Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Drittijiet fundamentali

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

Il-Qrati Nazzjonali

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem (Varuh človekovih pravic)

Entitajiet speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

Il-Qrati Nazzjonali

http://www.sodisce.si/sodisca/sodni_sistem/seznam_sodisc/

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)
Beethovnova ulica 10
1001 Ljubljana
p. p. 1713
Telefon: + 386 (01) 477 64 00; + 386 (01) 477 64 15
Posta elettronika: info@us-rs.si,

Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)
Fajfarjeva 33
1000 Ljubljana
Telefon: + 386 (01) 47 00 100
Faks: + 386 (01) 47 00 150
Posta elettronika: urad.uprlj@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Maribor
Telefon: + 386 (02) 230 20 30
Faks: + 386 (02) 230 20 48
Posta elettronika: oddelek.uprmb@sodisce.si

strong>Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Nova Gorica
Telefon: + 386 (05) 33 55 200
Faks: + 386 (05) 33 55 221
Posta elettronika: oddelek.uprng@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Celje
Telefon: + 386 (03) 42 75 380
Faks: + 386 (03) 42 75 388
Posta elettronika: oddelek.uprce@sodisce.si

Istituzzjonijiet Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Ara l-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem.

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem (Varuh človekovih pravic)

Il-pożizzjoni tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem inħolqot fir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tassigura protezzjoni ġenerali għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-erba’ deputati tiegħu / tagħha jew l-assistenti tiegħu/tagħha jirċievu talbiet minn persuni li jikkunsidraw li dritt tal-bniedem jew libertà fundamentali ġew miksura mill-azzjoni ta’ awtorità pubblika, korp ta’ awtogovernanza lokali jew minn persuna ġuridika suġġetta għal-liġi pubblika. L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem jopera abbażi tal-Att tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1994 (Zakon o Varuhu človekovih pravic).

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem jista’

  • javża lill-awtur tal-ksur sabiex jirrettifika jew iwaqqaf l-irregolarità, jew
  • anki jipproponi li jingħata kumpens għall-ħsarat.
  • Min-naħa tiegħek u bl-awtorizzazzjoni tiegħek, l-Ombudsman jista’ jressaq talba lill-Qorti Kostituzzjonali għall-valutazzjoni tal-kostituzzjonalità u l-legalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet jew atti, jew
  • iressaq rikors kostituzzjonali minħabba ksur ta’ dritt.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jressaq/tressaq inizjattivi lill-Gvern jew lill-Parlament għal liġijiet u dispożizzjonijiet oħrajn li jridu jiġu emendati.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jissuġġerixxi/tissuġġerixxi lill-korpi kollha li huwa/hija responsabbli għalihom sabiex itejbu l-funzjonament tagħhom u r-relazzjonijiet tagħhom mal-partijiet.
  • Huwa / hija jista’ / tista’ jagħti / tagħti l-opinjoni tiegħu/tagħha fuq każ partikolari relatat ma’ ksur ta’ drittijiet u libertajiet, irrispettivament mit-tip ta’ proċedura jew l-istadju milħuq fl-eżaminazzjoni tal-każ quddiem il-korp ikkonċernat.

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-bniedem ma jistax jaġixxi jew jirrettifika l-ksur jew l-irregolaritajiet minflok il-korp statali, il-korp ta’ awtogovernanza lokali jew il-persuna ġuridika suġġetta għal-liġi pubblika.

Il-parti li wettqet il-ksur hija responsabbli wkoll għar-rettifika tagħha hi stess. Barra minn hekk, l-Ombudsman ma jistax jeżamina każijiet li qegħdin jiġu trattati mill-qrati, minbarra f’xi każijiet eċċezzjonali.

Bil-liġi l-Ombudsman ma għandux awtorità fis-settur privat, u b’hekk hu ma jistax jintervjeni f’każijiet fejn id-drittijiet jinkisru minn kumpanija privata, pereżempju. F’każijiet bħal dawn, huwa / hija għandu / għandha jagħmel / tagħmel pressjoni fuq il-korpi statali, il-korpi ta’ awtogovernanza lokali jew il-persuni ġuridiċi suġġetti għal-liġi pubblika li jissorveljaw ix-xogħol tal-kumpanija privata jew l-individwu kkonċernat.

L-Ombudsman jissorvelja wkoll postijiet ta’ detenzjoni u t-trattament ta’ persuni li ġew miżmuma jew dawk li l-libertà tagħhom ġiet ristretta, b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u umanitarji.

L-Ombudsman għandu l-poter li jikkontrolla, javża u jagħti pariri imma mhux biex jieħu deċiżjonijiet uffiċjali.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Repubblika ta’ Slovenja

Dunajska cesta 56 (ir-4 sular)
1109 Ljubljana
Telefon: 01 475 00 50
Linja tat-telefon b’xejn: 080 15 30
Faks: 01 475 00 40
Posta elettronika: info@varuh-rs.si

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem:

L-Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal (Varuh otrokovih pravic)

Parti tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem, Deputat speċjalizzat tal-Ombudsman.

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza (Zagovornik načela enakosti)

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza jfittex li jipprevjeni u jelimina d-diskriminazzjoni fis-Slovenja.

INIZJATTIVI (ILMENTI): Huwa / hija jieħu / tieħu ħsieb l-inizjattivi jew l-ilmenti f’każijiet ta’ allegata diskriminazzjoni. Hu/hi joħroġ/toħroġ opinjoni mhux vinkolanti dwar jekk intix diskriminat kontra sitwazzjoni partikolari, jiġifieri jekk intix qed tiġi trattat b’mod inugwali minħabba ċirkostanzi personali. Fl-istess ħin, huwa /hija jagħmel / tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awturi ta’ ksur dwar kif jirretifikawhom u rigward raġunijiet għal u konsegwenzi ta’ dan il-ksur. B’dan il-mod, huwa / hija jfittex / tfittex permezz tal-azzjonijiet, li jirrettifika / tirrettifika ksur informali u jgħin/tgħin sabiex itejjeb il-prattika futura. Madankollu, jekk problema ma tkunx riżolta b’dan il-mod, huwa / hija jista’ / tista’ jipproponi / tipproponi li l-ispettorati jmexxu l-prosekuzzjoni tar-reat. Il-proċeduri quddiem l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza huma b’xejn u kunfidenzjali.

ASSISTENZA: Hu/hi joffri/toffri assistenza bi protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni fi proċeduri oħrajn, pereżempju billi jipprovdi/tipprovdi pariri rigward ir-rimedji li għandek għad-dispożizzjoni tiegħek u kif tużahom quddiem korpi Statali oħra.

PARIR: Inti tista’ ssaqsih / ssaqsiha għall-opinjoni rigward jekk l-azzjoni tiegħek tikkostitwixxix, jew tistax tikkostitwixxi, diskriminazzjoni, u rigward pariri dwar kif għandek taġixxi sabiex tevita d-diskriminazzjoni u ssaħħaħ id-dritt għal trattament ugwali b’mod aktar effettiv.

INFORMAZZJONI: Huwa /hija jipprovdi / tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni u s-sitwazzjoni f’dan il-qasam fis-Slovenja.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Advocate of the Principle of Equality
Ministry of Labour, Family, Social Affairs and Equal Opportunities
Kotnikova 28
1000 Ljubljana
Telefon: 01/369 7 03
Faks: 01/369 78 29
Posta elettronika: zagovornik.uem@gov.si
Linja tat-telefon b’xejn: 080 12 13 (għal telefonati biss tas-Slovenja)
http://www.zagovornik.gov.si/

L-informazzjoni bażika kollha fuq is-sit web ta’ hawn fuq hija disponibbli fl-intier tagħha anki bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bis-Serb, bil-Bożnijaku, bl-Albaniż u bir-Romani.

http://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/kdo-je-zagovornik/index.html

http://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/osebna-izkaznica/index.html

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni (Informacijski pooblaščenec)

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jiddeċiedi r-rapporti ta’ ksur tal-protezzjoni tad-dejta personali fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet tal-qafas 2004 tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali (Zakon o varstvu osebnih podatkov) u l-liġijiet settorjali li jirregolaw kwistjonijiet ta’ dejta personali speċifika (eżempju l-Att dwar il-Karta tal-Identità (Zakon o osebni izkaznici)). Huwa /hija jaġixxi / taġixxi wkoll fuq l-inizjattiva tiegħu / tagħha stess (ex-officio) jekk jiskopri/tiskopri li seta’ kien hemm ksur tal-protezzjoni ta’ dejta personali, kif ukoll jissorvelja / tissorvelja oqsma speċifiċi mingħajr ma jirċievu rapport. L-ispezzjonijiet jitwettqu minn spetturi tal-Istat responsabbli għall-protezzjoni tad-dejta personali, li huma impjegati mill-Kummissarju tal-Informazzjoni: il-Kummissarju tal-Informazzjoni jista’ jordna l-korrezzjonijiet li għandhom isiru għad-dejta personali, jindika l-ksur li jinvolvu l-akkwist illegali jew il-proċess ta’ dejta personali u jimponi l-pieni (multi) fuq il-kontrolluri tad-dejta personali. Ilment amministrattiv jista’ jinġieb kontra d-deċiżjonijiet tiegħu / tagħha quddiem il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja.

Informazzjoni ta’ kuntatt:

Information Commissioner
Zaloška 59
1000 Ljubljana
Telefon: 01 230 97 30
Faks: 01 230 97 78
Posta elettronika: gp.ip@ip-rs.si

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna