Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI

L-uffiċċju tal-informazzjoni legali u amministrattiva (Direction de l’information légale et administrative (DILA)) ġie nnominat bħala l-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għal Franza, mis-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern.

Kodiċi “tal-pajjiż”

Il-kodiċi “tal-pajjiż” ta’ Franza huwa: [FR]

Il-ħolqien ta' ECLI nazzjonali

Il-qrati supremi Franċiżi kkonċernati mis-sistema tal-ECLI huma:

  • Il-Kunsill Kostituzzjonali (Conseil constitutionnel);
  • il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation);
  • il-Kunsill tal-Istat (Conseil d'Etat).

L-ECLI huwa magħmul minn ħames partijiet, u l-ewwel tnejn minnhom huma dejjem l-istess għal Stat Membru:

ECLI:FR:{kodiċi_tal-qorti}:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}

Kull waħda minn dawn il-qrati adottat kodiċi tal-qorti kif ukoll regoli għall-ħolqien tan-numru ordinali.

Is-sena ta' meta tkun ingħatat id-deċiżjoni jkollha dejjem erba' karattri numeriċi (fil-format SSSS, pereżempju 2012).

1. Il-Kunsill Kostituzzjonali.

Il-kodiċi tal-qorti għall-Kunsill Kostituzzjonali huwa dejjem CC.

Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:

ECLI:FR:CC:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}

In-numru ordinali huwa magħmul minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:

  1. in-numru tas-serje tat-tip tad-deċiżjoni (dan in-numru jerġa' jibda min-numru 1 mal-bidu ta' kull sena);
  2. it-tip tad-deċiżjoni (DC, QPC, AN… ara l-lista ta' dawn it-tipi

Pereżempju:

l-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Ġimgħa, is-27 ta' Lulju 2012, Nru 2012-270 QPC ikun ECLI:FR:CC:2012:2012.270.QPC

2. il-Qorti tal-Kassazzjoni.

Il-kodiċi tal-qorti għall-Qorti tal-Kassazzjoni huwa dejjem CCASS.

Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:

ECLI:FR:CCASS:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}

In-numru ordinali jinkludi żewġ elementi li jinkitbu wara xulxin, mingħajr spazju:

  1. il-kodiċi ECLI, li jikkorrispondi ma' kull diviżjoni tal-qorti (żewġ karattri alfanumeriċi skont it-tabella ta' hawn taħt):
  2. AP ASSEMBLEA PLENARJA (ASSEMBLÉE PLÉNIÈRE)
    AV OPINJONI (AVIS)
    C1 IL-PRIM’AWLA ĊIVILI (PREMIÈRE CHAMBRE CIVILE)
    C2 IS-SEKOND’AWLA ĊIVILI (DEUXIÈME CHAMBRE CIVILE)
    C3 IT-TERZ’AWLA ĊIVILI (TROISIÈME CHAMBRE CIVILE)
    CO L-AWLA KUMMERĊJALI (CHAMBRE COMMERCIALE)
    CR L-AWLA KRIMINALI (CHAMBRE CRIMINELLE)
    MI L-AWLA KONĠUNTA (CHAMBRE MIXTE)
    OR ORDNI TAL-PRESIDENT (ORDONNANCE DU PREMIER PRÉSIDENT)
    SO L-AWLA SOĊJALI (CHAMBRE SOCIALE)

    Dan il-kodiċi huwa bbażat fuq l-użu ta' numru ta' amministrazzjoni interna, magħmul minn tmien karattri:

    karattru wieħed li jidentifika d-diviżjoni tal-qorti;

    żewġ karattri numeriċi li jindikaw is-sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni;

    ħames karattri numeriċi li jindikaw in-numru tas-serje għal dik is-sena, għad-diviżjoni tal-qorti inkwistjoni.

    Pereżempju: in-numru tar-rikors għas-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni fl-Awla Kriminali, tas-27 ta' Frar 2013, huwa 12-81.063 u n-numru tal-amministrazzjoni huwa C1300710. L-ewwel parti tan-numru ordinali ta' din is-sentenza se tkun CR, għall-Awla Kriminali (Chambre criminelle).

  3. L-aħħar ħames karattri numeriċi tan-numru tal-amministrazzjoni.
  4. Fl-eżempju li qed inġibu hawnhekk, it-tieni parti tan-numru ordinali se tkun 00710. Kollu f'daqqa, l-ECLI tas-sentenza mogħtija mill-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni fis-27 ta' Frar 2013 bin-numru tar-rikors 12-81063, ikun: ECLI:FR:CCASS:2013:CR00710.

3. Il-Kunsill tal-Istat

Il-Kunsill tal-Istat juża kodiċi tal-qorti li jidentifika t-tip ta' diviżjoni tal-qorti kkonċernata: l-għerq CE huwa segwit, mingħajr spazji, minn diversi ittri, kif indikat hawn isfel:

Assemblea (Assemblée) CEASS
Ordni (Ordonnance) CEORD
Diviżjoni tat-Tilwimiet (Section du contentieux) CESEC
Sottodiviżjoni li tiddeċiedi waħedha (Sous-section jugeant seule) CESJS
Sottodiviżjonijiet tal-imħallfin flimkien (Sous-sections reunies)

CESSR

Awla li tiddeċiedi waħedha (Chambre jugeant seule)

CECHS

Awla tal-imħallfin flimkien (Chambre réunies)

CECHR


Il-kodiċi CE waħdu ma jintużax.

Għaldaqstant, il-forma ġenerika hija:

ECLI:FR:CE…:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}

In-numru ordinali huwa magħmul ukoll minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:

  1. in-numru tat-talba tad-deċiżjoni;
  2. id-data ta' meta tingħata d-deċiżjoni, fil-format SSSSXXJJ.

Pereżempju:

L-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat Nru 355099, li ngħatat mit-tielet u mit-tmien subdiviżjoni tal-imħallfin kollha f'daqqa, fl-1 ta' Marzu 2013, ikun: ECLI:FR:CESSR:2013:355099.20130301

L-aħħar aġġornament: 04/08/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.