni titqies li hija kwalunkwe att li jikser dritt fundamentali jew li jiċħad jew jirrestriniġi l-eżerċitar ta' kwalunkwe dritt minn persuna, minħabba kwalunkwe diżabilità.

Proċessar tal-ilmenti:

Sabiex tinbeda l-proċedura tal-ilmenti, għandha tintbagħat deskrizzjoni sħiħa tas-sitwazzjoni meqjusa diskriminatorja lill-Istitut. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola tal-ilmenti hija disponibbli fuq is-sit web u tista' tintbagħat b'posta elettronika.

L-ilment irid jidentifika l-ilmentatur (l-isem sħiħ, in-numru tal-ID jew in-numru tal-kard, in-numru tal-kontribwent, l-indirizz sħiħ, it-telefon jew dettalji ta' kuntatt oħrajn taċ-ċittadin) u jagħti deskrizzjoni ċara tal-fatti kollha. Dan irid jispeċifika x-xhieda billi jagħti l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom u dawn iridu jkunu sostnuti, sa fejn ikun possibbli, b'oġġetti, evidenza jew dokumenti li jixhdu l-okkorrenza tal-att diskriminatorju.

Wara li jiġi ppreżentat l-ilment, il-każ ser jintbagħat lill-awtorità amministrattiva kompetenti (spettorati ġenerali, awtoritajiet regolatorji jew entitajiet oħrajn kompetenti) b'setgħat ta' spezzjonar u / jew sanzjonar għall-fażi ta' qabel il-proċess li matulha ser tinġabar l-evidenza u wara dan il-każ jingħalaq jew inkella tiġi imposta multa (flimkien ma' kwalunkwe penali addizzjonali). Tintbagħat kopja tad-deċiżjoni lill-Istitut Nazzjonali għar-Riabilitazzjoni, I.P.

It-twettiq ta' att diskriminatorju huwa soġġett għall-ħlas ta' multa li tista' tvarja bejn ħames darbiet u 30 darba tal-valur tal-paga minima ggarantita kull xahar, skont jekk il-ksur jitwettaqx minn persuna fiżika jew ġuridika.

Skont is-severità tar-reat u l-ħtija tat-trasgressur, jistgħu jiġu imposti penali addizzjonali, bħalma huma l-ħtief ta' affarijiet personali, il-projbizzjoni milli wieħed iwettaq il-professjoni jew attivitajiet, iċ-ċaħda tad-dritt għas-sussidji jew il-benefiċċji mogħtija mill-awtoritajiet pubbliċi, l-għeluq ta' stabbilimenti u l-pubblikazzjoni tal-kundanni.

Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza fix-Xogħol u l-Impjiegi (Comissão para a Igualdade no Trabalho e no Emprego - CITE)

Is-CITE hija entità kolleġġjali tripartitiku u ekwilaterali b'awtonomija amministrattiva u personalità legali. Din tippromwovi l-ugwaljanza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fil-post tax-xogħol, fl-impjiegi u t-taħriġ vokazzjonali u tikkoopera fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-obbligi skont il-ftehimiet f'dan il-qasam, kif ukoll obbligi relatati mal-protezzjoni tal-paternità u r-rikonċilazzjoni tal-ħajja professjonali mal-ħajja tal-familja u dik privata fis-settur privat, is-settur pubbliku u s-settur kooperattiv.

Fost il-kompiti ewlenin tagħha, din tivvaluta l-ilmenti li jiġu ppreżentati lilha jew sitwazzjonijiet li hija konxja dwarhom li jindikaw ksur tad-dispożizzjonijiet legali dwar l-ugwaljanza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fuq il-post tax-xogħol, fl-impjieg u fit-taħriġ vokazzjonali. Din taħdem ukoll biex tiżgura l-protezzjoni tal-paternità u r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja professjonali mal-familja u l-ħajja privata u tipprovdi informazzjoni u għajnuna legali f'dan ir-rigward.

Proċessar tal-ilmenti:

Kulħadd jista' jippreżenta lment dwar reklamar tal-impjiegi u metodi oħrajn tar-reklutaġġ tal-impjegati li ma jiggarantixxux id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-impjiegi.

Kull ħaddiem jista' jippreżenta lment f'każ ta' diskriminazzjoni bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għall-impjieg, fix-xogħol u fit-taħriġ vokazzjonali.

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati lill-Ombudsman b'ittra, b'fax jew b'posta elettronika. Dawn jistgħu jsiru wkoll bit-telefon permezz tan-numru bla ħlas  800 204 684 jew jiġu ppreżentati fil-bini tas-CITE b'appuntament minn qabel – telefon 21 780 37 09

Is-CITE tintalab tirrapporta l-opinjonijiet li jikkonfermaw jew jindikaw l-eżistenza ta' prattiki tax-xogħol li huma diskriminatorji abbażi tas-sess lis-servizz responsabbli għall-ispezzjoni tax-xogħol (l-Awtorità għall-Kundizzjonijiet tax-Xogħol), li jista' jiftaħ proċedimenti amministrattivi ta' reati kif deskritt hawn taħt.

Awtorità għall-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (Autoridade para as Condições do Trabalho - ACT)

L-Awtorità għall-Kundizzjonijiet tax-Xogħol hija servizz tal-Istat li l-għan tagħha huwa li tippromwovi t-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-Portugall kontinentali billi timmonitorja l-konformità mar-Regolamenti tax-xogħol fil-kunest ta' relazzjonijiet privati tax-xogħol u tippromwovi s-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fis-setturi privati kollha.

Din timmonitorja wkoll il-konformità mal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali fis-setturi kollha u fid-dipartimenti u l-entitajiet ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika (diretti, indiretti u lokali), inklużi l-istituti u l-proċeduri pubbliċi għall-għoti ta' servizzi personsalizzati jew fondi pubbliċi.

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-faċilitajiet jew in-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-ACT, inklużi: il-kundizzjonijiet tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; kuntratti ta' impjiegi b'terminu fiss; inugwaljanza u diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol; l-istazzjonar tal-ħaddiema; it-tul ta' żmien u l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol; ir-rappreżentazzjoni kollettiva tal-ħaddiema; xogħol mhux iddikjarat jew irregolari; xogħol temporanju; xogħol mill-immigranti.

Proċessar tal-ilmenti:

Kwalunkwe ħaddiem, impjegat, rappreżentant jew parti interessata oħra tista' tippreżenta lment billi timla' l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika disponibbli fuq is-sit web tal-ACT.

Meta fl-eżerċitar tad-dmrijiet tiegħu jew tagħha, l-ispettorat tax-xogħol jivverifika jew jagħti prova b'mod personali u dirett (anke wara l-avveniment) ta' kwalunkwe ksur tar-regoli punibbli b'multa, jitħejja rapport. Fir-rigward ta' ksur li għalih ma tingħatax prova b'mod personali, l-ispettorat tax-xogħol iħejji rapport tal-inċident sostnut bl-evidenza disponibbli u l-ismijiet ta' mill-inqas żewġ xhieda.

Wara li jitħejja r-rapport, l-akkużat jiġi nnotifikat u jingħata perjodu ta' 15-il jum li fih huwa għandu jħallas il-multa b'mod volontarju, jippreżenta tweġiba bil-miktub flimkien ma' kwalunkwe dokument ta' sostenn u lista tax-xhieda jew jidher personalment biex jinstema'.

Il-limitu taż-żmien għat-tlestija tal-investigazzjoni huwa ta' 60 jum, li jista' jiġi estiż għal perjodi ugwali f'każijiet sostanzjati b'mod xieraq.

Reati amministrattivi serji ħafna jew ripetizzjonijiet ta' reati amministrattivi serji mwettqa intenzjonalment jew b'negliġenza serja jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta' penali addizzjonali. F'każ ta' ripetizzjoni tar-reati amministrattivi msemmija hawn fuq, jistgħu jiġu imposti aktar penali addizzjonali, pereżempju projbizzjoni temporanja fuq it-twettiq tal-attivitajiet, l-irtirar tad-dritt li wieħed jieħu sehem f'irkantijiet jew offerti pubbliċi, jew il-publikazzjoni tas-sentenza, filwaqt li jitqiesu l-effetti ta' detriment fuq l-impjegati jew il-benefiċċju ekonomiku rtirat mill-impjegat.

Jekk ikun għadu possibbli, meta r-reat jikkonsisti mill-ommissjoni ta' dmir, il-ħlas tal-multa ma jeżentax lit-trasgressur milli jikkonforma mad-dmir. Jekk ir-reat jirriżulta min-nuqqas ta' ħlas tal-ammonti, l-ACT tista', flimkien mal-multa, tiddeċiedi li l-ammonti dovuti lill-ħaddiema jridu jitħallsu fi ħdan il-limitu ta' żmien għall-ħlas tal-multa.

Aġenzija Portugiża għall-Ambjent (Agência Portuguesa do Ambiente - APA)

Il-kompitu tal-Aġenzija Portugiża għall-Ambjent huwa li tipproponi, tiżviluppa u timmonitorja l-immaniġġjar integrat u parteċipattiv tal-politiki ambjentali u tal-iżvilupp sostenibbli b'koordinazzjoni ma' politiki settorjali oħra u b'kollaborazzjoni ma' entitajiet pubbliċi u privati li qegħdin jaħdmu favur l-istess għan. Din taħdem għal livell għoli ta' protezzjoni u titjib ambjentali u għall-għoti ta' servizzi ta' kwalità għolja liċ-ċittadini. Din hija wkoll l-awtorità nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sistema dwar ir-responsabbiltà ambjentali.

Ħsara ambjentali tinkludi: (i) ħsara lil speċijiet protetti u lil ħabitats naturali; (ii) ħsara lill-ilma; (iii) ħsara lill-art.

Osservazzjonijiet li jikkonċernaw ħsara ambjentali jew theddida imminenti ta' tali ħsara jistgħu jiġu ppreżentati lill-Aġenzija u tista' ssir talba biex tittieħed azzjoni. Il-persuna li tippreżenta l-osservazzjoni għandha tippreżenta wkoll kwalunkwe data rilevanti jew interventi għad-dispożizzjoni tagħha.

Proċessar tal-ilmenti:

Kwalunkwe individwu / parti interessata jista' / tista' jibgħat / tibgħat talba bil-posta jew bil-posta elettronika. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola elettronika għall-ilmenti hija disponibbli wkoll fuq is-sit web tal-Aġenzija.

L-awtorità kompetenti teżamina t-talba għal azzjoni u tinforma lill-partijiet interessati jekk din ġietx aċċettata jew miċħuda. Jekk l-awtorità kompetenti tikkonferma l-eżistenza ta' ħsara ambjentali u tilqa' t-talba tar-rikorrent, l-operatur jiġi avżat bit-talba għal azzjoni bl-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati.

Spettorat Ġenerali tal-Agrikoltura, il-Baħar, l-Ambjent u l-Ippjanar Spazjali (Inspeção-Geral da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território - IGAMAOT)

L-IGAMAOT huwa servizz ċentrali taħt amministrazzjoni diretta tal-Istat u huwa responsabbli għall-kontroll, l-awditjar u s-superviżjoni tad-dipartimenti u l-entitajiet fl-ambitu ta' attività tal-IGAMAOT, f'termini ta' amministrazzjoni, ġestjoni u missjoni. Fl-oqsma tar-regolamentazzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel, dan jimmonitorja l-appoġġ mill-fondi nazzjonali u tal-UE. Fl-oqsma tal-ambjent, l-ippjanar spazjali u l-konservazzjoni tan-natura, dan jiżgura monitoraġġ u valutazzjoni kontinwi tal-legalità.

Ix-xogħol tiegħu jkopri s-settur pubbliku u l-operaturi privati, kif ukoll iċ-ċittadini individwali fi kwistjonijiet relatati mal-leġiżlazzjoni ambjentali, l-ippjanar spazjali u l-konservazzjoni tan-natura u l-benefiċjarji ta' appoġġ nazzjonali jew Ewropew fl-agrikoltura u s-sajd.

L-IGAMAOT jirċievi lmenti dwar atti li jaqgħu taħt il-mandat tiegħu. Skont is-sitwazzjoni rrappurtata, dan jintervjeni fi kwistjonijiet tal-akbar riskju potenzjali flimkien mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

Proċessar tal-ilmenti:

L-IGAMAOT għandu "e-desk" fuq is-sit web tiegħu li permezz tiegħu jistgħu jiġu ppreżentati l-ilmenti billi timtela Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika b'deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni osservata flimkien mal-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-ilmentatur. L-ilmentatur jista' jitlob li dawn id-dettalji jibqgħu kunfidenzjali billi jimmarka l-kaxxa rispettiva fil-formola.

L-ilmenti, id-dikjarazzjonijiet u r-rapporti tal-inċidenti u talbiet oħra ppreżentati lill-IGAMAOT li jinkludu materjal li jista' jiġi eżaminat fil-kuntest ta' spezzjoni, ser iwasslu għall-ftuħ ta' proċedura amministrattiva speċifika mwettqa skont il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva.

It-talbiet anonimi mhumiex ser jiġu kkunsidrati ulterjorament, ħlief meta dawn ikunu ssostanzjati jew ddokumentati b'mod suffiċjenti.

Matul il-proċedura amministrattiva, l-IGAMAOT jistabbilixxi data ta' skadenza sabiex jitwieġbu t-talbiet tiegħu għall-informazzjoni jew biex tintbagħat informazzjoni mill-entitajiet ikkonċernati.

Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni, jistgħu jibqgħu jittieħdu passi mal-entitajiet ikkonċernati bl-għan li tinġabar informazzjoni kif ukoll evidenza li ser jippermettu li tingħata sentenza dwar jekk għandhiex titwettaq spezzjoni.

Ladarba l-każ ikun ġie eżaminat u mingħajr preġudizzju għar-rapport obbligatorju għal skopijiet kriminali, titfassal proposta motivata sabiex tiġi ppreżentata lill-Ispettorat Ġenerali, li jista' jiddeċiedi li jew jagħlaq il-każ, jimmonitorjah jew jieħu azzjoni straordinarja jew inkella li jirreferi l-kwistjoni lill-membru tal-Gvern responsabbli għall-IGAMAOT, li jiddeċiedi kif din għandha tiġi ttrattata.

Spettorat Ġenerali tas-Servizzi tal-Ġustizzja (Inspeção-Geral dos Serviços de Justiça - IGSJ)

L-IGSJ huwa servizz ċentrali tal-amministrazzjoni diretta tal-Istat, b'awtonomija amministrattiva, li l-kompitu tiegħu huwa li jivverifika, jispezzjona u jissorvelja l-entitajiet, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja jew soġġetti għall-monitoraġġ jew r-regolamentazzjoni tiegħu, inklużi s-servizzi tal-ħabs, bl-għan li jikkoreġi l-illegalitajiet jew l-irregolaritajiet u jottimizza l-funzjonament tas-servizzi.

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati rigward atti u ommissjonijiet li jitqiesu illegali, b'mod partikolari dewmien fl-għoti ta' servizz pubbliku; servizz ta' kwalità ħażina; imġiba inadegwata tal-impjegati jew l-aġenti; kundizzjonijiet ħżiena tal-bini; u, b'mod ġenerali, kwalunkwe irregolarità jew nuqqas fil-funzjonament tas-servizz.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ebda formalità speċjali b'wieħed mill-modi li ġejjin: personalment, bil-posta standard jew bit-telefon, b'fax jew b'posta elettronika. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola elettronika għal dan il-għan hija disponibbli fuq is-sit web tal-IGSJ.

L-ilmenti, ir-rapporti tal-inċidenti u d-dikjarazzjonijiet ippreżentati personalment lill-IGSJ jintlaqgħu mill-ispettur inkarigat għal dan l-għan.

L-ilmenti ppreżentati jiġu assenjati dejjem numru tal-każ. L-ilmentatur jiġi nnotifikat bin-numru tal-każ u jrid jirreferi għalih fi kwalunkwe kuntatt mal-IGSJ. Fejn ikun xieraq, l-ilment jista' jiġi kkombinat ma' spezzjoni kontinwa jew pendenti jew ma' proċess ta' awditu.

L-ilmentaturi jistgħu jitolbu informazzjoni mill-IGSJ dwar l-istatus tal-każ tagħhom bi kwalunkwe mezz u billi jikkwotaw in-numru tal-każ. Jekk l-ilment ġie ppreżentat permezz tas-sit web tal-IGSJ, il-progress tiegħu jista' jiġi ssorveljat permezz tal-password tal-aċċess li tkun ġiet iġġenerata meta saret il-preżentazzjoni elettronika.

L-ilmenti anonimi ser jiġu analizzati biss jekk id-dikjarazzjonijiet li saru jitqiesu koerenti u dettaljati. Mhi ser tingħata l-ebda informazzjoni lill-ilmentatur dwar l-eżitu ta' kwalunkwe investigazzjoni mwettqa u lanqas mhu ser ikun possibbli li tiġi aċċessata l-informazzjoni dwar l-istatus tal-każ rispettiv permezz tas-sit web tal-IGSJ, peress li l-aċċess għal din l-informazzjoni jiddependi fuq ir-reġistrazzjoni tal-utent.

Spettorat Ġenerali tal-Affarijiet Interni (Inspeção-Geral da Administração Interna - IGAI)

L-IGAI huwa servizz indipendenti għall-kontrol estern tal-attività tal-pulizija. Dan jaqa' taħt l-awtorità tal-Miniseru tal-Affarijiet Interni (Ministério da Administração Interna - MAI) u l-mandat tiegħu jinkludi s-servizzi u l-forzi kollha tas-sigurtà (GNR (Guarda Nacional Republicana - il-Gwardja Nazzjonali Repubblikana), PSP (Polícia de Segurança Pública - il-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika) u SEF (Serviço de Estrangeiros e Fronteiras - is-Servizz tal-Barranin u l-Fruntieri)) li jiddependu fuq dan il-Ministeru. Dan iwettaq awditjar ta' livell għoli, spezzjonijiet u superviżjoni ta' dawn l-entitajiet u jiddefendi d-drittijiet taċ-ċittadini, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bnedmin u ż-żamma tal-ordni pubblika.

Kwalunkwe persuna (Portuġiża jew barranija), gruppi ta' persuni, assoċjazzjonijiet, kumpaniji jew entitajiet korporattivi oħrajn jistgħu jippreżentaw ilment dwar atti u ommissjonijiet meqjusa illegali, b'mod partikolari lmenti relatati mal-ksur tad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini minn professjonisti tal-entitajiet taħt l-awtorità tal-MAI. Tali ksur jinkludi: dewmien fl-għoti ta' servizz pubbliku, servizz ta' kwalità ħażina, imġiba inadegwata tal-impjegati tas-servizz pubbliku jew impjegati oħrajn fi ħdan il-mandat tal-MAI, kundizzjonijiet ħżiena tal-bini u, b'mod partikolari, kwalunkwe irregolarità jew nuqqas fil-funzjonament tas-servizzi.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati mingħajr ebda formalità bil-posta standard, personalment jew bil-posta elettronika.

L-ilment għandu jagħti deskrizzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni osservata, jidentifika l-persuna responsabbli, jispeċifika d-data u l-post preċiżi (it-triq u n-numru tad-dar, il-parroċċa u l-muniċipalità) u, jekk possibbli, bl-appoġġ ta' mappa tal-lokalità tas-sitwazzjoni rrappurtata.

Jekk ma jkunx possibbli li tiġi ppreżentata evidenza fil-mument tar-rapport tal-inċident, din trid tiġi ppreżentata kemm jista' jkun malajr wara.

L-IGAI ser jiżgura li l-ilmenti kollha li jaqgħu fi ħdan il-mandat tiegħu, jiġu skrutinizzati kif xieraq u li l-ilmentaturi kollha identifikati jirċievu tweġiba għad-dikjarazzjonijiet tagħhom. L-IGAI jista' jintalab informazzjoni dwar l-istatus tal-każijiet billi jiġi kkwotat in-numru tal-każ.

L-ilmenti anonimi ser jiġu analizzati biss jekk id-dikjarazzjonijiet li saru jitqiesu koerenti u dettaljati.

Spettorat Ġenerali tal-Edukazzjoni u x-Xjenza (Inspeção-Geral da Educação e Ciência - IGEC)

L-IGEC jimmonitorja l-legalità u r-regolarità tal-atti mwettqa minn entitajiet, dipartimenti u aġenzija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni jew taħt l-awtorità tal-membru rispettiv tal-Gvern. Dan jimmonitorja, jivverifika u jissorvelja wkoll il-funzjonament tas-sistema edukattiva fl-edukazzjoni preskolastika u dik skolastika (primarja, sekondarja u ogħla). Il-mandat tiegħu jkopri forom speċjali ta' edukazzjoni, l-edukazzjoni barra mill-iskola, ix-xjenza u t-teknoloġija u l-entitajiet, id-dipartimenti u l-aġenziji tal-Ministeru.

L-ombudsman tal-IGEC jissorvelja, jiddefendi u jippromwovi d-drittijiet leġittimi u l-interessi taċ-ċittadini u l-imparzjalità u l-ġustizzja tas-sistema edukattiva. Ix-xogħol tiegħu jew tagħha jinvolvi l-analiżi u l-indirizzar tal-ilmenti mill-utenti u l-aġenti tas-sistema edukattiva u jista' jinvolvi investigazzjoni jew proċedura dixxiplinarja.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati b'ittra, b'fax jew b'posta elettronika. Qabel ma jiġi ppreżentat ilment mal-IGEC, l-utenti u l-aġenti tas-sistema edukattiva għandhom, kull meta jkun possibbli, jispjegaw is-sitwazzjoni lill-entitajiet kompetenti tar-raggruppament tal-iskola / tal-iskola mhux raggruppata, tal-istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla jew tal-entità / tas-servizz.

Ix-xogħol tal-Ombudsman jitwettaq mit-taqsimiet ta' spezzjoni territorjali tal-IGEC, li huma responsabbli għall-valutazzjoni tal-ilmenti ppreżentati mill-utenti u l-aġenti tas-Sistema Edukattiva u għad-determinazzjoni tal-proċedura meqjusa l-aktar xierqa sabiex dan jiġi ttrattat. Dan jista' jwettaq ukoll investigazzjoni preliminari li essenzjalment tfittex li tiddefinixxi s-suġġett tal-ilment u tistabbilixxi r-raġunijiet għall-ilment malajr u b'mod effiċjenti. Meta tali lmenti jirreletaw ma' kwistjonijiet fi ħdan il-kompetenza tal-kap tar-raggruppament tal-iskola / tal-iskola mhux raggruppata, l-ilmenti jiġu riferuti direttament lir-rettur / il-president / id-direttur tal-istituzzjoni / l-istabbiliment ta' edukazzjoni ogħla jew lid-direttur ġenerali tal-iskejjel, permezz tad-delegati tal-edukazzjoni reġjonali. L-ilmenti dwar l-entitajiet / is-servizzi edukattivi / tax-xjenza huma analizzati direttament mill-IGEC wara li jinstemgħu l-partijiet involuti.

L-ilmenti li jaslu fil-Kwartieri Ġenerali tal-IGEC jintbagħtu lit-taqsimiet ta' spezzjoni territorjali sabiex tiġi ddeterminata l-aktar proċedura adegwata.

Id-diretturi tar-raggruppamenti tal-iskejjel / tal-iskejjel mhux raggrupati u r-rettur/il-president / il-kap tal-istituzzjoni / -istabbiliment ta' edukazzjoni ogħla għandhom awtorità dixxiplinarja fuq l-għalliema u fuq il-persunal li ma jgħallimx kif ukoll fuq l-istudenti. Min-naħa l-oħra, id-direttur ġenerali tal-iskejjel, permezz tad-delegati tal-edukazzjoni reġjonali, għandu awtorità dixxiplinarja fuq l-entità amministrattiva u maniġerjali tar-raggruppamenti tal-iskejjel / tal-iskejjel mhux raggruppati.

Madankollu, l-Ispettur Ġenerali għandu s-setgħa li jiftaħ il-proċedura dixxiplinarja korrispondenti meta jiġi stabbilit li seħħew reati dixxiplinarji permezz ta' spezzjoni.

L-ilmenti li jaslu fil-Kwartieri Ġenerali jew fit-taqsimiet ta' spezzjoni territorjali dwar l-operat ta' setturi oħra tal-amministrazzjoni u / jew tal-azzjoni ta' entitajiet privati li ma jaqgħux taħt l-awtorità tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza jiġu riferuti lis-sevizzi tal-gvern ċentrali, reġjonali jew lokali kompetenti u l-parti interessata tiġi nnotifikata b'dan.

Spettorat Ġenerali tal-Attivitajiet tas-Saħħa (Inspeção-Geral das Atividades em Saúde - IGAS)

L-Ispettorat Ġenerali tal-Attivitajiet tas-Saħħa huwa servizz ċentrali taħt l-amministrazzjoni diretta tal-Istat, li l-kompitu tiegħu huwa li jiżgura konformità mal-liġi u ma' livelli tekniki għoljin tal-prestazzjoni fl-oqsma kollha tal-għoti tal-kura tas-saħħa, kemm mill-entitajiet tal-Ministeru tas-Saħħa kif ukoll minn dawk taħt l-awtorità tiegħu u minn entitajiet tas-settur pubbliku, privat jew soċjali.

Kwalunkwe irregolarità jew nuqqas fil-funzjonament tas-servizz jista' jiġi rrappurtat lill-IGAS, bħal: atti u ommissjonijiet meqjusa illegali, użu ħażin tal-flus jew tal-fondi pubbliċi, frodi jew korruzzjoni, ostakoli għall-aċċess jew inugwaljanzi fl-aċċess għall-kura tas-saħħa f'fornitur jew stabbiliment partikolari, imġiba ħażina min-naħa tal-impjegati jew tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa, eċċ.

Jekk il-fatt irrappurtat ma jaqax taħt il-kompetenza tal-IGAS, id-dikjarazzjonijiet jew l-ilmenti minn entitajiet identifikati kif xieraq jintbagħtu lill-entità kompetenti.

Proċessar tal-ilmenti:

Kwalunkwe persuna (Portuġiża jew barranija), gruppi ta' persuni, assoċjazzjonijiet, kumpaniji jew entitajiet korporattivi oħrajn, jistgħu jippreżentaw l-ilmenti tagħhom bil-posta jew b'posta elettronika.

L-ilmenti / id-dikjarazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe ħin u jridu jkunu sostanzjati billi, fejn ikun possibbli, tingħata informazzjoni dettaljata dwar il-persuna jew l-organizzazzjoni kkonċernata, il-fatti, id-dati u l-postijiet fejn dawn seħħew, l-identifikazzjoni personali (l-isem u d-dettalji ta' kuntatt) u informazzjoni dwar jekk l-ilment / id-dikjarazzjoni ġietx ippreżentata ma' entità oħra.

L-IGAS janalizza l-ilmenti / id-dikjarazzjonijiet li fihom il-ħin, il-metodu u l-post tal-fatti jew tal-atti, l-awturi u r-responsabbiltà potenzjali tagħhom jitqiesu koerenti u dettaljati.

L-ilmenti / id-dikjarazzjonijiet jistgħu jirriżultaw fi spezzjoni jew fi proċedura ta' kjarifika skont ir-Regolament dwar l-Ispezzjoni tal-IGAS. F'każ ta' proċeduri ta' spezzjoni, il-prinċipju ta' proċedimenti kontradittorji jiġi osservat dejjem. Dan jippermetti s-smigħ ta' dawk ikkonċernati, ħlief f'każijiet previsti mil-liġi, jiġifieri każijiet li fihom l-investigazzjoni ta' proċedimenti kriminali u l-kumpilazzjoni tax-xhieda jistgħu jiġu oġġettivament imfixkla.

Il-partijiet interessati identifikati kif xieraq jiġu informati bl-eżitu tal-intervent tal-IGAS.

Awtorità Regolatorja tas-Saħħa (Entidade Reguladora da Saúde - ERS)

L-Awtorità Regolatorja tas-Saħħa (ERS) hija entità pubblika indipendenti li l-kompitu tagħha huwa li tirregola l-attività ta' stabbilimenti tal-kura tas-saħħa, jiġifieri l-istabbilimenti kollha tal-kura tas-saħħa tas-settur pubbliku, privat u soċjali li jservu lill-pubbliku fil-Portugall kontinentali ħlief spiżeriji.

Il-kompitu li tirregola u tissorvelja lill-fornituri jinkludi: l-indirizzar tal-ilmenti mill-utenti, il-fornituri u l-istituzzjonijiet; it-twettiq ta' spezzjonijiet u awditjar tal-faċilitajiet tal-fornituri tal-kura tas-saħħa; l-investigazzjoni tas-sitwazzjonijiet li jistgħu jipperikolaw id-drittijiet tal-utenti; it-twettiq ta' proċedimenti ta' reati amministrattivi u l-impożizzjoni ta' penali; il-ħruġ ta' struzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet, it-twettiq ta' studji dwar l-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa.

L-ilmenti li jaqgħu taħt il-mandat tal-ERS jikkonċernaw:

  • L-aċċess għall-kura tas-saħħa
  • Diskriminazzjoni
  • Il-kwalità tal-għajnuna tal-kura tas-saħħa
  • Il-kwalità tal-għajnuna amministrattiva
  • Drittijiet tal-utenti
  • Il-ħinijiet ta' stennija għal vista
  • Il-ħinijiet ta' stennija għal appuntamenti
  • Kwistjonijiet finanzjarji
  • Kwistjonijiet legali
  • Il-kwalità tal-faċilitajiet

Proċessar tal-ilmenti:

L-utenti tas-servizzi tas-saħħa jistgħu jippreżentaw ilment permezz tal-ktieb tal-ilmenti li għandu jsir disponibbli fl-istabbilimenti fejn jingħata s-servizz pubbliku jew direttament lill-kumpanija jew lill-fornitur tas-servizz wara l-avveniment.

Huwa possibbli wkoll li jsiru dikjarazzjonijiet direttament lill-ERS bil-posta, bit-telefown, personalment jew permezz tal-Ktieb tal-Ilmenti Onlajn, disponibbli fuq is-sit web tal-ERS fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ers.pt/pages/50. L-ERS tittratta l-ilmenti ppreżentati permezz tal-Ktieb tal-Ilmenti Onlajn bi preċiżament l-istess mod kif din tittratta l-ilmenti mill-kotba tal-ilmenti tradizzjonali disponibbli fil-bini tal-fornituri tal-kura tas-saħħa.

Jekk l-ilmentatur kiteb id-dikjarazzjoni tiegħu fil-ktieb tal-ilmenti disponibbli fil-bini tal-fornitur, dan jista' jibgħat lill-ERS il-kopja tad-dikjarazzjoni li kellha tingħata lilha fil-ħin tal-ilment (karta blu). Il-fornitur għandu 10 ijiem xogħol biex jibgħat l-ilment lill-ERS.

Jekk l-utent jindirizza d-dikjarazzjoni tiegħu direttament lill-fornitur billi jibgħat ittra formali (bil-posta), b'fax jew b'posta elettronika, dan jista' jibgħat kopja tad-dokument oriġinali lill-ERS.

Malli l-ERS tirċievi l-ilment, din titlob lill-ilmentatur jippreżenta kwalunkwe dikjarazzjoni li huwa jew hija jqis / tqis rilevanti. Skont il-kontenut tal-ilment u d-dikjarazzjonijiet ippreżentati, l-ERS ser tieħu tali azzjoni li hija tqis adegwata skont il-poteri mogħtija lilha mil-liġi. Jekk l-ilment ma jkunx identifikat kif xieraq jew ma jkunx koerenti biżżejjed, dan ser jingħalaq. Jekk l-ilment ma jaqax taħt il-mandat tagħha, l-ERS tinforma lill-ilmentatur dwar l-entità responsabbli li tittrattah u tibagħtu lilha kif xieraq.

