Sib informazzjoni għal kull reġjun
Ġeneralment, f’każijiet ta’ diskriminazzjoni, il-qorti lokali tal-konvenut (jiġifieri l-persuna akkużata b’diskriminazzjoni) hija kompetenti fl-ewwel istanza. Ladarba jkunu ġew eżawriti l-appelli ordinarji kollha, jista’ jiġi mressaq lment kostituzzjonali individwali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali (http://www.usoud.cz/).
Joštova 8, 660 83 Brno 2
Tel. (+420) 542162111
Faks: (+420) 542161309, (+420) 542161169
Posta elettronika: podani@usoud.cz
L-entità ġudizzjarja għall-protezzjoni tal-kostituzzjonalità hija l-Qorti Kostituzzjonali, li l-istatus u l-kompetenzi tagħha huma mnaqqxa fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ċeka. Il-Qorti Kostituzzjonali hija barra mis-sistema tal-qrati ġenerali. Il-kompitu prinċipali tagħha huwa li tipproteġi l-kostituzzjonalità u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali stabbiliti fil-Kostituzzjoni, il-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u liġijiet kostituzzjonali oħra tar-Repubblika Ċeka, kif ukoll li tiggarantixxi li l-poter tal-Istat ikun eżerċitat b’mod kostituzzjonali.
Skont l-Artikolu 87 tal-Kostituzzjoni, il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi, fost affarijiet oħra, dwar ilmenti kostituzzjonali minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi kontra deċiżjonijiet finali u infurzabbli u interventi oħra magħmula minn entitajiet pubbliċi li jolqtu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet iggarantiti mill-Kostituzzjoni. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali huma finali u ma jistgħux jiġu appellati.
Fuq is-sit web tagħha, il-Qorti Kostituzzjonali tippreżenta linji gwida dwar il-proċedura ta’ ilment kostituzzjonali, li jkun fihom tagħrif bażiku dwar il-proċedura (ara http://www.usoud.cz/pruvodce-rizenim-o-ustavni-stiznosti).
L-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem prinċipali li tittratta ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (ara hawn taħt).
Fil-livell tal-Gvern, il-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem taqa’ fi ħdan il-kompetenza tal-Ministru għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Opportunitajiet Indaqs u l-Leġiżlazzjoni; entitajiet oħra li jittrattaw din il-kwistjoni jinkludu l-Kunsill tal-Gvern għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Kunsill tal-Gvern għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Kunsill tal-Gvern għall-Minoranzi Nazzjonali u l-Bord ta’ Tmexxija tal-Persuni b’Diżabilità bħala entitajiet konsultattivi tal-Gvern.
Difensur Pubbliku tad-Drittijiet http://www.ochrance.cz/
Údolní 39
Brno, 602 00
Telefown: +420 542 542 111
Faks: +420 542 542 112
Posta elettronika: podatelna@ochrance.cz
Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet hija entità Statali awtonoma, indipendenti u imparzjali, li tinsab barra mill-amministrazzjoni pubblika u għalhekk mhijiex awtorità pubblika. Hija tipproteġi persuni kontra l-aġir tal-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jwettqu l-amministrazzjoni tal-Istat, fejn dan l-aġir huwa:
Id-Difensur huwa awtorizzat jittratta lmenti kontra l-attivitajiet ta’:
Mill-2006 ’l hawn, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet wettaq monitoraġġ ukoll tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li l-libertà tagħhom ġiet ristretta.
Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma għandu l-ebda dritt jintervjeni fir-relazzjonijiet jew tilwim ta’ dritt privat (inkluż tilwim bejn l-impjegati u l-impjegaturi, anki meta l-impjegatur ikun awtorità statali), bl-unika eċċezzjoni tirrigwarda lmenti dwar imġiba diskriminatorja - f’dawn il-każijiet, id-Difensur jista’ jintervjeni wkoll fil-qasam ta’ dritt privat.
