Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem
Skont il-kategorija tal-liġi li tkopri b’mod ġeneriku l-att li jkun irriżulta fil-ksur tad-drittijiet tal-persuna (jiġifieri l-liġi ċivili, il-liġi kriminali, il-litigazzjoni amministrattiva, eċċ.) il-persuna affettwata tista’ tirreferi l-kwistjoni jew direttament lill-Qorti, normalment billi tippreżenta azzjoni legali fil-kuntest tal-liġi ċivili, jew lil istituzzjonijiet pubbliċi oħra, skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi.
Fil-liġi kriminali, persuna li d-drittijiet tagħha jkunu ġew miksura minn att kopert mill-Kodiċi Kriminali tista’ tirreferi l-kwistjoni jew lill-pulizija jew lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku, u l-proċess kriminali jsir skont il-proċedura kriminali.
F’każijiet ta’ litigazzjoni amministrattiva, skont il-Liġi Nru 554/2004, kull persuna li tallega ħsara għal dritt jew interess leġittimu minn awtorità pubblika permezz ta’ att amministrattiv jew nuqqas li tiġi solvuta applikazzjoni fil-limitu ta’ żmien legali, tista’ tapplika quddiem il-qorti amministrattiva kompetenti għar-revoka tal-att, għar-rikonoxximent tal-allegat dritt jew interess leġittimu u għal riparazzjoni għad-danni kkawżati. Bl-istess mod, persuna li tallega ħsara għal dritt jew interess leġittimu permezz ta’ att amministrattiv ta’ natura individwali maħsub għal suġġett legali ieħor tista’ wkoll tirriferi l-kwistjoni lill-qorti amministrattiva. Bħala regola, qabel ma tirreferi l-każ lill-qorti amministrattiva kompetenti, il-persuna inkwistjoni trid issegwi proċedura preliminari (iddettaljata fl-Artikolu 7 tal-Liġi Nru 554/2004), li tikkonsisti fl-applikazzjoni għar-revoka totali jew parzjali tal-att quddiem l-awtorità pubblika li ħarġet l-att jew quddiem l-awtorità li tkun ġerarkikament superjuri għaliha (jekk tkun teżisti awtorità bħal din).
Il-kompetenza tal-qrati u tal-istituzzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq hija stabbilita fl-atti leġiżlattivi fis-seħħ (pereżempju, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, il-Liġi Nru 554/2004).
Rigward il-proċedimenti quddiem il-qrati, bħala regola dawn huma proċedimenti tal-liġi ordinarja, li għandhom ċerti speċifiċitajiet skont il-kategorija legali inkwistjoni (għal aktar informazzjoni ara http://portal.just.ro/SitePages/ghid.aspx, disponibbli bir-Rumen biss).
L-informazzjoni tal-kuntatt għall-qrati u informazzjoni addizzjonali oħra huma disponibbli hawn: Portalul instanțelor de judecată [Portal tal-Qrati] (disponibbli bir-Rumen biss).
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
Strada Eugeniu Carada No 3 Sector 3Mappa: http://www.avp.ro/locatie.jpg
Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju prinċipali:
Nru tat-Telefown taċ-Ċentru tad-Distributur: (+40) (0)21 3127134;
Swiċċbord: (+40) (0)21 3129462
Posta elettronika: avp@avp.ro
Sit web: http://www.avp.ro/
Ħinijiet għall-appuntamenti:
Mit-Tnejn sal-Ħamis mid-9:00 am sal-4:00 pm u l-Ġimgħa mid-9:00 am sa nofsinhar għal appuntamenti ma’ persunal speċjalizzat (konsulenti u esperti). Ċittadini li jixtiequ dan jistgħu wkoll jiksbu appuntament mal-Ombudsman u d-deputati.
