L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi
Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) joffri proċedura ta’ applikazzjoni uniformi lill-inventuri, li tippermettilhom li jfittxu protezzjoni għall-privattiva saħansitra f’40 pajjiż Ewropew. L-Uffiċċju huwa l-fergħa eżekuttiva tal- Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u huwa sorveljat mill-Kunsill Amministrattiv.
Il-koordinazzjoni tal-ECLI fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi titwettaq mid-Dipartiment tal-Pubblikazzjonijiet.
Indirizz postali
Postfach 90Indirizz
Rennweg 12Il-kodiċi tal-pajjiż għall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi li għandu jintuża fit-tieni element tal-ECLI huwa: [EP]
Il-komponenti tal-ECLI li jintużaw biex jiġu identifikati d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi:
Punt
Data tad-deċiżjoni (format SSSSXXJJ)
Eżempju:
ECLI:EP:BA:2002:D000300.20020503
EP= Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi
BA= Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi
2002 - is-sena li fiha ngħatat id-deċiżjoni (eżempju)
D000300= D0003/00 (numru tal-kawża li fiha tkun ingħatat deċiżjoni)
20020503 = 2002.05.03 (data tad-deċiżjoni)
L-ECLI jintuża biex jidentifika b'mod uniku d-deċiżjonijiet tal-Bords tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.
Tiftixa permezz tal-ECLI hija permessa permezz tal-bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUP.
Bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUP
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.