- X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)
- Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?
- Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem? B'liema kundizzjonijiet?
- Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?
- Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?
- Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?
X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)
Il-proċedura legali biex titlob kumpens mingħand it-trasgressur hija li tiftaħ kawza ċivili għad-danni kontrih, sakemm ma jkunx hemm diġa' xi ordni ta' ħlas mit-trasgressur lill-vittma maħruġa mill-qorti kriminali.
Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?
Meta jkun hemm ordni bħal dik, inti jkollok dritt tezegwixxi dik l-ordni daqslikieku kellek favur tiegħek deċizjoni tal-qorti ċivili bil-konsegwenza li tkun tista' saħansitra tipproċedi billi titlob ħruġ ta' mandati ta' qbid u sekwestru.
Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem? B'liema kundizzjonijiet?
Jekk it-trasgressur ma jħallasx, allura hemm possibilita' li l-Gvern iħallas lill-vittma bil-quddiem taħt ċertu kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti fid-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali.
Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?
Iva għandek dritt titlob kumpens mingħand l-Istat taħt skema għal ħsara kkawzata mill-kriminalita'.
http://www.justiceservices.gov.mt/DownloadDocument.aspx?app=lom&itemid=8983&l=2
formola Elettronika disponibbli: https://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=pjd010m
Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?
Hemm jedd għal kumpens anke meta t-tragressur ma jinstabx ħati jew ma jkunx magħruf.
Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?
Eċċezzjonalment, jista' jkun hemm pagament t'emerġenza sakemm tiġi finalment deċiza t-talba għall-kumpens.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.