Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Conteúdo fornecido por
Malta

X'informazzjoni se nirċievi mingħand l-awtorità wara li jseħħ ir-reat (pereż. mingħand il-pulizija, il-prosekutur pubbliku), iżda anki saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Mill-ewwel kuntatt mal-pulizija għandek tingħata l-informazzjoni li ġejja:

  1. It-tip ta' appoġġ li tista' tingħata u minn min;
  2. il-proċeduri kif isir ir-rapport dwar ir-reat u r-rwol tal-vittma fil-proċeduri relattivi;
  3. kif u taħt liema kundizzjonijiet tista' tingħata protezzjoni;
  4. kif u taħt liema kundizzjonijiet ikollok aċċess għal parir legali, għajnuna legali jew parir ieħor;
  5. kif u taħt liema kundizzjonijiet jista' jkollok aċċess għall-kumpens;
  6. kif u taħt liema kundizzjonijiet tkun intitolata għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni;
  7. jekk tkun residenti fi Stat Membru differenti minn dak fejn seħħ ir-reat, kull mizura, proċedura jew arranġamenti speċjali, li huma disponibbli sabiex jitħarsu l-interessi tiegħek f'Malta;
  8. il-proċeduri disponibbli biex jitressqu lmenti meta d-drittijiet tiegħek bħala vittma ma jkunux rispettati mill-Pulizija;
  9. id-dettalji ta' kuntatt għall-komunikazzjonijiet dwar il-kaz tiegħek;
  10. is-servizzi ta' ġustizzja riparatriċi disponibbli;

kif u taħt liema kundizzjonijiet tista' tiġi rimborzat/a għal spejjez li għamilt biex tieħu sehem fil-proċess kriminali

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma mħarsa d-drittijiet tiegħi?

Bħala vittma ta' reat li seħħ fi Stat Membru ieħor, jekk tkun tgħix f'Malta għandek dritt tirraporta r-reat lill-pulizija f'Malta.  Ladarba tagħmel ir-rapport, il-pulizija f'Malta huma marbutin li jibgħatu mingħajr dewmien ir-rapport lill-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat, sakemm ma jkunux bdew il-proċeduri huma.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni se nirċievi?

Meta tirraporta reat għandek tingħata mill-pulizija rikonoxximent bil-miktub tar-rapport tiegħek, li fih ikun hemm dikjarati l-elementi baziċi tar-reat in kwistjoni.  barraminnhekk, għandek dritt, fuq talba tiegħek, li tirċievi informazzjoni dwar:

  1. kwalunkwe deċizjoni li ma titkompliex jew li twaqqaf investigazzjoni jew li ma jittieħdux passi kontra t-trasgreesur
  2. il-ħin u l-post tal-proċess kriminali, u n-natura tal-akkuzi kontra t-trasgressur
  3. kwalunkwe sentenza finali fil-proċess
  4. informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-proċeduri kriminali
  5. ir-rilaxx jew ħarba mid-detenzjoni tat-trasgressur u dwar kwalunkwe mizura maħruġa għall-protezzjoni tiegħek f'kaz ta' rilaxx jew ħarba tat-trasgressur

Fil-kazijiet kontemplati f'a u ċ inti għandek tingħata r-raġunijiet jew sommarju tar-raġunijiet li wasslu għad-deċizjoni in kwistjoni.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni libera jew ta' traduzzjoni (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-pulizija għandhom jizguraw li inti qed tifhem u qed tiġi mifhum/a.  jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bil-Malti jew bil-Ingliz, inti għandek dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni f'lingwa li tifhem.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)

Il-komunikazzjoni trid issir b'lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli u għandhom jiġu rispettati l-karatteristiċi personali tiegħek inkluz kwalunkwe dizabbilta' li tista' taffettwa l-abbilta' tiegħek biex tifhem jew tinftiehem. Barraminnhekk, inti għandek dritt li tieħu miegħek persuna tal-għazla tiegħek fl-ewwel kuntatt mal-pulizija, jekk minħabba l-impatt tar-reat inti jkollok bzonn l-għajnuna biex tifhem jew tinfthiem.  meta l-vittma tkun dizabbli jew minorenni, il-pulizija dejjem jitolbu l-assistenza tas-social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u jekk tinħass il-ħtieġa tista' titlob ukoll għall-assistenza ta' professjonisti oħra fil-qasam.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jagħti appoġġ lill-vittmi? Il-pulizija se tibgħatni awtomatikament għand is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Mal-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija huma jagħtuk informazzjoni dwar it-tip ta' appoġġ li tista' tikseb u minn min, inkluz appoġġ mediku, appoġġ psikoloġiku u saħansitra akkomodazzjoni alternattiva.  Barraminnhekk, il-Pulizija għandhom jirreferuk għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi, mingħajr dewmien.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Is-servizz ta' appoġġ jingħata b'mod kunfidenzjali

Għandi nirrapporta reat qabel ma jista' jkolli aċċess għal servizzi ta' appoġġ għall-vittmi?

