Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Spanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Il-Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa CENDOJ (CENTRO DE DOCUMENTACION JUDICIAL), iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja, korp tekniku fil-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura ta' Spanja: cendoj.ecli@cgpj.es.

Kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi għal Spanja huwa: [ES]

Il-ħolqien ta' ECLI nazzjonali

L-ECLI ġie introdott fi Spanja fl-2012.

Dan kien possibbli minħabba li mill-bidu tal-Proġett ECLI fis-27 ta' Ottubru 2011, il-ġurisprudenza fi Spanja diġà kellha identifikatur nazzjonali, imsejjaħ ROJ (Repositorio Oficial de Jurisprudencia) - ir-Repożitorju Uffiċjali tal-Ġurisprudenza, li jidentifika d-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Spanjoli kollha, mill-Qrati tal-Prim'Istanza tal-Qorti Suprema.

Permezz tas-sit http://www.poderjudicial.es/, qed noffru liċ-ċittadini kollha aċċess miftuħ għad-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati Spanjoli kollha, li jikkonsistu f'5 600 000 sentenza li jiżdiedu kull sena. L-Imħallfin/il-Maġistrati, il-Prosekuturi u s-Segretarji Ġudizzjarji għandhom aċċess f'ambjent ristrett għal informazzjoni addizzjonali u ħoloq għall-ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional), il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, kif ukoll għal-leġiżlazzjoni u d-duttrina ġuridika nazzjonali u internazzjonali: http://www.poderjudicial.es/.

Bħalissa qed inżommu l-identifikatur nazzjonali tar-ROJ - l-ID tas-CENDOJ - bħala l-korp uffiċjali għat-tixrid tal-ġurisprudenza Spanjola, u l-ECLI għal-livell Ewropew. Fuq il-portal tal-e-justice, għalhekk għandna, sal-2014, 2 500 000 deċiżjoni tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo), il-Qorti Superjuri Nazzjonali (Audiencia Nacional), il-Qrati Supejuri tal-Ġustizzja (Tribunales Superiores de Justicia) u l-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales), kif ukoll għażla ta' sentenzi mill-Qrati tal-Prim'Istanza (Primera Instancia) li huma ta' interess ġuridiku jew li għandhom impatt soċjali. L-għadd ta' deċiżjonijiet jiżdiedu kuljum malli jittellgħu fis-sistema. Il-proċess ta' integrazzjoni ECLI tlesta fi Spanja, u bħalissa aħna sħab fil-proġett BO-ECLI.

L-ECLIs fi Spanja jikkonsistu fl-oqsma li ġejjin:

  • "ECLI";
  • Il-kodiċi tal-pajjiż: "ES"
  • Il-kodiċi tal-qorti: akronimu li jindika l-qorti fejn inqatgħet is-sentenza. – ara t-taqsima "kodiċijiet tal-qorti ECLI";
  • Is-sena tad-deċiżjoni;
  • Numru tas-serje, li fil-każ ta' Spanja jkun in-numru sekwenzjarju tal-identifikatur nazzjonali ROJ. Dan ifisser li ladarba sentenza tiġiha assenjata r-ROJ tagħha, ikun possibbli li jiġiha assenjat awtomatikament l-ECLI korrispondenti tagħha.
  • Barra minn hekk, fil-każ ta' Ordnijiet (Autos), tiżdied l-ittra "A" ma' tmiem in-numru sekwenzjali.

EŻEMPJI:

Meta r-ROJ ikun: l-identifikatur nazzjonali tal-ġurisprudenza.

1) *Sentenza tal-Qorti Superjuri Nazzjonali tat-30 ta' Mejju 2014. Il-Qorti Kriminali, b'ROJ SAN 2389/2014

L-ECLI korrispondenti jkun:

ECLI:ES:AN:2014:2389

2) *Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Nazzjonali tal-15 ta' April 2011. Il-Kamra tal-Appelli ta' Burgos, il-Komunità Awtonoma ta' Kastilja u León, b'ROJ: STSJ CL 782/2011

L-ECLI korrispondenti jkun:

ECLI:ES:TSJCL:2011:782

Ordni tal-Awla għall-Materji Kriminali tal-Qorti Superjuri Nazzjonali tad-29 ta' Ottubru 2015, b'ROJ: ANN 199/2015

L-ECLI korrispondenti jkun:

ECLI:ES:AN:2015:199A

Il-kodiċijiet tal-qorti ECLI:

Fi Spanja, il-kodiċi tal-qorti għall-ECLI huwa rrappreżentat bl-użu tal-akronimu tal-qorti li tkun tat is-sentenza u li jikkorrispondi għal dak użat fl-identifikatur nazzjonali ROJ tas-sentenza.

