Informacijos paieška pagal regionus
L-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem
L-Ombudsman istituzzjonali Id-Difensur tad-Drittijiet
Korpi speċjalizzati dwar id-drittijiet tal-bniedem
Istituzzjonijiet speċjalizzati oħra
Id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi huma garantiti fl-ewwel lok mill-imħallfin amministrattivi u ġudizzjarji li quddiemhom jistgħu jidhru l-individwi fil-kuntest ta’ kawża.
Barra minn hekk, il-Conseil constitutionnel li jiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet, iwettaq żewġ tipi ta’ verifiki:
Għal aktar informazzjoni dwar id-domanda prijoritarja ta’ kostituzzjonalità (QPC - question prioritaire de constitutionnalité) ara:
L-organizzazzjoni tal-qrati u t-tribunali u l-kompetenzi tagħhom tinsab dettaljata fuq is-siti tal-Conseil d’Etat, il-Cour de cassation u l-Conseil constitutionnel:
Il-Kummissjoni Konsultattiva Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (CNCDH - Commission nationale consultative des droits de l’homme) hija l-Istituzzjoni Nazzjonali Franċiża tad-Drittijiet tal-Bniedem. Hija ġiet stabbilita fl-1947. Bħala Awtorità Amministrattiva Indipendenti, hija struttura tal-Istat li għandha twettaq il-kompiti tagħha b’mod indipendenti (b’applikazzjoni tal-Liġi Nru 2007-292 tal-5 ta’ Marzu 2007). Is-CNCDH hija magħmula minn 64 esperti u rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Kompiti
Is-CNCDH tippromwovi d-djalogu bejn il-gvern, il-parlament, l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi umanitarja u l-ġlieda kontra r-razziżmu.
Il-ħidmiet immexxija mis-CNCDH huma maqsuma f’ħames sottokumitati: kwistjonijiet soċjali, kwistjonijiet etiċi; ir-razziżmu, l-antisemitiżmu, il-ksenofobija, id-diskriminazzjonijiet u l-gruppi vulnerabbli; l-istituzzjonijiet, il-ġustizzja, il-pulizija, il-kwistjonijiet ta’ migrazzjoni; il-kwistjonijiet Ewropej u internazzjonali; id-dritt umanitarju internazzjonali u l-azzjoni umanitarja.
Indirizz :
Commission nationale consultative des droits de l’homme
35 Rue Saint-Dominique, 75007
Paris
Għal iktar informazzjoni: http://www.cncdh.fr/
(Défenseur des droits) huwa istituzzjoni indipendenti integrata fil-Kostituzzjoni mit-23 ta’ Lulju 2008 u stabbilita permezz tal-Liġi Istituzzjonali Nru 2011-33 u l-Liġi Ordinarja Nru 2011-334 tad-29 ta’ Marzu 2011.
Kompiti
Id-Défenseur des Droits għandu bħala kompiti:
Id-Défenseur des Droits irriżulta mill-amalgamazzjoni ta’ erba’ istituzzjonijiet eżistenti: l-Ombudsperson tar-Repubblika (Médiateur de la République), id-Difensur tat-tfal (Défenseur des enfants), l-Awtorità Għolja li tiġġieled kontra d-Diskriminazzjonijiet u għall-Ugwaljanza (Haute Autorité de Lutte contre les Discriminations et pour l’Egalité - HALDE) u l-Kummissjoni Nazzjonali ta’ Etika tas-Sigurtà (Commission Nationale de Déontologie de la Sécurité - CNDS).
Setgħat
Id-Défenseur des Droits għandu s-setgħa li jirċievi lmenti minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inklużi ta’ minuri li jkun jixtieq jinvoka l-protezzjoni tad-drittijiet tiegħu. Huwa jista’ wkoll jiddeċiedi ex officio, f’kull ċirkustanza, fl-ambitu ta’ każ li jaqa’ taħt il-kompetenzi tiegħu.
