Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI

Il-koordinatur innominat tal-ECLI għall-Ġermanja huwa:
L-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja (Bundesamt für Justiz)
Unit VII 1
Adenauerallee 99-103
53113 Bonn
il-Ġermanja

Tel.: +49 228 99410-5801

Email: kompetenzzentrum-ris@bfj.bund.de
https://www.bundesjustizamt.de

Introduzzjoni u firxa tal-ECLI fil-Ġermanja

Fil-Ġermanja, il-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), il-Qorti tal-Ġustizzja Federali (Bundesgerichtshof), il-Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht), il-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof), il-Qorti Industrijali Federali (Bundesarbeitsgericht), il-Qorti Soċjali Federali (Bundessozialgericht) u l-qrati tal-Länder introduċew l-ECLI fil-bażijiet tad-data tad-deċiżjonijiet tagħhom. Hemm allokat ECLI għad-deċiżjonijiet kollha ppubblikati fis-siti web rispettivi tagħhom minn meta ġie introdott l-ECLI. Għal aktar dettalji, ara:

Il-Qorti Kostituzzjonali Federali
http://www.bundesverfassungsgericht.de (hemm pjanijiet biex l-ECLIs jiġu allokati b’mod retroattiv għad-deċiżjonijiet ppubblikati kollha);

Il-Qorti tal-Ġustizzja Federali
http://www.bundesgerichtshof.de (għal deċiżjonijiet ippubblikati fis-sit web tal-Qorti Kostituzzjonali Federali mill-1 ta’ Jannar 2016);

Il-Qorti Amministrattiva Federali
http://www.bundesverwaltungsgericht.de (għad-deċiżjonijiet kollha ppubblikati fis-sit web tal-Qorti Amministrattiva Federali);

Il-Qorti Fiskali Federali
http://www.bundesfinanzhof.de (għal deċiżjonijiet ippubblikati fis-sit web tal-Qorti Fiskali Federali mill-4 ta’ Ottubru 2016);

Il-Qorti Industrijali Federali
http://www.bundesarbeitsgericht.de (għal deċiżjonijiet datati wara l-1 ta’ Jannar 2015);

Il-Qorti Soċali Federali
http://www.bundessozialgericht.de (għal deċiżjonijiet ippubblikati fis-sit web tal-Qorti Soċjali Federali mill-1 ta’ Jannar 2010);

Il-qrati tal-Länder
http://www.justiz.de/onlinedienste/rechtsprechung/index.php.

Tista’ tuża wkoll il-magna tat-tiftix ECLI tal-UE biex issib deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali u tal-Qorti Amministrattiva Federali li ġie allokat ECLI għalihom.

Struttura tal-ECLIs

L-ECLIs ġenerali
għandhom ħames komponenti. Kull komponent huwa separat mill-oħrajn b’żewġ punti. L-ECLIs allokati mill-Ġermanja dejjem jibdew bl-ECLI (①) segwiti minn DE għall-Ġermanja (②). It-tielet komponent, magħruf bħala l-kodiċi tal-qorti (③), juri liema qorti ħadet id-deċiżjoni (eż. BVerfG għall-Qorti Kostituzzjonali Federali). Ir-raba’ komponent (④) jindika s-sena meta ttieħdet id-deċiżjoni u jikkonsisti f’sekwenza ta’ erba’ ċifri (fil-format ssss, eż. 2016).

 

ECLIs

 

Il-qrati jiġġeneraw il-komponent finali, magħruf bħala n-numru ordinali (minn ⑤ 'l fuq), skont ir-regoli individwali tagħhom. Il-kodiċijiet tal-qorti u n-numri ordinali użati minn kull qorti huma spjegati separatament hawn taħt.

Dettalji għal qrati individwali

Il-Qorti Kostituzzjonali Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BVerfG. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑨. Il-parti ta’ qabel tal-aħħar u l-aħħar parti huma separati b’punt. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Tip ta' proċedura:

b

Il-kostatazzjoni li waħda jew aktar mill-partijiet aġixxew b’mod antikostituzzjonali

c

Appell kontra deċiżjoni f'tilwima elettorali

e

Proċedimenti ta' riżoluzzjoni għat-tilwim bejn korpi kostituzzjonali

f

Stħarriġ ġudizzjarju astratt

g

Tilwim bejn il-Gvern Federali u l-Länder

h

Tilwim ieħor bejn il-Gvern Federali u l-Länder

k

Tilwim li jikkonċerna l-kostituzzjoni ta' Land

l

Stħarriġ ġudizzjarju sostantiv

m

Stħarriġ dwar dritt internazzjonali bħala dritt Federali

n

Interpretazzjoni tal-Liġi Fundamentali wara rinviju mill-qorti kostituzzjonali ta' Land

p

Deċiżjonijiet dwar materji oħrajn imsemmijin fl-Att Federali

q

Miżuri kawtelatorji

r

Rikorsi kostituzzjonali

up

Deċiżjonijiet tal-qorti f'udjenza plenarja

vb

Rikorsi kontra dewmien ġudizzjarju

  1. Abbrevjazzjonijiet għall-formazzjonijiet tal-qorti: k għal deċiżjonijiet tal-Kamra jew s għal deċiżjonijiet ta' Senat (mhux għal kawżi li jitolbu udjenza plenarja jew rikorsi kontra dewmien; f'każijiet bħal dawn il-formazzjoni tal-qorti tkun impliċitament indikata bl-abbrevjazzjoni up u vb).
  2. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format ssssxxjj.
  3. Fakultattivi: karattru distintiv addizzjonali (assenjat f’ordni alfabetiku minn a sa z). Dan jintuża meta d-deċiżjonijiet jingħataw mill-istess qorti bl-istess data u numru ta’ referenza (eż. l-istess data u numru ta’ referenza mogħtija għall-estensjoni ta’ miżura provviżorja u d-deċiżjoni dwar is-suġġett prinċipali tal-kawża). Karattru distintiv jiżdied biss jekk ikun meħtieġ biex tiġi evitata l-allokazzjoni ta’ ECLIs ambigwi.
  4. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti fl-identifikatur tal-awla, ir-referenza tar-reġistru, in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy). Ma hemm l-ebda spazju bejn l-identifikatur tal-awla u r-referenza tar-reġistru, u lanqas bejn ir-referenza tar-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. Is-slash bejn in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni titħalla barra wkoll mill-ECLI. In-numru tar-reġistrazzjoni dejjem jintwera bħala numru b’erba’ ċifri f’ECLI. Jekk ikun meħtieġ, jiddaħħlu iż-żerijiet fuq quddiem qabel in-numru tar-reġistrazzjoni. Għalhekk, l-aħħar żewġ ċifri jirrappreżentaw dejjem is-sena tar-reġistrazzjoni.

Eżempju:
L-ECLI għad-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Qorti Kostituzzjonali Federali tal-1 ta’ Marzu 2016 bin-numru ta' referenza 2 BvB 1/13 jiġi:

 

Il-karattru addizzjonali c jindika li din hija r-raba’ deċiżjoni illi kieku kien ikollha ECLI identiku.

Il-Qorti tal-Ġustizzja Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BGH. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑧. Il-partijiet ⑦ u ⑧ huma separati b’punt. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss.
  2. Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (U għal sentenza (Urteil), B għal deċiżjoni (Beschluss), V għal ordni (Gerichtsbescheid), S għal oħrajn).
  3. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti fl-identifikatur tal-awla, ir-referenza tar-reġistru, in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy). Ma hemm l-ebda spazju bejn l-identifikatur tal-awla u r-referenza tar-reġistru, u lanqas bejn ir-referenza tar-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. Is-slash bejn in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni tiġi sostitwita b’punt.
  4. Karattru distintiv addizzjonali (assenjat konsekuttivament minn 0 sa 9) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għad-deċiżjoni tat-Tieni Awla Kriminali tal-Qorti tal-Ġustizzja Federali tal-15 ta’ Marzu 2016 bin-numru ta’ referenza 2 StR 487/15 jiġi:

 

Il-karattru addizzjonali 2 jindika li din hija t-tielet deċiżjoni illi kieku kien ikollha ECLI identiku.

Il-Qorti Amministrattiva Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BVerwG. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑧. Il-partijiet ⑦ u ⑧ huma separati b’punt sakemm ma jkunx ġie assenjat is-suffiss D (protezzjoni ġudizzjarja fil-każ ta’ proċedimenti ġudizzjarji eċċessivament twal), f’liema każ ma jkunx hemm punt bejn in-numru ta’ referenza (⑦) u l-karattru distintiv addizzjonali (⑧). Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss.
  2. Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (U għal sentenza (Urteil), B għal deċiżjoni (Beschluss), G għal ordni (Gerichtsbescheid)).
  3. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti fl-identifikatur tal-awla, ir-referenza tar-reġistru, in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy). Ma hemm l-ebda spazju bejn l-identifikatur tal-awla u r-referenza tar-reġistru, u lanqas bejn ir-referenza tar-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. Numri ta’ referenza aktar antiki jkollhom slash bejn in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni; fl-ECLIs, din is-slash tiġi sostitwita b’punt.
  4. Karattru distintiv addizzjonali (assenjat konsekuttivament minn 0 sa 9) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għas-sentenza tad-Disa’ Awla tal-Qorti Amministrattiva Federali tas-17 ta’ April 2002 bin-numru ta' referenza 9 CN 1/01 jiġi:

 

 

Il-Qorti Fiskali Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BFH. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑧. Kull parti hija sseparata mill-oħrajn b’punt. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Taqsira għat-tip ta’ deċiżjoni:

