Il-Finlandja bħalissa qed timplimenta l-European Case Law Identifier fil-bażijiet ta' dejta legali kollha ta’ Finlex, il-bank ta’ dejta legali nazzjonali.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa Aki Hietanen, il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Finlandja, email: finlex@om.fi
Il-kodiċi tal-pajjiżi għall-Finlandja huwa: [FI]
Il-Finlandja bħalissa qed timplimenta l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika fil-bażijiet ta' dejta legali kollha ta’ Finlex, il-bank ta’ dejta legali nazzjonali. Il-proġett inbeda billi saru xi testijiet tal-użu tal-ECLI fil-bażijiet ta’ dejta tal-każistika tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Amministrattiva Suprema Finlandiżi. Bħalissa, anki l-bażijiet ta’ dejta tal-Qrati tal-Appell, tal-Qrati Amministrattivi u tal-Qrati Speċjali qed jużaw l-identifikatur ECLI. Fl-2013, il-metadejta fis-sentenza se tiġi mogħnija bil-metadejta tal-ECLI. Il-bażijiet ta’ dejta tal-każistika Finlex diġà qed jużaw il-metadejta tal-Inizjattiva dwar il-Qalba tal-Metadejta ta’ Dublin.
L-identifikatur ECLI se jintuża wkoll fil-bażi ta’ dejta Finlex bl-isem "Il-Każistika fil-Letteratura Legali". Il-bażi ta’ dejta tinkludi referenzi għal każistika li tinsab fil-letteratura legali Finlandiża mill-1926. Il-każistika hija magħmula minn sentenzi, pereżempju tal-Qorti Suprema Finlandiza, tal-Qorti Amministrattiva Suprema, tal-Qrati tal-Appell, tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Il-ħolqien ta’ ECLI nazzjonali
Il-Qorti Suprema ECLI:FI:KKO:2011:43
Il-Qorti Amministrattiva Suprema ECLI:FI:KHO:2011:85
- għal taqsiriet tal-kawżi (mhux it-test kollu) ECLI:FI:KHO:2010:T3764
Il-Qrati tal-Appell:
Il-Qorti Amministrattiva:
Il-Qorti tas-Sigurtà Soċjali ECLI:FI:VAKO:2010:757
Il-Qorti Industrijali ECLI:FI:TTO:2011:108
Il-Qorti tal-Liġi Kummerċjali ECLI:FI:MAO:2010:595
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.