Spettorat Ġenerali tal-Ministeru tax-Xogħol, is-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Inspeção-Geral do Ministério do Trabalho, Solidariedade e Segurança Social - IGMTSSS)

L-IGMTSSS huwa servizz taħt l-amministrazzjoni diretta tal-Istat u huwa parti mill-Ministeru tax-Xogħol, is-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (Ministério do Trabalho, Solidariedade e Segurança Social - MTSSS). Dan jissorvelja s-servizzi u l-entitajiet tal-MTSS jew dawk taħt l-awtorità tal-Ministru rispettiv.

L-IGMTSSS jivvaluta l-legalità u l-konformità obbligatorja tal-atti tad-dipartimenti u l-entitajiet tal-Ministeru jew taħt l-awtorità tal-Ministru rispettiv u jevalwa l-prestazzjoni u l-amministrazzjoni tagħhom permezz ta' spezzjonijiet u awditjar. Dan jevalwa l-kwalità tas-servizzi mogħtija liċ-ċittadini u jirrakkomanda tibdil u miżuri li jikkorreġu n-nuqqasijiet u l-irregolaritajiet skoperti.

L-ilmenti jew ir-rapporti tal-inċidenti dwar ksur imwettaq minn entitajiet taħt l-awtorità tal-Ministeru, inklużi l-istituzzjonijiet li jappartjenu lil Santa Casa da Misericórdia (Dar Imqaddsa tal-Ħniena) u lill-Istituzzjonijiet Privati tas-Solidarjetà Soċjali, jistgħu jiġu indirizzati lill-Ispettorat.

Proċessar tal-ilmenti:

L-ilmenti jistgħu jintbagħtu bil-posta, b'posta elettronika jew permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika disponibbli fuq is-sit web. Minbarra l-identifikazzjoni tas-suġġett tal-ilment u d-data tal-fatti, l-ilment għandu jinkludi deskrizzjoni qasira u ċara tal-avvenimenti li wasslu għal dan.

Aworità tas-Sigurtà tal-Ikel u dik Ekonomika (Autoridade de Segurança Alimentar e Económica - ASAE)

L-ASAE hija awtorità amministrattiva nazzjonali li tispeċjalizza fis-sigurtà tal-ikel u l-monitoraġġ ekonomiku. Din hija responsabbli għall-valutazzjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji fil-katina tal-ikel u għar-regolar tal-attivitajiet ekonomiċi fis-setturi tal-ikel u dawk mhux tal-ikel billi timmonitorja l-konformità mal-leġiżlazzjoni regolatorja rispettiva.

Il-fornituri kollha tal-oġġetti jew tas-servizzi li jwettqu l-attività tagħhom fi stabbiliment fiss, permanenti, fiżiku, li għandhom kuntatt dirett mal-pubbliku u li jfornu oġġetti u servizzi fil-Portugall, huma meħtieġa li jkollhom ktieb tal-ilmenti.

Proċessar tal-ilmenti:

Jekk klijent ma jkunx kompletament issodisfatt meta jingħata s-servizz jew jixtri prodott, huwa jista' jitlob il-ktieb tal-ilmenti li jista' jintuża biex jispjega r-raġuni għan-nuqqas ta' sodisfazzjon tiegħu. Il-fornituri tas-servizz iridu jibagħtu l-formoli oriġinali tal-ilment lill-ASAE sa mhux aktar minn 10 ijiem tax-xogħol.

Atti illegali jistgħu jiġu rrappurtati wkoll permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola elettronika disponibbli fuq is-sit web tal-ASAE u jistgħu jirrelataw ma' reati amministrattivi jew kriminali fi ħdan il-mandat ta' din l-Awtorità.

Jekk l-att illegali ma jaqax taħt il-mandat tal-ASAE, l-ilment jiġi riferut lill-awtorità kompetenti.

L-ilment irid jitfassal b'mod komplut u sostanzjat billi jagħti, fejn ikun possibbli, informazzjoni dettaljata dwar il-fatti u l-entità li qiegħda tiġi rrappurtata, il-post fejn seħħew il-fatti (l-indirizz u / jew punti ta' riferiment oħrajn), ir-raġunijiet għall-ilment u kwistjonijiet oħrajn rilevanti. Jekk rapport isir b'mod anonimu, ma tistax tingħata aktar informazzjoni f'data aktar 'il quddiem.

Mal-wasla tal-ilment u ma' kwalunkwe dikjarazzjoni rispettiva, l-ASAE ser tibda l-proċedura xierqa jekk il-fatti tal-ilment jindikaw reat amministrattiv imsemmi fir-regola speċifika applikabbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-ASAE ser tinnotifika lill-fornitur tal-oġġetti jew tas-servizz sabiex dan ikun jista' jippreżenta d-dikjarazzjonijiet li jitqiesu adegwati sa mhux aktar tard minn 10 ijiem.

Wara li tanalizza l-kontenut tad-dikjarazzjonijiet u s-sustanza tal-ilment, l-ASAE tista' tibgħat l-ilment lil entità oħra b'kompetenza fis-suġġett tal-ilment jew tipproponi li l-ilment jingħalaq jekk ma jkun hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-azzjoni.

Jekk l-analiżi tal-fatti ppreżentati fl-ilment tirriżulta f'tilwim u wara li jkunu ttieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex tissolva s-sitwazzjoni, l-ASAE tinforma lill-ilmentatur bil-miktub (jekk huwa jew hija ġew identifikati kif xieraq) dwar il-proċeduri jew il-miżuri li ttieħdu jew li ser jittieħdu wara l-ilment.

Korpi oħra

Istitut tas-Sigurtà Soċjali I.P. (Instituto da Segurança Social I.P. - ISS)

L-Istitut tas-Sigurtà Soċjali, I.P. huwa istituzzjoni pubblika bi status speċjali skont il-liġi. Dan huwa taħt l-amministrazzjoni indiretta tal-Istat u għandu awtonomija amministrattiva u finanzjarja u għandu l-assi proprji tiegħu.

Dan huwa responsabbli li jiżgura l-għoti tal-protezzjoni legali. Il-protezzjoni legali hija dritt tal-persuni u tal-entitajiet li ma jagħmlux qligħ li mhumiex kapaċi jħallsu l-ispejjeż assoċjati mal-proċedimenti tal-qrati f'każ ta' sensja, divorzju, tkeċċija, ħtif eċċ. jew proċedimenti ekstraġudizzjarji f'każ ta' divorzju b'kunsens reċiproku.

Il-protezzjoni legali tinkludi:

Parir Legali – konsultazzjoni ma' avukat għal kjarifika teknika dwar il-liġi applikabbli għal kwistjonijiet jew każijiet speċifiċi li fihom l-interessi personali leġittimi jew id-drittijiet jinkisru jew jinsabu f'riskju li jinkisru (ma japplikax għal entitajiet li ma jagħmlux qligħ).

Għajnuna Legali – il-ħatra ta' avukat u l-ħlas tal-miżati tagħhom jew il-ħlas tal-miżati tal-konsulent maħtur mill-qorti (l-isem mogħti lill-avukati f'każ ta' imputat fi proċedimenti kriminali jew amministrattivi), eżenzjoni minn spejjeż legali jew l-għażla tal-ħlasijiet parzjali u l-assenjazzjoni ta' aġent ta' infurzar (uffiċjal ġudizzjarju dejjem jaqdi d-dmirijiet tal-aġent ta' infurzar).

Dawn li ġejjin għandhom id-dritt għall-protezzjoni legali:

  • Ċittadini Portugiżi u ċittadini tal-Unjoni Ewropea.
  • Barranin u persuni mingħajr stat b’permess ta’ residenza validu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
  • Barranin mingħajr permess ta’ residenza validu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea – jekk il-liġijiet tal-pajjiżi tal-oriġini tagħhom jagħtu l-istess dritt lil ċittadini Portugiżi.
  • Persuni li huma domiċiljati jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea differenti mill-Istat Membru fejn ikunu ser isiru l-proċedimenti (tilwim transfruntier).
  • Persuni ġuridiċi mingħajr skop ta' qligħ – għandhom biss id-dritt għall-għajnuna legali fil-forom ta' eżenzjoni mill-miżati legali jew spejjeż oħra proċedurali, il-ħatra u l-ħlas tal-miżati tal-avukat, il-ħlas tal-miżati tal-konsulent maħtur mill-qorti u l-assenjazzjoni ta' aġent ta' infurzar.

Il-persuni kollha elenkati hawn fuq iridu juru li mhumiex kapaċi jħallsu l-ispejjeż assoċjati mal-kawża, mal-ħatra ta' avukat. eċċ.

Skont il-liġi Portugiża, il-persuni li, abbażi tad-introjtu, l-assi u l-infiq kontinwu tal-unità domestika tagħhom mhumiex f'pożizzjoni oġġettiva li jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti, jitqiesu li qegħdin isofru minn diffikultà finanzjarja.

Il-formoli tal-applikazzjoni għall-għoti ta' għajnuna legali jistgħu jinkisbu mingħajr ħlas minn kwalunkwe uffiċċju tas-servizzi għall-konsumatur tas-Servizzi tas-Sigurtà Soċjali jew f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformat elettroniku fuq is-sit web tas-Sigurtà Soċjali.

L-applikazzjoni tista' tingħata personalment jew tintbagħat bil-posta lil kwalunkwe uffiċċju tas-servizzi għall-konsumatur tas-Sigurtà Soċjali (jekk jogħġbok ehmeż id-dokumenti kollha meħtieġa).

L-intitolament għall-protezzjoni legali jista' jiġi vverifikat permezz tas-simulatur tal-protezzjoni legali, disponibbli fil-kolonna tal-lemin tal-paġna web li ġejja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.seg-social.pt/calculo-do-valor-de-rendimento-para-efeitos-de-proteccao-juridica

Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna Li tirrikorri l-qorti - Għajnuna legali.

Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi tal-Kriminalità (Comissão para a Proteção das Vítimas de Crimes)

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi tal-Kriminalità hija entità tal-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli sabiex tirċievi, tanalizza u tiddeċiedi dwar talbiet għall-kumpens mill-Istat miġjuba minn vittmi ta' reati vjolenti u minn vittmi ta' vjolenza domestika.

L-obbligu għall-ħlas tal-kumpens huwa tal-persuna li wettqet ir-reat, iżda f'xi każijiet, l-Istat jista' jħallas minn qabel il-kumpens meta l-awtur ma jkunx jista' jħallas jew mhuwiex possibbli li jikseb il-kumpens f'perjodu ta' żmien raġjonevoli u l-ħsara tkun ikkawżat tfixkil konsiderevoli għall-istandard tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja tal-vittma.

It-talba għall-kumpens tista' tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard minn sena mid-data tar-reat jew, fil-każ ta' proċedimenti kriminali, sa mhux aktar tard minn sena wara d-deċiżjoni finali fil-proċedimenti. Il-vittmi li kienu minorenni fiż-żmien tar-reat jistgħu jippreżentaw talba sa mhux aktar minn sena wara li jilħqu l-età maġġorenni jew wara li jkunu saru emanċipati.

It-talba trid tiġi ppreżentata fuq il-formola x-xierqa, li hija disponibbli fil-bini tal-Kummissjoni jew fl-Uffiċċji għall-Appoġġ tal-Vittmi tal-APAV. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola elettronika għall-ilmenti hija disponibbli wkoll fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

It-talba hija eżentata mill-ħlas ta' kwalunkwe spiża jew nefqa mill-vittma u d-dokumenti u ċ-ċertifikati meħtieġa għat-talba jistgħu jinkisbu wkoll mingħajr ħlas.

Jekk ir-reat ikun sar fit-territorju ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, it-talba għall-kumpens li għandu jitħallas mill-Istat inkwisjoni tista' tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi tal-Kriminalità jekk ir-rikorrent ikun abitwalment residenti fil-Portugall.

L-aħħar aġġornament: 16/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Rumanija

Qrati nazzjonali

L-Ombudsman

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Korpi speċjalizzati oħrajn

Qrati nazzjonali

Skont il-kategorija tal-liġi li tkopri b’mod ġeneriku l-att li jkun irriżulta fil-ksur tad-drittijiet tal-persuna (jiġifieri l-liġi ċivili, il-liġi kriminali, il-litigazzjoni amministrattiva, eċċ.) il-persuna affettwata tista’ tirreferi l-kwistjoni jew direttament lill-Qorti, normalment billi tippreżenta azzjoni legali fil-kuntest tal-liġi ċivili, jew lil istituzzjonijiet pubbliċi oħra, skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi.

Fil-liġi kriminali, persuna li d-drittijiet tagħha jkunu ġew miksura minn att kopert mill-Kodiċi Kriminali tista’ tirreferi l-kwistjoni jew lill-pulizija jew lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, u l-proċess kriminali jsir skont il-proċedura kriminali.

F’każijiet ta’ litigazzjoni amministrattiva, skont il-Liġi Nru 554/2004, kull persuna li tallega ħsara għal dritt jew interess leġittimu minn awtorità pubblika permezz ta’ att amministrattiv jew nuqqas li tiġi solvuta applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien legali, tista’ tapplika quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti għar-revoka tal-att, għar-rikonoxximent tal-allegat dritt jew interess leġittimu u għal riparazzjoni għad-danni kkawżati. Bl-istess mod, persuna li tallega ħsara għal dritt jew interess leġittimu permezz ta’ att amministrattiv ta’ natura individwali maħsub għal suġġett legali ieħor tista’ wkoll tirriferi l-kwistjoni lill-qorti amministrattiva. Bħala regola, qabel ma tirreferi l-każ lill-qorti amministrattiva kompetenti, il-persuna inkwistjoni trid issegwi proċedura preliminari (iddettaljata fl-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 554/2004), li tikkonsisti fl-applikazzjoni għar-revoka totali jew parzjali tal-att quddiem l-awtorità pubblika li ħarġet l-att jew quddiem l-awtorità li tkun ġerarkikament superjuri għaliha (jekk tkun teżisti awtorità bħal din).

Il-kompetenza tal-qrati u tal-istituzzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq hija stabbilita fl-atti leġiżlattivi fis-seħħ (pereżempju, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-Liġi Nru 554/2004).

Rigward il-proċedimenti quddiem il-qrati, bħala regola dawn huma proċedimenti tal-liġi ordinarja, li għandhom ċerti speċifiċitajiet skont il-kategorija legali inkwistjoni (għal aktar informazzjoni ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.just.ro/SitePages/ghid.aspx, disponibbli bir-Rumen biss).

L-informazzjoni tal-kuntatt għall-qrati u informazzjoni addizzjonali oħra huma disponibbli hawn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortalul instanțelor de judecată [Portal tal-Qrati] (disponibbli bir-Rumen biss).

L-Ombudsman

L-OMBUDSMAN

(AVOCATUL POPORULUI)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Strada Eugeniu Carada No 3
Sector 3
Bucharest

Mappa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.avp.ro/locatie.jpg

Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju prinċipali:

Nru tat-Telefown taċ-Ċentru tad-Distributur: (+40) (0)21 3127134;
Swiċċbord: (+40) (0)21 3129462
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavp@avp.ro
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.avp.ro/

Ħinijiet għall-appuntamenti:

Mit-Tnejn sal-Ħamis mid-9:00 am sal-4:00 pm u l-Ġimgħa mid-9:00 am sa nofsinhar għal appuntamenti ma’ persunal speċjalizzat (konsulenti u esperti). Ċittadini li jixtiequ dan jistgħu wkoll jiksbu appuntament mal-Ombudsman u d-deputati.

L-indirizzi tal-uffiċċji reġjonali:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċji Reġjonali tal-Ombudsman Rumen

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, ilmenti, proċeduri)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.avp.ro/index.php?option=com_content&view=article&id=67&Itemid=161&lang=ro-ro

Mudell tal-formola tal-ilmenti:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.avp.ro/index.php?option=com_content&view=article&id=166&Itemid=123&lang=ro

Ir-regolamenti ewlenin fis-seħħ dwar l-Ombudsman huma inklużi f’dawn:

  • L-Artikoli 58 sa 60, l-Artikolu 65(2), l-Artikolu 146(a) u (d) tal-Kostituzzjoni tar-Rumanija;
  • Il-liġi Nru 35/1997 dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-istituzzjoni tal-Ombudsman, ippubblikata mill-ġdid fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Parti I Nru 844 tal-15 ta’ Settembru 2004, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement;
  • Ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-istituzzjoni tal-Ombudsman, ippubblikat mill-ġdid fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Parti I Nru 922 tal-11 ta’ Ottubru 2004, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 6/2007 tal-Uffiċċji Permanenti tal-Kamra tad-Deputati u tas-Senat, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Nru 445 tad-29 ta’ Ġunju 2007;
  • Il-liġi Nru 554/2004 dwar appelli amministrattivi, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Parti I Nru 1154 tas-7 ta’ Diċembru 2004, kif sussegwentement emendata;
  • Il-liġi Nru 202/2010 dwar ċerti miżuri għat-tħaffif tas-soluzzjoni tal-każijiet, ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija Parti I Nru 714 tas-26 ta’ Ottubru 2010, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement.

L-iskop tal-istabbiliment u l-karatteristiċi:

  1. li jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi;
  2. l-Ombudsman huwa awtorità pubblika awtonoma u indipendenti minn kull awtorità pubblika oħra;
  3. l-istituzzjoni għandha l-baġit tagħha stess li jifforma parti integrali mill-baġit tal-Istat;
  4. hija ma taġixxix bħala sostitut għal awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħha;
  5. l-Ombudsman ma jistax ikun soġġett għall-ebda mandat imperattiv jew rappreżentattiv, u l-ebda persuna ma tista’ tikkostrinġi lill-Ombudsman sabiex isegwi l-istruzzjonijiet jew l-ordnijiet tagħha;
  6. l-attività tal-Ombudsman hija pubblika, iżda b’talba tal-persuni li d-drittijiet u l-libertajiet tagħhom ikunu ġew miksura, jew għal raġunijiet ġustifikati, l-attività tiegħu tista’ tiġi ddikjarata kunfidenzjali;
  7. huwa jwettaq il-kompiti tiegħu ex officio jew fuq talba ta’ persuni fiżiċi, kumpaniji, assoċjazzjonijiet jew persuni ġuridiċi oħra. L-ilmenti jistgħu jkunu ppreżentati irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-età, is-sess, l-affiljazzjoni politika jew it-twemmin reliġjuż.

Id-deputati tal-Ombudsman

L-Ombudsman huwa megħjun minn deputati speċjalizzati fl-oqsma ta’ attività li ġejjin:

  1. id-drittijiet tal-bniedem, l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa, ir-reliġjonijiet u l-minoranzi nazzjonali;
  2. id-drittijiet tat-tfal, tal-familja, taż-żgħażagħ, ta’ persuni rtirati, ta’ persuni b’diżabilità;
  3. il-forzi armati, is-sistema tal-ġustizzja, il-pulizija, il-ħabsijiet;
  4. il-proprjetà, ix-xogħol, il-protezzjoni soċjali, it-taxxi u d-dazji.

Min jista’ jilmenta mal-Ombudsman u f’liema kwistjonijiet:

1. Atti u azzjonijiet li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi ppreżentat ilment

Atti jew azzjonijiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi li jirriżultaw fil-ksur tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment.

Bil-liġi, l-atti ta’ korporazzjonijiet pubbliċi awtonomi huma wkoll inklużi fil-kategorija ta’ atti amministrattivi li huma fil-kompetenza tal-Ombudsman.

In-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa ta’ entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-ħruġ tard tal-atti huma wkoll meqjusa bħala atti amministrattivi.

Dawn li ġejjin mhumiex fil-kompetenza tal-Ombudsman u jiġu miċħuda mingħajr ma jingħataw l-ebda raġunijiet jekk ikunu s-suġġett ta’ lment:

  • atti maħruġa mill-Kamra tad-Deputati, is-Senat jew il-Parlament;
  • atti u azzjonijiet tad-deputati u tas-senaturi;
  • atti u azzjonijiet tal-President tar-Rumanija;
  • atti u azzjonijiet tal-Gvern, bl-eċċezzjoni tal-liġijiet u l-ordnijiet;
  • atti u azzjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali;
  • atti u azzjonijiet tal-President tal-Kunsill Leġiżlattiv;
  • atti u azzjonijiet ta’ awtorità ġudizzjarja.

2. Min jista’ jressaq l-ilmenti tiegħu lill-Ombudsman?

Kull persuna fiżika, irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-età, is-sess, l-affiljazzjoni politika jew it-twemmin reliġjuż, tista’ tressaq ilment lill-Ombudsman.

3. L-istituzzjoni tal-Ombudsman twettaq id-dover tagħha li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi:

  • fuq talba tal-persuna li ssofri l-ħsara;
  • ex officio.

4. Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u l-eżami ta’ lment

  • huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub u jista’ jintbagħat bil-posta, fosthom bil-posta elettronika jew bil-faks; jista’ wkoll jiġi ppreżentat personalment jew minn aġent (li jkun mitlub jipprovdi d-dettalji tal-identifikazzjoni tiegħu/tagħha) fl-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni jew f’wieħed mill-uffiċċji reġjonali tagħha, jew waqt appuntament jew fir-reġistru tal-uffiċċju;
  • il-persuna li tkun ippreżentat l-ilment tista’, jekk ikun hemm raġunijiet tajbin, tingħata l-permess fuq talba biex tippreżenta l-applikazzjoni tagħha bil-fomm jew permezz tas-servizz tad-distributur; l-ilment jiġi rreġistrat fuq formoli standard mill-persunal maħtur għal dak l-għan;
  • huwa jrid ikun iffirmat minn min jagħmel l-ilment;
  • għandu jkun fih:
    • informazzjoni sħiħa dwar id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha bħala ċittadin allegatament kienu miksura (kunjom, isem, domiċilju);
    • dettalji dwar il-ħsara kkawżata (id-drittijiet u l-libertajiet miksura, l-azzjonijiet invokati u deskrizzjoni tagħhom);
    • dettalji li jidentifikaw l-awtorità amministrattiva jew l-uffiċjal pubbliku kkonċernati;
    • il-prova tad-dewmien jew tar-rifjut tal-korp tal-amministrazzjoni pubblika sabiex isolvi l-kwistjoni skont il-liġi, sal-iskadenza stabbilita;
    • indikazzjoni mandatorja dwar jekk l-ilment huwiex/kienx is-suġġett ta’ każ pendenti quddiem qorti;
    • dettalji li jidentifikaw l-awtoritajiet pubbliċi nnotifikati qabel;
    • bħala annessi, kull dokument li x’aktarx li jissostanzja l-ilment;
  • ilment imressaq lill-Ombudsman huwa eżentat mit-taxxa tal-bolla.

5. Każijiet li fihom ilment ma jistax jiġi kkunsidrat:

  • meta s-suġġett ta’ lment ma jkunx fil-kompetenza tal-Ombudsman;
  • ilmenti anonimi (mhux reġistrati) jew dawk ippreżentati għan-nom ta’ persuna oħra mingħajr il-kunsens ta’ din tal-aħħar;
  • ilmenti ppreżentati aktar minn sena wara d-data meta jkun seħħ il-ksur allegat jew id-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun saret taf bil-ksur allegat;
  • ilmenti li jkunu b’mod ċar bla bażi jistgħu jiġu rifjutati, bir-raġunijiet.

6. Metodi ta’ ħidma għas-soluzzjoni ta’ lmenti:

  • Inkjesti – istituzzjoni tal-Ombudsman hija intitolata li twettaq l-inkjesti tagħha stess, li tistaqsi lill-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika għal kull tagħrif jew dokumenti meħtieġa għall-inkjesta, li tagħmel intervisti u li tirċievi dikjarazzjonijiet mingħand il-maniġment tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u kull uffiċjal pubbliku li jista’ jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi solvut ilment.
  • Rakkomandazzjonijiet – fl-eżerċizzju ta’ dmirijietha, l-istituzzjoni tal-Ombudsman toħroġ rakkomandazzjonijiet. Permezz ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet, l-Ombusdman jinnotifika lill-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika, skont il-każ, bin-natura mhux legali ta’ atti jew azzjonijiet amministrattivi.
  • Rapporti speċjali – jekk l-istituzzjoni tal-Ombudsman issib nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni jew każijiet serji ta’ korruzzjoni jew nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet nazzjonali matul l-investigazzjonijiet li twettaq, hija tippreżenta rapport li jkun fih is-sejbiet lill-Presidenti taż-żewġ Kmamar tal-Parlament jew, fejn xieraq, lill-Prim Ministru.
  • L-Uffiċċju tad-Distributur – servizz ta’ distributur huwa disponibbli fl-uffiċċju prinċipali tal-Ombudsman u fl-14-il uffiċċju reġjonali (Tel.: 021 312 7134 [uffiċċju prinċipali]; Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.avp.ro/linkuri/birouriteritoriale.pdf). Iċ-ċittadini jistgħu jċemplu matul il-ħinijiet li ġejjin: Mit-Tnejn sal-Ħamis mid-9:00 am sal-4:00 pm; Il-Ġimgħa mid-9:00 am sas-2:00 pm
  • Appuntamenti – dawn huma disponibbli mal-persunal speċjalizzat tal-istituzzjoni. Iċ-ċittadini jistgħu wkoll jiksbu appuntament mal-Ombudsman stess jew mad-deputati tiegħu, skont ir-Regoli dwar l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-istituzzjoni tal-Ombudsman, jew mar-rappreżentanti ta’ uffiċċji reġjonali

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-Ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

L-AWTORITÀ NAZZJONALI GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL U GĦALL-ADOZZJONI (AUTORITATEA NAȚIONALĂ PENTRU PROTECȚIA COPILULUI ȘI ADOPȚIE)

Indirizz:

Bulevardul G-ral Gheorghe Magheru No 7
Sector 1
010322 Bucharest

Dettalji ta’ kuntatt:

Tel.: (+40) (0)21 3153633, (+40) (0)21 3153630, (+40) (0)21 3100789, (+40) (0)21 3100790
Faks: (+40) (0)21 3127474
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@anpfdc.ro
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.copii.ro/?lang=en

Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:30 am - 4:30 pm

Il-Ġimgħa: 8:30 am -2:00 pm

Dipartiment tal-Adozzjoni: It-Tlieta u l-Ħamis: 9:00 am - nofsinhar

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, tipi ta’ servizzi):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.copii.ro/despre-noi/misiune/,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.copii.ro/activitate/sistemul-de-protectie-a-copilului/prezentare-generala/.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ħarsien tat-Tfal huwa direttorat speċjalizzat fl-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Adozzjoni.

Kompiti:

  • li jipprepara u jiġġustifika l-programmi fil-qasam tal-ħarsien tal-familja u għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha, u għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal;
  • li jimmonitorja l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal u li jirrakkomanda lill-awtoritajiet ċentrali jew lokali biex jieħdu l-azzjoni meħtieġa;
  • li jirreġistra ċentralment u jispjega fil-qosor informazzjoni dwar il-konformità mal-prinċipji u r-regoli stabbiliti mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kif ratifikata bil-Liġi Nru 18/1990, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata, u li jsegwi u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat dwar id-drittijiet tat-tfal;
  • li jikkoordina u jiggwida mil-lat metodoloġiku l-attivitajiet tas-servizzi maħsuba biex jipprevjenu s-separazzjoni tal-ulied minn mal-ġenituri, servizzi li jikkonċernaw il-protezzjoni speċjali tat-tfal, u l-attivitajiet imwettqa minn kumitati tal-ħarsien tat-tfal;
  • li jħejji standards, regoli dettaljati u proċeduri ta’ ħidma għal servizzi inkarigati li jipprevjenu s-separazzjoni tal-ulied minn mal-ġenituri u jiżguraw il-protezzjoni speċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ, u l-protezzjoni tal-familja, u vittmi ta’ vjolenza domestika, kif ukoll għal servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’ min iwettaq vjolenza;
  • li jipprepara l-metodoloġija tal-liċenzjar u l-kriterji tal-valutazzjoni għal servizzi inkarigati bil-prevenzjoni tas-separazzjoni tal-ulied minn mal-ġenituri u bil-protezzjoni speċjali tat-tfal u ż-żgħażagħ u tal-vittmi tal-vjolenza domestika; u li jilliċenzja dawn is-servizzi;
  • li jikkoordina u jiggwida mil-lat metodoloġiku attivitajiet imwettqa bħala appoġġ għall-familji u għall-vittmi tal-vjolenza domestika, kif ukoll is-servizzi pprovduti lilhom.

Korp tal-ugwaljanza

IL-KUNSILL NAZZJONALI GĦALL-ĠLIEDA KONTRA D-DISKRIMINAZZJONI (CONSILIUL NAȚIONAL PENTRU COMBATEREA DISCRIMINĂRII - CNCD)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Piata Valter Maracineanu Nos 1-3, Sector 1, 010155 Bucharest

Nru tat-Telefown: (+40) (0)21 3126578; (+40) (0)21 3126579
Faks: (+40) (0)21 3126585
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasupport@cncd.org.ro
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncd.org.ro/

Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am -4:30 pm; Il-Ġimgħa: 8:00 am -2:00 pm

Indirizzi tal-uffiċċji reġjonali u taċ-Ċentru tar-Riċerka:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncd.org.ro/contact/

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, ilmenti, proċeduri):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncd.org.ro/ ,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncd.org.ro/profil/,
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cncd.org.ro/organizare/

Bażi ġuridika:

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni jopera skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ordni tal-Gvern Nru 137/2000 dwar il-prevenzjoni u l-penalizzazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, ippubblikata mill-ġdid.

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni (CNCD) huwa awtorità awtonoma tal-Istat, ikkontrollata mill-Parlament, li twettaq attivitajiet immirati lejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Il-Kunsill huwa garanti tal-osservanza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ebda diskriminazzjoni skont il-leġiżlazzjoni interna fis-seħħ u skont il-ftehimiet internazzjonali li r-Rumanija hija parti fihom. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni jaħdem skont l-Ordni tal-Gvern Nru 137/2000 dwar il-prevenzjoni u l-penalizzazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, ippubblikata mill-ġdid.

1. Xi jrid ikun fih ilment?

Ilment irid jinkludi d-dejta obbligatorja li ġejja:

  • il-kunjom u l-isem tal-persuna li tressaq l-ilment;
  • l-indirizz li fih min iressaq l-ilment ikun jixtieq li tintbagħat it-tweġiba; l-indirizz li fih is-CNCD jkun jista’ jikkuntattja lil min iressaq l-ilment għal kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa għas-soluzzjoni tal-każ;
  • in-numru tat-telefon li fuqu min iressaq l-ilment jista’ jiġi kkuntattjat għal kull informazzjoni addizzjonali;
  • Is-sustanza tal-ilment, li jenħtieġ li tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-atti allegatament diskriminatorji;
  • id-dettalji tal-identifikazzjoni tal-persuna akkużata b’diskriminazzjoni (l-indirizz, in-numru tat-telefown, jekk ikun possibbli, eċċ.), li huma meħtieġa sabiex dik il-persuna tiġi kkuntattjata biex tissejjaħ quddiem il-Kumitat Eżekuttiv tas-CNCD, jew għall-finijiet ta’ investigazzjoni ulterjuri.