VE

Talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE

VV

Sottomissjoni lill-Qorti Kostituzzjonali Federali

BA

Deċiżjoni fi proċedimenti għal miżuri provviżorji:

talba għal sospensjoni ta’ eżekuzzjoni [A1] u appell kontra deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ eżekuzzjoni [A2]

B

Deċiżjoni, ħlief meta jrid jiġi assenjat BA

U

Sentenza, ordni tal-qorti legalment vinkolanti, ordni interlokutorja, eċċ.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss.
  2. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti fl-identifikatur tal-awla, ir-referenza tar-reġistru, in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy). Ma hemm l-ebda spazju bejn l-identifikatur tal-awla u r-referenza tar-reġistru, u lanqas bejn ir-referenza tar-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. Is-slash bejn in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni tiġi sostitwita b’punt.
  3. Karattru distintiv addizzjonali (assenjat konsekuttivament minn 0 sa 9) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għas-sentenza tal-Għaxar Awla tal-Qorti Fiskali Federali tal-1 ta’ Ġunju 2016 bin-numru ta' referenza X R 66/14 jiġi:

 

Il-Qorti Industrijali Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BAG. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑧. Kull parti hija sseparata mill-oħrajn b’punt. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss.
  2. Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (U għal sentenza (Urteil), B għal deċiżjoni (Beschluss)).
  3. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti fl-identifikatur tal-awla, ir-referenza tar-reġistru, in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy). Ma hemm l-ebda spazju bejn l-identifikatur tal-awla u r-referenza tar-reġistru, u lanqas bejn ir-referenza tar-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni. Is-slash bejn in-numru tar-reġistrazzjoni u s-sena tar-reġistrazzjoni tiġi sostitwita b’punt.
  4. Karattru distintiv addizzjonali (assenjat konsekuttivament minn 0 sa 9) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għas-sentenza tal-Għaxar Awla tal-Qorti Industrijali Federali tas-7 ta’ Jannar 2015 bin-numru ta' referenza 10 AZB 109/14 jiġi:

 

 

Il-Qorti Soċjali Federali

Il-kodiċi tal-qorti (③) ikun dejjem BSG. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑧. Il-partijiet ma huma sseparati bl-ebda mod. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss.
  2. Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (U għal sentenza (Urteil), B għal deċiżjoni (Beschluss)).
  3. In-numru ta’ referenza ewlieni (li jikkonsisti f’B għall-Qorti Soċjali Federali, l-identifikatur tal-awla, l-identifikatur tal-kaxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni fil-kaxxa rilevanti u r-reġistru assoċjat, is-sena tar-reġistrazzjoni fil-format yy ur-referenza tar-reġistru). Il-komponenti mhux alfanumeriċi tan-numru tar-referenza jitħallew barra.
  4. Karattru distintiv addizzjonali (assenjat konsekuttivament minn 0 sa 9) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għas-sentenza tat-Tielet Awla tal-Qorti Soċjali Federali tal-25 ta’ Jannar 2017 bin-numru ta' referenza B 3 P 2/15 R:

 

Il-Qrati tal-Länder

Il-kodiċijiet tal-qorti ammissibbli (③) huma elenkati fit-tabella mehmuża  Excel (52 KB) de. In-numru ordinali jikkonsisti fil-partijiet ⑤ sa ⑦. Kull parti hija sseparata mill-oħrajn b’punt. Il-komponenti eżatti tan-numru ordinali huma spjegati fid-dettall hawn taħt.

  1. Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format xxss.
  2. In-numru ta’ referenza (jew in-numri ta’ referenza, jekk ikun hemm numri ta’ referenza multipli) sa 17-il karattru, li jibdew bl-ewwel karattru tan-numru ta’ referenza prinċipali. Jekk ikun hemm punt wara s-17-il karattru, dan il-punt jitħalla barra. L-umlauts jiġu sostitwiti (ä = AE, ö = OE, ü = UE) u karattri mhux alfanumeriċi bħall-ispazji jew is-slashes jitħallew barra. Jekk in-numri jew l-ittri jintwerew ħdejn xulxin, dawn jiġu sseparati b’punt (eż. 9 C 1023/12 isir 9C1023.12).
  3. Karattru distintiv addizzjonali b’żewġ ċifri (assenjat konsekuttivament minn 00 sa 99) jintuża dejjem meta jingħataw bosta deċiżjonijiet tal-istess tip bl-istess data u numru ta’ referenza.

Eżempju:
L-ECLI għad-deċiżjoni tas-Sitt Awla Manja għar-Reati Ekonomiċi tal-Qorti Reġjonali ta’ Stuttgart tas-26 ta’ Jannar 2015 bin-numru ta’ referenza 6 KLs 34 Js 2588/10 jiġi:

 

L-aħħar aġġornament: 08/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.