Id-Difensur jista’ iwettaq investigazzjonijiet indipendenti, iżda ma jistax jaġixxi minflok l-awtoritajiet ta’ amministrazzjoni tal-Istat u ma jistax jannulla jew ibiddel id-deċiżjonijiet tagħhom. Madankollu, jekk isib xi irregolarità, jista’ jitlob li l-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet jipprovdu rimedju.
Jekk awtorità ta’ amministrazzjoni statali pubblika jew faċilità fejn jinżammu persuni li l-libertà tagħhom tkun ġiet ristretta tonqos milli twettaq l-obbligu tagħha li tikkopera mad-Difensur jew, wara li tkun instabet irregolarità, tonqos milli tieħu miżuri korrettivi adegwati, id-Difensur jista’ jinforma lill-pubbliku dwar il-kwistjoni.
Id-divulgazzjoni hija sanzjoni disponibbli lid-Difensur skont il-liġi. F’każ bħal dan, id-Difensur jista’ ukoll jikkomunika lill-pubbliku l-ismijiet u l-kunjomijiet ta’ persuni speċifiċi li jaġixxu f’isem l-awtorità li tiżbalja.
Ilment lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet għandu jiġi mressaq mill-persuna li qed titlob il-protezzjoni tad-drittijiet tagħha, jew mir-rappreżentant legali tagħha. Jekk l-ilment qed jiġi mressaq f’isem persuna oħra, dan għandu jintwera permezz ta’ prokura bil-miktub jew b’dokument ieħor li jiddikjara l-limitu tal-awtorizzazzjoni.
Ilment għandu dejjem ikun fih:
It-tul tal-investigazzjonijiet u s-soluzzjoni tal-ilmenti hija varjabbli u tiddependi dejjem fuq iċ-ċirkustanzi u l-komplessità tal-każ. Il-liġi ma tistabbilixxi l-ebda skadenzi għad-Difensur; id-Difensur għandu jipprova jindirizza l-ilmenti kollha, kemm jista’ jkun, fl-inqas żmien possibbli.
Ma hemm l-ebda rimedju (appell) kontra l-mod li bih ġie ttrattat ilment mid-Difensur jew l-eżitu tiegħu.
Ilment jista’ jitressaq:
Bil-miktub - preferibbilment fuq forma ta’ ilment stampata li għandha tintbagħat lil: Veřejný ochránce práv, Údolní 39, 602 00 Brno. Huwa wkoll possibbli li tintbagħat ittra personali.
Bil-posta elettronika (anke mingħajr firma elettronika) mibgħuta lil podatelna@ochrance.cz b’deskrizzjoni tal-karatteristiċi essenzjali tal-kwistjoni jew, aħjar minn hekk, billi timtela forma ta’ ilment u tintbagħat bil-posta elettronika.
Bil-kaxxa tad-dejta - l-ID tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet huwa jz5adky. Il-messaġġ tad-dejta jista’ ikun fih forma ta’ ilment li tkun ġiet mimlija jew ittra personali li jkun fiha informazzjoni importanti dwar il-problema.
Bl-użu ta’ forma interattiva onlajn ta’ servizz tal-preżentata elettronika li jiggarantixxi li l-mili jkun fih id-dettalji neċessarji kollha.
Bil-konsenja personali lill-Uffiċċju għall-preżentata tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet (Údolní 39, Brno), kull ġurnata matul il-ġimgħa mit-8.00a.m. sal-4.00p.m. B’dan il-mod, huwa possibbli li jitressaq ilment bl-annessi mhux biss bil-miktub (fuq il-karta), iżda wkoll fuq support informatiku.
Ressaq preżentata personali f’rapport - matul il-ġimgħa mit-8.00a.m. sal-4.00p.m. huwa possibbli li wieħed imur personalment għand it-Tressiq ta’ Ilmenti fil-bini tal-Uffiċċju tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, fejn l-ilment jiġi diskuss u mniżżel minn avukat tal-Uffiċċju.