AKROMIMU

ISEM

---------------------

---------------------------------------------------------------

TS

Il-Qorti Suprema

AN

Il-Qorti Superjuri Nazzjonali

TSJAND

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Andalusija

TSJAR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Aragona

TSJAS

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Asturji

TSJBAL

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Gżejjer Baleariċi

TSJICAN

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Gżejjer Kanarji

TSJCANT

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Kantabrija

TSJCL

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Kastilja u León

TSJ CLM

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Kastilja-La Mancha

TSJCAT

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Katalunja

TSJCV

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Komunità ta' Valenzja

TSJEXT

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Extremadura

TSJGAL

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Galizja

TSJLR

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' La Rioja

TSJMAD

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Madrid

TSJMU

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Murcia

TSJNAV

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Navarra

TSJPV

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri tal-Pajjiż Bask

TSJCE

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Ceuta

TSJML

Il-Qorti tal-Ġustizzja Superjuri ta' Melilla

APVI

Il-Qorti Provinċjali ta' Álava

APAB

Il-Qorti Provinċjali ta' Albacete

APA

Il-Qorti Provinċjali ta' Alicante

APAL

Il-Qorti Provinċjali ta' Almería

APAV

Il-Qorti Provinċjali ta' Ávila

APBA

Il-Qorti Provinċjali ta' Badajoz

APIB

Il-Qorti Provinċjali tal-Gżejjer Baleariċi

APB

Il-Qorti Provinċjali ta' Barċellona

APBU

Il-Qorti Provinċjali ta' Burgos

APCC

Il-Qorti Provinċjali ta' Cáceres

APCA

Il-Qorti Provinċjali ta' Cádiz

APCS

Il-Qorti Provinċjali ta' Castellón

APCR

Il-Qorti Provinċjali ta' Ciudad Real

APCO

Il-Qorti Provinċjali ta' Córdoba

APC

Il-Qorti Provinċjali ta' A Coruña

APCU

Il-Qorti Provinċjali ta' Cuenca

APGI

Il-Qorti Provinċjali ta' Girona

APGR

Il-Qorti Provinċjali ta' Granada

APGU

Il-Qorti Provinċjali ta' Guadalajara

APSS

Il-Qorti Provinċjali ta' Guipúzcoa

APH

Il-Qorti Provinċjali ta' Huelva

APHU

Il-Qorti Provinċjali ta' Huesca

APJ

Il-Qorti Provinċjali ta' Jaén

APLE

Il-Qorti Provinċjali ta' León

APL

Il-Qorti Provinċjali ta' Lleida

APLO

Il-Qorti Provinċjali ta' La Rioja

APLU

Il-Qorti Provinċjali ta' Lugo

APM

Il-Qorti Provinċjali ta' Madrid

APMA

Il-Qorti Provinċjali ta' Málaga

APMU

Il-Qorti Provinċjali ta' Murcia

APNA

Il-Qorti Provinċjali ta' Navarra

APOU

Il-Qorti Provinċjali ta' Ourense

APO

Il-Qorti Provinċjali tal-Asturji

APP

Il-Qorti Provinċjali ta' Palencia

APGC

Il-Qorti Provinċjali ta' Las Palmas

APPO

Il-Qorti Provinċjali ta' Pontevedra

APSA

Il-Qorti Provinċjali ta' Salamanca

APTF

Il-Qorti Provinċjali ta' Santa Cruz ta' Tenerife

APS

Il-Qorti Provinċjali ta' Cantabria

APSG

Il-Qorti Provinċjali ta' Segovia

APSE

Il-Qorti Provinċjali ta' Sivilja

APSO

Il-Qorti Provinċjali ta' Soria

APT

Il-Qorti Provinċjali ta' Tarragona

APTE

Il-Qorti Provinċjali ta' Teruel

APTO

Il-Qorti Provinċjali ta' Toledo

APV

Il-Qorti Provinċjali ta' Valenzja

APVA

Il-Qorti Provinċjali ta' Valladolid

APBI

Il-Qorti Provinċjali ta' Vizcaya

APZA

Il-Qorti Provinċjali ta' Zamora

APZ

Il-Qorti Provinċjali ta' Zaragoza

APCE

Il-Qorti Provinċjali ta' Ceuta

APML

Il-Qorti Provinċjali ta' Melilla

JPII

Il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti Kriminali Lokali

JPI

Il-Qorti tal-Prim'Istanza

JI

Il-Qorti Kriminali Lokali

JSO

Il-Qorti tal-Affarijiet Soċjali

JCA

Il-Qorti tal-Appelli Amministrattivi

JM

Il-Qorti Kummerċjali

JVM

Il-Qorti tal-Vjolenza kontra n-Nisa

JP

Il-Qorti Kriminali

JVP

Il-Qorti ta' Viġilanza Penitenzjarja

JME

Il-Qorti tal-Minuri

JF

Il-Qorti tal-Familja

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna