Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Internazzjonali

L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

Il-kontenut ipprovdut minn
Internazzjonali

L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) joffri proċedura ta’ applikazzjoni uniformi lill-inventuri, li tippermettilhom li jfittxu protezzjoni għall-privattiva saħansitra f’40 pajjiż Ewropew. L-Uffiċċju huwa l-fergħa eżekuttiva tal- Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi u huwa sorveljat mill-Kunsill Amministrattiv.

Il-koordinazzjoni tal-ECLI fl-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi titwettaq mid-Dipartiment tal-Pubblikazzjonijiet.

Indirizz postali

Postfach 90
1031 Vienna
Austria

Indirizz

Rennweg 12
1030 Vienna
Austria

Il-kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi tal-pajjiż għall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi li għandu jintuża fit-tieni element tal-ECLI huwa: [EP]

Il-ġenerazzjoni tal-ECLI nazzjonali

Il-komponenti tal-ECLI li jintużaw biex jiġu identifikati d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi:

  • It-taqsira tal-ECLI
  • Il-kodiċi tal-pajjiż: EP
  • Il-kodiċi tal-qorti: BA (BA= Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi)
  • Is-Sena meta ngħatat id-deċiżjoni (format SSSS)
  • Numru ordinali magħmul minn:

    Numru tal-kawża li fiha tkun ingħatat deċiżjoni (numru oriġinali tal-kawża mingħajr slash) Magħmul minn seba' ċifri --> ċifra waħda (tip ta’ deċiżjoni) + erba' ċifri (numru ordinali tad-deċiżjoni) + żewġ ċifri (l-aħħar żewġ ċifri tas-sena meta ġiet iffajljata)

    Il-kodiċijiet għat-tip ta’ deċiżjonijiet fl-UEP:
    • D : Bord Dixxiplinari tal-Appell
    • G : Bord Estiż tal-Appell
    • J :  Bord Ġuridiku tal-Appell
    • T : Bordijiet Tekniċi tal-Appell
    • W : deċiżjonijiet dwar il-kawżi ta’ protest
    • R : deċiżjonijiet dwar petizzjonijiet għar-reviżjoni

Punt

Data tad-deċiżjoni (format SSSSXXJJ)

Eżempju:

ECLI:EP:BA:2002:D000300.20020503

EP= Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

BA= Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

2002 - is-sena li fiha ngħatat id-deċiżjoni (eżempju)

D000300= D0003/00 (numru tal-kawża li fiha tkun ingħatat deċiżjoni)

20020503 = 2002.05.03 (data tad-deċiżjoni)

Użu tal-ECLI

L-ECLI jintuża biex jidentifika b'mod uniku d-deċiżjonijiet tal-Bords tal-Appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

Tiftixa permezz tal-ECLI hija permessa permezz tal-bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUP.

Links relatati

Bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tal-EUP

Każisitika tal-Bordijiet tal-Appell

L-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna