Qrati nazzjonali u korpi mhux ġudizzjarji oħrajn

Slovenja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovenja

Il-qrati nazzjonali

http://www.sodisce.si/sodisca/sodni_sistem/seznam_sodisc/

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)
Beethovnova ulica 10
1001 Ljubljana
p. p. 1713
Tel.: + 386 (01) 477 64 00; + 386 (01) 477 64 15
Email: info@us-rs.si

Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja (Upravno sodišče Republike Slovenije)
Fajfarjeva 33
1000 Ljubljana
Tel.: + 386 (01) 47 00 100
Fax: + 386 (01) 47 00 150
Email: urad.uprlj@sodisce.si

Id-dipartiment estern tal-Qorti f’Maribor
Tel.: + 386 (02) 230 20 30
Fax: + 386 (02) 230 20 48
Email: oddelek.uprmb@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Nova Gorica
Tel.: + 386 (05) 33 55 200
Fax: + 386 (05) 33 55 221
Email: oddelek.uprng@sodisce.si

Id-dipartiment Estern tal-Qorti f’Celje
Tel.: + 386 (03) 42 75 380
Fax: + 386 (03) 42 75 388
Email: oddelek.uprce@sodisce.si

Istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem

Ara l-Ombudsman

L-Ombudsman

Il-pożizzjoni tal-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem inħolqot fir-Repubblika tas-Slovenja sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ġenerali għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. L-Ombudsman, l-erba’ deputati tiegħu jew l-assistenti tiegħu jirċievu talbiet minn persuni li jikkunsidraw li dritt tal-bniedem jew libertà fundamentali nkisret b’deċiżjoni ta’ awtorità pubblika, korp awtonomu lokali jew minn persuna ġuridika soġġetta għad-dritt pubbliku. L-Ombudsman jopera abbażi tal-Att dwar l-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1994 (Zakon o Varuhu človekovih pravic).

L-Ombudsman jista’:

  • jitlob lit-trażgressur jirrimedja l-ksur jew jirrettifika l-irregolarità;
  • jipproponi kumpens għad-dannu;
  • f’ismek u bl-awtorizzazzjoni tiegħek, l-Ombudsman jista’ jressaq talba lill-Qorti Kostituzzjonali għall-valutazzjoni tal-kostituzzjonalità u l-legalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet jew atti;
  • iressaq rikors kostituzzjonali minħabba ksur ta’ dritt;
  • jippreżenta petizzjonijiet lill-Gvern jew lill-Parlament sabiex jiġu emendati liġijiet u dispożizzjonijiet oħrajn;
  • jagħti pariri lill-korpi kollha fil-ġuriżdizzjoni tiegħu sabiex itejjeb il-funzjonament tagħhom u r-relazzjonijiet mal-klijenti tagħhom;
  • jagħti l-opinjoni tiegħu liberament dwar kawża partikolari relatata ma’ ksur ta’ drittijiet u libertajiet, irrispettivament mit-tip ta’ proċedura jew l-istadju milħuq fl-eżami tal-każ quddiem il-korp inkwistjoni.

L-Ombudsman ma jistax jaġixxi f’isem, jew jirrimedja ksur jew jirrettifika irregolarità minflok, il-korp statali rilevanti, il-korp awtonomu lokali jew il-persuna ġuridika soġġetta għad-dritt pubbliku.

Il-parti li wettqet il-ksur jew l-irregolarità hija responsabbli wkoll għar-rettifika tal-ksur. L-Ombudsman ma jistax jeżamina każijiet li jkunu qed jiġu ttrattati mill-qrati, minbarra f’xi każijiet eċċezzjonali.

Il-liġi ma tagħti l-ebda awtorità lill-Ombudsman fis-settur privat; għaldaqstant, l-Ombudsman ma jistax jintervjeni fejn ikun hemm ksur minn kumpanija privata, pereżempju. F’każijiet bħal dawn, l-Ombudsman jista’ jagħmel pressjoni fuq il-korpi statali, il-korpi awtonomi lokali jew il-persuni ġuridiċi soġġetti għad-dritt pubbliku li jissorveljaw ix-xogħol tal-kumpanija privata jew l-individwu kkonċernat.

L-Ombudsman jissorvelja wkoll postijiet ta’ detenzjoni u t-trattament ta’ persuni li jiġu arrestati jew li l-libertà tagħhom tkun ġiet ristretta, f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi u umanitarji.

L-Ombudsman għandu s-setgħa li jikkontrolla, javża u jagħti pariri imma mhux li jieħu deċiżjonijiet uffiċjali.

L-Ombudsman jorganizza u jagħmel arranġamenti għall-avukati tat-tfal, li huma membri ta’ network ta’ voluntiera li jiżgura aċċess ugwali għas-servizzi ta’ avukatura għat-tfal kollha.