2. X’jiġri wara li jkun sar ilment?

L-ilment jiġi rreġistrat u mgħoddi lill-Kumitat Eżekuttiv biex jiġi solvut. Ilment jista’ jitressaq quddiem is-CNCD fi żmien sena wara d-data li fiha l-allegat att diskriminatorju jkun twettaq jew mid-data meta l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bih. Il-persuna li allegatament tkun sofriet diskriminazzjoni tista’ tapplika quddiem qorti biex il-konsegwenzi tal-att diskriminatorju jiġu rettifikati u biex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma jkun seħħ l-att diskriminatorju. Il-limitu ta’ żmien għas-soluzzjoni ta’ lment huwa ta’ 90 jum.

Il-Kumitat Eżekuttiv jinvestiga l-eżistenza tal-att diskriminatorju billi jsejjaħ lill-partijiet b’mod obbligatorju b’kull mezz li jiżgura rikonoxximent tal-wasla. In-nuqqas tal-partijiet li jidhru personalment ma għandux ifixkel is-soluzzjoni ta’ lment. Sabiex jiġi żgurat li tittieħed id-deċiżjoni korretta, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet addizzjonali, inklużi intervisti mal-partijiet.

Min iressaq l-ilment huwa obbligat jipprova l-eżistenza ta’ att diskriminatorju, filwaqt li l-persuna akkużata b’diskriminazzjoni hija meħtieġa tagħti prova li l-att inkwistjoni ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni.

Is-sentenza (id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv) hija kkomunikata bil-miktub fi żmien 15-il jum minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv. Il-partijiet jistgħu jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv quddiem qorti fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tagħha. Iż-żewġ partijiet huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa tal-bolla ġudizzjarja.

3. X’inhuma s-sanzjonijiet applikati għal atti diskriminatorji?

Atti diskriminatorji huma punibbli:

  • bi twissija;
  • b’multa li tvarja bejn RON 1 000 u RON 30 000, jekk id-diskriminazzjoni tkun tirrigwarda individwu;
  • b’multa li tvarja bejn RON 2 000 u RON 100 000, jekk id-diskriminazzjoni tkun tirrigwarda grupp ta’ persuni jew komunità

L-AĠENZIJA NAZZJONALI GĦAR-ROMA

(AGENȚIA NAȚIONALĂ PENTRU ROMI – ANR)

Dettalji ta’ kuntatt:

Str. Splaiul Independentei No 202, 8th floor, room 23, Sector 6, Bucharest

Tel.: (+40) (0)21 3113048
Faks: (+40) (0)21 3113047
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@anr.gov.ro.
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.anr.gov.ro/

Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji reġjonali u tal-kontej:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.anr.gov.ro/index.php/contact

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (missjoni, struttura, riżultati):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.anr.gov.ro/

Bażi ġuridika:

L-Ordni tal-Gvern Nru 78/2004 li tistabbilixxi l-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma, approvata kif emendata mil-Liġi Nru 7/2005

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1703/2004 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, l-istituzzjoni tissodisfa dawn il-kompiti ewlenin:

  • li tfassal il-politika u l-istrateġija tal-Gvern fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tal-minoranza Roma, b’mod parallel ma’ kompiti oħra previsti minn atti leġiżlattivi fil-qasam tal-attività tagħha;
  • li tniedi u twettaq azzjonijiet ta’ taħriġ fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nies Roma fl-amministrazzjoni pubblika ċentrali u lokali;
  • li tapprova l-abbozzi tal-liġijiet u atti leġiżlattivi oħra li huma relevanti għad-drittijiet u d-dmirijiet ta’ persuni li jappartjenu għall-minoranza Roma;
  • li timmonitorja l-applikazzjoni ta’ atti leġiżlattivi nazzjonali u internazzjonali rigward il-protezzjoni tal-minoranza Roma;
  • li tirċievi u teżamina talbiet u riferimenti indirizzati minn istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet jew individwi u tikkomunika l-opinjoni speċjalizzata tal-Aġenzija;
  • li tiżviluppa sistema għall-għoti ta’ informazzjoni, taħriġ u pariri esperti dwar il-minoranza Roma;
  • li tanalizza u tevalwa kull effett potenzjalment diskriminatorju tar-regolamenti attwali, filwaqt li tagħmel sforzi attivi biex ittejjeb il-qafas legali fis-seħħ.

Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, l-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma:

  • tikkoopera mal-ministeri u mal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u lokali, kif ukoll ma’ istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn u ma’ persuni fiżiċi u ġuridiċi;
  • tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi u mhux governattivi fir-Rumanija u barra minnha;
  • tibbenefika minn pariri u assistenza ta’ esperti pprovduti fir-Rumanija u barra mill-pajjiż, u minn programmi ta’ taħriġ u ta’ taħriġ avvanzat għall-persunal tagħha, soġġett għall-fondi baġitarji allokati jew fondi oħra miksuba fir-Rumanija jew barra mill-pajjiż skont il-liġi;
  • tniedi u tippromwovi azzjonijiet, proġetti u programmi settorjali, u tipparteċipa fihom, flimkien mal-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet speċjalizzati mhux governattivi, sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tan-nies Roma.

L-AWTORITÀ NAZZJONALI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ (AUTORITATEA NATIONALĂ PENTRU PERSOANELE CU DIZABILITĂȚI)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Calea Victoriei No 194
Bucharest

Dettalji ta’ kuntatt:

Tel.: (+40) (0)21 2125438; (+40) (0) 21 2125439; (+40) (0)21 3220976; (+40) (0)21 3226303; (+40) (0)213226304; (+40) (0)21 3207155
Faks: (+40) (0)21 2125443
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistratura@anph.ro

Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9:00 am – 4 pm (għall-kuntatt bit-telefown)

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (struttura, kompiti, regoli tal-organizzazzjoni u funzjonament):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mmuncii.ro/Minister

Bażi ġuridika:

L-Awtorità Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità hija korp speċjalizzat b’personalità ġuridika fl-amministrazzjoni pubblika ċentrali u hija subordinata għall-Ministeru tax-Xogħol, tal-Familja, tal-Protezzjoni Soċjali u tal-Anzjani.

L-Awtorità tikkoordina ċentralment l-attivitajiet li jirrigwardaw il-ħarsien speċjali tal-persuni b’diżabilità u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom; hija tħejji politiki, strateġiji u standards għall-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet, filwaqt li timmonitorja l-applikazzjoni tar-regoli u l-attivitajiet rilevanti li jikkonċernaw il-protezzjoni speċjali ta’ persuni b’diżabilità.

Atti leġiżlattivi li jistabbilixxu drittijiet għal persuni b’diżabilità:

Il-persuni b’diżabilità jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet stipulati f’dawn li ġejjin:

  • Id-Digriet b’Urġenza tal-Gvern Nru 86/2014 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ riorganizzazzjoni fil-livell tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u li jemenda u jissupplimenta ċerti atti leġiżlattivi;
  • Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 50/2015 dwar l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-kompiti tal-Awtorità Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità.

Korp tal-Protezzjoni tad-Dejta

L-AWTORITÀ NAZZJONALI TAS-SUPERVIŻJONI TAL-IPPROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(AUTORITATEA NAȚIONALĂ DE SUPRAVEGHERE A PRELUCRĂRII DATELOR CU CARACTER PERSONAL – ANSPDCP)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

B-dul G-ral. Gheorghe Magheru Nos 28-30, Sector 1, 010336 Bucharest

Dettalji ta’ kuntatt:

Tel.:  (+40) (0)31 8059211; (+40) (0)31 8059212
Faks: (+40) (0)31 8059602
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaanspdcp@dataprotection.ro
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dataprotection.ro/

Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:

  • Ir-reġistru tal-Awtorità Nazzjonali tas-Superviżjoni huwa miftuħ għall-pubbliku mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00 am u s-1:00 pm;
  • L-appuntamenti huma possibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn il-11:00 am u s-1:00 pm.

Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni:

L-Awtorità Nazzjonali tas-Superviżjoni tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali twettaq l-attività tagħha f’kundizzjonijiet ta’ indipendenza u imparzjalità sħiħa. L-Awtorità timmonitorja u tikkontrolla l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali li jaqa’ taħt il-Liġi Nru 677/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ tali dejta, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement.

Objettiv:

Li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-ħajja tal-familja u privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ tali dejta

Bażi ġuridika:

Il-liġi Nru 102/2005 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Awtorità Nazzjonali tas-Superviżjoni tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali.

Kompiti (għażla):

  • li tirċievi u tanalizza notifiki fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali;
  • li tawtorizza l-ipproċessar tad-dejta fis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-liġi;
  • li tiddeċiedi, fejn issib xi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi, dwar jekk tissospendix jew twaqqafx l-ipproċessar tad-dejta u/jew parzjalment jew kompletament tħassar id-dejta proċessata, tirreferi l-kwistjoni lill-korpi tal-prosekuzzjoni kriminali jew tieħu azzjoni legali kif xieraq;
  • li tinforma lill-individwi u/jew persuni ġuridiċi dwar il-bżonn li jissodisfaw l-obbligi u li jwettqu l-proċeduri msemmija fil-Liġi Nru 677/2001;
  • li żżomm u tagħmel disponibbli pubblikament ir-reġistru tal-ipproċessar tad-dejta personali;
  • li tirċievi u ssolvi lmenti, referenzi jew applikazzjonijiet ippreżentati minn individwi u tikkomunika s-soluzzjoni li tinstab jew, kif applikabbli, l-azzjoni meħuda;
  • li twettaq kontrolli minn qabel fejn l-operatur jipproċessa dejta personali li x’aktarx toħloq riskji partikolari għad-drittijiet u l-libertajiet personali tan-nies;
  • li twettaq investigazzjonijiet ex officio jew meta jiġu riċevuti lmenti jew referenzi;
  • li tipprovdi rakkomandazzjonijiet u approvazzjonijiet rigward kull kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, fuq talba ta’ kull persuna, awtorità pubblika jew korp tal-amministrazzjoni pubblika.

Il-proċedura biex jiġu riċevuti u solvuti lmenti, riferimenti u applikazzjonijiet:

Il-persuni li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata jistgħu jikkuntattjaw lill-Awtorità ta’ Superviżjoni bil-miktub jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom skont il-Liġi Nru 677/2001 ikunu ġew miksura, sakemm l-ebda azzjoni legali ma tkun ittieħdet qabel fir-rigward tal-istess kwistjoni, u biss wara li jkunu avviċinaw lill-operatur li dwaru l-ilment ikun qed jiġi ppreżentat.

Formoli standard għal użu possibbli minn persuni li jkollhom l-intenzjoni li jressqu lment quddiem l-ANSPDCP jistgħu jiġu aċċessati fuq is-sit elettroniku tal-istituzzjoni.

Korpi speċjalizzati oħrajn

IMĦALLEF DELEGAT

(JUDECĂTORUL DELEGAT)

Bażi ġuridika:

Il-liġi Nru 254 tat-2 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar tas-sentenzi u miżuri ordnati minn korpi ġudizzjarji ta’ kustodja fi proċedimenti kriminali u d-Deċiżjoni Nru 89/2014 tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura li tapprova r-Regoli dwar l-organizzazzjoni tal-attività ta’ mħallfin delegati sabiex jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja.

Preżentazzjoni u rwol:

L-imħallfin delegati huma maġistrati fis-sistema tal-qrati Rumena. Dawn huma delegati fuq bażi annwali mill-President tal-Qorti tal-Appell għal kull ħabs li jinsab fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti tal-Appell. Ir-rwol ta’ mħallef delegat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja huwa li jissorvelja u jimmonitorja l-legalità fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sentenzi. Imħallef delegat għal ħabs li jinkludi ċentru ta’ detenzjoni u ta’ arrest preventiv jew ċentru ta’ arrest preventiv jissorvelja u jimmonitorja wkoll l-osservanza tal-legalità fl-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi li jinvolvu ċaħda tal-libertà. Fl-istess ħin, l-imħallef jiżgura l-osservanza tad-drittijiet previsti mil-liġi għal persuni li jkunu qed iservu sentenzi ta’ kustodja.

Ilmenti:

  1. Persuna kkundannata tista’, fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi infurmata bid-deċiżjoni li tistabbilixxi t-termini ta’ sentenza ta’ kustodja, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja lment dwar il-mod kif dawk it-termini kienu stabbiliti (Artikolu 39(3) tal-Liġi Nru 254/2013).
  2. Persuna kkundannata tista’, fi żmien tlett ijiem minn meta tiġi infurmata dwar deċiżjoni minn kummissjoni biex tibdel it-termini ta’ sentenza ta’ kustodja, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja lment fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni (l-Artikolu 40(11) tal-Liġi Nru 254/2013).
  3. Persuna kkundannata tista’, fi żmien għaxart ijiem minn meta ssir taf b’deċiżjoni tal-amministrazzjoni tal-ħabsijiet dwar miżuri fir-rigward tal-eżerċizzju tad-drittijiet previsti minn din il-liġi, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja lment fir-rigward ta’ dawk il-miżuri (l-Artikolu 56(2) tal-Liġi Nru 254/2013).
  4. Persuna kkundannata tista’, fi żmien tlitt ijiem minn meta tiġi mgħarrfa b’deċiżjoni tal-kumitat dixxiplinari li timponi piena dixxiplinari, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja lment fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni (l-Artikolu 104(1) tal-Liġi Nru 254/2013).

Persuna detenuta tista’, fi żmien tlitt ijiem minn meta tiġi infurmata dwar deċiżjoni minn kummissjoni li tibdel it-termini tad-detenzjoni, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà lment fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni (l-Artikolu 153(8) tal-Liġi Nru 254/2013).

SPETTORAT ĠENERALI GĦALL-IMMIGRAZZJONI

(INSPECTORATUL GENERAL PENTRU IMIGRĂRI)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Strada Lt. col. Marinescu C-tin No 15A, Sector 5, Bucharest

Tel.: (+40) (0)21 4109940

Faks: (+40) (0)21 4107501

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaigi@mai.gov.ro u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadocument.igi@mai.gov.ro - indirizz intenzjonat esklussivament għat-trażmissjoni tal-kopja tal-karta tal-identità

Indirizzi ta’ diversi direttorati tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://igi.mai.gov.ro/contact/bucure%C8%99ti

Unitajiet reġjonali tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://igi.mai.gov.ro/ro/node/contact

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni huwa organizzat u jiffunzjona bħala entità speċjalizzata tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali. Huwa istituzzjoni pubblika b’personalità ġuridika, u jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Amministrazzjoni u l-Intern (Ministerul Administrației și Internelor).

Objettiv:

Stabbilit bħala parti mir-riorganizzazzjoni tal-Uffiċċju Rumen għall-Immigrazzjoni (Oficiul Român pentru Imigrări), l-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni jwettaq kompiti statutorji għall-implimentazzjoni tal-politiki tar-Rumanija fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni tal-barranin u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni relatata.

L-attività tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni tikkostitwixxi servizz pubbliku li fl-istess ħin iservi l-interessi individwali u komunitarji u jappoġġa l-istituzzjonijiet tal-Istat, esklussivament fuq il-bażi tal-liġi u skont il-liġi.

Bażi ġuridika:

L-istruttura organizzattiva u d-dmirijiet tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 639 tal-20 ta’ Ġunju 2007, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement.

Mil-lat organizzattiv, l-Ispettorat huwa magħmul minn direttorati, servizzi u entitajiet oħra funzjonali ċentrali, ċentri reġjonali li jakkomodaw u jipproċessaw lil dawk li jfittxu l-ażil, ċentri reġjonali ta’ akkomodazzjoni għal persuni barranin li jittieħdu f’kustodja pubblika, u entitajiet fil-livell ta’ kontea.

Fl-eżerċizzju ta’ dmirijietu, l-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni jikkoopera ma’ entitajiet tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni u l-Affarijiet Interni u istituzzjonijiet oħra tal-Istat, kif ukoll ma’ NGOs u ċittadini barranin involuti f’attivitajiet marbuta mal-migrazzjoni u l-protezzjoni umanitarja. F’konformità mal-leġiżlazzjoni, huwa jikkonkludi ftehimiet ma’ istituzzjonijiet pari barra l-pajjiż u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.

Aktar informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ ċittadini tal-UE u dawk mhux tal-UE, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-leġiżlazzjoni, u l-programmi u strateġiji tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni hija disponibbli fis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-istituzzjoni.

SPETTORAT TAX-XOGĦOL

(INSPECȚIA MUNCII)

L-indirizz tal-istituzzjoni:

Str. Matei Voievod No 14, Sector 2, Bucharest

Tel.: (+40) (0)21 3027030

Faks: (+40) (0)21 3027064; +40 21 2520097

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacomunicare@inspectiamuncii.ro

Indirizz tal-posta elettronika biex tibgħat kopja tal-karta tal-identità: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacopiedoc@inspectiamuncii.ro

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.inspectiamuncii.ro/

Ħinijiet tal-ftuħ tal-Ispettorat tax-Xogħol

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 08:00 - 4:30 pm

Il-Ġimgħa: 8:00 am -2.00 pm

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Ispettorat tax-Xogħol huwa korp speċjalizzat tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u huwa subordinat għall-Ministeru tax-Xogħol, il-Familja, il-Protezzjoni Soċjali u l-Anzjani. Huwa għandu s-sede tiegħu fil-Muniċipalità ta’ Bukarest.

L-istituzzjoni għandha personalità ġuridika u twettaq ir-rwol ta’ awtorità tal-Istat li teżerċita kontroll fl-oqsma tar-relazzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u s-superviżjoni tas-suq.

L-Objettiv tal-istituzzjoni:

L-Ispettorat tax-Xogħol huwa responsabbli biex jiżgura l-protezzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol skont l-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tar-Rumanija, ippubblikat mill-ġdid, il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81/1947 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol fl-industrija u l-kummerċ, kif ratifikata bid-Digriet Nru 284/1973 tal-Kunsill tal-Istat, u l-Konvenzjoni tal-IOM Nru 129/1969 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol fl-agrikoltura, kif ratifikata bid-Digriet tal-Kunsill tal-Istat Nru 83/1975.

Bażi ġuridika:

L-istituzzjoni kienet stabbilita u organizzata skont:

  • Il-liġi Nru 108/1999, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u ssupplementata;
  • Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1377/2009, kif sussegwentement emendata u ssupplementata.

Dawn li ġejjin huma subordinati għall-Ispettorat tax-Xogħol:

Informazzjoni dwar ilmenti li jistgħu jiġu ppreżentati lill-Ispettorat tax-Xogħol tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-istituzzjoni.

Informazzjoni ta’ interess pubbliku hija disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafuq is-sit web tal-istituzzjoni.

L-AĠENZIJA NAZZJONALI TAX-XOGĦOL

(AGENȚIA NAȚIONALĂ PENTRU OCUPAREA FORȚEI DE MUNCĂ - ANOFM)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Strada Avalanșei Nos 20-22, sector 4, 040305 Bucharest

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm

Il-Ġimgħa: 8:00 am -2:00 pm

Appuntamenti:

Appuntamenti mal-President tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol jistgħu jsiru għall-ewwel jew it-tielet Tlieta tax-xahar, bejn il-11:00 ta’ filgħodu u nofsinhar. Biex tagħmel appuntament, ċempel (+40) (0)21 3039831

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.anofm.ro/index.html?agentie=ANOFM&page=0

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaanofm@anofm.ro

Informazzjoni rigward is-siti web tal-fergħat tal-kontea tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol tista’ tinstab fis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-istituzzjoni.

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Aġenzija toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi inkluż - fost ħafna oħrajn - pariri okkupazzjonali, korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, servizzi ta’ għoti ta’ pariri li jingħataw qabel il-qgħad, kollokazzjoni f’impieg, konsulenza dwar bidu ta’ negozju, sussidjar ta’ impieg għal persuni li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati, u l-għoti ta’ self vantaġġuż għall-ħolqien tal-impiegi.

Hija sservi lill-persuni qiegħda kif ukoll lin-negozji.

L-objettiv ewlieni tagħha huwa li żżid ir-rata tal-impieg u b’hekk tnaqqas il-qgħad.

Bażi ġuridika:

- Il-Liġi Nru 202 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol;

- Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1610 dwar l-Istatut tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol (ANOFM).

L-objettivi ewlenin tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol huma:

  • li tistituzzjonalizza d-djalogu soċjali fil-qasam tal-impiegi u t-taħriġ vokazzjonali;
  • li tapplika strateġiji fil-qasam tal-impiegi u t-taħriġ vokazzjonali;
  • li tapplika miżuri ta’ protezzjoni soċjali għal persuni qiegħda.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-istituzzjoni.

L-AĠENZIJA NAZZJONALI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-AMBJENT

(AGENȚIA NAȚIONALĂ PENTRU PROTECȚIA MEDIULUI - ANPM)

Uffiċċju prinċipali:

Splaiul Independenței No 294, Block B, Sector 6, 060031 Bucharest

Tel.: (+40) (0)21 2071101; (+40) (0)21 2071102

Faks: (+40) (0) 21 2071103

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@anpm.ro

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.anpm.ro/

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm

Il-Ġimgħa: 8:00 am - 2:00 pm

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent hija istituzzjoni speċjalizzata tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u hija subordinata għall-Ministeru għall-Ambjent. Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1000 tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent u istituzzjonijiet pubbliċi subordinati, hija vestita b’setgħat fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ politiki u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien ambjentali.

Objettiv:

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent topera fil-qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali biex tħares il-prinċipji u timplimenta l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent.

Il-kompiti tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent huma li:

  • tiżgura l-ippjanar ambjentali strateġiku;
  • timmonitorja fatturi ambjentali;
  • tittratta l-awtorizzazzjoni ta’ attivitajiet li għandhom impatt fuq l-ambjent;
  • timplimenta leġiżlazzjoni u politiki ambjentali fil-livelli nazzjonali u lokali;
  • tissottometti rapporti lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar dan li ġej: il-kwalità tal-arja, il-bidla fil-klima, żoni protetti, tniġġis ta’ ħamrija u ilma.

L-ilmenti jiġu rreġistrati skont l-Ordni tal-Gvern Nru 27/2002 li tirregola s-soluzzjoni ta’ lmenti, kif approvata bil-Liġi Nru 233/2002, u jistgħu jintbagħtu bl-email lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@anpm.ro.

Ilmenti anonimi jew ilmenti li ma jkunx fihom id-dettalji tal-identifikazzjoni ma jitteħdux in kunsiderazzjoni u jiġu magħluqa.

L-AWTORITÀ NAZZJONALI GĦALL-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

(AUTORITATEA NAȚIONALĂ PENTRU PROTECȚIA CONSUMATORILOR - ANPC)

Indirizz:

Bulevardul Aviatorilor No 72, Sector 1, 011865 Bucharest

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacabinet@anpc.ro

Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm

Il-Ġimgħa: 8:00 am - 2:00 pm

Bażi ġuridika:

  • Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 700/2012 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità Nazzjonali tal-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Il-kompiti tal-ANPC jinkludu:

  1. li tkun involuta - flimkien ma’ korpi speċjalizzati oħrajn tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u lokali li għandhom dmirijiet fil-qasam rilevanti, u ma’ korpi mhux governattivi tal-konsumatur - fit-tfassil ta’ strateġija għall-ħarsien tal-konsumatur filwaqt li tiżgura l-kompatibilità mal-istrateġija tal-UE;
  2. li ġġib il-qafas legali nazzjonali f’konformità mar-regolamenti tal-UE fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur;
  3. li tipproponi lill-Gvern, għall-approvazzjoni u l-adozzjoni, abbozzi ta’ atti leġiżlattivi fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-manifattura, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-konservazzjoni, il-ħażna, it-trasport, l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti; fir-rigward tal-forniment tas-servizzi, inklużi s-servizzi finanzjarji; u fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ pieni asimmetriċi ta’ ksur ta’ kuntratt bejn klijenti u fornituri ta’ servizzi pubbliċi u servizzi oħra ta’ interess ġenerali, sabiex ma jkunx hemm periklu għas-saħħa, il-ħajja u s-sikurezza tal-konsumaturi jew jiġu affettwati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tagħhom;
  4. li tħejji, flimkien ma’ korpi speċjalizzati oħrajn tal-amministrazzjoni pubblika, proċeduri dwar l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-metodi ta’ kooperazzjoni fit-twettiq ta’ attivitajiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Lista sħiħa tad-dmirijiet tal-ANPC hija ppreżentata fis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-istituzzjoni.

In-notifiki u l-ilmenti:

Il-konsumaturi jistgħu jibagħtu n-notifiki u l-ilmenti lill-uffiċċji prinċipali tal-Kummissarjati Reġjonali/tal-Kontea għall-Ħarsien tal-Konsumatur jew lill-Kummissarjat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fil-Muniċipalitàta’ Bukarest, skont il-ġuriżdizzjoni partikolari li fiha l-operatur ekonomiku li jsir l-ilment dwaru jkun iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu.

Sabiex tippreżenta notifika/ilment, jekk jogħġbok uża l-link Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaINFO Complaints, fejn tista’ tikkonsulta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ lmenti u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-dettalji ta’ kuntatt tal-Kummissarjati Reġjonali u tal-Kontea għall-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Skont id-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti, l-ilmenti u n-notifiki għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub jew f’forma elettronika, u jistgħu jiġu ppreżentati personalment.

L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati f’forma elettronika f’din il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna web.

Ilment jew notifika għandhom jiġu ppreżentati f’isem il-kwerelant jew il-persuna notifikanti.

Ilment/notifika jiġu indirizzati fil-limitu ta’ żmien legali (skont l-Ordni tal-Gvern Nru 27/2002), sakemm ikunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa, jiġifieri fattura għall-finijiet ta’ taxxa, irċevuta tal-cash-register jew irċevuta oħra, il-kuntratt jew il-garanzija taċ-ċertifikat ikkonċernati jew dokumenti oħra, kif xieraq.

Sabiex jiġu indirizzati mill-Kummissarjati, l-ilmenti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Inkella, dawn jiġu magħluqa minħabba nuqqas ta’ informazzjoni.

L-AĠENZIJA NAZZJONALI TAL-ASSIKURAZZJONI TAS-SAĦĦA

(CASA NAȚIONALĂ DE ASIGURĂRI DE SĂNĂTATE - CNAS)

Indirizz:

Calea Călărașilor No 248, Bl. S19, Sector 3, 030634, Bucharest

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cnas.ro/

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarelpubl1@casan.ro

Tel.: (+40) (0) 37-2309236

Faks: (+40) (0) 37-2309165

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (CNAS) hija istituzzjoni pubblika awtonoma ta’ interess nazzjonali, li għandha personalità ġuridika. L-għan tagħha huwa li tiżgura l-funzjonament konsistenti u koordinat tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa soċjali fir-Rumanija.

Bażi ġuridika:

  • Id-Digriet b’Urġenza tal-Gvern Nru 150/20 ta’ Novembru 2002;
  • Id-Digriet b’Urġenza tal-Gvern Nru 180/2000;
  • Il-Liġi Nru 145/1997.

Objettivi:

Li tiżviluppa u ssostni sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa soċjali fejn id-drittijiet tal-persuni assigurati jiġu rispettati u l-ħtiġijiet tagħhom jintlaħqu.

Objettivi ġenerali:

  • li tipproteġi lill-persuni assigurati kontra l-ispejjeż tas-servizzi tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ mard jew ta’ xi inċident;
  • li tiżgura li l-persuni assigurati jkunu koperti b’mod universali, ġust u mhux diskriminatorju soġġett għall-użu effiċjenti tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Soċjali Uniku tar-Rumanija.

Objettivi speċifiċi:

  • li tiżgura aċċess għal servizzi tas-saħħa, ta’ mediċini u tagħmir mediku;
  • li tiżgura protezzjoni ġusta u mhux diskriminatorja soġġetta għall-użu effiċjenti tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Soċjali Uniku;
  • li żżid il-livell ta’ sodisfazzjon tal-persuni assigurati bil-kwalità tas-servizzi;
  • li ttejjeb il-provvista ta’ informazzjoni lill-persuni assigurati.

L-AWTORITÀ ELETTORALI PERMANENTI

(AUTORITATEA ELECTORALĂ PERMANENTĂ)

Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:

Str. Stavropoleos No 6, Sector 3, 030084 Bucharest

Tel.: (+40) (0)21-3100824

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.roaep.ro/prezentare/

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacomunicare@roaep.ro

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Awtorità Elettorali Permanenti hija istituzzjoni amministrattiva awtonoma b’personalità ġuridika, u hija vestita b’setgħat ġenerali fi kwistjonijiet elettorali. Il-missjoni tagħha hi li tiżgura l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ elezzjonijiet u referenda u li tiżgura li l-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali jkun f’konformità mal-Kostituzzjoni u mal-leġiżlazzjoni rilevanti u mal-istandards internazzjonali u Ewropej.

Bażi ġuridika:

  • Id-Deċiżjoni Nru 4 tat-22 ta’ Ġunju 2016 li tapprova r-regoli tal-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità Elettorali Permanenti u taċ-Ċentru tal-“Esperti Elettorali”;
  • Il-liġi Nru 334/2006 dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi u l-kampanji elettorali”, ippubblikata mill-ġdid;
  • Il-liġi Nru 208/2015 dwar l-elezzjonijiet għas-Senat u l-Kamra tad-Deputati u dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Awtorità Elettorali Permanenti, kif emendati u ssupplimentati sussegwentement.

Objettivi:

  • li tiżgura proċessi elettorali regolari, ħielsa u ġusti bl-użu effiċjenti u trasparenti tar-riżorsi umani, finanzjarji u ekonomiċi;
  • li tiżgura li l-partiti politiċi u l-kampanji elettorali jkunu ffinanzjati b’mod korrett u trasparenti;
  • li tiżgura approċċ integrat għall-ġestjoni tal-proċess elettorali.

Funzjonijiet (il-lista mhijiex eżawrjenti):

  • funzjoni strateġika: li tiżgura li jiġu stabbiliti objettivi settorjali fil-qasam tal-attività tagħha;
  • funzjoni regolatorja: li tiżgura t-tħejjija u l-preżentazzjoni għall-approvazzjoni tal-qafas leġiżlattiv meħtieġ għat-twettiq ta’ dmirijiet strateġiċi fi kwistjonijiet elettorali, u t-tħejjija u l-approvazzjoni ta’ standards u regoli tekniċi obbligatorji għall-korpi u l-awtoritajiet kollha inkarigati b’kompiti elettorali;
  • funzjoni ta’ ġestjoni: li tiżgura l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet u r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq ta’ proċessi elettorali;
  • funzjoni ta’ awtorità tal-Istat: li tiżgura l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni nazzjonali ta’ regolamenti li għandhom x’jaqsmu speċifikament mas-sistema elettorali u r-regoli stabbiliti biex jimmodernizzaw is-sistema elettorali Rumena u jiżguraw l-interkonnessjoni tagħha mas-sistemi elettorali f’pajjiżi oħra tal-UE;
  • funzjoni ta’ kontroll: l-iżgurar ta’ kontrolli fuq il-konformità mal-liġi u l-applikazzjoni ta’ penali skont il-liġi, fejn applikabbli;

Informazzjoni dwar funzjonijiet oħra tista’ tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

Kompiti (il-lista mhijiex eżawrjenti):

  • li tħejji proposti dwar il-loġistika involuta fit-tmexxija tal-elezzjonijiet u tibgħathom lill-Gvern u lill-awtoritajiet lokali kkonċernati, u li timmonitorja l-implimentazzjoni tal-proposti;
  • li timmonitorja l-metodu għad-demarkazzjoni taż-żoni tal-postijiet tal-votazzjoni u l-għażla tal-binjiet tal-postijiet tal-votazzjoni u l-postijiet tal-uffiċċji elettorali;
  • li timmonitorja l-forniment f’waqtu ta’ tagħmir u provvisti għal postijiet tal-votazzjoni: il-kaxxi tal-voti u l-kabini tal-votazzjoni standard, it-timbri u l-istamp pads, il-kontenituri li fihom jiġu ttrasportati l-karti tal-vot, eċċ.; u li timmonitorja l-kustodja sikura ta’ tali tagħmir u provvisti bejn l-elezzjonijiet;
  • li timmonitorja l-metodu użat biex jiġi żgurat li l-fondi meħtieġa jkunu disponibbli fi żmien debitu għall-forniment gradwat tal-loġistika involuta fit-tmexxija tal-proċess elettorali;
  • li timmonitorja s-sigurtà tal-postijiet tal-votazzjoni, tal-karti tal-vot u ta’ dokumenti u materjali oħra meħtieġa fl-elezzjonijiet;
  • li timmonitorja t-tħejjija u l-istampar tal-listi elettorali permanenti;
  • li timmonitorja u tikkontrolla l-aġġornament tar-Reġistru Elettorali.

