Il-korpi ġudizzjarji nazzjonali
Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem
Entitajiet speċjalizzati fid-drittijiet tal-bniedem
Il-garanzija tal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem hija fdata, l-ewwel nett, f'idejn l-Imħallfin u l-Qrati; madankollu, il-Kostituzzjoni stabbilixxiet sistema speċifika u aħħarija għas-salvagwardja ta' dawn id-drittijiet: rikorsi għal protezzjoni kostituzzjonali, li jinstemgħu quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-interpretu suprem tal-Kostituzzjoni. B'hekk hija Qorti superjuri fil-garanziji kostituzzjonali u l-garanti aħħari tad-drittijiet u libertajiet fundamentali rikonoxxuti fil-Kostituzzjoni.
Għal kull mistoqsija hemm erba' modi kif wieħed jista' jikkuntattja lill-Qorti Kostituzzjonali:
Għal iktar informazzjoni żur: http://www.tribunalconstitucional.es/ y http://www.poderjudicial.es/
Ara t-taqsima dwar l-Ombudsman.
L-Ombudsman huwa istituzzjoni li tħares u tiddefendi d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ċivili taċ-ċittadini. Għal dan l-għan huwa jista' jissorvelja l-attività tal-amministrazzjonijiet u l-organiżmi li jġestixxu s-servizzi pubbliċi, fit-territorju nazzjonali kollu u d-delegazzjonijiet amministrattivi Spanjoli barra l-pajjiż li jkollhom x'jaqsmu ma' ċittadini Spanjoli.
L-Ombudsman bħalissa hija Francisco Fernandez Marugan.
Meta l-Ombudsman jirċievi lmenti relatati mal-funzjonament irregolari tal-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, huwa jgħaddihom lill-Avukat Ġenerali, biex dan jinvestigahom u jadotta l-miżuri xierqa skont il-liġi, jew jgħaddihom lill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura. Huwa jkun jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern jekk ikun hemm bżonn ta' bidliet leġiżlattivi.
L-Ombudsman għandu s-setgħa li jressaq ir-rikorsi ta' ksur tal-kostituzzjoni u tad-drittijiet u l-libertajiet, kif ukoll li jiftaħ proċedimenti ta' habeas corpus.
L-Ombudsman MA JISTAX jintervjeni fil-każijiet li ġejjin:
Biex ċittadin jikkuntattja lill-Ombudsman ma għandux bżonn l-għajnuna ta' avukat jew prokuratur, u l-proċediment kollu huwa bla ħlas.
Il-proċediment jibda bi lment. Fl-ittra tal-ilment, li trid tkun iffirmata, irid jingħata wkoll l-isem u l-kunjom, l-indirizz fejn jista' jiġi kkuntattjat l-ilmentatur u r-rakkont tal-fatti li huma l-oġġett tal-ilment, bi speċifikazzjoni ta' liema Amministrazzjoni jew Amministrazzjonijiet huma implikati.
Huwa rakkomandabbli li l-ittra tal-ilment tkun akkumpanjata b'kopja tad-dokumentazzjoni l-iktar importanti relatata mal-problema li kkawżat l-ilment. Ladarba l-ittra tiġi eżaminata, jintbagħat dokument lill-ilmentatur fejn jiġi indikat in-numru tal-fajl assenjat għall-ilment biex jużah f'każ li jkun jixtieq informazzjoni dwaru.
Ilment jista' jsir permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-mezzi li ġejjin:
Jekk ikollok bżonn informazzjoni dwar l-Istituzzjoni jew tixtieq issegwi l-progress tal-ilment tiegħek tista':
Għal iktar informazzjoni żur is-sit http://www.defensordelpueblo.es/
L-Ombudsman jiddefendi d-drittijiet ta' kull ċittadin irrispettivament mill-età tiegħu. Barra minn hekk, xi Komunitajiet Awtonomi ħolqu istituzzjonijiet għall-ħarsien tal-minuri.
Il-leġiżlazzjoni Spanjola tagħraf id-dritt tal-minuri li jippreżentaw l-ilmenti tagħhom lill-Ombudsman jew lil istituzzjoni tal-komunitajiet awtonomi.
Kunsill għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza u oriġini etnika
Il-Kunsill huwa magħmul minn diversi amministrazzjonijiet pubbliċi statali, awtonomi u lokali, għaqdiet imprenditorjali u trejdjunjins, kif ukoll għaqdiet bla skop ta' qligħ li jaħdmu fl-ambitu tal-promozzjoni tal-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew ta' oriġini etnika.
L-għan tiegħu huwa l-promozzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza u ta' kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' razza jew oriġini etnika f'ambiti bħall-edukazzjoni, is-saħħa, il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, is-servizzi soċjali, id-djar, l-impjiegi, it-taħriġ eċċ u b'mod ġenerali għal kwalunkwe prodott jew servizz.
Huwa għandu 4 funzjonijiet ewlenin:
Għal iktar informazzjoni żur http://www.igualdadynodiscriminacion.org/ u http://www.igualdadynodiscriminacion.org/contactar/home.htm
L-Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Dejta hija l-awtorità sorveljatorja indipendenti inkarigata mill-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u tiggarantixxi u tissalvagwardja d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta ta' natura personali.