L-indirizzi tal-uffiċċji reġjonali:
Uffiċċji Reġjonali tal-Ombudsman Rumen
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, ilmenti, proċeduri)
http://www.avp.ro/index.php?option=com_content&view=article&id=67&Itemid=161&lang=ro-ro
Mudell tal-formola tal-ilmenti:
http://www.avp.ro/index.php?option=com_content&view=article&id=166&Itemid=123&lang=ro
Ir-regolamenti ewlenin fis-seħħ dwar l-Ombudsman huma inklużi f’dawn:
L-iskop tal-istabbiliment u l-karatteristiċi:
Id-deputati tal-Ombudsman
L-Ombudsman huwa megħjun minn deputati speċjalizzati fl-oqsma ta’ attività li ġejjin:
Min jista’ jilmenta mal-Ombudsman u f’liema kwistjonijiet:
1. Atti u azzjonijiet li fir-rigward tagħhom jista’ jiġi ppreżentat ilment
Atti jew azzjonijiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi li jirriżultaw fil-ksur tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment.
Bil-liġi, l-atti ta’ korporazzjonijiet pubbliċi awtonomi huma wkoll inklużi fil-kategorija ta’ atti amministrattivi li huma fil-kompetenza tal-Ombudsman.
In-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa ta’ entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-ħruġ tard tal-atti huma wkoll meqjusa bħala atti amministrattivi.
Dawn li ġejjin mhumiex fil-kompetenza tal-Ombudsman u jiġu miċħuda mingħajr ma jingħataw l-ebda raġunijiet jekk ikunu s-suġġett ta’ lment:
2. Min jista’ jressaq l-ilmenti tiegħu lill-Ombudsman?
Kull persuna fiżika, irrispettivament miċ-ċittadinanza, l-età, is-sess, l-affiljazzjoni politika jew it-twemmin reliġjuż, tista’ tressaq ilment lill-Ombudsman.
3. L-istituzzjoni tal-Ombudsman twettaq id-dover tagħha li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi:
4. Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni u l-eżami ta’ lment
5. Każijiet li fihom ilment ma jistax jiġi kkunsidrat:
6. Metodi ta’ ħidma għas-soluzzjoni ta’ lmenti:
Indirizz:
Bulevardul G-ral Gheorghe Magheru No 7 Sector 1 010322 BucharestDettalji ta’ kuntatt:
Tel.: (+40) (0)21 3153633, (+40) (0)21 3153630, (+40) (0)21 3100789, (+40) (0)21 3100790
Faks: (+40) (0)21 3127474
Posta elettronika: office@anpfdc.ro
Sit web: http://www.copii.ro/?lang=en
Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:30 am - 4:30 pm
Il-Ġimgħa: 8:30 am -2:00 pm
Dipartiment tal-Adozzjoni: It-Tlieta u l-Ħamis: 9:00 am - nofsinhar
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, tipi ta’ servizzi):
http://www.copii.ro/despre-noi/misiune/,
http://www.copii.ro/activitate/sistemul-de-protectie-a-copilului/prezentare-generala/.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Ħarsien tat-Tfal huwa direttorat speċjalizzat fl-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-Adozzjoni.
Kompiti:
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
Piata Valter Maracineanu Nos 1-3, Sector 1, 010155 BucharestNru tat-Telefown: (+40) (0)21 3126578; (+40) (0)21 3126579
Faks: (+40) (0)21 3126585
Posta elettronika: support@cncd.org.ro
Sit web: http://www.cncd.org.ro/
Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am -4:30 pm; Il-Ġimgħa: 8:00 am -2:00 pm
Indirizzi tal-uffiċċji reġjonali u taċ-Ċentru tar-Riċerka:
http://www.cncd.org.ro/contact/
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (bażi ġuridika, preżentazzjoni, organizzazzjoni, kompiti, ilmenti, proċeduri):
http://www.cncd.org.ro/ ,
http://www.cncd.org.ro/profil/,
http://www.cncd.org.ro/organizare/
Bażi ġuridika:
Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni jopera skont l-Ordni tal-Gvern Nru 137/2000 dwar il-prevenzjoni u l-penalizzazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, ippubblikata mill-ġdid.