Informazzjoni dwar kompiti oħra tista’ tinkiseb Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawn.

L-ISTITUT RUMEN GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

(INSTITUTUL ROMÂN PENTRU DREPTURILE OMULUI - IRDO)

Indirizz:

B-dul Nicolae Bălcescu No 21, Sector 1, Bucharest

Tel.: (+40) (0)21-3114921

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.irdo.ro/

Posta elettronika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoffice@irdo.ro

Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:

L-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem (IRDO) huwa istituzzjoni nazzjonali indipendenti fdata, skont il-liġi li tirregola t-twaqqif tagħha, b’kompiti fl-oqsma tar-riċerka, it-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għoti ta’ pariri minn esperti. Din il-liġi tipprovdi wkoll garanziji ta’ indipendenza u imparzjalità skont il-kriterji stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, li jirrakkomandaw l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet bħal dawn f’kull stat demokratiku.

Fit-twettiq tal-kompiti speċifiċi kollha tiegħu fl-oqsma tar-riċerka, it-taħriġ u l-għoti ta’ informazzjoni u pariri esperti, l-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa dejjem konxju mir-regoli u l-istandards stabbiliti fit-trattati internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u mill-ġurisprudenza rilevanti tal-qrati internazzjonali.

Barra minn hekk, l-IRDO għandu preżenza eletta f’għadd ta’ korpi internazzjonali ddedikati għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-servizzi tal-Istitut huma disponibbli għal kull min jeħtieġhom. It-testi tad-dokumenti bażiċi u tar-referenzi biblijografiċi jitqassmu bla ħlas jew jiġu pprovduti bil-kost tar-riproduzzjoni biss.

L-Istitut jista’ jiġi kkuntrattat minn istituzzjonijiet xjentifiċi jew korpi speċjalizzati biex iwettaq xogħol ta’ riċerka u huwa disponibbli biex ifassal opinjonijiet fuq talba ta’ fora speċjalizzati fir-Rumanija u barra mill-pajjiż. Il-ħlasijiet għal dawn is-servizzi huma stabbiliti mill-maniġment tal-Istitut.

Bażi ġuridika:

Il-liġi Nru 9/1991 li tistabbilixxi l-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem

Objettiv:

Il-kompetenza tal-Istitut hija li jiżgura li l-korpi pubbliċi, l-assoċjazzjonijiet mhux governattivi u ċ-ċittadini Rumeni jinżammu infurmati sew dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u dwar kif jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari f’dawk li qed jipparteċipaw fil-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.

Fl-istess ħin, l-Istitut jirsisti biex jissensibilizza lill-korpi internazzjonali - u lill-pubbliku ġenerali f’pajjiżi oħra - dwar l-arranġamenti prattiċi fis-seħħ biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u mħarsa fir-Rumanija.

L-attivitajiet tal-IRDO:

  1. li jistabbilixxi, jieħu ħsieb u jopera għall-utenti kollha ċentru tad-dokumentazzjoni li jkun fih testi ta’ konvenzjonijiet internazzjonali, liġijiet, dokumenti, studji u pubblikazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, u referenzi bibljografiċi;
  2. li jżomm lill-korpi pubbliċi, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u liċ-ċittadini infurmati, b’mod partikolari billi jżid l-għarfien tagħhom ta’ dokumenti, prattiki u użanzi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jipprovdi traduzzjonijiet fejn meħtieġ;
  3. li jorganizza programmi ta’ taħriġ li jew huma speċifikament imfassla għall-ħtiġijiet ta’ persuni b’responsabbiltajiet speċjali fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem jew huma mfassla biex iqajmu kuxjenza dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fost taqsimiet ikbar tal-pubbliku;
  4. li jipprovi informazzjoni, jew fuq bażi regolari jew fuq talba, dwar l-isforzi magħmula mill-Gvern u minn korpi mhux governattivi fir-Rumanija biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u dwar sforzi simili f’pajjiżi oħra, kif ukoll dwar l-impenji internazzjonali meħuda mir-Rumanija u l-mod kif dawn jiġu ssodisfati;
  5. li jipprovdi dokumenti lill-kummissjonijiet parlamentari, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ aspetti tad-drittijiet tal-bniedem indirizzati fir-reviżjoni tal-abbozzi ta’ leġiżlazzjoni u fi kwistjonijiet oħra eżaminati mill-Parlament;
  6. li jagħmel riċerka dwar diversi aspetti tal-promozzjoni u tal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fir-Rumanija u barra minnha;
  7. li jippubblika bullettin dwar id-drittijiet tal-bniedem u jiżgura d-disseminazzjoni wiesgħa tiegħu, inkluż billi jipprovdi traduzzjonijiet f’lingwi oħra;
  8. li jorganizza stħarriġ tal-opinjoni pubblika dwar diversi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Rumanija.

Informazzjoni addizzjonali dwar l-IRDO tista’ tinkiseb fis- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-istituzzjoni.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Drittijiet fundamentali - Slovenja

Il-Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem (Varuh človekovih pravic)

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-Qrati Nazzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/sodisca/sodni_sistem/seznam_sodisc/

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)
Beethovnova ulica 10
1001 Ljubljana
p. p. 1713
Telefon: + 386 (01) 477 64 00; + 386 (01) 477 64 15
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@us-rs.si,

Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)
Fajfarjeva 33
1000 Ljubljana
Telefon: + 386 (01) 47 00 100
Faks: + 386 (01) 47 00 150
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaurad.uprlj@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Maribor
Telefon: + 386 (02) 230 20 30
Faks: + 386 (02) 230 20 48
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoddelek.uprmb@sodisce.si

strong>Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Nova Gorica
Telefon: + 386 (05) 33 55 200
Faks: + 386 (05) 33 55 221
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoddelek.uprng@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Celje
Telefon: + 386 (03) 42 75 380
Faks: + 386 (03) 42 75 388
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaoddelek.uprce@sodisce.si

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Ara l-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem (Varuh človekovih pravic)

Il-pożizzjoni tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem inħolqot fir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tassigura protezzjoni ġenerali għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-erba’ deputati tiegħu / tagħha jew l-assistenti tiegħu/tagħha jirċievu talbiet minn persuni li jikkunsidraw li dritt tal-bniedem jew libertà fundamentali ġew miksura mill-azzjoni ta’ awtorità pubblika, korp ta’ awtogovernanza lokali jew minn persuna ġuridika suġġetta għal-liġi pubblika. L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem jopera abbażi tal-Att tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1994 (Zakon o Varuhu človekovih pravic).

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem jista’

  • javża lill-awtur tal-ksur sabiex jirrettifika jew iwaqqaf l-irregolarità, jew
  • anki jipproponi li jingħata kumpens għall-ħsarat.
  • Min-naħa tiegħek u bl-awtorizzazzjoni tiegħek, l-Ombudsman jista’ jressaq talba lill-Qorti Kostituzzjonali għall-valutazzjoni tal-kostituzzjonalità u l-legalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet jew atti, jew
  • iressaq rikors kostituzzjonali minħabba ksur ta’ dritt.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jressaq/tressaq inizjattivi lill-Gvern jew lill-Parlament għal liġijiet u dispożizzjonijiet oħrajn li jridu jiġu emendati.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jissuġġerixxi/tissuġġerixxi lill-korpi kollha li huwa/hija responsabbli għalihom sabiex itejbu l-funzjonament tagħhom u r-relazzjonijiet tagħhom mal-partijiet.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jagħti / tagħti l-opinjoni tiegħu/tagħha fuq każ partikolari relatat ma’ ksur ta’ drittijiet u libertajiet, irrispettivament mit-tip ta’ proċedura jew l-istadju milħuq fl-eżaminazzjoni tal-każ quddiem il-korp ikkonċernat.

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-bniedem ma jistax jaġixxi jew jirrettifika l-ksur jew l-irregolaritajiet minflok il-korp statali, il-korp ta’ awtogovernanza lokali jew il-persuna ġuridika suġġetta għal-liġi pubblika.

Il-parti li wettqet il-ksur hija responsabbli wkoll għar-rettifika tagħha hi stess. Barra minn hekk, l-Ombudsman ma jistax jeżamina każijiet li qegħdin jiġu trattati mill-qrati, minbarra f’xi każijiet eċċezzjonali.

Bil-liġi l-Ombudsman ma għandux awtorità fis-settur privat, u b’hekk hu ma jistax jintervjeni f’każijiet fejn id-drittijiet jinkisru minn kumpanija privata, pereżempju. F’każijiet bħal dawn, huwa / hija għandu / għandha jagħmel / tagħmel pressjoni fuq il-korpi statali, il-korpi ta’ awtogovernanza lokali jew il-persuni ġuridiċi suġġetti għal-liġi pubblika li jissorveljaw ix-xogħol tal-kumpanija privata jew l-individwu kkonċernat.

L-Ombudsman jissorvelja wkoll postijiet ta’ detenzjoni u t-trattament ta’ persuni li ġew miżmuma jew dawk li l-libertà tagħhom ġiet ristretta, b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u umanitarji.

L-Ombudsman għandu l-poter li jikkontrolla, javża u jagħti pariri imma mhux biex jieħu deċiżjonijiet uffiċjali.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Repubblika ta’ Slovenja

Dunajska cesta 56 (ir-4 sular)
1109 Ljubljana
Telefon: 01 475 00 50
Linja tat-telefon b’xejn: 080 15 30
Faks: 01 475 00 40
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@varuh-rs.si

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem:

L-Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal (Varuh otrokovih pravic)

Parti tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem, Deputat speċjalizzat tal-Ombudsman.

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza (Zagovornik načela enakosti)

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza jfittex li jipprevjeni u jelimina d-diskriminazzjoni fis-Slovenja.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaINIZJATTIVI (ILMENTI): Huwa / hija jieħu / tieħu ħsieb l-inizjattivi jew l-ilmenti f’każijiet ta’ allegata diskriminazzjoni. Hu/hi joħroġ/toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar jekk intix diskriminat kontra sitwazzjoni partikolari, jiġifieri jekk intix qed tiġi trattat b’mod inugwali minħabba ċirkostanzi personali. Fl-istess ħin, huwa /hija jagħmel / tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awturi ta’ ksur dwar kif jirretifikawhom u rigward raġunijiet għal u konsegwenzi ta’ dan il-ksur. B’dan il-mod, huwa / hija jfittex / tfittex permezz tal-azzjonijiet, li jirrettifika / tirrettifika ksur informali u jgħin/tgħin sabiex itejjeb il-prattika futura. Madankollu, jekk problema ma tkunx riżolta b’dan il-mod, huwa / hija jista’ / tista’ jipproponi / tipproponi li l-ispettorati jmexxu l-prosekuzzjoni tar-reat. Il-proċeduri quddiem l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza huma b’xejn u kunfidenzjali.

ASSISTENZA: Hu/hi joffri/toffri assistenza bi protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni fi proċeduri oħrajn, pereżempju billi jipprovdi/tipprovdi pariri rigward ir-rimedji li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek u kif tużahom quddiem korpi Statali oħra.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPARIR: Inti tista’ ssaqsih / ssaqsiha għall-opinjoni rigward jekk l-azzjoni tiegħek tikkostitwixxix, jew tistax tikkostitwixxi, diskriminazzjoni, u rigward pariri dwar kif għandek taġixxi sabiex tevita d-diskriminazzjoni u ssaħħaħ id-dritt għal trattament ugwali b’mod aktar effettiv.

INFORMAZZJONI: Huwa /hija jipprovdi / tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni u s-sitwazzjoni f’dan il-qasam fis-Slovenja.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Advocate of the Principle of Equality
Ministry of Labour, Family, Social Affairs and Equal Opportunities
Kotnikova 28
1000 Ljubljana
Telefon: 01/369 7 03
Faks: 01/369 78 29
Posta elettronika: zagovornik.uem@gov.si
Linja tat-telefon b’xejn: 080 12 13 (għal telefonati biss tas-Slovenja)
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zagovornik.gov.si/

L-informazzjoni bażika kollha fuq is-sit web ta’ hawn fuq hija disponibbli fl-intier tagħha anki bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bis-Serb, bil-Bożnijaku, bl-Albaniż u bir-Romani.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/kdo-je-zagovornik/index.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/osebna-izkaznica/index.html

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni (Informacijski pooblaščenec)

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jiddeċiedi r-rapporti ta’ ksur tal-protezzjoni tad-dejta personali fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet tal-qafas 2004 tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali (Zakon o varstvu osebnih podatkov) u l-liġijiet settorjali li jirregolaw kwistjonijiet ta’ dejta personali speċifika (eżempju l-Att dwar il-Karta tal-Identità (Zakon o osebni izkaznici)). Huwa /hija jaġixxi / taġixxi wkoll fuq l-inizjattiva tiegħu / tagħha stess (ex-officio) jekk jiskopri/tiskopri li seta’ kien hemm ksur tal-protezzjoni ta’ dejta personali, kif ukoll jissorvelja / tissorvelja oqsma speċifiċi mingħajr ma jirċievu rapport. L-ispezzjonijiet jitwettqu minn spetturi tal-Istat responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta personali, li huma impjegati mill-Kummissarju tal-Informazzjoni: il-Kummissarju tal-Informazzjoni jista’ jordna l-korrezzjonijiet li għandhom isiru għad-dejta personali, jindika l-ksur li jinvolvu l-akkwist illegali jew il-proċess ta’ dejta personali u jimponi l-pieni (multi) fuq il-kontrolluri tad-dejta personali. Ilment amministrattiv jista’ jinġieb kontra d-deċiżjonijiet tiegħu / tagħha quddiem il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Information Commissioner
Zaloška 59
1000 Ljubljana
Telefon: 01 230 97 30
Faks: 01 230 97 78
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagp.ip@ip-rs.si

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Drittijiet fundamentali - Slovakkja

Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsperson

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Qrati Nazzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta' qrati kriminali

Il-qafas legali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fis-Slovakkja huwa l-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka (l-Att Nru 460/1992 huwa emendat). Il-Kostituzzjoni Slovakka hija l-att bażiku tas-Slovakkja u tieħu preċedenza fuq kull att leġiżlattiv ieħor. It-tieni Kapitolu tal-Kostituzzjoni Slovakka (l-Artikoli 11 sa 54) jipprovdi protezzjoni ġenerali tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, jiġifieri tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem (magħrufin bħala d-drittijiet ċivili fid-dokumenti internazzjonali), id-drittijiet politiċi, id-drittijiet tal-minoritajiet nazzjonali u l-gruppi etniċi, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, id-dritt tal-protezzjoni tal-wirt ambjentali u kulturali u d-dritt ta' protezzjoni ġudizzjarja u ta' forom oħrajn ta' protezzjoni. Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali huma garantiti għal kulħadd fis-Slovakkja, irrispettivament mis-sess, ir-razza, il-kulur tal-ġilda, il-fidi jew ir-reliġjon, it-twemmin politiku jew twemmin ieħor, l-oriġini nazzjonali jew soċjali, is-sħubija fi grupp nazzjonali jew etniku, is-sjieda tal-proprjetà, il-familja jew sitwazzjoni oħra. Ħadd ma jista' jiġi mweġġa', aġevolat, jew żvantaġġat minħabba waħda minn dawn ir-raġunijiet. Id-drittijiet ta' ħadd ma jistgħu jinkisru sempliċiment għax dan ikun iddeċieda li jeżerċita d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tiegħu (l-Artikolu 12(2) u (4) tal-Kostituzzjoni Slovakka). Sakemm ma jkunx mogħti biss b'mod espliċitu liċ-ċittadini tar-Repubblika Slovakka, il-barranin li jkunu jinsabu fis-Slovakkja huma intitolati għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem garantiti fil-Kostituzzjoni Slovakka, inkluż id-dritt ta' ażil (l-Artikolu 52(2) u l-Artikolu 53 tal-Kostituzzjoni Slovakka). Il-kundizzjonijiet u limiti tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-kamp tal-applikazzjoni tal-obbligi fi żmien il-gwerra, ostilitajiet, ċirkostanzi eċċezzjonali u ta' emerġenza huma stabbiliti f'att kostituzzjonali dwar is-Sigurtà Statali fi żmien il-gwerra, ostilitajiet, ċirkostanzi eċċezzjonali u ta' emerġenza (l-Att Nru 227/2002).

Skont l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni Slovakka, kull persuna tista', skont il-proċedura stabbilita bil-liġi, tinforza d-drittijiet tagħha f'qorti indipendenti u imparzjali u, f'każijiet li tiddetermina l-liġi, quddiem awtorità differenti tar-Repubblika Slovakka. Fil-prattika jista' jkun hemm firxa wiesgħa ta' drittijiet tal-bniedem, jiġifieri drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali li jistgħu jkunu definiti bil-liġi, u drittijiet tal-bniedem u libertajiet fundamentali li ma jistgħux ikunu definiti bil-liġi. Il-kontenut ta' drittijiet u libertajiet bħal dawn jista' jinkludi drittijiet ċiviċi, politiċi, ekonomiċi, soċjali, kulturali, u oħrajn garantiti bil-Kostituzzjoni Slovakka, b'atti kostituzzjonali oħrajn, b'atti u b'leġiżlazzjoni oħrajn, u bi trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali (il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem) li s-Slovakkja hija marbuta bihom. Is-setgħa tal-iskrutinju tad-deċiżjonijiet dwar id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ma tistax tiġi eskluża mis-setgħat tal-qrati.

Xi ħadd li jiddikjara li b'deċiżjoni li ħadet awtorità pubblika, inkisru d-drittijiet tiegħu jew tagħha, jista' jitlob qorti biex tiġi riveduta d-deċiżjoni sakemm il-liġi ma tkunx tistipula mod ieħor. Il-Kostituzzjoni Slovakka u liġijiet rilevanti oħrajn jiggarantixxu d-dritt lil kulħadd għal kumpens tad-dannu kkawżat b'deċiżjoni illegali li tkun ittieħdet minn qorti jew korp statali ieħor jew awtorità pubblika jew ikkawżat minn proċedura uffiċjali żbaljata. Id-dettalji ta' dan huma stabbiliti fl-Att Nru 514/2003 dwar ir-responsabbiltà tad-dannu kkawżat fl-eżerċizzju ta' awtorità pubblika u jemendaw ċerti atti oħrajn. Dan l-att jirregola r-responsabbiltà tal-Istat għad-dannu kkawżat minn korpi pubbliċi meta jeżerċitaw awtorità pubblika, ir-responsabbiltà ta' muniċipalitajiet u unitajiet territorjali ogħla għad-dannu kkawżat minn korpi awtoritarji lokali meta jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, is-seduta preliminari tad-dikjarazzjonijiet tad-dannu u d-dritt ta' kumpens rigressiv.

Skont l-Artikolu 46 tal-Kostituzzjoni Slovakka, imsemmi hawn fuq, it-Taqsima 3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tiggarantixxi d-dritt li f'qorti tiġi infurzata l-protezzjoni ta' dritt li ġie mhedded jew inkiser. Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti mill-qorti u mill-parteċipanti fil-proċedimenti tal-qorti ċivili sabiex tkun żgurata l-protezzjoni ġusta tad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-parteċipanti u sabiex ikunu żgurati mġiba skont il-liġi, it-twettiq onest tad-dmirijiet u r-rispett lejn id-drittijiet ta' ħaddieħor. Fil-proċedimenti tal-qorti ċivili, il-qrati jisimgħu u jaqtgħu sentenzi dwar tilwimiet u kawżi legali oħrajn, jinfurzaw l-applikazzjoni ta' deċiżjonijiet li jkunu għadhom ma ġewx applikati volontarjament, u jiżguraw li ma jkun sar l-ebda ksur tad-drittijiet jew tal-interessi protetti bil-liġi ta' persuni naturali u ġuridiċi, u li dawn id-drittijiet ma jkunux abbużati għad-detriment ta' dawn il-persuni.

F'konformità mat-Taqsima 7(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, fil-proċedimenti tal-qorti ċivili, il-qrati jisimgħu u jaqtgħu sentenzi dwar tilwimiet u kawżi legali oħra li għandhom x'jaqsmu mal-liġi ċivili, il-liġi dwar l-impjiegi, il-liġi dwar il-familja, il-liġi kummerċjali, u l-liġi ekonomika, sakemm dawn ma jkunux instemgħu u nqatgħu minn korpi oħrajn skont il-liġi. Fil-proċedimenti tal-qorti ċivili, il-qrati jirrevedu wkoll il-leġalità ta' deċiżjonijiet li ttieħdu minn awtoritajiet pubbliċi u l-legalità ta' deċiżjonijiet, miżuri u interventi oħrajn minn awtoritajiet pubbliċi, u jiddeċiedu b'konsistenza mal-liġi tal-miżuri legali adottata minn awtoritajiet lokali fuq kwistjonijiet tal-awtorità lokali u, għall-implimentazzjoni tal-kompiti tal-awtorità statali, b'konsistenza mar-Regolamenti Governattivi u mal-ordnijiet ministerjali u ordnijiet ta' awtoritajiet statali ċentrali oħrajn, sakemm il-liġi ma tkunx tistipula li dawn il-kwistjonijiet għandhom jinstemgħu u jinqatgħu minn korpi oħrajn. Kawżi oħrajn jinqatgħu u jinstemgħu minn qrati fi proċedimenti tal-qorti ċivili biss meta jkun stipulat fil-liġi.

Qrati ordinarji fis-Slovakkja

Fis-Slovakkja kwistjonijiet ġudizzjarji jidhru quddiem qrati indipendenti u imparzjali. F'kull livell, il-kwistjonijiet ġudizzjarji huma separati minn dawk ta' korpi statali.

Il-proċedimenti quddiem il-qrati huma msejsa fuq il-prinċipju taż-żewġ istanzi, li skontu huwa possibbli li jsir appell kontra sentenzi tal-qrati li ttieħdu fil-prim'istanza (minn qrati distrettwali). L-appelli, li joħolqu rimedju legali xieraq, jinstemgħu minn qrati superjuri fit-tieni istanza (qrati reġjonali)

Is-sistema tal-qrati ordinarji tikkonsisti mill-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka, il-Qorti Kriminali Speċjalizzata, tmien qrati reġjonali u 45 qorti distrettwali li jaqtgħu sentenzi ta' kawżi li ma jkunux fil-kompetenza esklussiva tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka; jiġifieri jaqtgħu sentenzi ta' kawżi ċivili u kriminali u jirrevedu wkoll il-legalità ta' deċiżjonijiet li ttieħdu u proċeduri li segwew il-korpi statali (ġustizzja amministrattiva), jekk ikun stipulat bil-liġi. Bħalissa s-Slovakkja ma għandhiex qrati militari stabbiliti bil-liġi.

Ġustizzja amministrattiva

Ir-reviżjoni tal-legalità tad-deċiżjonijiet li ttieħdu u l-proċeduri segwiti mill-awtoritajiet pubbliċi hija regolata mid-dispożizzjonijiet tal-ħames parti tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat).

Fil-ġustizzja amministrattiva, il-qrati jistgħu jwettqu reviżjonijiet imsejsa fuq ilmenti jew appelli relatati mal-legalità ta' deċiżjonijiet li ttieħdu jew proċeduri segwiti minn awtoritajiet pubbliċi. Fil-ġustizzja amministrattiva, il-qrati jirrevedu l-legalità ta' deċiżjonijiet u proċeduri minn awtoritajiet pubbliċi, awtoritajiet lokali u awtoritajiet ta' entitajiet lokali interessati u persuni ġuridiċi oħra kif ukoll persuni naturali, sakemm dawn ikunu intitolati bil-liġi biex jieħdu deċiżjonijiet fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' persuni naturali u ġuridiċi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika ("deċiżjonijiet u proċeduri ta' korpi amministrattivi"). "Deċiżjonijiet ta' awtoritajiet amministrattivi" tfisser deċiżjonijiet meħuda minnhom fi proċedimenti amministrattivi u deċiżjonijiet oħra li jistabbilixxu, ibiddlu jew iħassru d-drittijiet u l-obbligi ta' persuni naturali jew ġuridiċi jew li bihom id-drittijiet, interessi protetti bil-liġi jew l-obbligi ta' persuni naturali jew persuni ġuridiċi jistgħu jkunu direttament affettwati. "Proċedura segwita minn awtorità amministrattiva" tinkludi wkoll inazzjoni. Il-qrati involuti fil-ġustizzja amministrattiva jiddeċiedu dwar proposti biex jimponu obbligi fuq awtoritajiet pubbliċi biex jaġixxu fuq id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta' persuni naturali u ġuridiċi fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u fuq miżuri biex jinfurzaw l-applikazzjoni ta' deċiżjonijiet permezz ta' proċedura stabbilita fit-Taqsimiet 250b u 250u. Il-qrati involuti fil-ġustizzja amministrattiva jieħdu azzjoni biex jipproteġu interventi illegali minn awtoritajiet pubbliċi u fuq l-infurzabbiltà ta' deċiżjonijiet minn korpi amministrattivi barranin. Fi kwistjonijiet elettorali u f'każijiet li għandhom x'jaqsmu r-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi u l-movimenti politiċi, il-qrati jaġixxu u jiddeċiedu skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-parti u sakemm inhu definit minn regoli speċifiċi. Kif inhu xieraq, u skont id-dispożizzjonijiet ta' din il-parti, il-qrati jaġixxu u jiddeċiedu wkoll meta dan ikun preskritt minn dispożizzjonijiet speċifiċi jew meta r-reviżjoni tad-deċiżjonijiet issir minn awtoritajiet pubbliċi kif jeżiġu trattati internazzjonali li magħhom hija marbuta s-Slovakkja.

Dawn il-każijiet partikolari jistgħu jinvolvu dan li ġej:

  • azzjonijiet, jew deċiżjonijiet, dwar ilmenti mressqa kontra deċiżjonijiet meħuda jew proċeduri segwiti minn korpi amministrattivi;
  • azzjonijiet, jew deċiżjonijiet, dwar appelli mressqa kontra deċiżjonijiet meħuda minn korpi amministrattivi li għadhom mhumiex finali;
  • azzjonijiet kontra n-nuqqas ta' azzjoni minn awtoritajiet pubbliċi;
  • azzjonijiet meħuda għal protezzjoni kontra interventi illegali minn awtoritajiet pubbliċi;
  • tip speċjali ta' azzjoni (bħal azzjonijiet fi kwistjonijiet elettorali).

Id-dettalji huma rregolati mit-Taqsimiet 244 sa 250zg tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili

Il-qrati ma għandhomx is-setgħa li jemendaw il-leġiżlazzjoni adottata mis-setgħa eżekuttiva (leġiżlazzjoni sekondarja). Madanakollu, skont l-Artikolu 144(2) tal-Kostituzzjoni Slovakka, jekk il-qorti jidhrilha li kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra, jew parti minnha jew dispożizzjoni individwali tagħha li hija relatata mal-kawża li qed tinstema', tikser il-Kostituzzjoni, att kostituzzjonali, trattat internazzjonali ta' "prijorità" (skont l-Artikolu 7(5) tal-Kostituzzjoni) jew att, din għadha tissospendi l-azzjoni u tniedi azzjoni biex jinbdew proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali (skont l-Artikolu 125(1)). L-opinjoni legali tal-Qorti Kostituzzjonali, kif tinsab fid-deċiżjoni tagħha, tkun torbot lill-qorti. Madanakollu, it-tressiq ta' azzjoni biex jinbdew il-proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali ma jeħlisx lill-qorti mid-dmir tagħha li tieħu azzjoni fil-kawża bil-mod kif stabbilit bil-liġi

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka
Hlavná 110
042 65 Košice 1
SLOVAKIA
Tel.: +421 55 7207211
Faks: +421 55 6227639 (il-president)
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@concourt.sk
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.concourt.sk/

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka ("il-Qorti Kostituzzjonali") ġiet stabbilita bil-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, Nru 460/1992, bħala korp ġuridiku indipendenti sabiex tipproteġi l-kostituzzjonalità. Is-setgħat u l-kompetenza huma rregolati bl-Artikolu 124 sa 140 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka kif emendata. Id-dettalji tal-organizzazzjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, il-proċedura li trid tkun segwita quddiem il-Qorti u l-istatus tal-imħallfin tagħha huma stabbiliti fl-Att Nru 38/1993, kif emendata.

F'konformità mat-Taqsima 79 tal-Att Nru 38/1993, is-Sessjoni Plenarja tal-Qorti Kostituzzjonali approvat ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali, Nru 114/1993, kif emendati, li jirregolaw f'aktar dettall: il-ħidmiet interni tal-Qorti Kostituzzjonali waqt it-tħejjijiet tagħha għall-proċedimenti u t-teħid tad-deċiżjonijiet; kwistjonijiet relatati mal-istatus tas-Sessjoni Plenarja, is-senati, ir-relaturi tal-imħallfin, l-assessuri u persuni oħra li jieħdu sehem fl-attività tal-Qorti Kostituzzjonali; u proċedimenti dixxiplinarji kontra mħallfin.

Il-Qorti Kostituzzjonali tibda proċedimenti jekk tkun jitressaq rikors minn:

a) mill-anqas wieħed minn kull ħames membri tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka;

b) il-President tar-Repubblika Slovakka;

c) il-Gvern tar-Repubblika Slovakka;

d) qorti, f'konnessjoni mal-attività tagħha tat-teħid tad-deċiżjoni;

e) il-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika Slovakka;

f) id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (l-Ombudsman) fi kwistjonijiet ta' konformità tal-liġijiet mal-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1), jekk it-tkomplija tal-infurzar tagħhom jista' jipperikola d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem permezz ta' konvenzjonijiet internazzjonali li tkun irratifikat ir-Repubblika Slovakka u li kienu ppromulgati kif tippreskrivi l-liġi;

g) kull persuna li d-drittijiet tagħha huma aġġudikati kif stabbilit fl-Artikolu 127 u fl-Artikolu 127a tal-Kostituzzjoni.

Il-proċedimenti jibdew dakinhar li jitressaq ir-rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.

L-Artikolu 127a tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka tirregola l-istituzzjoni tar-"rikors kostituzzjonali", li jista' jitressaq minn individwu jew minn entità ġuridikaġuridika (ir-"rikorrent") li jasserixxi li d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tiegħu jew tagħha nkisru b'deċiżjoni finali, miżura, jew intervent ieħor, għajr f'każijiet meta qorti oħra tiddeċiedi dwar il-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali.

Apparti d-dettalji ġenerali, ir-rikors għandu jindika:

a) liema drittijiet jew libertajiet fundamentali nkisru, skont ir-rikorrent;

b) id-deċiżjoni finali, miżura jew intervent ieħor li kiser id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali;

c) min hu l-intimat.

Kopja tad-deċiżjoni finali jew tad-dokument li jiddeskrivi l-miżura, jew evidenza ta' xi intervent ieħor tiġi mehmuża mar-rikors. Jekk ir-rikorrent qed jippretendi danni finanzjarji proporzjonati, dan għandu jiddikjara l-ammont mitlub u r-raġunijiet għalfejn qed jippretendihom. Il-parteċipanti fil-proċedimenti huma ir-rikorrent u l-intimat. It-tressiq tar-rikors ma għandux effett ta' sospensjoni.

Fuq suġġeriment tar-rikorrent, il-Qorti Kostituzzjonali tista' tiddeċiedi fuq miżura temporanja u tipposponi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni finali , miżura jew intervent ieħor ikkontestat, jekk dan il-kors ta' azzjoni mhuwiex f'kunflitt ma' interess pubbliku importanti u jekk l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, miżura jew intervent ieħor ikkontestat ma tkunx iġġib magħha dannu akbar għar-rikorrent milli jkun iġġarrab għall-persuni l-oħra fl-eventwalità ta' posponiment tal-eżekuzzjoni; b'mod partikolari, din tordna lill-korp li skont ir-rikorrent kiser id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tar-rikorrent sabiex jieqaf b'mod temporanju milli jimplimenta d-deċiżjoni, miżura jew intervent ieħor finali, u tordna partijiet terzi sabiex jieqfu b'mod temporanju milli jużaw l-awtorizzazzjoni mogħtija lilhom bid-deċiżjoni, miżura jew intervent ieħor finali. Il-miżura temporanja tiskadi, mhux aktar tard minn meta tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni dwar il-kwistjoni ewlenija, sakemm il-Qorti Kostituzzjonali ma tkunx iddeċidiet li twaqqafha qabel. Il-miżura temporanja tista' wkoll titwaqqaf b'mozzjoni tal-Qorti stess, jekk ir-raġunijiet li għalihom kienet esposta ma jkunux għadhom jeżistu.

Rikors mhux ammissibbli sakemm ir-rikorrent ma jkunx għamel użu mir-rimedji legali jew minn mezzi legali oħra li tagħtih b'mod effettiv il-liġi għall-protezzjoni tad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tiegħu, u li r-rikorrent huwa intitolat juża f'konformità mal-leġiżlazzjoni speċjali. Il-Qorti Kostituzzjonali ma tirrifjutax li taċċetta rikors anke meta din il-kundizzjoni ma tkunx intlaħqet, kemm-il darba r-rikorrent jipprova li r-raġunijiet li minħabba fihom ma ntlaħqitx jixirqilhom kunsiderazzjoni speċjali. Rikors jista' jitressaq fi żmien perjodu ta' xahrejn mid-data effettiva tad-deċiżjoni jew fid-data tan-notifika tal-miżura jew ta' intervent ieħor. Fil-każ ta' miżura jew intervent ieħor, dan il-perjodu jibda jiddekorri minn dakinhar meta r-rikorrent kien f'pożizzjoni li jsir jaf bil-miżura, jew intervent ieħor.

Jekk ir-rikorrent jirtira r-rikors tiegħu, il-Qorti Kostituzzjonali twaqqaf il-proċedimenti relatati miegħu, ħlief f'każijiet li tiddeċiedi li l-irtirar mhux ammissibbli, u speċjalment meta r-rikors huwa mressaq kontra deċiżjoni finali, miżura jew intervent ieħor li huwa ksur eċċezzjonalment gravi tad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tar-rikorrent.

Il-Qorti Kostituzzjonali tipproċedi abbażi tal-fatti murija matul il-proċedimenti ta' qabel, kemm-il darba ma tkunx iddeċidiet mod ieħor.

Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tippermetti r-rikors, fis-sejbiet tagħha trid tiddikjara: id-dritt jew il-libertà fundamentali, id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni jew tal-liġi kostituzzjonali jew ta' konvenzjoni internazzjonali li nkisret; u d-deċiżjoni finali, miżura jew intervent ieħor li kiser id-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali. Jekk id-dritt jew il-libertà fundamentali nkisret b'deċiżjoni jew miżura, il-Qorti Kostituzzjonali tannulla dik id-deċiżjoni jew il-miżura. Il-Qorti Kostituzzjonali tannulla wkoll kull intervent ieħor li kiser dritt jew libertà fundamentali, jekk in-natura ta' intervent bħal dan tippermetti dan.

Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tippermetti r-rikors, din tista':

a) tordna li l-parti li bl-inattività tagħha kisret dritt jew libertà fundamentali, filwaqt li għandha taġixxi f'din il-kwistjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni speċjali;

a) tibgħat lura l-każ għal aktar proċedimenti;

b) tipprojbixxi li jissokta l-ksur tad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali; jew

c) tordna lill-parti li kisret id-dritt jew il-libertà fundamentali sabiex treġġa' lura s-sitwazzjoni kif kienet qabel inkiser id-dritt jew il-libertà fundamentali.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista' taqta' li jitħallsu danni finanzjarji raġonevoli lill-parti li jkun inkisrilha dritt jew libertà fundamentali. Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi li taqta' li jitħallsu danni finanzjarji raġonevoli, il-korp li kiser id-dritt jew il-libertà fundamentali huwa responsabbli li jħallsu lilr-rikorrent fi żmien xahrejn mid-data effettiva tad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tannulla deċiżjoni finali, miżura jew intervent ieħor u tibgħat lura l-każ għal aktar proċedimenti, il-parti li ħarġet id-deċiżjoni f'din il-kwistjoni jew li ddeċidiet fuq il-miżura, jew li għamlet xi intervent ieħor, għandha tkun mitluba tiddiskuti l-kwistjoni mill-ġdid u tasal għal deċiżjoni. F'dawn il-proċedimenti jew matul dan il-proċess, il-parti hija marbuta bl-opinjoni legali tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-parti li ħarġet id-deċiżjoni f'din il-kwistjoni, jew li ddeċidiet fuq il-miżura, jew li għamlet xi intervent ieħor hija marbuta bid-deċiżjoni li tiġi eżegwita meta din tingħata.

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem
Kýčerského 5
811 05 Bratislava
SLOVAKIA
Tel.: + 421 2 20850111
+ 421 2 20850114
Faks: + 421 2 20850135
Email: infoIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida@snslp.sk
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.snslp.sk/

Iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem, stabbilit skont l-Att Nru 308/1993 tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka dwar it-twaqqif taċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif emendat, ilu jopera fis-Slovakkja b'effett mill-1 ta' Jannar 1994. L-abbozz tal-liġi tressaq mill-gvern tar-Repubblika Slovakka abbażi tar-Riżoluzzjoni tal-Gvern Slovakk Nru 430 tal-15 ta' Ġunju 1993, li permezz tagħha l-gvern ta kunsens għall-implimentazzjoni ta' "proġett li jistabbilixxi ċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem" ibbażat fi Bratislava, wara inizjattiva min-Nazzjonijiet Uniti. B'adozzjoni tal-Att Nru 136/2003 li jemenda u jissupplimenta l-Att Nru 308/1993 taċ-Ċentru Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka dwar l-istabbiliment taċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Att Nru 365/2004 dwar it-trattament indaqs f'ċerti oqsma, dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni u dwar l-emenda u s-supplimentazzjoni ta' ċerti atti (l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni), ħidmet iċ-Ċentru twessgħet. Hija entità ġuridikaġuridika indipendenti fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal.

Iċ-Ċentru bħala entità ġuridikaġuridika indipendenti, jaqdi rwol indispensabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal u l-osservanza tal-prinċipju tat-trattament indaqs. Iċ-Ċentru huwa l-uniku istituzzjoni Slovakka għad-drittijiet ugwali (il-"korp nazzjonali għall-ugwaljanza" maħtur), jiġifieri li tivvaluta l-osservanza tal-prinċipju tat-trattament indaqs skont l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni.

Il-Kompetenza

L-istatus legali u l-kompetenza taċ-Ċentru huma rregolati bl-Att Nru 308/1993 taċ-Ċentru Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka dwar l-istabbiliment taċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem ("iċ-Ċentru"), kif emendat. B'mod partikolari, skont it-Taqsima 1(2) tal-Att, iċ-Ċentru:

  • jissorvelja u jivvaluta l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem u l-konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs skont il-leġiżlazzjoni speċjali;
  • jiġbor u, fuq talba, jagħti informazzjoni dwar ir-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu fir-Repubblika Slovakka;
  • iwettaq investigazzjonijiet u stħarriġiet dwar id-dispożizzjoni tal-informazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u jiġbor u jxerred informazzjoni f'dan il-qasam;
  • iħejji attivitajiet edukattivi u jieħu sehem f'kampanji ta' informazzjoni sabiex tiżdied it-tolleranza fis-soċjetà;
  • jagħti assistenza legali lill-vittmi ta' diskriminazzjoni u manifestazzjonijiet ta' intolleranza;
  • fuq talba tal-individwi jew l-entitajiet ġuridiċiġuridiċi, jew fuq inizjattiva tiegħu, joħroġ opinjonijiet tal-esperti dwar kwistjonijiet tal-osservanza tal-prinċipju tat-trattament indaqs f'konformità mal-leġiżlazzjoni speċjali;
  • iwettaq stħarriġiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni;
  • iħejji u jippubblika rapporti u rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mad-diskriminazzjoni;
  • jipprovdi servizzi ta' librerija;
  • jipprovdi servizzi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

Iċ-Ċentru huwa involut fid-dispożizzjoni tal-avviż legali dwar kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni, manifestazzjonijiet ta' intolleranza, u ksur tal-prinċipju tat-trattament indaqs għar-residenti kollha fir-Repubblika Slovakka; dan għandu s-setgħa legali, fuq talba, li jirrappreżenta partijiet fi proċedimenti relatati mal-ksur tal-prinċipju tat-trattament indaqs. Kull sena, iċ-Ċentru jippubblika rapport dwar l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Slovakka.

Is-setgħat

  • jagħti assistenza legali lill-vittmi ta' diskriminazzjoni u intolleranza;
  • abbażi ta' prokura, jirrappreżenta fi proċedimenti relatati mal-ksur tal-prinċipju tat-trattament indaqs;
  • għandu dritt jitlob li l-qrati jew l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew awtoritajiet statali oħra, awtoritajiet tal-gvern lokali, korpi b'interess speċjali jew istituzzjonijiet oħra jipprovdu liċ-Ċentru b'informazzjoni dwar l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fi żmien stabbilit.

L-assistenza mogħtija

Kull individwu jew entità ġuridikaġuridika li jidhrilha li kienet diskriminata kontra l-azzjoni jew l-inazzjoni ta' xi waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija hawn fuq, tista' tirrikorri fiċ-Ċentru. Meta jressaq ilment, l-ilmentatur għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa u jippreżenta d-dokumenti kollha rilevanti.

Il-Kooperazzjoni

Iċ-Ċentru jista' jitlob informazzjoni wkoll dwar l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tat-tfal u jista' jilħaq ftehim magħhom dwar il-metodu u safejn għandha tkun disponibbli din l-informazzjoni.

Il-proċedura biex jitressaq ilment

Iċ-ċittadini jistgħu jressqu lmenti:

  • bil-miktub (fuq formula u bid-dokument mibgħut bil-posta, bil-faks, jew bl-email);
  • personalment.

Ombudsperson

L-Ombudsman
Nevädzova 5
821 01 Bratislava
SLOVAKIA
Tel.: +421 2 48287401
+421 2 43634906
Faks: +421 2 48287203
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasekretariat@vop.gov.sk
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vop.gov.sk/

Skont l-Artikolu 151a(1) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, "id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet huwa korp indipendenti tar-Repubblika Slovakka li, fil-kamp ta' applikazzjoni u kif stabbilit bil-liġi, jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' individwi u entitajiet ġuridiċiġuridiċi fi proċedimenti quddiem korpi tal-amministrazzjoni pubblika u awtoritajiet pubbliċi oħrajn, jekk l-azzjoni, it-teħid ta' deċiżjoni jew l-inazzjoni tagħhom tkun f'kunflitt mal-liġi. F'każijiet stabbiliti bil-liġi, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jista' jkollu rwol li jżomm responsabbli lil kwalunkwe persuna li taħdem fil-korpi tal-amministrazzjoni pubblika, jekk it-tali persuni jkunu kisru d-drittijiet bażiċi tal-bniedem jew il-libertajiet ta' individwi jew entitajiet ġuridiċi. L-awtoritajiet pubbliċi kollha għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet."

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jista' jiġi kkuntattjat minn kull persuna li jidhrilha li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħha nkisru minħabba l-azzjoni, it-teħid ta' deċiżjoni jew l-inazzjoni ta' awtorità pubblika, b'mod li huwa kontra l-liġi jew il-prinċipji ta' stat demokratiku rregolat bil-liġi. Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali li d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet għandu rwol jiddefendihom huma stabbiliti fit-Titolu 2 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka (jiġifieri d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem fl-Artikoli 14 sa 25, id-drittijiet politiċi fl-Artikoli 26 sa 32, id-drittijiet ta' minoranzi nazzjonali u gruppi etniċi fl-Artikoli 33 sa 34, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali fl-Artikoli 35 sa 43, id-dritt tal-protezzjoni tal-wirt ambjentali u kulturali fl-Artikoli 44 sa 45, id-dritt ta' protezzjoni ġudizzjarja u ta' protezzjoni legali oħra fl-Artikoli 46 sa 50, id-dritt ta' ażil ta' ċittadini barranin ippersegwitati għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet politiċi), kif ukoll f'konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jaġixxi abbażi ta' lment minn individwu jew entità ġuridika jew fuq inizjattiva tiegħu stess. Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma jistax jinterferixxi fl-attivitajiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-qrati, mhuwiex parteċipanti fil-proċedimenti u ma jistax jippreżenta applikazzjoni biex jistitwixxi proċedimenti quddiem qorti; id-deċiżjonijiet tal-qorti ma jintbagħtux għandu, u dan ma għandux dritt jeżerċita rimedji legali. Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma għandux l-awtorità li jsolvi tilwimiet bejn individwi.

Kull persuna għandha d-dritt li tirrikori għand id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet:

  • bil-miktub (bil-posta, bil-faks, bl-email, jew bil-formula elettronika)

lill-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet

  • personalment jew bi prova bil-miktub ta' lment orali
  • fl-Uffiċċju ċentrali tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet matul jum tax-xogħol bejn it-8 a.m. u l-4 p.m., mingħajr il-ħtieġa ta' appuntament;
  • matul jiem tax-xogħol fir-reġjuni tas-Slovakkja. Għall-uffiċċji reġjonali, għandu jsir appuntament minn qabel permezz ta' wieħed min-numri ta' kuntatt.

L-ilment għandu jindika b'mod ċar il-kwistjoni, l-awtorità pubblika li qed issir l-allegazzjoni kontriha, u x'qed jiddikjara dak li qed iressaq l-ilment.

Sabiex titħaffef l-investigazzjoni tal-ilment, huwa rrakkomandat li l-kopji tad-dokumenti kollha disponibbli għal min ressaq l-ilment għandhom ikunu mehmuża wkoll bħala prova tal-ilmenti tiegħu Jekk l-ilment ma jikkonċernax lil min ressqu, għandha jiġi ppreżentat il-kunsens bil-miktub tal-parti affettwata sabiex ikun jista' jitressaq l-ilment, jew prokura bil-miktub għal dan il-għan.

Jekk min qed iressaq l-ilment ma jagħtix ismu, kunjomu u l-indirizz tiegħu (fil-każ ta' entità ġuridika, isimha u l-indirizz tal-uffiċċju tagħha) fl-ilment indirizzat lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, dan ikun ilment anonimu li d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet mhux obbligat jikkonsidra. Min qed iressaq l-ilment jista' jitlob lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet sabiex dan ma jiżvelax l-identità tiegħu. F'dawn il-każijiet, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jipproċedi biss skont kopja tal-ilment li fiha ma jingħatawx id-dettalji personali. Jekk min qed iressaq l-ilment talab li tinsatar l-identità tiegħu, iżda n-natura tal-ilment hija tali li ma jkunx jista' jiġi indirizzat mingħajr xi dettalji personali inklużi, il-persuna kkonċernata għandha tiġi mgħarrfa b'dan mingħajr dewmien.

Il-persuna kkonċernata għandha wkoll tiġi mwissija li l-ipproċessar tal-ilment jissokta biss jekk din tagħti kunsens bil-miktub, fi żmien stipulat, sabiex tiġi inkluża informazzjoni personali li hija meħtieġa.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jeżamina l-ilment.

Jekk id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet isib li l-ilment, fid-dawl tal-kontenut tiegħu, huwa rimedju legali skont il-leġiżlazzjoni dwar il-proċedura fi kwistjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji, jew petizzjoni jew rimedju legali skont ġudikatura amministrattiva, jew rikors kostituzzjonali, dan jgħarraf b'dan minnufih lilmin ressaq l-ilment u jagħti istruzzjonijiet dwar il-proċedura korretta.

Jekk id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jagħraf ċirkostanzi li qed jissuġġerixxu li persuna qed tkun miżmuma kontra l-liġi f'post ta' detenzjoni, priġunerija, kastig dixxiplinarju għas-suldati, trattament preventiv, edukazzjoni preventiva, trattament istituzzjonali jew edukazzjoni istituzzjonali, jew f'ċella tal-pulizija, dan għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-Prosekutur Pubbliku rilevanti bħala lment li qed isejjaħ għal azzjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni speċjali, u għandu jgħarraf lill-amministrazzjoni tal-post inkwistjoni, u lill-persuna kkonċernata.

Jekk l-ilment għandu x'jaqsam ma' investigazzjoni ta' deċiżjoni finali ta' awtorità pubblika, jew jekk id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jasal għall-konklużjoni li d-deċiżjoni tal-awtorità pubblika tmur kontra l-liġi jew kontra xi regolament ġuridiku ieħor li ġeneralment jorbot, dan jista' jirreferi l-kwistjoni lill-ProsekuturPubbliku rilevanti għal azzjoni, jew jista' jieħu xi miżura oħra, filwaqt li jgħarraf b'dan lil min ressaq l-ilment. Huwa jista' jagħmel l-istess fil-każ ta' lment li jkun fih proposti għal miżuri li jaqgħu taħt l-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prekursur Pubbliku. Il-Prekursur Pubbliku jeħtieġlu jgħarraf, fiż-żmien preskritt bil-liġi, lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet bil-miżura li ħa sabiex ineħħi l-illegalità.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet iwarrab l-ilment, jekk

a) il-kwistjoni li jirreferi għaliha l-ilment ma taqax taħt l-awtorità tiegħu;

b) il-kwistjoni li jirreferi għaliha l-ilment qed tinstema' quddiem qorti u l-proċedimenti ma jistgħu jkunu aġġornati, jew il-qorti diġà tat id-deċiżjoni tagħha dwar din il-kwistjoni;

c) il-kwistjoni li jirreferi għaliha l-ilment tkun qed tiġi eżaminata jew tkun diġà ġiet eżaminata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku;

d) fil-kwistjoni li jirreferi għaliha l-ilment, qed tittieħed azzjoni jew qed tintlaħaq deċiżjoni dwarha minn awtorità pubblika kompetenti, li ma taqax taħt il-kompetenza tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet; jew, il-kwistjoni li jirreferi għaliha l-ilment, diġà ngħatat deċiżjoni dwarha minn awtorità pubblika li ma taqax taħt il-kompetenza tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet;

e) min ressaq l-ilment jirtira l-ilment tiegħu jew juri li mhux jinsisti għal aktar investigazzjoni; jew

id-dettalji msemmija fit-Taqsima 13(4) ma jkunux ingħataw jew ġew speċifikati fiż-żmien preskritt.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jista' jwarrab l-ilment, jekk isib li:

a) l-ilment ma jkollux x'jaqsam mal-persuna li ressqitu, sakemm min ressqu ma jkunx ressaq il-kunsens bil-miktub tal-parti affettwata sabiex ikun jista' jressaq l-ilment, jew prokura bil-miktub għal dan il-għan.

b) fid-data meta jitwassal l-ilment, ikunu għaddew aktar minn tliet snin mill-miżura jew mill-każ li qed jirreferi għalihom l-ilment;

c) it-talba tidher li hija bla bażi;

d) l-ilment huwa anonimu;

e) ikun ilment li jirreferi għal kwistjoni li d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ikun diġà kkonsidra, u l-ilment ripetut ma fih ebda fatti ġodda.

Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jgħarraf lil min ressaq l-ilment li l-ilment twarrab u r-raġunijiet għalfejn sar dan; iżda dan ma japplikax għal ilmenti anonimi.

Jekk l-investigazzjoni tal-ilment ma tipprovax li nkisru drittijiet jew libertajiet fundamentali, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jirrapporta dan bil-miktub lil min ressaq l-ilment u lill-awtorità pubblika li l-ilment tressaq kontra l-proċedura, it-teħid ta' deċiżjoni jew l-inattività tagħha.

Jekk l-investigazzjoni tal-ilment tipprova li nkisru drittijiet jew libertajiet fundamentali, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet jirrapporta s-sejbiet tal-investigazzjoni, kif ukoll il-miżura proposta lill-awtorità pubblika li tressaq l-ilment kontra l-proċedura, it-teħid ta' deċiżjoni jew l-inattività tagħha.

L-awtorità pubblika hija mitluba, fi żmien 20 jum minn meta tirċievi l-azzjoni, li tavża lid-Difensur Pubbliku bl-opinjoni tiegħu dwar is-sejbiet tal-investigazzjoni u bil-miżura li ttieħdet.

Jekk id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma jaqbilx mal-opinjoni tal-awtorità pubblika, jew jekk jidhirlu li l-miżura mhix adegwata, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-korp b'awtorità fuq l-awtorità pubblika li l-ilment tressaq kontriha jew, jekk ma hemmx dan il-korp, lill-gvern tar-Repubblika Slovakka.

Il-korp b'awtorità fuq l-awtorità pubblika li tressaq l-ilment kontriha jew, jekk ma hemmx dan il-korp, il-gvern tar-Repubblika Slovakka jeħtieġ skont il-paragrafu 3 li jgħarraf lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, fi żmien 20 jum minn meta jirċievi n-notifika, bil-miżuri li ħa f'din il-kwistjoni.

Jekk id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet iqis li l-miżuri li ttieħdu mhumiex adegwati, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka jew lil korp awtorizzat minnu.

Notifika bil-miktub dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u l-miżuri li ttieħdu tintbagħat mid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet lil min ressaq l-ilment u lill-persuna li nkisru d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħha bl-azzjoni, it-teħid ta' deċiżjoni jew l-inattività tal-awtoritajiet pubbliċi.

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Entità dwar l-Ugwaljanza

Iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem
Kýčerského 5
811 05 Bratislava
SLOVAKIA
Tel.: + 421 2 20850111
+ 421 2 20850114
Faks: + 421 2 20850135
Email: infoIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida@snslp.sk
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.snslp.sk/

Entità dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

L-Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali tar-Repubblika Slovakka ("l-Uffiċċju"), bħala korp statali, jaqdi rwol biex jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' individwi matul l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Dan iwettaq ħidmietu u dmirijietu b'mod indipendenti u skont il-liġi. Primarjament, ħidmietu huma dawn li ġejjin:

  • jisservelja kontinwament il-qagħda tal-protezzjoni tad-dejta personali, ir-reġistrazzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni u jżomm reġistri dwar is-sistemi ta' informazzjoni;
  • jirrakkomanda miżuri lill-operaturi sabiex tkun protetta d-dejta personali fis-sistemi ta' informazzjoni; għal dan il-għan u safejn jippermettulu setgħatu, joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-operaturi;
  • joħroġ opinjonijiet li jorbtu fil-każ ta' dubju dwar jekk il-kamp ta' applikazzjoni, il-kontenut u l-metodi tal-ipproċessar u l-użu ta' dejta personali humiex proporzjonati mal-għan li qed jiġu pproċessati għalih, humiex kompatibbli ma' dan il-għan jew humiex rilevanti b'mod kronoloġiku jew materjali għal dan il-għan;
  • joħroġ opinjonijiet li jorbtu fil-każ ta' dubji dwar il-flussi transkonfinali ta' dejta personali;
  • joħroġ opinjonijiet li jorbtu fil-każ ta' dubji dwar ir-reġistrazzjoni ta' sistema ta' informazzjoni;
  • jinvestiga notifiki mressqa skont it-Taqsima 45, jew atti meta mitluba jew fuq inizjattiva tiegħu stess skont it-Taqsima 44a, u jordna miżuri ta' rimedju sabiex jissolvew in-nuqqasijiet;
  • malli jissuspetta ksur tal-obbligi imposti minn dan l-Att, jista' jsejjaħ operatur jew proċessur sabiex jitlob spjegazzjoni;
  • jiċċekkja l-ipproċessar ta' dejta personali f'sistemi ta' informazzjoni;
  • jimponi pieni meta jinstab ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan l-Att;
  • iressaq notifika lill-aworitajiet kriminali meta jissuspetta li jkun twettaq att kriminali;
  • jirreġistra sistemi ta' informazzjoni u jiżvela l-istatus tar-reġistrazzjoni;
  • jieħu sehem fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta personali;
  • joħroġ leġiżlazzjoni safejn jippermettulu setgħatu;
  • jieħu pożizzjonijiet dwar abbozzi ta' liġijiet u abbozzi oħrajn ta' leġiżlazzjoni li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali;
  • iressaq rapporti lill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka mill-anqas kull sentejn dwar il-qagħda tal-protezzjoni tad-dejta personali.

Oħrajn

Iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali

Námestie slobody 12
P.O. BOX 18
810 05 Bratislava 15
Tel: +421 2 49683521
+421 2 49683522
Faks: +421 2 49683520
Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@legalaid.sk
Websajt: www.legalaid.sk

Sa mill-1 ta' Jannar 2006, iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali kien qed jopera fir-Repubblika Slovakka. Huwa ġie stabbilit bħala organizzazzjoni b'baġit statali bil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Bratislava f'konformità mal-Att Nru 327/2005 dwar id-dispożizzjoni tal-għajnuna legali lil persuni bi bżonn materjali. Iċ-Ċentru għandu uffiċċju jew fergħat fi kważi kull belt reġjonali tar-Repubblika Slovakka, bl-eċċeżżjoni ta' Nitra u Trnava (jiġifieri fi Bratislava, Banská Bystrica, Žilina, Košice u Prešov), u f'muniċipalitajiet Slovakki oħrajn (Liptovský Mikuláš, Tvrdošín, Humenné, Hlohovec, Rimavská Sobota, Nové Zámky u Svidník).

Iċ-Ċentru jiżgura li l-għajnuna legali tingħata lil individwi li, minħabba li għandhom bżonn materjali, ma jistgħux jużaw servizzi legali għad-dikjarazzjoni u l-protezzjoni kif xieraq tad-drittijiet tagħhom. Iċ-Ċentru jiżgura li l-għajnuna legali tingħata fi kwistjonijiet ċivili, dwar ix-xogħol u tal-liġi tal-familja għal kull individwu li jilħaq ir-rekwiżiti legali (tilwim fis-Slovakkja). F'tilwim transkonfinali, dan jagħti għajnuna legali fi kwistjonijiet ċivili, dwar ix-xogħol u tal-liġi tal-familja u fi kwistjonijiet tal-liġi kummerċjali, skont din il-liġi, għal kull individwu li jilħaq ir-rekwiżiti legali li għandu l-post ta' residenza tiegħu jew il-post tas-soltu ta' residenza tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru tal-UE.

Għal applikanti għall-għajnuna legali f'każijiet li fihom element ta' diskriminazzjoni, iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali ("iċ-Ċentru") jaqdi rwol li jirkeb fuq ir-rwol taċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem, li permezz tiegħu dan jikkomunika fuq kwistjonijiet relatati ma' applikanti bħal dawn. L-avukati taċ-Ċentru jiltaqgħu mal-kwistjoni ta' diskriminazzjoni primarjament fil-kuntest ta' diskriminazzjoni dwar l-impjiegi għar-raġunijiet ta' etniċità.

Individwu huwa intitolat jirċievi għajnuna legali jekk għandu bżonn materjali u jekk it-tilwim ma jidhirx li huwa inutli u l-valur tat-talba jaqbeż il-valur tal-paga minima, ħlief f'tilwimiet li fihom il-valur tat-talba ma jistax jiġi stmat fi flus. L-individwu jrid jilħaq ir-rekwiżiti għal għajnuna legali li jissemmew hawn fuq matul il-perjodu tal-għajnuna legali. Jekk id-dħul tal-applikant jaqbeż il-limitu preskritt bil-liġi għal bżonn materjali, iċ-Ċentru jista' jagħti għajnuna legali jekk din tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi tal-għajnuna legali mitluba.

Il-proċedura biex tintalab għajnuna legali ("il-proċedimenti") tibda meta titressaq applikazzjoni bil-miktub flimkien mad-dokumenti li juru l-fatti msemmija fl-applikazzjoni, li l-applikant iressaq fuq formula stampata. Id-dokumenti li juru li l-applikant jinsab f'qagħda ta' bżonn materjali ma jridux ikunu antiki aktar minn tliet xhur. L-applikazzjoni jrid ikun fiha l-isem u l-kunjom tal-applikant, il-post ta' residenza permanenti jew temporanju tiegħu u n-numru tar-reġistrazzjoni tat-twelid. Meta jintalab miċ-Ċentru, l-applikant fi żmien raġonevoli stabbilit miċ-Ċentru, irid jagħti aktar informazzjoni u dokumenti li jikkonċernaw fatti kruċjali għall-valutazzjoni tat-talba; iż-żmien allokat għal dan ma jridx ikun anqas minn għaxart ijiem. L-applikant huwa parti għall-proċedimenti. L-applikazzjoni titressaq lill-uffiċċju xieraq taċ-Ċentru, skont il-post ta' residenza permanenti jew temporanju tal-applikant. L-applikant jeħtieġlu jagħti informazzjoni sħiħa u korretta fl-applikazzjoni u fil-konsultazzjoni preliminari Fi żmien 30 jum minn meta titwassal l-applikazzjoni li jkun fiha d-dettalji mitluba bil-liġi, iċ-Ċentru jasal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni; dan iż-żmien ma jistax ikun estiż. Ma jintlaqgħux appelli kontra d-deċiżjoni. F'deċiżjoni li tippermetti talba għall-għajnuna legali, iċ-Ċentru jaħtar avukat biex jirrappreżenta fil-qorti lill-persuna intitolata, jekk dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi tagħha. Deċiżjoni li ma tippermettix talba għall-għajnuna legali trid tkun tinkludi, minbarra d-dettalji meħtieġa mil-leġiżlazzjoni speċjali, spjegazzjoni li jekk ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għalfejn it-talba ma tħallietx issir, l-applikant jista' jressaq mill-ġdid applikazzjoni dwar l-istess kwistjoni. Jekk, minħabba n-nuqqas ta' għoti ta' assistenza mill-persuna intitolata, id-dispożizzjoni tal-għajnuna legali ġiet miċħuda lill-persuna intitolata b'deċiżjoni taċ-Ċentru, jew jekk il-persuna intitolata waqqfet il-proċedimenti mingħand ġustifikazzjoni, iċ-Ċentru jista' għal dawn ir-raġunijiet, b'deċiżjoni tiegħu, ma jaċċettax li terġa' ssir it-talba biex tingħata għajnuna legali.

