Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Conteúdo fornecido por
Malta

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Il-Pulizija
Sit elettroniku: https://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspx

https://pulizija.gov.mt/en/Pages/Home.aspxL-aġenzija nazjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bzonn, Appoġġ
Sit elettroniku: http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx

http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspxId-Dipartiment tal-Ġustizzja - għal assistenza dwar kumpens għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'
Kuntatti:
Indirizz elettroniku: info.justicedepartment@gov.mt
Numru tat-telefon: +356 25674330
Indirizz: 21, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1443

Legal Aid Malta Agency
Sit elettroniku: https://mjcl.gov.mt/en/LegalAidMalta/Pages/home.aspx

Il-hotline għall-appoġġ tal-vittmi

Supportline 179

L-appoġġ għall-vittmi huwa bla ħlas?

Iva, l-appoġġ għall-vittmi jingħata bla ħlas.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi tal-Istat jew mill-awtoritajiet?

Inti għandek dritt tirċievi servizzi ta' appoġġ li jikkonsistu f'li ġej:

  1. informazzjoni, pariri u appoġġ rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi, inkluz aċċess għal skemi ta' kumpens għal ħsara kriminali u fuq ir-rwol tiegħek fil-proċeduri kriminali, inkluz il-preparazzjoni għall-attendenza waqt il-proċeduri;
  2. informazzjoni dwar jew referenza diretta għal kwalunkwe servizzi rilevanti ta' appoġġ li jkunu disponibbli;
  3. appoġġ emozzjonali, u fejn disponibbli, psikoloġiku;
  4. pariri marbutin ma' kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi;
  5. pariri relatati mar-riskju u l-prevenzjoni ta' vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, ta' intimidazzjoni u ta' ritaljazzjoni.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Minn għand il-Victim Support Malta tista' tirċievi support emozzjonali biex toħroġ mit-trawma ikkawzata mir-reat, informazzjoni legali dwar proċeduri kriminali relatati mal-vittmi ta' reati u għajnuna prattika bħal per ezempju assistenza fil-komunikazzjoni mal-Pulizija.
Sit elettroniku: http://victimsupport.org.mt/
St Jeanne Antide Foundation

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Observações

Use o formulário abaixo para nos transmitir as suas observações e dizer o que pensa sobre o novo sítio