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni (CNCD) huwa awtorità awtonoma tal-Istat, ikkontrollata mill-Parlament, li twettaq attivitajiet immirati lejn il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni. Il-Kunsill huwa garanti tal-osservanza u l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ ebda diskriminazzjoni skont il-leġiżlazzjoni interna fis-seħħ u skont il-ftehimiet internazzjonali li r-Rumanija hija parti fihom. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni jaħdem skont l-Ordni tal-Gvern Nru 137/2000 dwar il-prevenzjoni u l-penalizzazzjoni tal-forom kollha ta’ diskriminazzjoni, ippubblikata mill-ġdid.
1. Xi jrid ikun fih ilment?
Ilment irid jinkludi d-dejta obbligatorja li ġejja:
2. X’jiġri wara li jkun sar ilment?
L-ilment jiġi rreġistrat u mgħoddi lill-Kumitat Eżekuttiv biex jiġi solvut. Ilment jista’ jitressaq quddiem is-CNCD fi żmien sena wara d-data li fiha l-allegat att diskriminatorju jkun twettaq jew mid-data meta l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bih. Il-persuna li allegatament tkun sofriet diskriminazzjoni tista’ tapplika quddiem qorti biex il-konsegwenzi tal-att diskriminatorju jiġu rettifikati u biex tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma jkun seħħ l-att diskriminatorju. Il-limitu ta’ żmien għas-soluzzjoni ta’ lment huwa ta’ 90 jum.
Il-Kumitat Eżekuttiv jinvestiga l-eżistenza tal-att diskriminatorju billi jsejjaħ lill-partijiet b’mod obbligatorju b’kull mezz li jiżgura rikonoxximent tal-wasla. In-nuqqas tal-partijiet li jidhru personalment ma għandux ifixkel is-soluzzjoni ta’ lment. Sabiex jiġi żgurat li tittieħed id-deċiżjoni korretta, jistgħu jitwettqu investigazzjonijiet addizzjonali, inklużi intervisti mal-partijiet.
Min iressaq l-ilment huwa obbligat jipprova l-eżistenza ta’ att diskriminatorju, filwaqt li l-persuna akkużata b’diskriminazzjoni hija meħtieġa tagħti prova li l-att inkwistjoni ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni.
Is-sentenza (id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv) hija kkomunikata bil-miktub fi żmien 15-il jum minn meta d-deċiżjoni tkun ittieħdet f’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv. Il-partijiet jistgħu jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv quddiem qorti fi żmien 15-il jum mid-data tal-wasla tagħha. Iż-żewġ partijiet huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa tal-bolla ġudizzjarja.
3. X’inhuma s-sanzjonijiet applikati għal atti diskriminatorji?
Dettalji ta’ kuntatt:
Str. Splaiul Independentei No 202, 8th floor, room 23, Sector 6, BucharestTel.: (+40) (0)21 3113048
Faks: (+40) (0)21 3113047
Posta elettronika: info@anr.gov.ro.
Sit web: http://www.anr.gov.ro/
Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji reġjonali u tal-kontej:
http://www.anr.gov.ro/index.php/contact
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (missjoni, struttura, riżultati):
Bażi ġuridika:
L-Ordni tal-Gvern Nru 78/2004 li tistabbilixxi l-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma, approvata kif emendata mil-Liġi Nru 7/2005
Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 1703/2004 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma, kif sussegwentement emendata u ssupplimentata, l-istituzzjoni tissodisfa dawn il-kompiti ewlenin:
Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, l-Aġenzija Nazzjonali għar-Roma:
Dettalji ta’ kuntatt:
Tel.: (+40) (0)21 2125438; (+40) (0) 21 2125439; (+40) (0)21 3220976; (+40) (0)21 3226303; (+40) (0)213226304; (+40) (0)21 3207155
Faks: (+40) (0)21 2125443
Posta elettronika: registratura@anph.ro
Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9:00 am – 4 pm (għall-kuntatt bit-telefown)
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni (struttura, kompiti, regoli tal-organizzazzjoni u funzjonament):
http://www.mmuncii.ro/Minister
Bażi ġuridika:
L-Awtorità Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità hija korp speċjalizzat b’personalità ġuridika fl-amministrazzjoni pubblika ċentrali u hija subordinata għall-Ministeru tax-Xogħol, tal-Familja, tal-Protezzjoni Soċjali u tal-Anzjani.