It-Taqsimiet 17 sa 21 tal-Att Nru 327/2005 jirregolaw l-għoti ta' għajnuna legali f'tilwimiet transkonfinali fejn il-qorti ġudizzjarja kompetenti hija qorti fir-Repubblika Slovakka, u t-Taqsimiet 22 sa 24c tal-Att Nru 327/2005 jirregolaw l-għoti ta' għajnuna legali f'tilwimiet transkonfinali fejn il-qorti ġudizzarja kompetenti hija qorti fi Stat Membru ieħor ħlief ir-Repubblika Slovakka.

Iċ-Ċentru Għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ
Špitálska 8
P.O. Box 57
814 99 Bratislava
Tel.: + 421 2 20463208
+421 2 20463248
Faks: + 421 2 20463258
Email: cipc@cipc.gov.sk
Websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cipc.sk/

Iċ-Ċentru Għall-Protezzjoni Legali Internazzjonali tat-Tfal u ż-Żgħażagħ ("iċ-Ċentru") huwa awtorità pubblika b'kompetenza fit-territorju tar-Repubblika Slovakka. Iċ-Ċentru ġie stabbilit mill-Ministeru tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka b'effett mill-1 ta' Frar 1993 bħala l-organizzazzjoni li tmexxi direttament il-baġit biex tkun żgurata u tingħata għajnuna legali għat-tfal u ż-żgħażagħ fir-rigward tal-pajjiżi barranin.

Il-kompetenza taċ-Ċentru hija definita mill-Att Nru 305/2005 dwar il-protezzjoni soċjali tat-tfal u dwar it-tutela soċjali, li jemenda u jissupplimenta ċerti atti. Iċ-Ċentru jwettaq il-ħidmiet ta' korp appuntat sabiex jimplimenta l-ftehimiet internazzjonali u l-atti legali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri:

  • jaġixxi bħala korp li jirċievi u jibgħat fil-qasam tat-talbiet għal manteniment f'konformità ma' konvenzjonijiet internazzjonali;
  • jaġixxi bħala korp ċentrali kkonċernat mal-ħtif internazzjonali tat-tfal f'konformità ma' konvenzjonijiet internazzjonali u atti legali tal-Unjoni Ewropea;
  • jaqdi rwol ta' korp ċentrali fil-qasam tal-ħtif internazzjonali tat-tfal f'konformità mal-konvenzjoni internazzjonali;
  • joħroġ ċertifikati f'konformità mal-konvenzjoni internazzjonali;
  • iwettaq ħidmiet oħra fil-qasam tal-protezzjoni soċjali tat-tfal fejn huwa involut pajjiż barrani, f'konformità mal-leġiżlazzjoni speċjali;
  • jagħti pariri legali bla ħlas fil-qasam tal-liġi tal-familja fejn ikun hemm aspett barrani, speċjalment fejn jidħlu l-manteniment u l-kura għall-minuri, u fil-qasam tal-adozzjoni;
  • jaħdem mal-korpi li jibagħtu u jirċievu ta' stati kontraenti oħrajn, mal-awtoritajiet ċentrali ta' stati kontraenti oħrajn u ma' uffiċċji rappreżentattivi, aġenziji ċentrali tal-amministrazzjoni statali, banek, fergħat ta' banek barranin, korpi tal-gvern lokali, korpi għall-awtonomija territorjali, u korpi akkreditati.
L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Finlandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Drittijiet fundamentali - Finlandja

Il-Qrati nazzjonali

L-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsman

Entitajiet Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

Oħrajn

Il-Qrati nazzjonali

Il-Qrati Distrettwali jittrattaw kwistjonijiet kriminali, ċivili u petizzjonarji. Deċiżjoni minn qorti tal-prim'istanza normalment tkun tista' tintbagħat għall-konsiderazzjoni f'qorti superjuri. Deċiżjoni ta' Qorti Distrettwali tiġi appellata fil-Qorti tal-Appell. Deċiżjoni mill-Qorti tal-Appell tista' min-naħa tagħha tiġi appellata fil-Qorti Suprema jekk il-Qorti Suprema tagħti l-kunsens għall-appell.

Il-Qrati Amministrattivi jittrattaw l-appelli li jikkonċernaw id-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet. Deċiżjoni mill-Qorti Amministrattiva tiġi appellata lill-Qorti Amministrattiva Suprema.

Il-qrati speċjali jinkludu il-Qorti tas-Suq, il-Qorti tax-Xogħol, il-Qorti tal-Assikurazzjoni u l-Qorti Superjuri tal-Akkuża.

L-informazzjoni ta' kuntatt tal-qrati tinsab fil-websajts li ġejjin:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/tuomioistuimet/fi/index.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/en/index/yhteystiedot.html

L-Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Fil-bidu tal-2012, twaqqaf ċentru funzjonalment awtonomu u indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem taħt l-awspiċi tal-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari. Ir-rwol taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa li jxerred l-informazzjoni u jippromwovi l-edukazzjoni, it-taħriġ, ir-riċerka u l-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem. Iċ-Ċentru se jħejji rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem kif ukoll jieħu inizjattivi u joħroġ stqarrijiet biex jippromwovi dawn id-drittijiet. Iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem se jipparteċipa wkoll fi sforzi internazzjonali għall-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem.  Iċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem ma jittrattax ilmenti jew każijiet individwali oħrajn li huma l-kompetenza tal-ogħla korp superviżorju legali.

Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari

L-Ombudsman Parlamentari jista' jiġi kkuntattjat jekk ikun suspettat li l-awtoritajiet jew l-uffiċjali ma jkunux ikkonformaw mal-liġi jew issodisfaw l-obbligi tagħhom. Pereżempju, huwa illegali li wieħed jikser id-drittijiet fundamentali. Kulħadd jista' jilmenta mal-Ombudsman. L-ilment jista' jirrelata ma' kwistjoni li tikkonċerna l-ilmentatur, imma huwa possibbli wkoll li wieħed jilmenta f'isem ħaddieħor jew flimkien ma' oħrajn. L-Ombudsman jinvestiga l-ilment jekk ikun hemm raġunijiet biex jemmen li awtorità tkun aġixxiet illegalment. L-ilmenti jiġu investigati bla ħlas. Bħala parti mill-investigazzjoni, l-Ombudsman jisma' lill-persuna jew lill-awtorità li tkun is-suġġett tal-ilment. Barra minn hekk, huwa jitlob rapporti u stqarrijiet minn bosta awtoritajiet u jista', jekk ikun hemm bżonn, jordna li spetturi mill-uffiċċju tiegħu jmexxu l-investigazzjonijiet. L-ilmenti jiġu investigati bla ħlas.

Mill-bosta miżuri li jista' jagħżel l-Ombudsman, l-iktar severa hija l-prosekuzzjoni kriminali għal atti illeċiti. Bħala alternattiva għaliha, l-Ombusman jista' joħroġ ċanfira uffiċjali lill-uffiċjal ikkonċernat. F'ħafna każijiet, huwa jesprimi fehmtu dwar kif il-proċedura segwita kienet illegali jew involviet negliġenza u joħroġ tfakkira dwar il-proċedura korretta. L-Ombudsman jista' wkoll jagħmel proposta għall-irranġar tal-iżball u jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar in-nuqqasijiet li jkun osserva fid-dispożizzjonijiet jew ir-regolamenti ġuridiċi.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari

Indirizz stradali: Arkadiankatu 3, Helsinki
Indirizz postali: 00102 Parliament

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.oikeusasiamies.fi/fi />
Telefown: (09)*4321
Faks: (09) 432 2268
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeoa-kirjaamo@eduskunta.fi

Il-Kanċillier tal-Ġustizzja

Il-Kanċillier tal-Ġustizza jista' jiġi kkuntattjat fi kwistjoni li tikkonċerna direttament lill-ilmentatur jew fi kwalunkwe kwistjoni oħra, jekk l-ilmentatur iħoss li l-awtoritajiet, l-uffiċjali jew persuni jew entitajiet oħra li jaqdu funzjonijiet pubbliċi jkunu aġixxew inkorrettement jew ikunu injoraw l-obbligi tagħhom, jew li membru tal-Kamra tal-Avukati jkun injora l-obbligi tiegħu. Barra minn hekk, kull min jemmen li ma ġiex osservat dritt fundamentali jew dritt tal-bniedem iggarantit mill-Kostituzzjoni jista' jikkuntattja lill-Kanċillier tal-Ġustizzja. Persunal imħarreġ fil-liġi jipproċessa l-ilmenti u jikseb kull dokumentazzjoni supplimentari neċessarja. L-ilmentatur normalment jiġi pprovdut l-opportunità li jressaq tweġiba lill-intimat. L-ilmentatur imbagħad jirċievi deċiżjoni bil-miktub bil-posta. Is-servizzi tal-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja huma bla ħlas għall-ilmentatur.

Jekk jinstab li proċedura kienet illegali jew inkorretta, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jkun jista' joħroġ ċanfira lill-uffiċjal jew istruzzjonijiet dwar il-proċedura t-tajba għal referenza futura. F'każijiet iktar serji, huwa jista' jordna li jinħarġu imputazzjonijiet kontra dak l-uffiċjal. Jekk iħoss li jkun hemm bżonn, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jkollu s-setgħa li jipproponi li d-dispożizzjonijiet jew l-istruzzjonijiet ikunu emendati, deċiżjoni tal-qorti tiġi annullata jew isir xi appell straordinarju ieħor. Investigazzjoni li ssir mill-Kanċillier tal-Ġustizzja tista' fiha nfisha tirriżulta fl-awtorità jew l-uffiċjal jikkoreġu l-iżball tagħhom.

L-Uffiċċju tal-Kanċillier tal-Ġustizzja

Indirizz stradali: Snellmaninkatu 1, HELSINKI
Indirizz postali: P O Box 20, 00023 GOVERNMENT

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.okv.fi/fi/
Telefown: (09) 16001
Fax (09) 160 23975
Reġistru: (09) 160 23950
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakirjaamo@okv.fi
Informazzjoni: (09) 160 23955
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatiedotus@okv.fi

Entitajiet Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

L-Ombudsman għat-Tfal

Id-dmirijiet tal-Ombudsman għat-Tfal li ġejjin huma stipulati fil-liġi:

  • Il-monitoraġġ tal-benessri tat-tfal u taż-żgħażagħ u l-implimentazzjoni ta' drittijiethom.
  • L-influwenzar ta' min jieħu d-deċiżjonijiet mill-perspettiva tat-tfal.
  • Iż-żamma ta' kuntatti mat-tfal u ż-żgħażagħ u t-twassil tal-informazzjoni mingħandhom għal għand min jieħu d-deċiżjonijiet
  • It-twassil tal-informazzjoni li tikkonċerna lit-tfal għal għand il-professjonisti li jaħdmu mat-tfal, mal-awtoritajiet u mal-pubbliku
  • L-iżvilupp ta' kooperazzjoni bejn dawk responsabbli għall-politika tat-tfal
  • Il-promozzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għat-Tfal

Vaasankatu 2
40100 Jyväskylä

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalapsiasiavaltuutettu@stm.fi
Faks: (014) 337 4248
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.lapsiasia.fi/

Entità għall-Ugwaljanza

L-Ombudsman għall-Ugwaljanza

L-Ombudsman għall-Ugwaljanza huwa responsabbli: għas-superviżjoni tal-konformità mal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni u reklamar diskriminatorju għall-impjiegi, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-għan tal-Att permezz tal-inizjattivi, il-pariri u l-linji gwida; l-għoti ta' informazzjoni dwar l-Att dwar l-Ugwaljanza u l-applikazzjoni tiegħu; u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f'setturi differenti tas-soċjetà. Barra minn hekk, l-Ombudsman għall-Ugwaljanza jissorvelja l-implimentazzjoni tal-ħarsien tas-sess f'minoranza kontra d-diskriminazzjoni.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-Ugwaljanza

Indirizz postali: PO Box 33, FIN-00023 Government
Indirizz stradali: Meritullinkatu 1, 00170 Helsinki

Linja għall-konsulenza: (09) 1607 3248 (mit-Tnejn sal-Ħamis mid-9:00 sal-11:00 u mis-13:00 sat-15:00, il-Ġimgħa mid-9:00 sa 12:00)
Reġistru: Tel. (09)1607 4427
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatasa-arvo@stm.fi
Faks: (09) 1607 4582
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.tasa-arvo.fi

L-Ombudsman għall-Minoranzi

Il-kompitu bażiku tal-Ombudsman għall-Minoranzi huwa li jtejjeb il-pożizzjoni, l-ugwaljanza u l-ħarsien ġuridiku tal-minoritajiet etniċi u l-barranin u l-promozzjoni ta' relazzjonijiet etniċi tajbin fil-Finlandja. L-Ombudsman jaġixxi wkoll bħala r-relatur nazzjonali dwar it-traffikar tal-bnedmin. Tista' tikkuntattja lill-Ombudsman għall-Minoranzi jekk, pereżempju, tkun esperjenzajt jew rajt diskriminazzjoni etnika.

F'każijiet ta' diskriminazzjoni, l-Ombudsman għall-Minoranzi jista'

  • joffri gwida u pariri, jagħmel rakkomandazzjonijiet jew jieħu inizjattivi biex jiġi żgurat li d-diskriminazzjoni ma tkomplix u ma tirrepetix ruħha
  • jieħu miżuri biex jikseb ir-rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet involuti
  • jitlob lill-awtorità jew lill-intrapenditur suspettat b'diskriminazzjoni biex jipprovdi kjarifika
  • jimponi ħlas ta' penali jekk l-awtorità jew il-persuna ssuspettata b'diskriminazzjoni ma tipprovdix il-kjarifika mitluba
  • itella' jew jgħin lill-klijent itella' l-każ quddiem it-Tribunal Nazzjonali għad-Diskriminazzjoni tal-Finlandja.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-Minoranzi

Indirizz stradali: Mikonkatu 25, Helsinki
Indirizz postali: PO Box 26, 00023 GOVERNMENT

Numru tas-servizz għall-klijenti: 071 878 8666, fost il-ġimgħa mill-10:00 sa 12:00
Tel (standard): 071 878 0171
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaofm@ofm.fi
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.syrjinta.fi/

Entità tal-Protezzjoni tad-Dejta

Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta

L-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta huwa responsabbli għar-reviżjoni u s-soluzzjoni ta' każijiet li jikkonċernaw l-użu ta' dejta personali u informazzjoni dwar il-kreditu skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar id-Dejta Personali u l-Att dwar l-Informazzjoni dwar il-Kreditu u għall-immaniġġar ta' dmirijiet oħra li jirriżultaw mill-atti msemmija fuq. L-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta huwa responsabbli wkoll għall-monitoraġġ tal-iżviluppi ġenerali fl-użu tad-dejta personali u l-informazzjoni dwar il-kreditu u biex jintervjeni fejn ikun hemm bżonn. Barra minn hekk, l-Ombudsman dwar il-Protezzjoni tad-Dejta jinforma lill-pubbliku dwar id-dejta personali u l-informazzjoni dwar il-kreditu u jipparteċipa f'kooperazzjoni internazzjonali relatata mal-użu tad-dejta personali. (Att dwar il-Bord tal-Protezzjoni tad-Dejta u l-Ombudman tal-Protezzjoni tad-Dejta 27.5.1994/389)

L-istqarrijiet tal-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta li jkun fihom gwida u pariri relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali mhumiex deċiżjonijiet vinkolanti. Id-deċiżjonijiet fi kwistjonijiet bħal dawn jittieħdu mill-Bord tal-Protezzjoni tad-Dejta, li l-Ombudman jista' jtella' kawżi quddiemu meta kontrollur ma jsegwix l-istruzzjonijiet tal-Ombudsman. L-Ombudsman jista' jordna wkoll li jinħarġu imputazzjonijiet f'każ.

Barra minn hekk, l-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta jieħu deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta. Il-konformità mal-Att dwar id-Dejta Personali hija largament żgurata billi l-individwi jitħallew ivverefikaw liema dejta dwarhom tkun inġabret u nħażnet u jekk ikun hemm bżonn billi jkunu jistgħu jitolbu lill-Ombudsman jinvestiga vjolazzjonijiet suspetti. B'dan il-mod is-suġġett tad-dejta jkun jista' jara wkoll li d-dejta rreġistrata tkun preċiża. Fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-verifika u t-tiswija ta' dejta personali, id-deċiżjonijiet tal-Ombudsman huma vinkolanti u suġġetti għall-appell.

L-Uffiċċju tal-Ombudsman tal-Protezzjoni tad-Dejta

Indirizz postali: PO Box 315, 00181 Helsinki
Indirizz stradali: Albertinkatu 25A, 3rd floor

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tietosuoja.fi/fi/
Telefown: 010 36 66700
Faks: 010 36 66735
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatietosuoja@om.fi

Oħrajn

Għajnuna Legali

Il-fini tal-għajnuna legali hija li l-individwi jingħataw il-possibilità li jingħataw għajnuna legali professjonali kompletament jew parzjalment imħallsa mill-istat. L-għajnuna legali tkopri l-kwistjonijiet ġuridiċi kollha. Madankollu, l-għajnuna legali normalment ma tingħatax jekk l-applikant ikollu assikurazzjoni għall-ispejjeż legali li tkopri l-ispejjeż tal-każ ikkonċernat. Fil-proċedimenti kriminali, il-konvenut ikun intitolat taħt ċerti ċirkostanzi għal difensur pubbliku mħallas mill-istat, irrispettivament mill-istat finanzjarju tiegħu. Il-vittma ta' delitt vjolenti serju jew delitt sesswali jista' jiġi pprovdut b'avukat għall-kawża imħallas mill-istat, irrispettivament mid-dħul tagħha. L-għajnuna legali mhix disponibbli għall-kumpaniji jew il-korporazzjonijiet. Fi kwistjonijiet pendenti barra l-pajjiż, l-għajnuna legali tkopri l-ispejjeż tal-pariri legali.

Fil-proċedimenti fil-qorti, l-għajnuna legali tkun offruta mill-Avukati Pubbliċi tal-Għajnuna Legali; fi kwistjonijiet oħra, l-għajnuna legali tiġi pprovduta mill-Avukati Pubbliċi tal-Għajnuna Legali li jaħdmu f'Uffiċċji Statali tal-Għajnuna Legali. Dawn l-Uffiċċji normalment jinsabu fl-istess muniċipalitajiet tal-Qrati Distrettwali. L-informazzjoni ta' kuntatt tal-Uffiċċji Statali tal-Għajnuna Legali jinsabu fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/fi/index/yhteystiedot.html.

Ċentru tal-Pariri għar-Refuġjati

Iċ-Ċentru tal-Pariri għar-Refuġjati huwa NGO li tipprovdi għajnuna u pariri legali lil min ifttex ażil, refuġjati jew barranin oħra fil-Finlandja. Iċ-Ċentru jaħdem ukoll biex jippromwovi l-pożizzjoni ta' min ifittex ażil, ir-refuġjati u immigranti oħra fil-Finlandja u jsegwi l-politika ta' ażil u refuġju tal-Unjoni Ewropea.

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pakolaisneuvonta.fi/

L-aħħar aġġornament: 30/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - Svezja

Il-liġijiet fundamentali u l-Istrument tal-Gvern

In-nies fl-Iżvezja għandhom id-drittijiet u l-libertajiet tagħhom protetti primarjament minn tliet liġijiet fundamentali: l-Istrument tal-Gvern (regeringsformen), l-Att dwar il-Libertà tal-Istampa (tryckfrihetsförordningen) u l-Liġi Fundamentali dwar il-Libertà tal-Espressjoni (yttrandefrihetsgrundlagen). L-Istrument tal-Gvern jiddikjara li l-poter amministrattiv għandu jiġi eżerċitat b’rispett għall-ugwaljanza tan-nies kollha u għal-libertà u d-dinjità tal-individwu.

L-indipendenza tal-ġudikatura u stħarriġ ġudizzjarju

L-indipendenza tal-ġudikatura hija garantita mill-Istrument tal-Gvern. Il-qrati għandhom rwol importanti fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi. Ir-rimedji legali disponibbli fl-ordinament ġuridiku Żvediż huma mfasslin biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali. Il-proċedimenti legali normalment jiġu deċiżi minn qrati ordinarji u minn qrati amministrattivi ġenerali, u f’xi każijiet minn awtoritajiet amministrattivi. Liema qorti tisma’ każ li jirrelata mad-drittijiet fundamentali jiddependi fuq diversi fatturi, bħad-dritt li ġie miksur u l-kuntest li fih seħħ dan. Liema qorti tisma’ l-każ jista’ jiġi affettwat ukoll minn jekk kienx korp privat jew pubbliku li kiser id-dritt.

Ikklikkja hawn għal aktar informazzjoni dwar l-ordinament ġuridiku Żvediż.

Għajnuna jew informazzjoni mill-awtoritajiet

Hemm numru ta’ awtoritajiet fl-Iżvezja inkarigati li jgħinu sabiex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet fundamentali b’modi differenti. Dawn l-awtoritajiet għandhom kompiti differenti. Xi wħud sempliċiment jipprovdu informazzjoni dwar id-drittijiet fil-qasam tagħhom, pereżempju, filwaqt li oħrajn joffru assistenza legali f’każ individwali.

Tista’ tfittex l-awtoritajiet billi tuża l-Għodda Interattiva tad-Drittijiet Fundamentali.

L-aħħar aġġornament: 24/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - L-Ingilterra u Wales

Il-Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L­Ombudsman

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Il-Qrati Nazzjonali

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati u t-tribunali kriminali, ċivili u tal-familja fl-Ingilterra u Wales u tribunali mhux devoluti fl-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq. Dan jipprovdi sistema ġudizzjarja ġusta, effiċenti u effikaċi permezz ta' ġudikatura indipendenti.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini kollha jirċievu aċċess f'waqtu skont il-bżonnijiet differenti tagħhom, ikunux vittmi jew xhieda ta' delitti, akkużati ta' delitti, konsumaturi midjunin, tfal fir-riskju li jsirilhom xi deni, negozji involuti f'tilwim kummerċjali jew individwi li jasserixxu d-drittijiet tal-impjiegi tagħhom jew jisfidaw id-deċiżjonijiet tal-entitajiet governattivi.

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lill-qrati żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKuntatti tal-qrati

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lit-tribunali żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKuntatti tat-tribunali

Tagħrif Addizzjonali

Proċedimenti ċivili

  1. Fl-Ingilterra u Wales il-proċedimenti ċivili jinbdew mill-persuna aggravata, li tissejjaħ il-"claimant" (l-attur). Ma hemm bżonn tal-ebda inkjesta preliminari dwar l-awtentiċità tal-aggravju. Il-mod kif normalment jinbdew il-proċedimenti ċivili, kemm fil-Qorti Superjuri u kemm fil-Qorti tal-Kontea, huwa bil-ħruġ ta' dokument magħruf bħala "claim form" (formola għat-talba). L-istadji bikrin tal-proċedimenti ċivili huma ddominati mill-iskambju tal-istqarrijiet formali tal-każ mill-partijiet rispettivi.
  2. Il-proċedimenti ċivili normalment ikunu jistgħu jiġu abbandunati jew jintemmu permezz ta' kompromess fi kwalunkwe ħin. Azzjonijiet imtella' quddiem il-qorti normalment jiġu ġġudikati minn imħallef mingħajr ġurija. Madankollu, bil-kundizzjoni tal-qbil tal-qorti hemm id-dritt ta' smigħ tal-kawża b'ġurija f'azzjonijiet li jinvolvu kawżi ta' qerq, libell, malafama, prosekuzzjoni malizjuża u pruġunerija fuq akkużi foloz. Il-ġurija tiddeċiedi l-kwistjonijiet ta' fatt u ta' danni mogħtija lill-parti offiża. Il-verdetti għandhom normalment ikunu unanimi, imma jekk ġurija ma tkunx tista' taqbel jiġi aċettat verdett tal-maġġoranza.
  3. Jekk parti tirrifjuta li tikkonforma ma' sentenza jew ordni tal-qorti, jeżistu għadd ta' proċeduri ta' eżekuzzjoni disponibbli. Meta s-sentenzi jkunu jirrigwardaw somma flus, l-iktar metodu komuni ta' eżekuzzjoni huwa jew il-qbid tal-oġġetti tad-debitur jew ordni ta' sekwestru fuq il-qligħ. Jekk is-sentenza tieħu l-forma ta' inibizzjoni, rifjut li wieħed jobdi l-inibizzjoni jista' jirriżulta fi priġunerija għal disprezz tal-qorti. Normalment il-qorti tordna li l-ispejjeż tal-azzjoni jitħallsu mill-parti telliefa, imma f'kawżi ta' talbiet żgħar il-partijiet normalment ikunu mistennija jħallsu l-ispejjeż tagħhom stess, għalkemm ikunu jistgħu jirkupraw il-ħlasijiet tal-qorti mingħand il-parti telliefa. Dan jirrifletti l-fatt li l-proċeduri tat-talbiet iż-żgħar huma maħsuba biex il-partijiet ikunu jistgħu jmexxu l-kwistjoni mingħajr ma jdaħħlu avukati.

Għajnuna Legali

  1. Fit-tliet ġuriżdizzjonijiet tar-Renju Unit hemm sistema komprensiva fejn persuna li tkun tinħtieġ parir legali jew rappreżentanza fil-qorti tista' tirċievi għajnuna finanzjarja mill-fondi pubbliċi. Dawn l-iskemi jissejħu "Għajnuna Legali" u huma fundamentali għar-realizzazzjoni tad-drittijiet legali ta' kull individwu. L-għajnuna legali hija mmirata lejn min għandu dħul baxx jew modest u jista' jingħata bis-sħiħ, jew bil-kundizzjoni ta' kontribut finanzjarju mill-individwu. Jekk tingħata l-għajnuna legali, il-kawża tinstema' b'mod normali, ħlief li ma jingħaddew l-ebda flejjes mill-individwu għall-avukat tiegħu: il-ħlasijiet kollha jsiru permezz tal-fond ta' għajnuna legali. Ir-responsabilità finanzjarja għall-għajnuna legali fl-Ingilterra u Wales hija tal-Lord Chancellor.
  2. Fl-Ingilterra u Wales, l-Aġenzija għall-Għajnuna Legali (LAA) tamministra l-għajnuna legali kemm għall-kawżi kriminali u kemm għall-kawżi ċivili.
  3. Netwerk ta' għaqdiet ikkuntrattati jipprovdi servizzi ġuridiċi ċivili. Ir-regoli relatati mal-għoti ta' għajnuna legali ċivili huma stabbiliti prinċipalment fl-Att dwar l-Għajnuna Legali, l-Issentenzjar u l-Pieni tat-Trasgressuri 2012 u l-leġiżlazzjoni sekondarja u l-gwida maħluqa skont dak l-Att. Individwu jingħata biss għajnuna finanzjarja jekk il-każ tiegħu ikun jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-iskema u jgħaddi l-eżami tal-mezzi u l-merti. Barra minn għajnuna legali wiċċ imb wiċċ, l-LAA topera linja tat-telefown ta' għajnuna li tipprovdi parir legali kunfidenzjali u indipendenti b'xejn. Minn April 2013, bil-kundizzjoni ta' eċċezzjonijiet limitati, klijenti li jfittxu l-għajnuna għal problemi ta' Dejn, Bżonnijiet Edukattivi Speċjali u Diskriminazzjoni jridu jagħmlu kwalunkwe talba għal għajnuna legali permezz ta' linja ta' pariri bit-telefown ċentrali. Kull għajnuna tkun ipprovduta permezz tat-telefown sakemm il-klijent ma jkunx meqjus bħala mhux adatt għal parir bit-telefown.
  4. L-Għajnuna Legali għal kawżi kriminali hija disponibbli biex jiġu megħjuna individwi li jkunu qed jiġu investigati jew ikunu qed jiffaċċaw akkużi kriminali. L-eliġibilità għall-għajnuna legali f'kawżi kriminali tkun iddeterminata mil-LAA. Fil-Qorti tal-Maġistrati, konvenut jikkwalifika biss jekk jgħaddi minn eżami tal-mezzi finanzjarji u jissodisfa l-eżami tal-"interessi tal-ġustizzja". Fil-Qorti tal-Kuruna, il-konvenuti li jkunu qed jistennew is-smigħ tal-kawża jissodisfaw awtomatikament l-eżami tal-"interessi tal-ġustizzja". Filwaqt li l-konvenuti kollha jikkwalifikaw għall-għajnuna legali, huma suġġetti għal test tal-mezzi u jistgħu jkunu meħtieġa jikkontribwixxu lejn l-ispejjez tal-kawża tagħhom mid-dħul u/jew il-kapital tagħhom. Konvenuti li jkunu ħallsu kontributi u mbagħad jiġu lliberati, jitħallsu lura dawk il-kontributi bl-imgħax.
  5. Jekk persuna tħoss li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tkun beħsiebha ttella' l-kawża tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hemm għadd ta' skemi disponibbli biex jiġu pprovduti b'parir u għajnuna legali. Fl-iskema tal-għajnuna legali, persuna tkun tista' tiġi megħjuna minn avukat ta' esperjenza jew konsulent legali fl-istadji preliminari tar-rikors tagħhom. Jekk il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu tiddikjara rikors bħala ammissibbli, ir-rikorrent ikun jista' jieħu għajnuna finanzjarja direttament minn Strasburgu. L-eliġibilità hija ddeterminata fuq il-bażi ta' jekk ir-rikorrent jistax jew le jkun eliġibbli għall-għajnuna legali domestika.
  6. F'għadd ta' żoni urbani, ċentri legali jipprovdu pariri legali u rappreżentanza li tista' tkun b'xejn skont il-mezzi. Ċentri legali, li jkunu ffinanzjati minn bosta sorsi, spiss jinkludu lill-awtoritajiet governattivi lokali, li normalment jimpjegaw avukati b'salarji full-time; imma ħafna għandhom ukoll ħaddiema soċjali. Ħafna minn ħinhom ikun iddedikat għal problemi tad-djar, l-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-immigrazzjoni. Pariri b'xejn jingħataw ukoll mill-Uffiċċju tal-Pariri liċ-Ċittadini, miċ-ċentri tal-pariri dwar id-djar u tal-konsumaturi u miċ-ċentri ta' pariri speċjalisti mmexxija minn bosta għaqdiet volontarji. Iċ-Ċentru Legali għar-Refuġjati u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni, li t-tnejn li huma jirċievu fondi mill-gvern, jipprovdu parir b'xejn u għajnuna lil min ifittex l-ażil, u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni jipprovdi wkoll pariri b'xejn u għajnuna lil nies li jkollhom id-dritt tal-appell dwar l-immigrazzjoni.

Il-vittmi tal-kriminalità

  1. Il-Kodiċi ta' Prattika għall-Vittmi tal-Kriminalità (il-"Kodiċi tal-Vittmi") jistabbilixxi l-informazzjoni, l-appoġġ u s-servizzi li l-vittmi jistgħu jistennew li jirċievu minn aġenziji tal-ġustizzja kriminali fl-Ingilterra u Wales f'kull stadju tal-proċess. Il-Kodiċi tal-Vittmi huwa miktub f'Ingliż sempliċi u l-udjenza li huwa mmirat lejha hija l-vittmi tal-kriminalità. Il-kodiċi jgħid lill-vittmi wkoll kif jilmentaw jekk ma jirċevux dak li ħaqqhom skont il-Kodiċi tal-Vittmi. L-introduzzjoni tal-Karta għax-Xhieda tat lix-xhieda sett ta' standards tas-servizz simili imma mhux statutorju. Fl-Irlanda ta' Fuq ġie ppubblikat Kodiċi ta' Prassi separat għall-vittmi tal-kriminalità, li jistabbilixxi l-istandards tas-servizz li għandhom jirċievu l-vittmi matul il-kuntatt tagħhom mas-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-Irlanda ta' Fuq u dwar kif tista' tressaq ilment. Dan se jiġi sostitwit b'Karta tal-Vittmi statutorja ġdida. Il-vittmi kollha tad-delitti rrappurtati għandhom aċċess għal fuljett imsejjaħ "Victims of crime" (Vittmi tal-kriminalità) li jagħti pariri prattiċi dwar x'tagħmel wara delitt. Huwa jispjega sempliċement il-proċessi tal-pulizija u tal-qorti, kif tapplika għal kumpens u x'aktar għajnuna hemm disponibbli.
  2. Fl-Ingilterra u Wales, il-vittmi huma intitolati wkoll li jirċievu appoġġ biex jgħinhom, sakemm ikun possibbli, biex iġestixxu l-impatt tad-delitt u jirkupraw minnu. Il-vittmi jiġu riferiti għal dawn is-servizzi mill-pulizija jew jistgħu jmorru minn jeddhom. Il-parti l-kbira tas-servizzi ta' appoġġ għall-vittmi huma kkummissjonati mill-Pulizija u mill-Kummissarji tal-Kriminalità u huma ffinanzjati mill-Gvern.
  3. Meta s-Servizz ta' Prosekuzzjoni tal-Kuruna jonqos milli jipproċedi, il-vittmi jistgħu jipproċedu huma privatament fl-Ingilterra u Wales, imma fil-prattika din l-għażla rarament tittieħed. Il-vittmi jistgħu wkoll ifittxu lill-akkużat għad-danni fil-qrati ċivili. Il-proċedura tal-qorti ġiet issemplifikata biex nies li ma jkollhomx għarfien legali jkunu jistgħu jressqu talbiet żgħar ta' telf jew danni.
  4. Il-qrati jistgħu jordnaw lit-trasgressur, wara li jkun instab ħati, iħallas kumpens lill-vittma għall-feriment, telf jew dannu personali li jirriżulta mir-reat. Fl-Ingilterra u f'Wales, il-qrati huma obbligati jikkunsidraw kumpens f'kull kawża xierqa u li jagħtu r-raġunijiet fejn ma jingħata l-ebda kumpens. Meta l-qorti tqis li jkun xieraq li timponi multa u ordni ta' kumpens imma t-trażgressur ma jkollux biżżejjed mezzi biex iħallas it-tnejn li huma, il-kumpens għandu jingħata prijorità. Il-kumpens jieħu prijorità wkoll fuq il-ħlas addizzjonali lill-vittma meta l-mezzi tat-trażgressur ikunu problema.
  5. Vittmi li jkorru b'riżultat ta' delitt vjolenti fl-Ingilterra, Wales jew l-Iskozja u li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' residenza, ċittadinanza jew rekwiżiti oħrajn jistgħu japplikaw għall-kumpens mill-fondi pubbliċi taħt l-Iskema ta' Kumpens għal Korrimenti Kriminali. Il-kumpens huwa bbażat fuq tariffa ta' għotjjiet, u l-ħlasijiet ivarjaw minn £1 000 għal £500 000 għall-iktar vittma li tkun korriet serjament.
  6. Fl-Irlanda ta' Fuq jeżistu arranġamenti separati fejn il-kumpens jista' f'ċerti ċirkostanzi jitħallas mill-fondi pubbliċi għall-korrimenti kriminali, u għal dannu malizjuż lill-proprjetà, inkluż it-telf mill-profitti li jirriżulta.

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tal-Bniedem

Din l-għaqda, li għandha uffiċċji f'Londra, Manchester, Glasgow u Cardiff għandha l-għan statutorju li tippromwovi u timmonitorizza d-drittijiet tal-bniedem; u li tħares, tinforza u tippromwovi l-ugwaljanza fuq disa' raġunijiet "protetti" - l-età, id-diżabilità, is-sess, ir-razza, ir-reliġjon u t-twemmin, it-tqala u l-maternità, iż-żwieġ u l-unjoni ċivili, l-orjentazzjoni sesswali u r-riassenjazzjoni tas-sess.

Normalment ma tiħux kawżi legali individwali sakemm ma jkunux ta' sinifikat strateġiku, pereżempju biex jiċċaraw il-liġi, għalkemm tkun tista' tipprovdi gwida dwar l-iktar post xieraq biex jgħinek fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek.

Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tal-Bniedem (EHRC) ġiet stabbilita fl-1 ta’ Ottubru 2007. L-għan tagħha huwa li tiddefendi l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd, taħdem biex telimina d-diskriminazzjoni, tnaqqas l-inugwaljanza, tħares id-drittijiet tal-bniedem, u tibni relazzjonijiet tajbin bejn il-komunitajiet, li tiżgura li kulħadd ikollu opportunità ġusta biex jipparteċipa fis-soċjetà. Ir-responsabbiltà tagħha testendi għall-Ingilterra u Wales u l-Iskozja. Madankollu, f'termini ta' drittijiet tal-bniedem, l-Iskozja għandha l-kummissjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħha - il-Kummissjoni Skoċċiża għad-Drittijiet tal-Bniedem. L-EHRC tiġbor flimkien xogħol it-tliet kummissjonijiet tal-ugwaljanza preċedenti tal-Gran Brittanja (għall-ugwaljanza razzjali, għall-ugwaljanza bejn is-sessi, u għad-drittijiet tan-nies b'diżabilità) u jieħu wkoll ir-responsabilità għal tipi ġodda tal-liġi kontra d-diskriminazzjoni (l-età, l-orjentazzjoni sesswali u r-reliġjon jew it-twemmin), kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem. Hija għandha s-setgħat li tinforza l-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza, u għandha mandat li tinkoraġġixxi l-konformità mal-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUgwaljanza u Drittijiet tal-Bniedem

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGħajnuna u Pariri

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKonsulenza dwar l-Ugwaljanza u Servizz ta' Appoġġ (EASS - Equality Advisory and Support Service)

Telefown bla ħlas +44 808 800 0082

Telefown għall-messaġġi +44 808 800 0084

Indirizz tal-posta bla ħlas: FREEPOST EASS HELPLINE FPN6521

L­Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa

L-ombudsman jeżisti biex jipprovdi servizz għall-pubbliku billi jagħmel investigazzjonijiet indipendenti fl-ilmenti li jsostnu li d-dipartimenti governattivi, firxa ta' entitajiet pubbliċi oħrajn fir-Renju Unit, u l-NHS (is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa) fl-Ingilterra ma jkunux aġixxew sew u ġustament jew ikunu pprovdew servizz ħażin.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa

Linja tat-Telefown ta' Għajnuna għall-Klijenti +44 345 015 4033 miftuħa mit-8.30am (GMT) sal-17.30pm (GMT) mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

L-Ombudsman għad-drittijiet tat-tfal

1. Il-Kummissarju għat-Tfal għall-Ingilterra

Anne Longfield OBE hija l-Kummissarju għat-Tfal għall-Ingilterra. Il-Kummissarju u t-tim tagħha jiżguraw li l-adulti inkarigati jisimgħu lit-tfal u liż-żgħażagħ.

Ir-rwol tal-Kummissarju għat-Tfal inħoloq permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Tfal tal-2004 u qiegħed hemm biex jippromwovi l-fehmiet tat-tfal u taż-żgħażagħ mit-twelid sa ma jagħlqu 18 (sa ma jagħlqu 21 f'każ ta' żgħażagħ fil-kura jew b'diffikultajiet ta' tagħlim).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju għat-Tfal għall-Ingilterra

Dettalji ta’ kuntatt

Children's Commissioner for England
Sanctuary Buildings
20 Great Smith Street
London
SW1P 3BT

Telefown +44 20 7783 8330

2. Il-Kummissarju għat-Tfal għal Wales

Sally Holland hija l-Kummissarju għat-Tfal għal Wales. Ir-rwol tagħha huwa li taqbeż għat-tfal u ż-żgħażagħ u titkellem fl-interessi tagħhom. Hija taħdem biex tiżgura li t-tfal u ż-żgħażagħ jinżammu sikuri u li jkunu jafu bi drittijiethom u li jkunu jistgħu jgawduhom. Hija għandha tqis id-drittijiet tat-tfal u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal fix-xogħol kollu li tagħmel.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju għat-Tfal għal Wales

Dettalji ta’ Kuntatt

Children's Commissioner for Wales
Oystermouth House
Phoenix Way
Llansamlet
Swansea
SA7 9FS
Tel: +44 1792 765600
Faks: +44 1792 765601

Għanijiet korporattivi:

  • Il-promozzjoni ta' fehim aħjar tad-drittijiet tat-tfal
  • Reviżjoni tal-adegwatezza u l-effikaċja tal-liġi, il-prassi u s-servizzi relatati mat-tfal u ż-żgħażagħ
  • Konsulenza lill-gvern u lill-awtoritajiet rilevanti dwar id-drittijiet u l-aqwa interessi tat-tfal u ż-żgħażagħ
  • Komunikazzjoni tal-funzjonijiet tal-Kummissarju fost it-tfal, il-ġenituri jew il-kuraturi tagħhom u l-partijiet interessati tagħna
  • Ġbir tal-fehmiet tat-tfal u ż-żgħażagħ fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaffettwaw ħajjithom
  • Żamma u żvilupp ulterjuri tal-arranġamenti għal governanza effikaċi b'konformità mal-aqwa prassi għall-massimizzazzjoni tal-użu effiċenti, effikaċi u ekonomiku tar-riżorsi tagħna

Il-Korp tal-Protezzjoni tad-Dejta

1. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa l-awtorità indipendenti tar-Renju Unit stabbilit biex iħares id-drittijiet tal-informazzjoni fl-interess pubbliku, jippromwovi t-trasparenza fl-entitajiet pubbliċi u l-privatezza tad-dejta għall-individwi

Dettalji ta’ Kuntatt

Information Commissioner's Office
Wycliffe House
Water Lane
Wilmslow
Cheshire SK9 5AF

Tel: 0303 123 1113 (jew 01625 545745 jekk tippreferi ma ċċempilx numru biż-"03", jew +44 1625 545745 jekk qed iċċempel minn barra)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni

2. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni - l-Uffiċċju Reġjonali

Wales

Information Commissioner's Office – Wales
Cambrian Buildings
Mount Stuart Square
Cardiff CF10 5FL
Tel: 029 2044 8044
Faks: 2044 8045
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawales@ico.gsi.gov.uk

Oħrajn

1. SIT ELETTRONIKU - GOV.UK

Il-websajt Uffiċjali tal-Gvern tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGOV.UK

2. Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini

Is-servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini jgħin lin-nies isolvu l-problemi legali, finanzjarji u oħrajn billi jipprovdi pariri indipendenti, kunfidenzjali u b'xejn, u billi jinfluwenza lil min ifassal il-politika.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Pariri liċ-Ċittadini

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDettalji ta' kuntatt tas-Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini

3. Pariri Legali Ċivili

Pariri Legali Ċivili (CLA) huwa servizz b'xejn ta' pariri kunfidenzjali fl-Ingilterra u Wales, jekk tkun eliġibbli, imħallas mill-għajnuna legali. Tista' tieħu għajnuna permezz tal-għajnuna legali għal:

  • appelli dwar benefiċċji
  • dejn, jekk qiegħed f'riskju li titlef darek
  • ħtiġijiet edukattivi speċjali
  • abitazzjoni
  • kwistjonijiet ta' diskriminazzjoni
  • għajnuna u pariri jekk tkun vittma ta' vjolenza domestika
  • • kwistjonijiet dwar tfal li jittieħdu mill-kustodja tal-ġenituri

Tiġi mistoqsi mistoqsijiet dwar il-problema legali tiegħek u l-qagħda finanzjarja tiegħek biex jiġi ddeterminat tkunx eliġibbli għall-għajnuna legali. Minn April 2013, bil-kundizzjoni ta' eċċezzjonijiet limitati, klijenti li jfittxu l-għajnuna għal problemi ta' Dejn, Bżonnijiet Edukattivi Speċjali u Diskriminazzjoni jridu jagħmlu kwalunkwe applikazzjoni għal għajnuna legali permezz ta' linja ta' pariri bit-telefown ċentrali. Kull għajnuna tkun ipprovduta permezz tat-telefown sakemm il-klijent ma jkunx meqjus bħala mhux adatt għal parir bit-telefown.

Dettalji ta’ kuntatt

Telefown: 0845 345 4345
Minicom: 0845 609 6677
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9am sat-8pm
Is-Sibt, mid-9am san-12:30pm
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPariri Legali Ċivili

4. Il-Kummissarju għall-Vittmi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kummissarju għall-Vittmi

Ir-rwol tal-Kummissarju għall-Vittmi huwa li jippromwovi l-interessi tal-vittmi u x-xhieda, iħeġġeġ l-użu tal-aqwa prassi fit-trattament tagħhom, u jirrevedi regolarment il-Kodiċi ta' Prassi għall-Vittmi li jistabbilixxi s-servizzi li l-vittmi jistgħu jistennew li jirċievu.

Bil-liġi, il-Kummissarju mhux permess jintervjeni f'każijiet speċifiċi imma jista' jipprovdi direzzjoni dwar minn fejn tista' tikseb l-aqwa pariri u appoġġ.

5. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni

Dettalji ta’ Kuntatt:

5th Floor
Counting House
53 Tooley Street
London
SE1 2QN
Telefown: 0845 000 0046

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni (OISC) huwa korp pubbliku indipendenti u mhux dipartimentali stabbilit mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-1999.

Ir-responsabilitajiet ewlenin tal-OISC huma:

  • ir-regolamentazzjoni tal-konsulenti dwar l-immigrazzjoni
  • il-promozzjoni ta' prassi tajba billi jiġu stabbiliti standards
  • l-ilqugħ u l-indirizzar tal-ilmenti dwar kull persuna li tagħti pariri dwar l-immigrazzjoni
  • il-prosekuzzjoni ta' dawk li ma jkunux operaw skont il-liġi
  • sorveljanza tar-regolament ta' dawk li jagħtu pariri dwar l-immigrazzjoni u li jkunu regolati minn waħda mill-Entitajiet Professjonali Nominati

L-OISC la tipprovdi pariri dwar l-immigrazzjoni u lanqas ma tirrakkomanda jew tendorsja konsulent speċifiku.

L-OISC taħdem ma' firxa wiesgħa ta' għaqdiet, inklużi assoċjazzjonijiet professjonali, tribunali, l-Aġenzija tal-Fruntieri tar-Renju Unit u entitajiet volontarji.

Għal aktar informazzjoni ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni

L-aħħar aġġornament: 14/06/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Drittijiet fundamentali - L-Irlanda ta’ fuq

Il-Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L­Ombudsman

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Il-Qrati Nazzjonali

1. Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-qrati u t-tribunali kriminali, ċivili u tal-familja fl-Ingilterra u Wales u tribunali mhux devoluti fl-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq. Dan jipprovdi sistema ġudizzjarja ġusta, effiċjenti u effikaċi permezz ta' ġudikatura indipendenti.

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha għandu l-għan li jiżgura li ċ-ċittadini kollha jirċievu aċċess f'waqtu skont il-bżonnijiet differenti tagħhom, ikunux vittmi jew xhieda ta' delitti, akkużati ta' delitti, konsumaturi midjunin, tfal fir-riskju li jsirilhom xi deni, negozji involuti f'tilwim kummerċjali jew individwi li jasserixxu d-drittijiet tal-impjiegi tagħhom jew jisfidaw id-deċiżjonijiet tal-entitajiet governattivi.

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lill-qrati żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gov.uk/global/contacts/hmcts/courts/index.htm

Għal informazzjoni dwar kif tikkuntattja lit-tribunali żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gov.uk/global/contacts/hmcts/tribunals/index.htm

2. Is-Servizz ta’ Qrati u Tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq

Is-Servizz ta’ Qrati u Tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq (NICTS) huwa aġenzija tad-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Irlanda ta’ Fuq. Huwa jipprovdi appoġġ amministrattiv lill-qrati tal-Irlanda ta’ Fuq, jiġifieri l-Qorti tal-Appell, il-Qorti Superjuri (High Court), il-Qorti tal-Kuruna (Crown Court), il-Qrati tal-Kontej, il-Qrati tal-Maġistrati u l-Qrati tal-Koroner (coroner’s court). Huwa jipprovdi wkoll appoġġ amministrattiv għal tribunali, jinforza s-sentenzi tal-qorti ċivili permezz tal-Uffiċċju tal-Infurzar ta' Sentenzi.

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice-ni.gov.uk/topics/courts-and-tribunals

Dettalji ta' kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.courtsni.gov.uk/en-GB/ContactDetails/

Informazzjoni addizzjonali

Proċedimenti ċivili

Il-proċedimenti fl-Irlanda ta’ Fuq huma simili għal dawk fl-Ingilterra u Wales. Il-proċedimenti fil-qorti superjuri jinbdew b’ċitazzjoni u proċedimenti fil-qorti tal-kontea jinbdew b’notifika ċivili jew rikors għal talbiet żgħar. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-konvenut, li se jkollu d-dritt għal difiża kontra l-azzjoni. Is-sentenzi tal-qrati ċivili huma infurzabbli permezz ta’ proċedura ċentralizzata amministrata mill-Uffiċċju tal-Infurzar ta’ Sentenzi.

Għajnuna Legali

  1. Fit-tliet ġuriżdizzjonijiet tar-Renju Unit hemm sistema komprensiva fejn persuna li tkun tinħtieġ parir legali jew rappreżentanza fil-qorti tista' tirċievi għajnuna finanzjarja mill-fondi pubbliċi. Dawn l-iskemi jissejħu "Għajnuna Legali" u huma fundamentali għat-twettiq tad-drittijiet legali ta' kull individwu. L-għajnuna legali hija mmirata lejn min għandu dħul baxx jew modest u jista' jingħata mingħajr ħlas, jew suġġett għal kontribut finanzjarju mill-individwu. Jekk tingħata l-għajnuna legali, il-kawża tinstema' b'mod normali, ħlief li ma jingħaddew l-ebda flejjes mill-individwu għall-solicitor tiegħu: il-pagamenti kollha jsiru permezz tal-fond ta' għajnuna legali.
  2. Fl-Irlanda ta’ Fuq, il-proviżjoni tal-għajnuna legali hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq. L-eliġibbiltà għal għajnuna legali fil-biċċa l-kbira ta’ kwistjonijiet ċivili jew kriminali tiġi mfassla permezz ta' test tal-mezzi u l-merti.
  3. Jekk persuna tħoss li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha mogħtija mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tkun beħsiebha ttella' l-kawża tagħha quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hemm għadd ta' skemi disponibbli biex tiġi pprovduta b'parir u għajnuna legali. Fl-iskema tal-għajnuna legali, persuna tkun tista' tiġi megħjuna minn solicitor ta' esperjenza jew konsulent legali fl-istadji preliminari tar-rikors tagħhom. Jekk il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu tiddikjara rikors bħala ammissibbli, ir-rikorrent ikun jista' jieħu għajnuna finanzjarja direttament minn Strasburgu. L-eliġibilità hija stabbilita fuq il-bażi ta' jekk ir-rikorrent jistax jew le jkun eliġibbli għall-għajnuna legali domestika.
  4. F'għadd ta' żoni urbani, iċ-ċentri legali jipprovdu pariri legali u rappreżentanza li tista' tkun b'xejn skont il-mezzi. Iċ-ċentri legali, li jkunu ffinanzjati minn bosta sorsi, spiss jinkludu lill-awtoritajiet governattivi lokali, li normalment jimpjegaw avukati b'salarji full-time; imma ħafna għandhom ukoll ħaddiema soċjali. Ħafna minn ħinhom ikun iddedikat għal problemi tad-djar, l-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-immigrazzjoni. Jingħataw pariri b'xejn ukoll mill-Uffiċċju tal-Pariri liċ-Ċittadini, miċ-ċentri tal-pariri dwar id-djar u tal-konsumaturi u miċ-ċentri ta' pariri speċjalisti mmexxija minn bosta għaqdiet volontarji. Iċ-Ċentru Legali għar-Refuġjati u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni, li t-tnejn li huma jirċievu fondi mill-gvern, jipprovdu parir b'xejn u għajnuna lil min ifittex l-ażil, u s-Servizz tal-Pariri dwar l-Immigrazzjoni jipprovdi wkoll pariri b'xejn u għajnuna lil nies li jkollhom id-dritt tal-appell dwar l-immigrazzjoni.

Vittmi tal-kriminalità

  1. Il-qrati jistgħu jordnaw lit-trasgressur, wara li jkun instab ħati, iħallas kumpens lill-vittma għall-feriment, telf jew dannu personali li jirriżulta mir-reat. Fl-Ingilterra u f'Wales, il-qrati huma obbligati jikkunsidraw kumpens f'kull kawża xierqa u li jagħtu r-raġunijiet fejn ma jingħata l-ebda kumpens. Kumpens lill-vittma għandu jiġi qabel multa jekk il-qorti tqis li tagħtihom it-tnejn, u l-irkupru tal-ammonti mogħtija f'kumpens irid jiġi qabel l-irkupru tal-multi.
  2. Meta s-Servizz ta' Prosekuzzjoni tal-Kuruna jonqos milli jipproċedi, il-vittmi jistgħu jipproċedu huma privatament fl-Ingilterra u Wales, imma fil-prattika din l-għażla rarament tittieħed. Il-vittmi jistgħu wkoll ifittxu lill-akkużat għad-danni fil-qrati ċivili. Il-proċedura tal-qorti ġiet issimplifikata biex nies li ma jkollhomx għarfien legali jkunu jistgħu jressqu talbiet żgħar ta' telf jew danni.
  3. Il-vittmi ta' kwalunkwe nazzjonalità li jkorru b'riżultat ta' delitt vjolenti fl-Ingilterra, Wales jew l-Iskozja jkunu jistgħu jitolbu għall-kumpens mill-fondi pubbliċi taħt l-Iskema ta' Kumpens għal Korrimenti Kriminali. Il-kumpens huwa bbażat fuq tariffa ta’ premijiet, u l-pagamenti jvarjaw minn £1,000 għal £500,000 għall-vittma l-aktar serjament imweġġa'.
  4. Fl-Irlanda ta' Fuq jeżistu arranġamenti separati fejn il-kumpens jista' f'ċerti ċirkostanzi jitħallas mill-fondi pubbliċi għall-korrimenti kriminali u għal dannu malizjuż lill-proprjetà, inkluż it-telf mill-profitti li jirriżulta.
  5. Fir-Renju Unit hemm tliet għaqdiet li jipprovdu appoġġ ġeneriku għall-vittmi tal-kriminalità: Victim Support – li jkopri l-Ingilterra u Wales – Victim Support Scotland u Victim Support Northern Ireland. Dawn jirċievu fondi mill-gvern.
  6. F'Ġunju 1996, il-Gvern ippubblika Karta għall-Vittmi ġdida li sussegwentement saret rekwiżit statutorju permezz tal-Kodiċi ta' Prassi tal-Vittmi f'April 2006. Il-vittmi issa għandhom id-dritt legali għal servizz ta' kwalità għolja mill-aġenziji tal-ġustizzja kriminali. Il-kodiċi tgħid lill-vittmi wkoll kif jilmentaw jekk ma jirċevux servizz ta' kwalità għolja. L-introduzzjoni tal-Karta għax-Xhieda tat lix-xhieda sett ta' standards tas-servizz simili imma mhux statutorju. Fl-Irlanda ta' Fuq ġiet ippubblikata Kodiċi ta' Prassi separata għall-vittmi tal-kriminalità, li tistabbilixxi l-istandards tas-servizz li għandhom jirċievu l-vittmi matul il-kuntatt tagħhom mas-sistema tal-ġustizzja kriminali tal-Irlanda ta' Fuq u dwar kif tista' tressaq ilment. Il-vittmi kollha tad-delitti rrappurtati jingħataw fuljett imsejjaħ "Victims of crime" (Vittmi tal-kriminalità) li jagħti pariri prattiċi dwar x'tagħmel wara delitt. Huwa jispjega sempliċement il-proċessi tal-pulizija u tal-qorti, kif tapplika għal kumpens u x'aktar għajnuna hemm disponibbli.

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Irlanda ta’ Fuq (Il-NIHRC) hija istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b’akkreditazzjoni ta’ status A min-Nazzjonijiet Uniti (NU). Il-NIHRC hija ffinanzjata mill-Gvern tar-Renju Unit, iżda hija korp pubbliku indipendenti li topera f’konformità sħiħa mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU.

Ix-xogħol tagħna huwa li niżguraw li gvern u korpi pubbliċi oħrajn jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem ta’ kull persuna fl-Irlanda ta’ Fuq. Aħna wkoll ngħinu lin-nies jifhmu dak li huma d-drittijiet tal-bniedem tagħhom u x’jistgħu jagħmlu jekk id-drittijiet tagħhom jiġu miċħuda jew miksura.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Temple Court
39 North Street
Belfast
Northern Ireland
BT1 1NA
Telefon: +44 (0)28 9024 3987
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainformation@nihrc.org
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nihrc.org/

L­Ombudsman

L-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa

Dan l-ombudsman ġie mwaqqaf mill-Parlament biex jgħin kemm l-individwi privati kif ukoll pubbliċi.

Ir-rwol tagħna huwa li ninvestigaw l-ilmenti li l-individwi li ġew ittrattati inġustament jew irċevew servizz fqir minn dipartimenti tal-gvern u organizzazzjonijiet oħra pubbliċi u l-NHS (is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa) fl-Ingilterra. Is-setgħat tagħna huma stabbiliti fil-liġi u s-servizz tagħna huwa bla ħlas għal kulħadd.

Dettalji ta' Kuntatt

The Parliamentary and Health Service Ombudsman
Millbank Tower
Millbank
London
SW1P 4QP
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ombudsman.org.uk/

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Ombudsperson għad-drittijiet tat-tfal

Il-Kummissarju għat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissarju għat-Tfal u ż-Żgħażagħ huwa Korp Pubbliku Mhux-Dipartimentali (NDPB) li ġie stabbilit f’Ottubru 2003.

Il-Kummissarju attwali hija Koulla Yiasouma u r-rwol tagħha hija li tissalvagwardja u tipproteġi d-drittijiet u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-Kummissarju għandu jqis ukoll kwalunkwe dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Id-Dipartment li qed jagħti l-isponser huwa d-Dipartiment għall-Komunitajiet

Id-dettalji ta’ kuntatt:

NICCY
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT2 7DP
Telefon: 028 9031 1616
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@niccy.org
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.niccy.org/

Il-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Il-Kummissarju għall-Persuni Anzjani huwa Korp Pubbliku Mhux-Dipartimentali (NDPB) li ġie stabbilit f’Novembru 2011. Il-Kummissarju attwali huwa Eddie Lynch u r-rwol tiegħu huwa li jissalvagwardja u jipproteġi d-drittijiet u l-benesseri tal-Persuni Anzjani fl-Irlanda ta’ Fuq.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

COPNI
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT2 7DP
Telefon: 028 9089 0892
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@copni.org
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.copni.org/

Korp ta’ Ugwaljanza — JH korretta

Il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza għall-Irlanda ta' Fuq

Dettalji ta' kuntatt:

Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
Northern Ireland BT 2 7DP
Telefon: 028 90 500 600
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainformation@equalityni.org
Sit Web:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.equalityni.org/

Il-Kummissjoni tal-Ugwaljanza għall-Irlanda ta’ Fuq hija korp pubbliku mhux dipartimentali stabbilita skont l-Att tal-Irlanda ta' Fuq tal-1998. Is-setgħat tagħha u d-doveri huma derivati minn għadd ta’ liġijiet li ġew adottati matul dawn l-aħħar deċennji, li jipprovdu protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, id-diżabbiltà, ir-razza, ir-reliġjon jew l-opinjoni politika, is-sess u l-orjentazzjoni sesswali. Għandna wkoll responsabiltajiet li jitnisslu mill-Att tal-Irlanda ta’ Fuq tal-1998 f’dak li għandu x’jaqsam mal-ugwaljanza statutorji u r-relazzjonijiet tajba li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi.

L-isponser tagħna tad-Dipartiment huwa l-Uffiċċju Eżekuttiv.

Entità dwar il-Protezzjoni tad-Dejta

1. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni huwa l-awtorità indipendenti tar-Renju Unit stabbilit biex iħares id-drittijiet tal-informazzjoni fl-interess pubbliku, jippromwovi t-trasparenza fl-entitajiet pubbliċi u l-privatezza tad-dejta għall-individwi

Dettalji ta' Kuntatt

Information Commissioner's Office
Wycliffe House
Water Lane
Wilmslow
Cheshire SK9 5AF
Telefon: 0303 123 1113 (jew 01625 545745 jekk inti tippreferi li ma ċċempilx numru biż-‘03’, jew + 44 1625 545745 jekk qed iċċempel minn barra l-pajjiż)
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ico.org.uk/

2. Il-Kummissarju għall-Informazzjoni - l-Uffiċċju Reġjonali

L-Irlanda ta' Fuq

Information Commissioner's Office – Northern Ireland
3rd floor, 14 Cromac Place
Belfast,
Northern Ireland BT7 2JB
Telefon: 028 9026 9380
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidani@ico.org.uk

Oħrajn

1. IS-SIT WEB - Directgov

Is-sit web Uffiċjali tal-Gvern tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gov.uk/

2. Is-Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini

Is-servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini jgħin lin-nies isolvu l-problemi legali, finanzjarji u oħrajn billi jipprovdi pariri indipendenti, kunfidenzjali u b'xejn, u billi jinfluwenza lil min ifassal il-politika.

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.citizensadvice.org.uk/

3. Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq

Il-Kummissjoni tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq (iktar ’il quddiem il-“kummissjoni”) hija Korp Pubbliku Ġenerali mhux Dipartimentali tad-Dipartiment tal-Ġustizzja (DOJ) stabbilita skont id-Direttiva dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja (l-Irlanda ta’ Fuq) Ordni 2003. Il-Ministru tal-Ġustizzja, David Ford, indika l-intenzjoni tiegħu li jittrasferixxi r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għal aġenzija eżekuttiva fi ħdan id-Dipartiment fil-Ħarifa tal-2014. L-organizzazzjoni l-ġdida se tissejjaħ l-Legal Services Agency Northern Ireland (Aġenzija tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq). Dan it-trasferiment mhux se jbiddel fundamentalment il-provvista globali ta’ servizzi, iżda se jwassal firxa importanti ta’ titjib fil-governanza u ffrankar fl-effiċjenza.

Ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tamministra l-provvista ta’ servizzi legali ffinanzjati pubblikament f’konformità statutorja ta’ skemi ta’ għajnuna legali. Aħna napplikaw testijiet statutorji biex jiġi stabbilit jekk individwu għandux jirċievi għajnuna legali ċivili u nħallsu jekk eliġibbli, l-avukati u l-konsulenti legali, is-solicitors jew barristers rremunerati għas-servizzi legali inkwistjoni. Filwaqt li l-ġudikatura hija responsabbli għall-għoti ta’ għajnuna legali kriminali, il-Kummissjoni wkoll tħallas għal servizzi legali korrispondenti. Barra l-amministrazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna legali, nipprovdu wkoll input ta’ appoġġ lil DOJ fil-programm tagħha ta’ ħidma għar-riforma tal-għajnuna legali.

