Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa l-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak): ecliservice@rechtspraak.nl.
Il-kodiċi tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa: [NL]
L-ECLI ġie introdott fil-Pajjiżi l-Baxxi fit-28 ta' Ġunju 2013. L-ECLI jista' jiġi attribwit:
a) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kunsill għall-Ġudikatura: http://www.rechtspraak.nl/;
b) għad-deċiżjonijiet dixxiplinarji kollha li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-awtoritajiet dixxiplinarji konġunti: http://www.tuchtrecht.nl/;
c) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li ma jiġux ippubblikati fuq il-websajts imsemmija fil-punti (a) u (b) iżda li jiġu ppubblikati f’rivisti jew f'bażijiet ta' dejta, u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jiġu ppubblikati kummerċjalment bħala “aċċess miftuħ”. L-edituri ta’ rivisti jew l-amministraturi tal-bażijiet ta' dejta li jixtiequ jirreġistraw id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jagħmlu dan permezz tal-indirizz elettroniku msemmi hawn fuq;
d) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li jinżammu f'bażi ta' dejta interna tal-Kunsill għall-Ġudikatura.
Irrispettivament minn jekk id-deċiżjoni nnifisha tiġix ippubblikata fuq waħda miż-żewġ websajts imsemmija hawn fuq, il-websajt http://www.rechtspraak.nl/ tippubblika l-ECLIs Olandiżi kollha, flimkien ma’ tal-anqas, l-isem tal-korp li jkun ħa d-deċiżjoni, id-data tad-deċiżjoni u n-numru tal-kawża. Fejn magħrufa, jingħataw ukoll ir-referenzi tal-pubblikazzjoni f'każ li d-deċiżjoni tiġi rrapportata f’ġurnali jew f'bażijiet ta' dejta.
L-ECLIs Olandiżi huma magħmula minn dan li ġej:
Fil-Pajjiżi l-Baxxi hemm għadd kbir ta’ qrati. Il-kodiċijiet tal-qrati Olandiżi l-aktar importanti huma elenkati hawn taħt.
Fl-1 ta’ Jannar 2013 l-organizzazzjoni tal-qrati fil-Pajjiżi l-Baxxi nbidlet b’mod sinifikanti. Il-qrati li, mill-1 ta’ Jannar 2013, ma għadhomx jeżistu huma indikati bħala "aboliti". Fl-1 ta’ April 2013 kien hemm bidla oħra. Il-qrati li ma baqgħux jeżistu minn dik id-data huma indikati wkoll bħala "aboliti".
L-Ogħla Qrati |
||
HR |
Hoge Raad (Qorti Suprema) |
|
PHR |
Parket bij de Hoge Raad (Qorti Suprema, Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) (Avukat Ġenerali) |
|
RVS |
Raad van State (Kunsill tal-Istat) |
|
CRVB |
Centrale Raad van Beroep (Qorti tal-aħħar istanza fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali) |
|
CBB |
College van Beroep voor het bedrijfsleven (Qorti Amministrattiva tal-aħħar istanza fi kwistjonijiet tal-kummerċ u l-industrija) |
|
Il-Qrati tal-Appell |
||
GHAMS |
Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam) |
|
GHARL |
Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden |
|
GHARN |
Gerechtshof Arnhem (abolita) |
|
GHDHA |
Gerechtshof Den Haag |
|
GHLEE |
Gerechtshof Leeuwarden (abolita) |
|
GHSGR |
Gerechtshof 's-Gravenhage (abolita) |
|
GHSHE |
Gerechtshof 's-Hertogenbosch |
|
Il-Qrati Distrettwali |
||
RBALK |
Rechtbank Alkmaar (il-Qorti Distrettwali ta' Alkmaar) (abolita) |
|
RBALM |
Rechtbank Almelo (abolita) |
|
RBAMS |
Rechtbank Amsterdam |
|
RBARN |
Rechtbank Arnhem (abolita) |
|
RBASS |
Rechtbank Assen (abolita) |
|
RBBRE |
Rechtbank Breda (abolita) |
|
RBDHA |
Rechtbank Den Haag |
|
RBDOR |
Rechtbank Dordrecht (abolita) |
|
RBGEL |
Rechtbank Gelderland |
|
RBGRO |
Rechtbank Groningen (abolita) |
|
RBHAA |
Rechtbank Haarlem (abolita) |
|
RBLEE |
Rechtbank Leeuwarden (abolita) |
|
RBLIM |
Rechtbank Limburg |
|
RBMAA |
Rechtbank Maastricht (abolita) |
|
RBMID |
Rechtbank Middelburg (abolita) |
|
RBMNE |
Rechtbank Midden-Nederland |
|
RBNHO |
Rechtbank Noord-Holland |
|
RBNNE |
Rechtbank Noord-Nederland |
|
RBOBR |
Rechtbank Oost-Brabant |
|
RBONE |
Rechtbank Oost-Nederland (abolita) |
|
RBOVE |
Rechtbank Overijssel |
|
RBROE |
Rechtbank Roermond (abolita) |
|
RBROT |
Rechtbank Rotterdam |
|
RBSGR |
Rechtbank 's-Gravenhage (abolita) |
|
RBSHE |
Rechtbank 's-Hertogenbosch (abolita) |
|
RBUTR |
Rechtbank Utrecht (abolita) |
|
RBZLY |
Rechtbank Zwolle-Lelystad (abolita) |
|
RBZUT |
Rechtbank Zutphen (abolita) |
|
RBZWB |
Rechtbank Zeeland-West-Brabant |
Lista sħiħa tal-kodiċijiet tal-qrati Olandiżi, f'ordni alfabetika, tinsab fl-Anness (73 Kb)
. Il-korpi li ma għadhomx jeżistu huma indikati bħala "aboliti".
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.