L-iskop tal-avukatura tat-tfal huwa li tgħin lit-tfal jesprimu l-opinjoni tagħhom fil-proċedimenti legali u l-kawżi kollha li jistgħu jkunu parti għalihom, u biex tippreżenta dik l-opinjoni lill-korpi u lill-organizzazzjonijiet inkarigati sabiex dawn jiddeċiedu dwar id-drittijiet u l-benefiċċji tat-tfal. Avukat tat-tfal ma huwiex ir-rappreżentant legali tat-tfal. L-għajnuna tinvolvi l-għoti ta’ appoġġ psikosoċjali lit-tfal, li wieħed jitkellem magħhom dwar ix-xewqat, is-sentimenti u l-opinjonijiet tagħhom (b’mod li huwa xieraq għalihom), ħidma magħhom biex tinstab is-soluzzjoni ġusta, u li wieħed jakkumpanjahom quddiem il-korpi u l-istituzzjonijiet li jiddeċiedu dwar id-drittijiet u l-benefiċċji tagħhom.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

L-Ombudsman għad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Repubblika tas-Slovenja

Dunajska cesta 56 (4th floor)
1109 Ljubljana
Telefon: 01 475 00 50
Linja tat-telefon mingħajr ħlas: 080 15 30
Fax: 01 475 00 40
Email: info@varuh-rs.si
https://www.varuh-rs.si/

Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem

  • L-Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal (Varuh otrokovih pravic)

Parti mill-istituzzjoni tal-Ombudsman, deputat speċjalizzat tal-Ombudsman.

  • L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza (Zagovornik načela enakosti)

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza jara li jipprevjeni u jelimina d-diskriminazzjoni fis-Slovenja.

APPELLI (ILMENTI): Jittratta l-appelli jew l-ilmenti tiegħek f’każijiet ta’ allegata diskriminazzjoni. Joħroġ opinjonijiet li ma humiex legalment vinkolanti, dwar jekk intix qed tiġi ddiskriminat f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri qed tiġi ttrattat b’mod differenti minħabba ċirkostanzi personali. Joħroġ rakkomandazzjonijiet lit-trażgressur kif għandu jirrimedja l-ksur, jelimina r-raġunijiet għalih u jindirizza l-konsegwenzi. Permezz ta’ dan it-tip ta’ medjazzjoni informali, l-Avukat jipprova jirrimedja l-ksur u jtejjeb il-prattika futura. Madankollu, jekk problema ma tkunx tista’ tiġi solvuta b’dan il-mod, l-Avukat jista’ jipproponi prosekuzzjoni uffiċjali. Il-proċeduri quddiem l-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza huma mingħajr ħlas u kunfidenzjali.

ASSISTENZA: L-Avukat jipprovdi assistenza bil-protezzjoni legali kontra d-diskriminazzjoni fi proċeduri oħrajn, eż. billi jagħti pariri dwar rimedji legali disponibbli u kif jistgħu jintużaw quddiem korpi Statali oħrajn.

PARIR: Inti tista’ titlob opinjoni lill-Avukat dwar jekk l-azzjoni tiegħek hijiex, jew tistax tkun, diskriminatorja, u tista’ titolbu parir dwar kif għandek taġixxi biex tevita d-diskriminazzjoni u ssaħħaħ id-dritt għat-trattament indaqs b’mod aktar effettiv.

INFORMAZZJONI: L-Avukat jagħti informazzjoni ġenerali dwar il-kwistjoni tad-diskriminazzjoni u dwar is-sitwazzjoni f’dan il-qasam fis-Slovenja.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

L-Avukat tal-Prinċipju tal-Ugwaljanza (Zagovornik načela enakosti)
Železna cesta 16, 1000 Ljubljana
Telefon: +386 (0)1 / 473 55 31
Email: gp@zagovornik-rs.si
http://www.zagovornik.si/

L-informazzjoni bażika kollha fuq is-sit web ta’ hawn fuq hija disponibbli kollha anki bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, bis-Serb, bil-Bożnijaku, bl-Albaniż u bir-Romani.

http://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/kdo-je-zagovornik/index.html

http://www.zagovornik.gov.si/si/o-zagovorniku/osebna-izkaznica/index.html

  • Il-Kummissarju tal-Informazzjoni

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jittratta r-rapporti ta’ ksur ta’ data personali f’konformità mal-Att tal-2004 dwar il-Protezzjoni tad-Data (Zakon o varstvu osebnih podatkov) u l-liġijiet settorjali li jirregolaw aspetti speċifiċi tad-data personali, bħal pereżempju l-Att dwar il-Karta tal-Identità (Zakon o osebni izkaznici). Il-Kummissarju jaġixxi wkoll fuq inizjattiva proprja, jekk huwa jsir jaf dwar ksur potenzjali ta’ data personali, u jwettaq spezzjonijiet immirati anki mingħajr ma jkun irċieva rapport. L-ispezzjonijiet isiru minn spetturi nazzjonali tal-protezzjoni tad-data personali, li jkunu impjegati mill-Kummissarju tal-Informazzjoni. Il-Kummissarju tal-Informazzjoni jista’ jordna l-korrezzjoni ta’ ċerta data personali, jidentifika ksur li jinvolvi l-akkwiżizzjoni illegali jew l-ipproċessar ta’ data personali u jimponi l-penali (multi) fuq il-kontrolluri tad-data personali. Ilment amministrattiv jista’ jinġieb kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju quddiem il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja.

Id-dettalji ta’ kuntatt:

Il-Kummissarju tal-Informazzjoni
Zaloška 59
1000 Ljubljana
Telefon: 01 230 97 30
Fax: 01 230 97 78
Email: gp.ip@ip-rs.si
https://www.ip-rs.si/
L-aħħar aġġornament: 16/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.