Inti jista' jkollok aċċess għal dawn is-servizzi anki jekk qabel ma tkun irraportajt formalment ir-reat

Il-protezzjoni personali jekk inkun f'periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hemm disponibbli?

Il-pulizija għandha mill-ewwel tizgura li inti tineħħa mill-periklu, jekk wara l-evalwazzjoni li ssir jirrizulta li inti fil-periklu.  Jekk il-pulizija tikkonkludi li min ikun wettaq ir-reat ikun persuna perikoluza, hi tista' tarresta t-trasgressur u ttella' l-kaz quddiem il-qorti b'urgenza u titlob lill-qorti biex tordna li jinzamm detenut.

Inti tista' wkoll titlob lill-uffiċjal tal-pulizija inkarigat mill-kaz tieghek biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi.  Tkun trid tiddikjara li tkun se tixhed kontra min ikun wettaq ir-reat waqt is-smigħ tal-qorti.  Jekk l-uffiċjal tal-pulizija jkun konvint li x-xhieda tiegħek jew provi oħra li jkollok ikunu importanti għall-kaz, huwa jitlob lill-Avukat Ġenerali biex ipoġġik fi programm għall-protezzjoni tal-vittmi.  Il-programm jista' jkopri wkoll lil membri tal-familja tieghek u qraba ohrajn.  Normalment ikun jikkonsisti f'mizuri li jiggarantixxu s-sikurezza personali tiegħek u/jew jipproteġu l-propjeta' tiegħek.

Min jista' joffrili protezzjoni?

Il-Pulizija

Xi ħadd se jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk għadnix fil-periklu mit-trasgressur?

Iva l-pulizija jagħmlu din l-evalwazzjoni

Xi ħadd se jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f'riskju ta' periklu ieħor mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (waqt l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk waqt il-proċeduri fil-Qorti jirrizulta li għad hemm periklu, il-pulizija tista' titlob lill-qorti sabiex toħroġ ordni ta' protezzjoni fil-konfront tiegħek u l-familjari tiegħek.

X'tip ta' protezzjoni hija disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

F'kazijiet ta' vjolenza domestika l-vittmi jingħataw rifuġju f'xelters apposta

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk int minorenni, ir-rapport dwar ir-reat jista' jsir minn ġenitur jew tutur.

Bħala minorenni, f'kaz li l-ġenitur jew kustodji tiegħek ma jistgħux jirraprezentawk minħabba kunflitt ta' interessi jew jekk inti m'intix akkumpanjat jew int separat mill-familjatiegħek, il-qorti minn jedda taħtar avukat tat-tfal jew avukat tal-għajnuna legali biex jirraprezenta l-interessi tiegħek.

Membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Inti titqies bħala vittma u għandek l-istess drittijiet tal-vittmi ta' reat

Membru tal-familja tiegħi kien vittma ta' reat – x’inhuma drittijieti?

Inti tista' tagħmel ir-rapport minflok il-vittma jekk hu konjuġi, ġenitur, wild, ħuk jew int tutur tiegħu.

Jista' jkolli aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur waqt il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq ir-reat tkun disponibbli waqt il-proċeduri kriminali meta t-trasgressur jammetti jew jinstab ħati.  F'kaz ta' ammissjoni jew sejba ta' ħtija, hemm diversi modi kif medjazzjoni tkun tista' tiġi aċċessata tramite l-Qrati tal-Ġustizzja.  Aċċess għas-servizz ta' medjazzjoni jista' jingħata billi ssir talba lill-Qorti, permezz ta' rikors, mill-prosekutur u/jew l-avukat difensur u/jew l-uffiċjal tal-probation, sabiex il-kaz jgħaddi għall-medjazzjoni.

Jekk il-Qorti tilqa' t-talba, il-kaz jiġi rinvjat lill-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u min Wettaq ir-Reat (Kumitat) fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u Parole, liema kumitat, wara li jezamina l-informazzjoni kollha rilevanti, jiddeċiedi jekk il-kaz għandux jgħaddi għall-medjazzjoni jew le.  Jekk il-Kumitat jiddeċiedi li jgħaddi l-kaz għall-medjazzjoni, l-kaz jiġi assenjat lill-medjatur.  Il-medjatur jikkuntattja kemm lill-vittma kif ukoll lil min wettaq ir-reat u jiltaqa' magħhom individwalment bl-iskop li ssir it-tielet laqgħa li għaliha jattendu z-zewġ partijiet.  Biex isir il-proċess ta' medjazzjoni, il-medjatur għandu jizgura li z-zewġ partijiet ser jibbenefikaw mill-proċess u li m'hemmx riskju ta' vittimizzazzjoni sekondarja.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tistipula d-drittijiet tiegħi?

Il-liġi li tistipula d-drttijiet tiegħek hi l-Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalita' - Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta' Malta -

Kwantu għall-medjazzjoni l-liġi applikabbli hi l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi - Kapitolu 516 tal-Liġijiet ta' Malta

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Observações

Use o formulário abaixo para nos transmitir as suas observações e dizer o que pensa sobre o novo sítio