L-Awtorità tikkoordina ċentralment l-attivitajiet li jirrigwardaw il-ħarsien speċjali tal-persuni b’diżabilità u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom; hija tħejji politiki, strateġiji u standards għall-promozzjoni ta’ dawn id-drittijiet, filwaqt li timmonitorja l-applikazzjoni tar-regoli u l-attivitajiet rilevanti li jikkonċernaw il-protezzjoni speċjali ta’ persuni b’diżabilità.
Atti leġiżlattivi li jistabbilixxu drittijiet għal persuni b’diżabilità:
Il-persuni b’diżabilità jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet stipulati f’dawn li ġejjin:
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
B-dul G-ral. Gheorghe Magheru Nos 28-30, Sector 1, 010336 Bucharest
Dettalji ta’ kuntatt:
Tel.: (+40) (0)31 8059211; (+40) (0)31 8059212
Faks: (+40) (0)31 8059602
Posta elettronika: anspdcp@dataprotection.ro
Sit web: http://www.dataprotection.ro/
Ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku:
Ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjoni:
L-Awtorità Nazzjonali tas-Superviżjoni tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali twettaq l-attività tagħha f’kundizzjonijiet ta’ indipendenza u imparzjalità sħiħa. L-Awtorità timmonitorja u tikkontrolla l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta personali li jaqa’ taħt il-Liġi Nru 677/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u dwar iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ tali dejta, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement.
Objettiv:
Li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, b’mod partikolari d-dritt għall-privatezza u l-ħajja tal-familja u privata, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u l-moviment liberu ta’ tali dejta
Bażi ġuridika:
Il-liġi Nru 102/2005 dwar l-istabbiliment, l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-Awtorità Nazzjonali tas-Superviżjoni tal-Ipproċessar tad-Dejta Personali.
Kompiti (għażla):
Il-proċedura biex jiġu riċevuti u solvuti lmenti, riferimenti u applikazzjonijiet:
Il-persuni li d-dejta personali tagħhom hija pproċessata jistgħu jikkuntattjaw lill-Awtorità ta’ Superviżjoni bil-miktub jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom skont il-Liġi Nru 677/2001 ikunu ġew miksura, sakemm l-ebda azzjoni legali ma tkun ittieħdet qabel fir-rigward tal-istess kwistjoni, u biss wara li jkunu avviċinaw lill-operatur li dwaru l-ilment ikun qed jiġi ppreżentat.
Formoli standard għal użu possibbli minn persuni li jkollhom l-intenzjoni li jressqu lment quddiem l-ANSPDCP jistgħu jiġu aċċessati fuq is-sit elettroniku tal-istituzzjoni.
Bażi ġuridika:
Il-liġi Nru 254 tat-2 ta’ Ġunju 2013 dwar l-infurzar tas-sentenzi u miżuri ordnati minn korpi ġudizzjarji ta’ kustodja fi proċedimenti kriminali u d-Deċiżjoni Nru 89/2014 tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura li tapprova r-Regoli dwar l-organizzazzjoni tal-attività ta’ mħallfin delegati sabiex jissorveljaw l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja.
Preżentazzjoni u rwol:
L-imħallfin delegati huma maġistrati fis-sistema tal-qrati Rumena. Dawn huma delegati fuq bażi annwali mill-President tal-Qorti tal-Appell għal kull ħabs li jinsab fil-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti tal-Appell. Ir-rwol ta’ mħallef delegat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja huwa li jissorvelja u jimmonitorja l-legalità fl-implimentazzjoni ta’ dawn is-sentenzi. Imħallef delegat għal ħabs li jinkludi ċentru ta’ detenzjoni u ta’ arrest preventiv jew ċentru ta’ arrest preventiv jissorvelja u jimmonitorja wkoll l-osservanza tal-legalità fl-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi li jinvolvu ċaħda tal-libertà. Fl-istess ħin, l-imħallef jiżgura l-osservanza tad-drittijiet previsti mil-liġi għal persuni li jkunu qed iservu sentenzi ta’ kustodja.
Ilmenti:
Persuna detenuta tista’, fi żmien tlitt ijiem minn meta tiġi infurmata dwar deċiżjoni minn kummissjoni li tibdel it-termini tad-detenzjoni, tressaq quddiem l-imħallef assenjat biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà lment fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni (l-Artikolu 153(8) tal-Liġi Nru 254/2013).
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
Strada Lt. col. Marinescu C-tin No 15A, Sector 5, Bucharest
Tel.: (+40) (0)21 4109940
Faks: (+40) (0)21 4107501
Posta elettronika: igi@mai.gov.ro u document.igi@mai.gov.ro - indirizz intenzjonat esklussivament għat-trażmissjoni tal-kopja tal-karta tal-identità
Indirizzi ta’ diversi direttorati tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni:
http://igi.mai.gov.ro/contact/bucure%C8%99ti
Unitajiet reġjonali tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni:
http://igi.mai.gov.ro/ro/node/contact
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni huwa organizzat u jiffunzjona bħala entità speċjalizzata tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali. Huwa istituzzjoni pubblika b’personalità ġuridika, u jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Amministrazzjoni u l-Intern (Ministerul Administrației și Internelor).
Objettiv:
Stabbilit bħala parti mir-riorganizzazzjoni tal-Uffiċċju Rumen għall-Immigrazzjoni (Oficiul Român pentru Imigrări), l-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni jwettaq kompiti statutorji għall-implimentazzjoni tal-politiki tar-Rumanija fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-ażil u l-integrazzjoni tal-barranin u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni relatata.
L-attività tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni tikkostitwixxi servizz pubbliku li fl-istess ħin iservi l-interessi individwali u komunitarji u jappoġġa l-istituzzjonijiet tal-Istat, esklussivament fuq il-bażi tal-liġi u skont il-liġi.
Bażi ġuridika:
L-istruttura organizzattiva u d-dmirijiet tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 639 tal-20 ta’ Ġunju 2007, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement.
Mil-lat organizzattiv, l-Ispettorat huwa magħmul minn direttorati, servizzi u entitajiet oħra funzjonali ċentrali, ċentri reġjonali li jakkomodaw u jipproċessaw lil dawk li jfittxu l-ażil, ċentri reġjonali ta’ akkomodazzjoni għal persuni barranin li jittieħdu f’kustodja pubblika, u entitajiet fil-livell ta’ kontea.
Fl-eżerċizzju ta’ dmirijietu, l-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni jikkoopera ma’ entitajiet tal-Ministeru tal-Amministrazzjoni u l-Affarijiet Interni u istituzzjonijiet oħra tal-Istat, kif ukoll ma’ NGOs u ċittadini barranin involuti f’attivitajiet marbuta mal-migrazzjoni u l-protezzjoni umanitarja. F’konformità mal-leġiżlazzjoni, huwa jikkonkludi ftehimiet ma’ istituzzjonijiet pari barra l-pajjiż u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.
Aktar informazzjoni dwar il-kategoriji ta’ ċittadini tal-UE u dawk mhux tal-UE, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-leġiżlazzjoni, u l-programmi u strateġiji tal-Ispettorat Ġenerali għall-Immigrazzjoni hija disponibbli fis- sit web tal-istituzzjoni.
L-indirizz tal-istituzzjoni:
Str. Matei Voievod No 14, Sector 2, Bucharest
Tel.: (+40) (0)21 3027030
Faks: (+40) (0)21 3027064; +40 21 2520097
Posta elettronika: comunicare@inspectiamuncii.ro
Indirizz tal-posta elettronika biex tibgħat kopja tal-karta tal-identità: copiedoc@inspectiamuncii.ro
Sit web: https://www.inspectiamuncii.ro/
Ħinijiet tal-ftuħ tal-Ispettorat tax-Xogħol
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 08:00 - 4:30 pm
Il-Ġimgħa: 8:00 am -2.00 pm
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Ispettorat tax-Xogħol huwa korp speċjalizzat tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u huwa subordinat għall-Ministeru tax-Xogħol, il-Familja, il-Protezzjoni Soċjali u l-Anzjani. Huwa għandu s-sede tiegħu fil-Muniċipalità ta’ Bukarest.