L-Aġenzija Spanjola tal-Protezzjoni tad-Dejta tittratta talbiet u lmenti taċ-ċitttadini u tagħti informazzjoni dwar id-drittijiet stabbiliti mil-"Ley Orgánica de Protección de Datos" ("Il-Liġi Organika dwar il-Protezzjoni tad-Dejta"). Hija tgħin u tinforma wkoll lill-entitajiet li jittrattaw formoli li fihom dejta personali (impriżi, istituzzjonijiet u Amministrazzjonijiet) biex jimxu mar-rekwiżiti li tesiġi l-Liġi.
Fir-rigward ta' min ikun affettwat
Fir-rigward ta' min jittratta d-dejta
Għal kwalunkwe mistoqsijiet, kjarifiki, reklamazzjonijiet, denunzji, suġġerimenti jew ilmenti, jeżistu tliet modi kif l-Aġenzija Spanjola għall-Protezzjoni tad-Dejta tista' tiġi kkuntattjata:
Għal iktar informazzjoni żur: https://www.agpd.es/.
Il-Kumitat Spanjol ta' Rappreżentanti ta' Persuni b'Diżabilità, magħruf aħjar bl-akronimu CERMI, huwa l-pjattaforma ta' rappreżentanza, difiża u azzjoni f'isem iċ-ċittadini Spanjoli b'diżabilità, iktar minn tliet miljun ruħ u nofs, flimkien mal-familji tagħhom, li konxji mill-qagħda żvantaġġata tal-grupp soċjali tagħhom, iddeċidew li jingħaqdu permezz tal-organizzazzjonijiet li jgħaqqduhom f'daqqa, biex irawmu r-rikonoxximent tad-drittijiet tagħhom u jiksbu ċittadinanza sħiħa bi drittijiet u opportunitajiet indaqs bħal tal-bqija tal-membri tas-soċjetà.
Għal kwalunkwe mistoqsijiet jeżistu tliet mezzi biex CERMI jiġi kkuntattjat:
Għal iktar informazzjoni żur: http://www.cermi.es/.
Kif ukoll: L-Osservatorju Statali għad-Diżabilità http://www.observatoriodeladiscapacidad.es/.
L-Uffiċċju dwar l-Ażil u r-Refuġju jaqa' taħt il-Ministeru tal-Intern u huwa inkarigat mit-tfassil ta' proposti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi biex wieħed jibqa' Spanja b'konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola d-dritt tal-ażil.
Barra minn hekk, huwa responsabbli wkoll mill-funzjonijiet li ġejjin:
Għal iktar informazzjoni kkuntattja:
Għal iktar informazzjoni żur it-taqsima korrispondenti tal-Ministeru tal-Intern.
L-Istituzzjoni tal-Ħabs hija parti fundamentali tal-politika ta' sigurtà ta' pajjiż kif ukoll tal-politika soċjali. Il-fini kostituzzjonali u l-għan prinċipali tal-istituzzjoni huma l-monitoraġġ u t-tmexxija tal-attivitajiet kollha bl-għan tal-għoti ta' servizzi pubbliċi ta' eżekuzzjoni tal-pieni u tal-miżuri penali.
Għal iktar informazzjoni kkuntattja:
Għal iktar informazzjoni żur is-sit http://www.institucionpenitenciaria.es/.
Il-Kunsill Ġenerali tal-Avukati Spanjoli (SGAE) huwa l-organu rappreżentattiv, koordinatur u eżekuttiv superjuri tal-Kmamar tal-Avukati ta' Spanja u għandu, bl-effetti kollha, l-istat ta' entità ġuridika pubblika, bil-personalità ġuridika tiegħu u bil-kapaċità sħiħa biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.
Is-CGAE huwa l-organu responsabbli li jirregola l-eżerċizzju professjonali tal-avukati u jħares il-prestiġju tal-professjoni. Jeżistu 83 Kamra tal-Avukati fi Spanja li jiġbru flimkien 137 447 avukat prattikanti (ċifri ta' Diċembru 2016), kif ukoll 10 Kunsilli Awtonomi ta' Kmamar tal-Avukati.
Id-dritt għall-għajnuna legali bla ħlas fi Spanja huwa wiesa' ħafna bil-Kmamar tal-Avukati jiggarantixxu rimedji ġudizzjarji effettivi għaċ-ċittadini kollha permezz tas-sistema ta' Għajnuna Legali, Għajnuna għall-priġunieri u servizzi ta' pariri legali, Għajnuna u Pariri Legali għall-immigranti, Pariri għall-Ħabsin, Għajnuna u Pariri Legali għan-nisa, Għajnuna għall-vittmi ta' Vjolenza Domestika u Għajnuna u Pariri Legali għall-anzjani.
Għal kwalunkwe mistoqsijiet jeżistu tliet mezzi biex is-CGAE jiġi kkuntattjat:
Għal iktar informazzjoni żur: http://www.cgae.es/ y http://www.justiciagratuita.es/.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.