Mhemm ebda Ombudsman għat-Tfal fir-Repubblika Ċeka; madankollu, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet bħalissa jittratta lmenti ppreżentati minn tfal li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tagħhom.
Difensur Pubbliku tad-Drittijiet http://deti.ochrance.cz/
Údolní 39
Brno, 602 00
Telefown: +420 542 542 888
Faks: +420 542 542 112
Posta elettronika: deti@ochrance.cz
It-tfal jistgħu javviċinaw lid-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet b’modi differenti, jiġifieri permezz ta’ ittra ordinarja bil-posta jew imwassla personalment f’Veřejná ochránkyně práv, Údolní 39, 602 00 Brno, jew bl-użu tal-forma interattiva mimlija b’mod konformi mal-istruzzjonijiet, bil-posta elettronika mibgħuta lil deti@ochrance.cz, jew personalment fl-indirizz tad-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, fejn il-minorenni jista’ jiddiskuti u jirraporta il-problema lill-avukat tal-Uffiċċju tal-Ombudsman.
L-ilment għandu jindika b’mod ċar b’mod partikolari:
Id-Difensur jista’ igħin lill-minorenni, pereż.:
Min-naħa l-oħra, id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet ma jistax, pereżempju:
Difensur Pubbliku tad-Drittijiet
Údolní 39
Brno, 602 00
Telefown: +420 542 542 111
Faks: +420 542 542 112
Posta elettronika: podatelna@ochrance.cz
Skont l-Att dwar id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet, id-Difensur għandu jipprovdi lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni b’għajnuna metodoloġika:
Meta tintbagħat talba lid-Difensur biex jinvestiga diskriminazzjoni, ir-rikorrent għandu jidentifika b’mod preċiż kemm jista’ ikun l-allegata mġieba diskriminatorja u jsaħħaħ ir-rikors bi kwalunkwe prova jew bil-provi kollha li jistgħu jipprovaw id-diskriminazzjoni.
Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali https://www.uoou.cz/
Pplk. Sochora 27
170 00 Prague 7
Telefown: +420 234 665 111
Faks: +420 234 665 444
Posta elettronika: posta@uoou.cz
L-Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali (OPPD) huwa entità indipendenti li:
L-attivitajiet tal-Uffiċċju huma ddefiniti mill-Att Nru 101/2000 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali u li jemenda ċerti atti, kif emendat.
L-għan tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali huwa d-dritt taċ-ċittadin, kif garantit mill-Karta tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali, għal protezzjoni kontra intrużjoni mhux awtorizzata fil-ħajja privata u personali tiegħu u l-ġbir, pubblikazzjoni mhux awtorizzat jew abbuż ieħor ta’ dejta personali.
Kull min jiskopri jew ikollu suspett raġonevoli li d-dejta personali tiegħu tkun qed tiġi pproċessata bi ksur tad-dritt tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni personali u l-ħajja privata u bi ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali – pereżempju, jekk id-dejta personali li qed tiġi pproċessata mhijiex korretta jew tmur lil hinn mill-iskop li għalih kienet intalbet – għandu d-dritt li jagħmel sottomissjoni lill-Uffiċċju.
Sottomissjoni li tiġbed l-attenzjoni għal suspett ta’ ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali għandha tinkludi:
Ilment jista’ ukoll jiġi mressaq b’mod anonimu lill-Uffiċċju jew mibgħut b’mezzi elettroniċi.
Il-persuna li tressaq ilment ma tkunx parti fil-proċedimenti fi proċedimenti amministrattivi potenzjali, iżda tista’ tinstema’ bħala xhud.