L-istituzzjoni għandha personalità ġuridika u twettaq ir-rwol ta’ awtorità tal-Istat li teżerċita kontroll fl-oqsma tar-relazzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u s-superviżjoni tas-suq.
L-Objettiv tal-istituzzjoni:
L-Ispettorat tax-Xogħol huwa responsabbli biex jiżgura l-protezzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol skont l-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni tar-Rumanija, ippubblikat mill-ġdid, il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81/1947 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol fl-industrija u l-kummerċ, kif ratifikata bid-Digriet Nru 284/1973 tal-Kunsill tal-Istat, u l-Konvenzjoni tal-IOM Nru 129/1969 dwar l-ispezzjoni tax-xogħol fl-agrikoltura, kif ratifikata bid-Digriet tal-Kunsill tal-Istat Nru 83/1975.
Bażi ġuridika:
L-istituzzjoni kienet stabbilita u organizzata skont:
Dawn li ġejjin huma subordinati għall-Ispettorat tax-Xogħol:
Informazzjoni dwar ilmenti li jistgħu jiġu ppreżentati lill-Ispettorat tax-Xogħol tista’ tinstab fuq is-sit web tal-istituzzjoni.
Informazzjoni ta’ interess pubbliku hija disponibbli fuq is-sit web tal-istituzzjoni.
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
Strada Avalanșei Nos 20-22, sector 4, 040305 Bucharest
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm
Il-Ġimgħa: 8:00 am -2:00 pm
Appuntamenti:
Appuntamenti mal-President tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol jistgħu jsiru għall-ewwel jew it-tielet Tlieta tax-xahar, bejn il-11:00 ta’ filgħodu u nofsinhar. Biex tagħmel appuntament, ċempel (+40) (0)21 3039831
Sit web: https://www.anofm.ro/index.html?agentie=ANOFM&page=0
Posta elettronika: anofm@anofm.ro
Informazzjoni rigward is-siti web tal-fergħat tal-kontea tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol tista’ tinstab fis- sit web tal-istituzzjoni.
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Aġenzija toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi inkluż - fost ħafna oħrajn - pariri okkupazzjonali, korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali, servizzi ta’ għoti ta’ pariri li jingħataw qabel il-qgħad, kollokazzjoni f’impieg, konsulenza dwar bidu ta’ negozju, sussidjar ta’ impieg għal persuni li jappartjenu għal gruppi żvantaġġati, u l-għoti ta’ self vantaġġuż għall-ħolqien tal-impiegi.
Hija sservi lill-persuni qiegħda kif ukoll lin-negozji.
L-objettiv ewlieni tagħha huwa li żżid ir-rata tal-impieg u b’hekk tnaqqas il-qgħad.
Bażi ġuridika:
- Il-Liġi Nru 202 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol;
- Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1610 dwar l-Istatut tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol (ANOFM).
L-objettivi ewlenin tal-Aġenzija Nazzjonali tax-Xogħol huma:
Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is- sit web tal-istituzzjoni.
Uffiċċju prinċipali:
Splaiul Independenței No 294, Block B, Sector 6, 060031 Bucharest
Tel.: (+40) (0)21 2071101; (+40) (0)21 2071102
Faks: (+40) (0) 21 2071103
Posta elettronika: office@anpm.ro
Sit web: http://www.anpm.ro/
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm
Il-Ġimgħa: 8:00 am - 2:00 pm
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent hija istituzzjoni speċjalizzata tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali u hija subordinata għall-Ministeru għall-Ambjent. Skont id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1000 tas-17 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-funzjonament tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent u istituzzjonijiet pubbliċi subordinati, hija vestita b’setgħat fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ politiki u leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien ambjentali.
Objettiv:
L-Aġenzija Nazzjonali għall-Ħarsien tal-Ambjent topera fil-qafas ta’ kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali biex tħares il-prinċipji u timplimenta l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent.
Il-kompiti tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Ambjent huma li:
L-ilmenti jiġu rreġistrati skont l-Ordni tal-Gvern Nru 27/2002 li tirregola s-soluzzjoni ta’ lmenti, kif approvata bil-Liġi Nru 233/2002, u jistgħu jintbagħtu bl-email lil office@anpm.ro.
Ilmenti anonimi jew ilmenti li ma jkunx fihom id-dettalji tal-identifikazzjoni ma jitteħdux in kunsiderazzjoni u jiġu magħluqa.
Indirizz:
Bulevardul Aviatorilor No 72, Sector 1, 011865 Bucharest
Posta elettronika: cabinet@anpc.ro
Ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ħamis: 8:00 am - 4:30 pm
Il-Ġimgħa: 8:00 am - 2:00 pm
Bażi ġuridika:
Il-kompiti tal-ANPC jinkludu:
Lista sħiħa tad-dmirijiet tal-ANPC hija ppreżentata fis- sit web tal-istituzzjoni.
In-notifiki u l-ilmenti:
Il-konsumaturi jistgħu jibagħtu n-notifiki u l-ilmenti lill-uffiċċji prinċipali tal-Kummissarjati Reġjonali/tal-Kontea għall-Ħarsien tal-Konsumatur jew lill-Kummissarjat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fil-Muniċipalitàta’ Bukarest, skont il-ġuriżdizzjoni partikolari li fiha l-operatur ekonomiku li jsir l-ilment dwaru jkun iwettaq l-attività kummerċjali tiegħu.
Sabiex tippreżenta notifika/ilment, jekk jogħġbok uża l-link INFO Complaints, fejn tista’ tikkonsulta l-proċedura għall-preżentazzjoni ta’ lmenti u d-dettalji ta’ kuntatt tal-Kummissarjati Reġjonali u tal-Kontea għall-Protezzjoni tal-Konsumatur.
Skont id-dispożizzjonijiet statutorji rilevanti, l-ilmenti u n-notifiki għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub jew f’forma elettronika, u jistgħu jiġu ppreżentati personalment.
L-ilmenti jistgħu jiġu ppreżentati f’forma elettronika f’din il- paġna web.
Ilment jew notifika għandhom jiġu ppreżentati f’isem il-kwerelant jew il-persuna notifikanti.
Ilment/notifika jiġu indirizzati fil-limitu ta’ żmien legali (skont l-Ordni tal-Gvern Nru 27/2002), sakemm ikunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn kollha meħtieġa, jiġifieri fattura għall-finijiet ta’ taxxa, irċevuta tal-cash-register jew irċevuta oħra, il-kuntratt jew il-garanzija taċ-ċertifikat ikkonċernati jew dokumenti oħra, kif xieraq.
Sabiex jiġu indirizzati mill-Kummissarjati, l-ilmenti jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Inkella, dawn jiġu magħluqa minħabba nuqqas ta’ informazzjoni.
Indirizz:
Calea Călărașilor No 248, Bl. S19, Sector 3, 030634, Bucharest
Sit web: http://www.cnas.ro/
Posta elettronika: relpubl1@casan.ro
Tel.: (+40) (0) 37-2309236
Faks: (+40) (0) 37-2309165
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Aġenzija Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (CNAS) hija istituzzjoni pubblika awtonoma ta’ interess nazzjonali, li għandha personalità ġuridika. L-għan tagħha huwa li tiżgura l-funzjonament konsistenti u koordinat tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa soċjali fir-Rumanija.
Bażi ġuridika:
Objettivi:
Li tiżviluppa u ssostni sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa soċjali fejn id-drittijiet tal-persuni assigurati jiġu rispettati u l-ħtiġijiet tagħhom jintlaħqu.