Sabiex iwettaq dawn il-kompiti, id-Défenseur des Droits għandu, minn naħa, setgħat ta’ investigazzjoni u setgħat inkwirenti għall-ipproċessar tal-ilmenti individwali biex jikseb komunikazzjoni tad-dokumenti rilevanti kollha, setgħa li jinterroga għadd ta’ persuni, jew saħansitra li jwettaq verifiki fuq il-post. Min-naħa l-oħra, id-Défenseur des Droits jista’ jagħmel proposti ta’ emendi leġiżlattivi jew ta’ regolamenti u ta’ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll privati.
Huwa jista’ wkoll jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jissolvew id-diffikultajiet jew il-ksur tad-drittijiet li huwa ġie kkonsultat dwarhom. Il-persuni jew l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jgħarrfuh bl-azzjonijiet meħuda fil-konfront tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Fin-nuqqas ta’ dan, jew jekk iqis li ma tkunx ittieħdet azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, huwa jista’ jordna lill-persuna jew lill-awtorità kkonċernata sabiex tieħu l-miżuri neċessarji fi żmien terminu ta’ żmien stabbilit. Jekk l-ordnijiet tiegħu ma jiġux imwettqa, huwa jista’ jagħmel rapport speċjali lill-persuna jew lill-awtorità kkonċernata. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.
Dan jista’ jgħin ukoll biex joffri medjazzjoni jew tranżazzjoni, u barra minn hekk jista’ jgħin lill-vittmi biex iħejju r-rikorsi tagħhom u jidentifikaw proċeduri mfasslin apposta.
Id-Défenseur des Droits jista’ jikkonsulta l-Awtorità tal-Ħatra sabiex tagħti bidu għall-proċeduri dixxiplinarji tal-fatti li jkun jaf bihom u li jidhrulu li huma ta’ natura li tiġġustifika sanzjoni. Huwa jista’ wkoll jintervjeni fi proċeduri ġudizzjarji bl-appoġġ ta’ lmentatur, permezz tal-produzzjoni ta’ osservazzjonijiet bil-miktub jew orali.
Organizzazzjoni
Madwar 250 ruħ jaħdmu fl-uffiċċju ċentrali tad-Difensur tad-Drittijiet, f’Pariġi. Fi Franza kontinentali u ’l barra minn Franza, madwar 400 delegat volontier jilqgħu ċ-ċittadini biex jassistuhom biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom, jirċievu l-ilmenti tagħhom u jwieġbu għad-domandi tagħhom. Huma preżenti f’diversi strutturi lokali bħal: prefetturi, sottoprefetturi, ċentri ta’ pariri legali, punti ta’ aċċess legali, bini muniċipali. Id-delegati ikollhom ukoll żjarat fi stabbilimenti penitenzjarji u jaħdmu b’rabta mad-djar dipartimentali tal-persuni b’diżabbiltà.
Id-Défenseur des Droits jippresjedi kulleġġ li jassistih fl-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu fil-qasam tad-“difiża u promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal”, “il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-ugwaljanza”, kif ukoll “l-etika fil-qasam tas-sigurtà”.
Fuq proposta tad-Défenseur des droits, il-Prim Ministru jaħtar id-deputati tad-Défenseur des droits, li minnhom:
Ir-rinviju ta’ każijiet lid-Défenseur des Droits
Kwalunkwe persuna fiżika (individwu) jew ġuridika (kumpanija, assoċjazzjoni...) tista’ tirreferi l-każ direttament u mingħajr ħlas meta:
Id-Défenseur des Droits jista’ jiġi kkonsultat minn tifel jew żagħżugħ ta’ taħt it-18 sena, il-membri tal-familja tal-minuri jew ir-rappreżentanti legali tagħha, is-servizzi mediċi jew soċjali, assoċjazzjoni li l-istatuti tagħha jiddefendu d-drittijiet tat-tfal, membru parlamentari Franċiż u deputat Franċiż tal-Parlament Ewropew, istituzzjoni barranija li għandha l-istess funzjonijiet bħad-Défenseur des droits. Huwa jista’ jintervjeni għat-tfal Franċiżi u barranin li jgħixu fi Franza u tfal Franċiżi li jgħixu barra mill-pajjiż, f’bosta oqsma għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, u b’mod partikolari rigward il-protezzjoni tat-tfal, is-saħħa u d-diżabbiltà, il-ġustizzja kriminali, l-adozzjoni, l-edukazzjoni għal kulħadd u l-minuri barranin.
