Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Qorti Suprema (Nejvyšší soud)
Burešova 571/20, Brno - Veveří, kodiċi postali: 657 37
ir-Repubblika Ċeka
Tel.: +420 541 593 111
Faks.: +420 541 213 493
Kaxxa tad-dejta: kccaa9t
imejl: podatelna@nsoud.cz (jekk jogħġbok semmi l-ECLI fis-suġġett)
websajt: http://www.nsoud.cz/
Persuna ta' kuntatt: JUDr. Michal Malaník
Fir-Repubblika Ċeka l-identifikaturi ECLI ddaħħlu f'April 2012 biex jidentifikaw is-sentenzi tal-Qorti Suprema (Nejvyšší soud). Minn Marzu 2014 dan l-identifikatur beda jintuża wkoll għas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali (Ústavní soud). Is-sentenzi ta' dawn il-Qrati jistgħu jiġi mfittxijin permezz tal-identifikatur ECLI fil-websajts tal-qrati (is-Sentenzi tal-Qorti Suprema f'http://www.nsoud.cz/ u s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali f'http://nalus.usoud.cz/Search/Search.aspx).
[CZ]: il-kodiċi tal-pajjiż għar-Repubblika Ċeka.
[NS]: Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka).
[US]: Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka).
ECLI:CZ:NS:2012:spisová značka.1
[CZ] kodiċi tal-pajjiż (CZ għar-Repubblika Ċeka);
[NS] huwa l-kodiċi tal-qorti li tat is-sentenza (NS għall-Qorti Suprema);
[2012] tindika s-sena li fiha ngħatat is-sentenza;
[spisová značka] (in-mumru tal-kawża) ma fihx spazji vojta jew slashes bil-quddiem; dawn jinbidlu b'tikka;
numru [1] huwa n-numru ordinali ta' sentenza bl-istess numru tal-kawża. Dan in-numru ordinali jiżgura li l-istess identifikatur ECLI ma jintużax biex jidentifika aktar minn sentenza waħda minn qorti minnhom fl-istess sena.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.