Il-korp ewlieni li l-persuni fiżiċi jistgħu jirrikorru għandu f’każ ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem huwa d-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet. Entitajiet oħrajn f’dan il-qasam jinkludu, pereżempju:
Lhotecká 7
143 01 Prague 12
Telefown: +420 974 827 118
Faks: +420 974 827 280
Posta elettronika: podatelna@suz.cz
L-Amministrazzjoni tal-Faċilitajiet għar-Rifuġjati (AFR) huwa komponent ta’ organizzazzjoni tal-Istat, subordinat għal Viċi Ministru tal-Intern għall-Ordni Pubbliku u s-Sigurtà; din tikkoopera mal-organizzazzjonijiet governattivi u istituzzjonijiet internazzjonali, entitajiet tal-gvern lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi. Hija tamministra wkoll faċilitajiet ta’ detenzjoni għall-barranin; sa mill-2009 hija kienet qed topera netwerk ta’ ċentri għall-appoġġ tal-integrazzjoni tal-barranin f’kapitali reġjonali.
Ir-Repubblika Ċeka tuża l-AFR biex tipprovdi akkomodazzjoni u servizzi oħra lill-applikanti għall-ażil, ir-refuġjati u l-barranin skont l-Att Nru 326/1999 dwar is-soġġorn tal-barranin fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, u l-Att Nru 325/1999 dwar l-ażil. L-objettiv tal-AFR huwa li toffri lil dawn il-persuni kundizzjonijiet xierqa u dinjitużi.
Partyzánská 7
170 00 Prague 7 – Holešovice
Telefown: 266 753 421
Posta elettronika: nrzpcr@nrzp.cz
Mill-11 ta’ Diċembru 2014, il-Kunsill Nazzjonali ta’ Persuni b’Diżabilità ilha rreġistrata bħala assoċjazzjoni nazzjonali li tirrappreżenta l-interessi ta’ persuni b’diżabilità meta jkunu qed jittrattaw mal-Istat u l-istituzzjonijiet pubbliċi. Ir-rwol tal-Kunsill Nazzjonali huwa li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità fis-soċjetà u li jiddefendi b’mod konsistenti d-drittijiet tal-bniedem ta’ dawn il-persuni. Huwa l-korp ewlieni ta’ konsulenza lill-Bord ta’ Tmexxija għal Persuni b’Diżabilità.
Il-prijoritajiet tiegħu jinkludu wkoll:
Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ fir-Repubblika Ċeka li jittrattaw kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u jgħinu lin-nies meta dawn id-drittijiet ma jiġux irrispettati.
Pernerova 32/10, 186 00, Praha 8
Posta elettronika: info@cicpraha.org
Iċ-Ċentru għall-Integrazzjoni tal-Barranin (CIB) hija assoċjazzjoni ċivika stabbilita fl-2003 biex tgħin iċ-ċittadini barranin jintegraw fis-soċjetà Ċeka.
Dan jiffoka fuq il-forniment ta’ servizzi soċjali fil-komunità u ta’ sensibilizzazzjoni u programmi edukattivi għal barranin b’residenza permanenti jew fit-tul fit-territorju tar-Repubblika Ċeka. Is-CIB għandu fergħat fir-reġjuni Ċeki kollha, u l-fokus tiegħu huwa fuq Praga u l-Bohemia Ċentrali. L-organizzazzjoni għandha reġistrazzjoni tas-servizzi soċjali skont l-Att tas-Servizzi Soċjali u akkreditazzjoni skont l-Att dwar is-Servizzi Volontarji.
L-attivitajiet prinċipali tal-organizzazzjoni jinkludu:
Il-programmi kollha għandhom l-għan li jippermettu lill-immigranti fir-Repubblika Ċeka li jkollhom ħajja dinjituża u indipendenti fir-Repubblika Ċeka filwaqt li jiżguraw li huma jirrispettaw u jkunu konxji mil-liġijiet lokali u standards purament interpersonali ta’ kondotta u imġieba, u li jippromwovu l-fehim, l-għajnuna u r-rispett għall-individwalità ta’ kull migrant min-naħa tas-soċjetà riċeventi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.