Iċ-ċittadini jistgħu jressqu l-ilment tagħhom direttament lid-Défenseur des droits:
Indirizz :
Défenseur des droits
Libre réponse 71120
75342 Paris Cedex 07
Għal iktar informazzjoni: https://www.defenseurdesdroits.fr/en
Hemm entitajiet speċjalizzati oħra li jaġixxu fil-qasam tad-drittijiet u tal-libertajiet:
Awtorità nazzjonali tal-informatika u tal-libertajiet (Commission nationale de l’informatique et des libertés - CNIL)
Is-CNIL hija l-awtorità Franċiża ta’ superviżjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali. Hija twettaq il-kompiti tagħha skont il-liġi Nru 78-17 tas-6 ta’ Jannar 1978, kif emendata.
Kompiti
Il-Commission nationale de l'informatique et des libertés hija awtorità amministrattiva indipendenti. Din għandha b’mod partikolari l-kompiti li ġejjin:
Is-CNIL tippreżenta rapport pubbliku kull sena dwar il-qadi tal-kompiti tagħha lill-President tar-Repubblika u lill-Prim Ministru.
Rinviju tal-każ lis-CNIL
Kull persuna tista’ tikkuntattja lis-CNIL f’każ ta’ diffikultajiet fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu. Sabiex jasserixxi d-drittijiet u l-libertajiet tiegħu tal-informatika, iċ-ċittadin għandu l-ewwel nett jitkellem direttament mal-organiżmi li jżommu d-dejta. F’każ ta’ diffikultajiet, tweġiba mhux sodisfaċenti jew nuqqas ta’ tweġiba, tista’ tagħmel rapport onlajn lis-CNIL fuq diversi oqsma: internet, kummerċ, xogħol, telefon, servizzi bankarji u kreditu.
Ħolqa relatata: https://www.cnil.fr/fr/plaintes
Indirizz :
Commission Nationale de l'Informatique et des Libertés
3 Place de Fontenoy - TSA 80715
75334 PARIS CEDEX 07
Għal iktar informazzjoni: https://www.cnil.fr/
Wara r-ratifika tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni kontra t-Tortura u t-Trattament jew Kastig Krudili, Inuman jew Degradanti Ieħor adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Diċembru 2002, il-leġiżlatur Franċiż stabbilixxa, permezz tal-liġi nru 2007-1545 tat-30 ta’ Ottubru 2007, Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni (Contrôleur général des lieux de privation de liberté). Din hija awtorità amministrattiva indipendenti.
Kompiti
Il-Kontrollur Ġenerali għandu jiżgura li l-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom jiġu ttrattati b’umanità u b’rispett għad-dinjità intrinsika tal-persuna umana u jiżgura li jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom u l-kunsiderazzjonijiet ta’ ordni pubbliku u ta’ sigurtà. Huwa inkarigat biex jipprevjeni l-ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom.
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Kontrollur Ġenerali jeżamina mhux biss il-kundizzjonijiet ta’ priġunerija, detenzjoni jew dħul fl-isptar iżda wkoll il-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-persunal u persuni involuti oħra inkwantu dawn neċessarjament għandhom impatt fuq il-funzjonament tal-istituzzjoni u n-natura tar-relazzjonijiet ma’ persuni mċaħħda mil-libertà tagħhom. Il-Kontrollur Ġenerali jagħżel liberament l-istituzzjonijiet li beħsiebu jżur u ż-żjarat tiegħu jistgħu jew jiġu skedati (f’dan il-każ, il-kap ta’ stabbiliment huwa informat biż-żjara ftit jiem qabel) jew ma jiġux imħabbra.