Dettalji ta' kuntatt:

The Northern Ireland Legal Services Commission
2nd Floor,
Waterfront Plaza,
8 Laganbank Road,
Mays Meadow,
Belfast,
Northern Ireland BT1 3BN
Telefon: +44 (0)28 9040 8888
Sit Web:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nilsc.org.uk/

Il-missjoni tagħha hija li tippromwovi aċċess ġust u ugwali għall-ġustizzja fl-Irlanda ta’ Fuq fl-għoti tagħha ta’ servizzi legali ffinanzjati pubblikament.

L-għan tagħha huwa li tipprovdi servizzi ta' kwalità għolja, iffukati lejn il-konsumatur li għandhom fil-mira lil dawk li l-iktar għandhom bżonn u li juru valur għall-flus.

L-avukati u fornituri oħra ta’ pariri:

  • biex tgħin lin-nies li huma eliġibbli għall-għajnuna legali biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom fi kwistjonijiet ċivili
  • biex tgħin lin-nies li huma taħt investigazzjoni, jew li qed jaffaċċjaw akkużi kriminali

4. Il-Kummissarju għall-Vittmi

Baroness Newlove of Warrington,
Victims' Commissioner for England & Wales
The Tower, 9th Floor,
102 Petty France,
London, SW1H 9AJ
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavictims.commissioner@victimscommissioner.gsi.gov.uk
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://victimscommissioner.org.uk/

Ir-rwol tal-Kummissarju għall-Vittmi huwa li jippromwovi l-interessi tal-vittmi u x-xhieda, iħeġġeġ l-użu tal-aqwa prassi fit-trattament tagħhom, u jirrevedi regolarment il-Kodiċi ta' Prassi għall-Vittmi li jistabbilixxi s-servizzi li l-vittmi jistgħu jistennew li jirċievu.

Il-Kummissarju qiegħed hawn biex jisma’ l-opinjonijiet tal-vittmi u tax-xhieda, jifhem is-sistema tal-ġustizzja kriminali mill-perspettiva tagħhom u jipprova jgħin itejjeb is-servizzi u l-appoġġ disponibbli.

Jekk jogħġbok innota li bil-liġi, il-Kummissarju mhuwiex permess li jintervjeni f’każijiet speċifiċi. Madankollu, aħna se nistinkaw biex nipprovdu direzzjoni dwar minn fejn tista’ tikseb l-aqwa pariri u appoġġ.

5. Appoġġ għal Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Central Office
Victim Support NI
Annsgate House
3rd Floor
70/74 Ann Street
Belfast
Northern Ireland BT 1 4EH
Telefon: 028 9024 3133
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabelfast@victimsupportni.org.uk

L-appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq hija karità li tgħin lill-persuni affettwati minn kwalunkwe tip ta’ delitt. Tipprovdi appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali għal vittmi, xhieda u oħrajn affettwati minn reati.

L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq hija l-akbar karità ta’ appoġġ għal persuni affettwati minn delitt. Aħna noffru servizz bla ħlas u kunfidenzjali, kemm jekk delitt ikun ġie rrapportat jew le. Aħna organizzazzjoni indipendenti - mhux parti mill-pulizija, il-qrati jew xi aġenzija oħra ta’ ġustizzja kriminali.

Kull sena l-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq (Victim Support NI) joffri għajnuna għal kważi 30,000 persuna li ġew affettwati minn delitti.

6. L-Ombudsman tal-Priġunier għall-Irlanda ta' Fuq

Unit 2
Walled Garden
Stormont Estate
Belfast
Northern Ireland BT4 3SH
Telefon: 028 90 44 3982
Telefown bla ħlas: 0800 7836317
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapa@prisonerombudsman.x.gsi.gov.uk
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.niprisonerombudsman.gov.uk/

L-Ombudsman tal-Priġunieri jinħatar mill-Ministru tal-Ġustizzja għall-Irlanda ta’ Fuq u huwa kompletament indipendenti mis-Servizz tal-Ħabsijiet tal-Irlanda ta’ Fuq (NIPS).

L-Ombudsman tal-Priġunieri jinvestiga:

  • ilmenti minn priġunieri miżmuma fl-Irlanda ta’ Fuq
  • viżitaturi lil priġunieri miżmuma fl-Irlanda ta’ Fuq
  • imwiet f’kustodja mis-Servizz tal-Ħabsijiet tal-Irlanda ta’ Fuq

L-Ombudsman attwali huwa Tom McGonigle, kif ukoll grupp ta’ investigaturi u persunal ieħor li jappoġġah.

7. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni

Id-dettalji ta’ kuntatt:

5th Floor
21 Bloomsbury Street
London
WC1B 3HF
Telefon: 020 7211 1500

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni (OISC) huwa korp pubbliku indipendenti u mhux dipartimentali stabbilit mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-1999.

L-Att tal-Immigrazzjoni u tal-Ażil tal-1999 u l-Att dwar in-Nazzjonalità, l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-2002 tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni jagħti poteri varji inklużi:

  • li jirrifjuta d-dħul lil konsulent għall-iskema regolatorja
  • id-deregulazzjoni ta’ konsulent regolat
  • livelli limitati jew differenti ta’ konsulenti li jistgħu jwettqu xogħol
  • it-tqegħid ta’ pagament dixxiplinari kontra konsulent regolat
  • it-talba għal Ordnijiet għat-Trażżin jew inġunzjoni
  • il-prosekuzzjoni għall-għoti b’mod illegali ta’ pariri dwar l-immigrazzjoni u / jew servizzi
  • Il-prosekuzzjoni għal reklamar illegali għall-għoti ta’ pariri dwar l-immigrazzjoni u / jew servizzi
  • dħul fil-bini ta’ konsulent
  • il-qbid tar-rekords ta’ konsulent

Għal aktar informazzjoni ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.oisc.gov.uk/

8. Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Commission for Victims and Survivors
Equality House
7-9 Shaftesbury Square
Belfast
BT2 7DP
Telefon: 028 9031 1000
Faks: 028 9060 7424

Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti għall-Irlanda ta’ Fuq temmen bil-qawwa kollha fil-ħidma tagħha u fid-drittijiet tal-vittmi kollha u li s-superstiti jinstemgħu, jiġu rispettati u biex ikollhom aċċess għal servizzi li huma l-aħjar li jistgħu jkunu. Il-Kummissjoni għall-Vittmi u s-Superstiti timmira li ttejjeb il-ħajja ta’ vittmi u superstiti ta’ Kunflitti.

Il-missjoni tagħha hija li tindirizza l-bżonnijiet kollha ta’ vittmi u superstiti billi jiġi żgurat forniment ta’ servizz eċċellenti, li tirrikonoxxi l-wirt tal-imgħoddi u l-bini ta’ futur aħjar. Il-ħidma tagħha hija appoġġata minn għadd ta’ valuri ewlenin li jużaw fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Huma jfittxu riżultati bbażati fuq it-twettiq ta’ dawn il-valuri. Dawn il-valuri huma kif ġej:

  • Iffokar fuq il-vittmi — vittmi u superstiti huma fil-qofol ta’ dak kollu li tagħmel il-Kummissjoni u tħeġġeġ u jagħtu valur kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom.
  • Miftuħa u trasparenti — il-Kummissjoni hija miftuħa, onesta, responsabbli u reattiva f’xogħolha.
  • Ugwaljanza u d-Diversità — il-Kummissjoni tittratta lil kulħadd bl-istess mod u tiġġieled kontra l-inugwaljanza b’imparzjalità, indipendenza u integrità.
  • Rispett — il-Kummissjoni se tkun rispetabbli u professjonali fl-istrateġija tagħha fir-rigward ta’ kull min jagħmel kuntatt.
  • Imparzjalità — il-Kummissjoni se tiddefendi l-indipendenza tagħhom u żżommm distanza kritika biex tisfida lill-Gvern u lill-awtoritajiet rilevanti.
  • Għoti ta’ Kwalità — il-Kummissjoni se tirsisti biex twettaq il-programmi tagħhom bi standard għoli.

Għal aktar informazzjoni ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cvsni.org/

L-aħħar aġġornament: 10/04/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.

Drittijiet fundamentali - Skozja

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ombudsperson

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Oħrajn

Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

L-istituzzjonijiet li ġejjin ikunu jistgħu jipprovdu parir b’rabta maċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek.

1. The Equality and Human Rights Commission (Il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tal-Bniedem)

L-Equality and Human Rights Commission (EHRC) hija l-Korp ta’ Ugwaljanza Nazzjonali (National Equality Body, NEB) għall-Iskozja, l-Ingilterra u Wales, u taħdem biex telimina d-diskriminazzjoni u tippromwovi l-ugwaljanza fuq disa’ elementi fl-Att ta’ Ugwaljanza tal-2010: l-età, id-diżabbiltà, is-sess, ir-razza, ir-reliġjon u t-twemmin, it-tqala u l-maternità, iż-żwieġ u l-unjoni ċivili, l-orjentazzjoni sesswali u r-riassenjazzjoni tas-sess.  Hi Istituzzjoni Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem ta’ “Status A”, indipendenti mill-gvern, u taqsam il-mandat tagħha biex tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem fl-Iskozja mas-Scottish Human Rights Commission (il-Kummissjoni Skoċċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem).

Bħala Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-EHRC:

  • tippromwovi għarfien, ftehim u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
  • tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi biex ikunu konformi mal-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem
  • tipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem għal membri tal-pubbliku, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet pubbliċi
  • timmonitorja s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gran Brittanja, u tirrapporta s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha lin-NU, lill-gvern u lill-Parlament
  • tagħti parir lill-Gvern u l-Parlament tar-Renju Unit u l-amministrazzjonijiet devoluti Skoċċiżi u ta’ Wales dwar l-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem ta’ politiki u l-leġiżlazzjoni proposta
  • tuża s-setgħat legali tagħha biex itejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

L-EHRC għandha setgħat legali sabiex, fost affarijiet oħra:

  • tieħu proċedimenti ta’ rieżami ġudizzjarju — tip ta’ proċediment tal-qorti li fih mħallef jirrieżamina l-legalità ta’ deċiżjoni jew azzjoni magħmula jew meħuda minn korp pubbliku
  • thedded stħarriġ ġudizzjarju qabel tiġi approvata leġiżlazzjoni jekk tqis li proposta ta’ liġi se tikser id-drittijiet tal-bniedem ta’ grupp
  • tintervjeni f’każijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem meħuda minn oħrajn (magħrufa bħala intervent ta' “terza persuna”) - madankollu l-Kummissjoni ma tistax tappoġġa każijiet individwali tad-drittijiet tal-bniedem li ma jqajmux kwistjoni ta’ ugwaljanza
  • tagħmel inkjesti dwar kwalunkwe kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem - jekk il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet għal bidliet u titjib fil-politika, prattika u leġiżlazzjoni lil kwalunkwe organizzazzjoni, huma jridu jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet
  • isservi avviż ta’ konformità jekk jidhrilha li awtorità pubblika ma tkunx ikkonformat mad-dmir tagħha tal-ugwaljanza - dan jista’ jirrikjedi biex tikkonforma ma’ dmir jew tista’ tagħti dettalji dwar il-passi li jeħtieġ li jittieħdu biex tiġi żgurata l-konformità

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.equalityhumanrights.com/

Dettalji ta' kuntatt:

Equality an Human Rights Commission - Scotland Office

Telefown: 0141 288 5910

Indirizz elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidascotland@equalityhumanrights.com

Utenti BSL jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fuq bażi ekwa għal smigħ tal-partijiet ikkonċernati.  Għal aktar informazzjoni kkuntattja l-Kummissjoni għall-Ugwaljanza u tad-Drittjiet tal-Bniedem f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.equalityhumanrights.com/

Equality Advisory Support Service (Is-Servizz ta’ Appoġġ Konsultattiv dwar l-Ugwaljanza)

Telefown: 0808 800 0082
Telefown għall-sms: 0808 800 0084

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeass@mailgb.custhelp.com

Indirizz tal-Posta: Għajnuna fuq it-telefown Freepost FPN6521

Disponibbli wkoll permezz tas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.equalityadvisoryservice.com/ huma l-interpretazzjoni BSL, webchat u formola ta’ kuntatt

Ħinijiet tal-ftuħ:
Mid-9:00 sat-20:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa
Mill-10:00 sas-14:00 is-Sibt
Magħluq il-Ħdud u fil-Btajjel tal-Banek

2. The Scottish Human Rights Commission (Il-Kummissjoni Skoċċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem)

Is-Scottish Human Rights Commission hija l-istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, skont il-Prinċipji ta’ Pariġi tan-Nazzjonijiet Uniti relatati mal-istatus tal-istituzzjonijiet nazzjonali u bl-ogħla livell ta’ akkreditazzjoni (“status A”).  L-SHRC (Scottish Human Rights Commission, il-Kummissjoni Skoċċiża għad-Drittijiet tal-Bniedem) hi korp indipendenti stabbilit mill-Parlament Skoċċiż għall-promozzjoni tal-għarfien, il-fehim u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem kollha - ekonomiċi, soċjali, kulturali, ċivili u politiċi - għal kulħadd kullimkien fl-Iskozja, u għat-tħeġġiġ tal-aħjar prattika f’relazzjoni mad-drittijiet tal-bniedem.  Hi tista’ tirrapporta direttament lin-NU dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem.  L-obbligi u s-setgħat kollha tal-Kummissjoni huma riprodotti fil-Kummissjoni Skoċċiża għall-Att tal-2006 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

L-SHRC għandha s-setgħat li:

  • tirrakkomanda bidliet fil-liġi, il-politika u l-prattika
  • tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem permezz tal-edukazzjoni, taħriġ u riċerka ta’ pubblikazzjoni
  • tmexxi inkjesti dwar il-politiki u l-prattiċi tal-awtoritajiet pubbliċi Skoċċiżi

L-SHRC ma tiħux ħsieb ilmenti jew tipprovdi servizz ta’ għajnuna lil individwi.  Madankollu, il-fuljett tagħha Help with Human Rights (Għajnuna bid-Drittijiet tal-Bniedem) jagħti dettalji dwar organizzazzjonijiet u servizzi li jistgħu jkunu kapaċi li jipprovdu parir u assistenza.

Dettalji ta' kuntatt:

Scottish Human Rights Commission
Governor's House
Regent Road
Edinburgh
EH1 3DE
Telefown: 0131 244 3550
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahello@scottishhumanrights.com
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScottish Human Rights Commission

Ombudspersons

1. Scottish Public Services Ombudsman (L-Ombudsman Skoċċiż għas-Servizzi Pubbliċi)

L-Ombudsman Skoċċiż għas-Servizzi Pubbliċi jipprovdi servizz mingħajr ħlas, indipendenti u imparzjali b’rabta ma’ tilwim bejn ċittadini u kemm il-gvern lokali u ċentrali, bil-għan li jgħin fir-riżoluzzjoni ta' tilwim jew għall-irranġar ta' sitwazzjonijiet mhux ġusti.  Huwa l-aħħar stadju għall-ġestjoni ta’ lmenti dwar korpi pubbliċi fl-Iskozja (Kunsilli, is-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali, assoċjazzjonijiet ta’ akkomodazzjoni, kulleġġi u universitajiet, ħabsijiet, il-biċċa l-kbira tal-fornituri tal-ilma, il-Gvern Skoċċiż u l-aġenziji u d-dipartimenti tiegħu u l-biċċa l-kbira tal-awtoritajiet Skoċċiżi.)

Dettalji ta' kuntatt:

Telefown bla ħlas: 0800 377 7330
Telefown: 0131 225 5330

Indirizz tal-Posta: Freepost SPSO (l-ebda bżonn ta’ bolla)

Personalment: 4 Melville Street, Edinburgh, EH3 7NS (ħinijiet tal-ftuħ nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa, 9am-5pm, it-Tlieta 10am-5pm)

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSPSO

2. Parliamentary and Health Service Ombudsman (L-Ombudsman Parlamentari u tas-Servizz tas-Saħħa)

Il-Parliamentary and Health Service Ombudsman huwa l-istadju finali għal ilmenti dwar l-NHS fl-Ingilterra u s-servizzi pubbliċi mogħtija mill-Gvern tar-Renju Unit.  Huwa jipprovdi servizz bla ħlas u jinvestiga l-ilmenti fejn xi ħadd li jemmen li kien hemm inġustizzja jew diffikultajiet għaliex organizzazzjoni ma tkunx aġixxiet sew jew ġustament jew tkun tat servizz ħażin u ma kkoreġitx is-sitwazzjoni.

L-Ombudsman mhuwiex parti mill-gvern.  Huwa ġie mwaqqaf mill-Parlament biex jipprovdi servizz indipendenti għat-trattament tal-ilmenti.  Huwa jikkondividi r-riżultati mix-xogħol dwar il-każ mal-Parlament biex jgħinu jifli l-fornituri tas-servizzi pubbliċi, u jikkondividi s-sejbiet b’mod aktar wiesa’ ma’ oħrajn biex tingħata spinta lit-titjib fis-servizzi pubbliċi.  L-Ombudsman irid jagħti kont lill-Parlament tar-Renju Unit u l-ħidma tiegħu hija suġġetta għall-iskrutinju tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u tal-Amministrazzjoni Pubblika.

Qabel ma tippreżenta lment lill-Ombudsman, l-ewwel trid tilmenta mal-organizzazzjoni li m'intix kuntent biha.  Jekk l-ilment tiegħek ikun dwar dipartiment tal-Gvern tar-Renju Unit jew organizzazzjoni pubblika tar-Renju Unit, trid tikkuntattja membru parlamentari biex jirreferi l-kwistjoni lill-Ombudsman.

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOmbudsman

Dettalji ta' Kuntatt:

Telefown: 0345 015 4033 (mit-08:30 sal-17:30, mit-Tnejn sal-Ġimgħa)

Servizz ta’ messaġġ “ċempel lura”: 07624 813 005

Jekk tuża BSL tista’ tuża s-servizz SignVideo: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSignVideo

Korpi Speċjalizzati tad-Drittijiet tal-Bniedem

1. Children and Young People's Commissioner Scotland (Il-Kummissarju tat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Iskozja)

Iċ-Children and Young People's Commissioner Scotland iqajjem l-għarfien u l-fehim tad-drittijiet tat-tfal u jgħin lit-tfal jasserixxu d-drittijiet tagħhom. Il-Kummissarju għandu s-setgħat li jwettaq investigazzjonijiet fir-rigward ta’ jekk il-fornituri tas-servizz jikkunsidrawx id-drittijiet, l-interessi u l-opinjonijiet ta’ gruppi tat-tfal u ż-żgħażagħ f’teħid ta’ deċiżjonijiet jew azzjonijiet li jikkonċernawhom.

Dettalji ta’ Kuntatt

Children and Young People's Commissioner Scotland (Il-Kummissarju tat-Tfal u ż-Żgħażagħ tal-Iskozja) 
Roseberry House
9 Haymarket Terrace
Edinburgh
EH12 5EZ
Telefown: 0131 346 5350
Telefown bla ħlas għaż-żgħażagħ: 0800 019 1179
Messaġġ: 0770 233 5720

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainbox@cypcs.org.uk
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCYPCS

2. The Scottish Information Commissioner (Il-Kummissarju Skoċċiż għall-Informazzjoni)

L-iScottish Information Commissioner jippromwovi u jinforza kemm id-dritt tal-pubbliku li jistaqsi għall-informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet pubbliċi Skoċċiżi, u għal prattika tajba mill-awtoritajiet.  Permezz tal-ħidma tagħha, il-Kummissarju jappoġġa l-ftuħ, it-trasparenza u r-responsabbiltà ta’ korpi pubbliċi.

Il-Kummissarju huwa responsabbli għall-infurzar u l-promozzjoni tal-liġijiet tal-Iskozja dwar il-libertà tal-informazzjoni, jiġifieri:

  • The Freedom of Information (Scotland) Act 2002 (L-Att tal-Libertà ta’ Informazzjoni (l-Iskozja) tal-2002)
  • The Environmental Information (Scotland) Regulations 2004 (Ir-Regolament tal-Informazzjoni Ambjentali (l-Iskozja) tal-2004)
  • The INSPIRE (Scotland) Regulations 2009 (Ir-Regolamenti INSPIRE (l-Iskozja) tal-2009)

Il-Kummissarju u t-tim tal-Kummissarju:

  • jinvestigaw l-applikazzjonijiet u joħorġu deċiżjonijiet eżekutorji
  • jippromwovu prattika tajba fost l-awtoritajiet pubbliċi
  • jipprovdu informazzjoni lill-pubbliku dwar id-drittijiet tagħhom

Dettalji ta’ Kuntatt

Scottish Information Commissioner
Kinburn Castle
Doubledykes Road
St Andrews
Fife
KY16 9DS
Telefown: 01334 464610
Faks: 01334 464611
Indirizz elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaenquiries@itspublicknowledge.info
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScottish Information Commissioner

3. Information Commissioner's Office (L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni)

L-Information Commissioner's Office huwa l-awtorità indipendenti tar-Renju Unit stabbilita biex tħares id-drittijiet tal-informazzjoni fl-interess pubbliku, tippromwovi t-trasparenza fl-entitajiet pubbliċi u l-privatezza tad-dejta għall-individwi

Dettalji ta' kuntatt:

Information Commissioner's Office
Wycliffe House
Water Lane
Wilmslow
Cheshire
SK9 5AF

Telefown: 0303 123 1113 (jew 01625 545745 jekk tippreferi ma ċċempilx numru biż-“03”)
Faks: 01625 524 510

The Information Commissioner's Office Scotland
45 Melville Street
Edinburgh
EH3 7HL

Telefown: 0131 244 9001

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScotland@ico.org.uk
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformation Commissioner's Office

Organizzazzjonijiet oħra

1. Citizens Advice Service (Is-Servizz ta' Pariri liċ-Ċittadini)

Is-Citizens Advice Service jgħin lin-nies isolvu l-problemi legali u finanzjarji u problemi oħrajn billi jipprovdi pariri indipendenti, kunfidenzjali u b'xejn, u billi jinfluwenza lil min ifassal il-politika.

Dettalji ta' kuntatt

Linja telefonika diretta tal-pariri għaċ-ċittadini: 0808 800 9060 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-09:00 sas-18:00)

Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPariri liċ-Ċittadini

Biex tagħmel kuntatt mas-Citizens Advice Service, ikklikkja fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://citizensadvice.org.uk/index/contact_us.htm,

2. Victim Support Scotland (L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Iskozja)

Il-Victim Support Scotland hija organizzazzjoni volontarja fl-Iskozja li tgħin lin-nies affettwati minn reati.  Tipprovdi appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali għal vittmi, xhieda u oħrajn affettwati minn reati.  Is-servizz huwa mingħajr ħlas, kunfidenzjali u huwa pprovdut minn voluntiera permezz ta' netwerk ta' Komunità bbażat fuq servizzi ta’ ġustizzja għal vittmi u żgħażagħ u servizzi ta’ xhieda bbażati fuq il-qorti.

Is-sit web tal-Victim Support Scotland jipprovdi aktar informazzjoni, inkluż kif tagħmel kuntatt:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictim Support Scotland

Għajnuna fuq it-telefown: 0345 603 9213 (mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8am sat-8pm)

The Victims' Code for Scotland (Il-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictims' Code for Scotland twaqqaf b’mod ċar u f’punt wieħed id-drittijiet u l-appoġġ disponibbli għal vittmi ta’ reat fl-Iskozja.

3. The Office of the Immigration Services Commissioner (L-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Servizzi tal-Immigrazzjoni)

L-Office of the Immigration Services Commissioner (OISC) huwa korp pubbliku indipendenti u mhux dipartimentali stabbilit mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-1999.

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-OISC huma:

  • ir-regolamentazzjoni tal-konsulenti dwar l-immigrazzjoni
  • il-promozzjoni ta' prassi tajba billi jiġu stabbiliti standards
  • l-ilqugħ u l-indirizzar tal-ilmenti dwar kull persuna li tagħti pariri dwar l-immigrazzjoni
  • il-prosekuzzjoni ta' dawk li ma jkunux operaw skont il-liġi
  • is-sorveljanza tar-regolament ta' dawk li jagħtu pariri dwar l-immigrazzjoni u li jkunu regolati minn waħda mill-Entitajiet Professjonali Nominati

L-OISC la jipprovdi pariri dwar l-immigrazzjoni u lanqas ma jirrakkomanda jew jendorsja konsulent speċifiku.

L-OISC jaħdem ma' firxa wiesgħa ta' għaqdiet, inklużi assoċjazzjonijiet professjonali, tribunali, l-Aġenzija tal-Fruntieri tar-Renju Unit u korpi volontarji.

Għal aktar informazzjoni żur: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOffice of the Immigration Services Commissioner

Dettalji ta' kuntatt:

Office of the Immigration Services Commissioner
5th Floor
21 Bloomsbury Street
London
WC1B 3HF

Telefown: 0845 000 0046

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@oisc.gov.uk

4. The Scottish Legal Aid Board (SLAB) (Il-Bord Skoċċiż dwar l-Għajnuna Legali (SLAB))

L-għan tal-għajnuna legali fl-Iskozja huwa li jipprovdi aċċess għall-ġustizzja għal dawk li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż legali tagħhom stess.  L-iScottish Legal Aid Board (SLAB) jamministra s-sistema tal-għajnuna legali fl-Iskozja fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni.

Biex tapplika għal għajnuna legali jkollok issib avukat li jagħmel xogħol ta’ għajnuna legali.  Ikollok turi li ma tistax taffordja li tħallas għall-għajnuna legali tiegħek u li l-problema tiegħek hija serja.  Jista’ jkollok tħallas xi flus lejn l-ispejjeż legali tal-każ tiegħek, jew trodd lura l-ispejjeż aktar tard.

Jista’ jagħti l-każ li ma jkollok bżonn tħallas xejn affattu, skont il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek u t-tip ta’ għajnuna legali li għandek bżonn.

It-tip ta’ għajnuna legali li tapplika għaliha jiddependi fuq it-tip ta’ għajnuna legali li għandek bżonn.  L-avukat tiegħek jista’ jtik parir dwar dan.

  • Pariri u assistenza jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-ispejjeż ta’ kif tieħu parir legali minn avukat, bħalma hi l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-għażliet tiegħek jew għajnuna fin-negozjati u l-burokrazija.  Mhux se tkopri l-ispejjeż tal-qorti.

Jekk meħtieġ, l-avukat tiegħek jista' madanakollu jkun jista' jirrappreżentak fil-qorti għal:

  • kawżi ċivili pereżempju meta jkollok kwistjonijiet ta’ akkomodazzjoni, għaddej minn divorzju, ikollok tilwim dwar it-tfal tiegħek jew teħtieġ għajnuna b’dejn tal-abitazzjoni
  • Smigħ tat-tfal pereżempju meta int żagħżugħ (jew ġenitur tagħhom/persuna li tindokra) mitlub li tmur għal smigħ biex tissolva problema
  • kawża kriminali pereż. tkun sfajt akkużat b’reat jew tiffaċċja l-ħabs

Għal aktar informazzjoni dwar SLAB, u sabiex tagħmel kuntatt, ara hawn taħt.

The Scottish Legal Aid Board
Thistle House
91 Haymarket Terrace
Edinburgh,
EH12 5HE
Telefown: 0131 226 7061 (mit-8:30am sal-17:00pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa)
British Sign Language: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacontact Scotland-BSL, is-servizz tal-interpretar onlajn Skoċċiż.
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidageneral@slab.org.uk
Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScottish Legal Aid Board

5. Care Inspectorate (L-Ispettorat tal-Kura)

Il-Care Inspectorate jirregola u jispezzjona s-servizzi ta’ kura fl-Iskozja u jiżgura li jissodisfaw l-istandards it-tajba.  Jikkontrolla b’mod konġunt ma’ regolaturi oħra biex jiġi vverifikat kif organizzazzjonijiet differenti f’żoni lokali jaħdmu biex jappoġġaw l-adulti u t-tfal.

Dettalji ta' kuntatt

Telefown: 0345 600 9527
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaenquiries@careinspectorate.com
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCare Inspectorate

6. Mental Welfare Commission Scotland (Il-Kummissjoni tal-Benesseri Mentali fl-Iskozja)

Il-Kummissjoni tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem ta’ persuni b’mard mentali, persuni b’diżabbiltajiet fit-tagħlim, id-demenzja u l-kundizzjonijiet relatati.  Hi tagħmel hekk billi tagħti s-setgħa lill-individwi u l-persuni li jindukraw tagħhom, il-monitoraġġ tas-saħħa mentali u l-liġi tal-inkapaċità, u l-influwenzar u l-għoti ta’ sfida lil fornituri tas-servizzi u dawk li jfasslu l-politika.

Telefown għal pariri: 0800 389 6809 (min juża s-servizzi u dawk li jindokraw) jew 0131 313 8777 (professjonisti) (mit-Tnejn sal-Ħamis 09:00-17:00, il-Ġimgħa 09:00–16:30)
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaenquiries@mwcscot.org.uk
Sit elettroniku: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMental Welfare Commission Scotland

Informazzjoni jew assistenza ulterjuri

L-organizzazzjonijiet u l-korpi li ġejjin jistgħu jipprovdu informazzjoni jew assistenza skont il-kompetenzi tagħhom.

Is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit għaċ-ċittadini tar-Renju Unit: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGov.UK

Għoti ta’ parir dwar is-settur tal-abitazzjoni: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaShelter Scotland

ACAS jagħti pariri dwar ix-xogħol: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaACAS

National Debtline jagħti l-pariri dwar id-dejn nazzjonali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNational Debt Line

Il-karità tad-dejn StepChange tagħti pariri dwar id-dejn: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaStep Change

Is-Servizz Money Advice jagħti pariri dwar il-flus u kwistjonijiet finanzjarji: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Advice Service

The Law Society of Scotland tista’ tgħinek issib avukat, inkluż għal kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society

L-iScottish Child Law Centre jipprovdi pariri legali mingħajr ħlas għal, u dwar it-tfal: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSCLC

Contact għandha informazzjoni, appoġġ u pariri għall-familji ta’ tfal b’diżabbiltà: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIkkuntattja

Patient Advice and Support Service (PASS) fl-Uffiċċju tal-Konsulenza għaċ-Ċittadini huwa servizz indipendenti li jipprovdi informazzjoni, pariri u appoġġ lill-pazjenti u lill-persuni li jindokrawhom: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPASS

The Scottish Association for Mental Health (L-Assoċjazzjoni Skoċċiża dwar is-Saħħa Mentali): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSAMH

Care Information Scotland hija linja tat-telefon u servizz ta’ sit web li tipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi tal-kura għal persuni anzjani li jgħixu fl-Iskozja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCIS

SurvivorScotland jissorvelja l-istrateġija nazzjonali għal superstiti ta’ abbuż tat-tfal: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSurvivorScotland

Scottish Helpline for Older People (Scottish Helpline għall-Anzjani): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAge UK Scotland

Scottish Women's Aid: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSWA

Scottish Refugee Council (Il-Kunsill Skoċċiż għar-Refuġjati): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSRC

Ethnic Minorities Law Centre (Iċ-Ċentru Legali għall-Minoranzi Etniċi): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEMLC

L-aħħar aġġornament: 17/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.