Objettivi ġenerali:
Objettivi speċifiċi:
Indirizz tal-uffiċċju prinċipali:
Str. Stavropoleos No 6, Sector 3, 030084 Bucharest
Tel.: (+40) (0)21-3100824
Sit web: http://www.roaep.ro/prezentare/
Posta elettronika: comunicare@roaep.ro
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Awtorità Elettorali Permanenti hija istituzzjoni amministrattiva awtonoma b’personalità ġuridika, u hija vestita b’setgħat ġenerali fi kwistjonijiet elettorali. Il-missjoni tagħha hi li tiżgura l-organizzazzjoni u t-twettiq ta’ elezzjonijiet u referenda u li tiżgura li l-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-kampanji elettorali jkun f’konformità mal-Kostituzzjoni u mal-leġiżlazzjoni rilevanti u mal-istandards internazzjonali u Ewropej.
Bażi ġuridika:
Objettivi:
Funzjonijiet (il-lista mhijiex eżawrjenti):
Informazzjoni dwar funzjonijiet oħra tista’ tiġi aċċessata hawn.
Kompiti (il-lista mhijiex eżawrjenti):
Informazzjoni dwar kompiti oħra tista’ tinkiseb hawn.
Indirizz:
B-dul Nicolae Bălcescu No 21, Sector 1, Bucharest
Tel.: (+40) (0)21-3114921
Sit web: http://www.irdo.ro/
Posta elettronika office@irdo.ro
Preżentazzjoni tal-istituzzjoni:
L-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem (IRDO) huwa istituzzjoni nazzjonali indipendenti fdata, skont il-liġi li tirregola t-twaqqif tagħha, b’kompiti fl-oqsma tar-riċerka, it-taħriġ u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għoti ta’ pariri minn esperti. Din il-liġi tipprovdi wkoll garanziji ta’ indipendenza u imparzjalità skont il-kriterji stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti u l-Kunsill tal-Ewropa, li jirrakkomandaw l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet bħal dawn f’kull stat demokratiku.
Fit-twettiq tal-kompiti speċifiċi kollha tiegħu fl-oqsma tar-riċerka, it-taħriġ u l-għoti ta’ informazzjoni u pariri esperti, l-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa dejjem konxju mir-regoli u l-istandards stabbiliti fit-trattati internazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u mill-ġurisprudenza rilevanti tal-qrati internazzjonali.
Barra minn hekk, l-IRDO għandu preżenza eletta f’għadd ta’ korpi internazzjonali ddedikati għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
Is-servizzi tal-Istitut huma disponibbli għal kull min jeħtieġhom. It-testi tad-dokumenti bażiċi u tar-referenzi biblijografiċi jitqassmu bla ħlas jew jiġu pprovduti bil-kost tar-riproduzzjoni biss.
L-Istitut jista’ jiġi kkuntrattat minn istituzzjonijiet xjentifiċi jew korpi speċjalizzati biex iwettaq xogħol ta’ riċerka u huwa disponibbli biex ifassal opinjonijiet fuq talba ta’ fora speċjalizzati fir-Rumanija u barra mill-pajjiż. Il-ħlasijiet għal dawn is-servizzi huma stabbiliti mill-maniġment tal-Istitut.
Bażi ġuridika:
Il-liġi Nru 9/1991 li tistabbilixxi l-Istitut Rumen għad-Drittijiet tal-Bniedem
Objettiv:
Il-kompetenza tal-Istitut hija li jiżgura li l-korpi pubbliċi, l-assoċjazzjonijiet mhux governattivi u ċ-ċittadini Rumeni jinżammu infurmati sew dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, u dwar kif jiġu żgurati d-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari f’dawk li qed jipparteċipaw fil-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.
Fl-istess ħin, l-Istitut jirsisti biex jissensibilizza lill-korpi internazzjonali - u lill-pubbliku ġenerali f’pajjiżi oħra - dwar l-arranġamenti prattiċi fis-seħħ biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati u mħarsa fir-Rumanija.
L-attivitajiet tal-IRDO:
Informazzjoni addizzjonali dwar l-IRDO tista’ tinkiseb fis- sit web tal-istituzzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.