Setgħat
Il-Kontrollur Ġenerali jista’ jżur f’kull ħin, fuq it-territorju Franċiż kollu, kull post fejn in-nies jiġu mċaħħda mil-libertà tagħhom: ħabsijiet, istituzzjonijiet tas-saħħa, stabbilimenti mqiegħda taħt l-awtorità konġunta tal-Ministeru tas-Saħħa u tal-Ministeru tal-Ġustizzja, faċilitajiet ta’ kustodja mill-pulizija u l-ġendarmerija, postijiet ta’ detenzjoni doganali, ċentri u faċilitajiet ta’ detenzjoni amministrattiva għal ċittadini barranin, żoni ta’ stennija f’portijiet u ajruporti, eċċ. Il-Kontrollur Ġenerali jeżerċita kontroll fuq l-eżekuzzjoni materjali ta’ proċeduri ta’ tneħħija li jinvolvu ċittadini barranin sakemm jingħataw lill-awtoritajiet tal-Istat ta’ destinazzjoni.
L-awtoritajiet rilevanti ma jistgħux jopponu żjara ħlief għal raġunijiet serji u imperattivi relatati mad-difiża nazzjonali, is-sigurtà pubblika, diżastri naturali jew disturbi serji fil-post taż-żjara.
Il-Kontrollur Ġenerali jibgħat lill-Ministru/i kkonċernat/i rapport taż-żjara u rakkomandazzjonijiet li jistgħu jsiru pubbliċi. Huwa jagħti wkoll rapport ta’ attività annwali lill-President tar-Repubblika u lill-Parlament, li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.
Ir-rinviju ta’ każijiet lill-Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni
Ċittadin jista’ jirreferi każijiet lill-Kontrollur Ġenerali ta’ postijiet ta’ detenzjoni biex jgħarrfu b’sitwazzjoni li fl-opinjoni tiegħu tikser id-drittijiet fundamentali jew id-drittijiet fundamentali ta’ persuna fiżika f’detenzjoni (jew li, reċentement, ġiet imqegħda f’detenzjoni) u li hija marbuta ma’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni, arrest, priġunerija jew dħul fl-isptar, l-organizzazzjoni jew il-funzjonament ta’ servizz. Il-Kontrollur Ġenerali ta’ detenzjoni jista’ jiġi kkonsultat bil-każijiet biss bil-posta fl-indirizz li ġej:
Madame la Contrôleure générale des lieux de privation de liberté
BP 10301
75921 Paris cedex 19
Il-persuni li huma mċaħħda mil-libertà tagħhom, il-qraba tagħhom, il-persuni involuti fi ħdan l-istituzzjoni u l-persunal jistgħu wkoll jitolbu intervista mal-Kontrollur Ġenerali jew wieħed mis-superviżuri li jiffurmaw it-tim tiegħu direttament waqt żjarat fi stabbilimenti.
Indirizz :
Le Contrôleur général des lieux de privation de liberté16/18 quai de la Loire
BP 10301
75921 Paris Cedex 19
Għal iktar informazzjoni: http://www.cglpl.fr/
Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-individwi għal informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom u dwar il-proċeduri u l-organizzazzjoni ġudizzjarja, u sabiex jiġu appoġġati f’kull pass bil-ħsieb tal-eżerċizzju ta’ dritt, Franza żviluppat punti ta’ aċċess għal-liġi, ċentri ta’ pariri legali, jew unitajiet li jwasslu għall-ġustizzja li huma istituzzjonijiet ġudizzjarji lokali li jinformaw liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom u jipproponu b’mod partikolari xi soluzzjonijiet bonarji ta’ tilwim.
Direttorju ta’ ċentri ta’ pariri legali, punti ta’ aċċess għal-liġi w unitajiet li jwasslu għall-ġustizzja:
http://www.annuaires.justice.gouv.fr/annuaires-12162
Għal aktar informazzjoni:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.