Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku huma meħtieġa jinfurmawk dwar:
Innota li l-informazzjoni ta’ hawn fuq ser tiġi pprovduta wara rapport tal-pulizija. Iżda ovvjament tista’ tirreferi għall-informazzjoni dwar, pereżempju, is-sit web tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndighet) qabel tippreżenta rapport tal-pulizija.
Jekk inti ċittadin barrani u kont il-vittma ta’ reat fl-Iżvezja, inti intitolat għall-istess informazzjoni bħal ċittadin Żvediż (ara hawn fuq). Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni jekk ma titkellimx bl-Iżvediż.
Jekk kont il-vittma ta’ reat f’pajjiż ieħor, l-awtoritajiet f’dak il-pajjiż huma responsabbli sabiex jinfurmawk dwar id-drittijiet tiegħek. Ara aktar informazzjoni dwar id-drittijiet fi Stati Membri oħrajn tal-UE hawnhekk.
Il-pulizija u l-prosekutur pubbliku huma meħtieġa jinfurmawk dwar:
Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni jekk ma titkellimx bl-Iżvediż.
Inti għandek id-dritt għal servizzi ta’ interpretu jekk għandek diżabbiltà li tfisser li inti trux, għandek diffikultà ta’ smigħ jew impediment tat-taħdit.
L-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten) ipproduċiet materjal ta’ informazzjoni ddisinjat b’mod speċjali għat-tfal. Żur https://www.jagvillveta.se/ għad-dettalji dwar id-drittijiet tiegħek f’każ ta’ reat.
Il-pulizija jipprovdu wkoll informazzjoni maħsuba b’mod speċjali għat-tfal: https://polisen.se/Utsatt-for-brott/Olika-typer-av-brott/Barn-och-ungdomar/
Bħala l-vittma ta’ reat, inti tista’ tikseb appoġġ minn ħafna assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ. Is-servizzi soċjali fil-muniċipalità tiegħek huma wkoll meħtieġa mil-liġi li jiżguraw li l-vittmi ta’ reati u l-familji tagħhom jirċievu appoġġ u assistenza.
Meta tirrapporta reat, il-pulizija tinfurmak dwar l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ u assistenza. Bil-kunsens tiegħek, f’xi każijiet, il-pulizija jgħaddu d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek lil, pereżempju, linja telefonika ta’ appoġġ għall-vittmi, li min-naħa tagħha mbagħad tikkuntattjak. Tista’ wkoll tagħmel kuntatt minn jeddek ma’ organizzazzjoni li tipprovdi appoġġ.
Jekk titlob appoġġ mis-servizzi soċjali, il-każ tiegħek jiġi ttrattat b’mod kunfidenzjali. In-nies li jaħdmu fil-ħin tagħhom għal organizzazzjoni volontarja li tappoġġja lill-vittmi ta’ reati jintrabtu b’ġurament tas-segretezza. Tista’ wkoll tibqa’ anonimu meta tikkuntattja organizzazzjoni bħal din.
Le, ma għandekx bżonn tagħmel dan.
Hemm ħafna tipi ta’ protezzjoni disponibbli għall-vittmi ta’ reati:
Ordni ta’ trażżin (kontaktförbud) hija maħsuba sabiex tevita sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu perikolużi għall-vittmi. L-ordnijiet ta’ trażżin inħarġu u ntużaw prinċipalment sabiex jipproteġu lin-nisa minn theddid u fastidju minn ex-konjuġi jew sieħeb, iżda jistgħu jinħarġu wkoll sabiex jipproteġu lit-tfal u lil persuni vulnerabbli oħrajn. Ordni ta’ trażżin tfisser li l-persuna li qed theddek u tagħtik fastidju tiġi pprojbita milli żżurek jew tikkuntattjak b’xi mod ieħor, pereżempju, permezz ta’ ittra, messaġġ testwali jew bit-telefon, jew inkella billi tgħaddilek messaġġ mal-ħbieb. Hija tista’ tiġi estiża wkoll f’ordni sabiex tali persuna ma tersaqx lejn darek, il-post tax-xogħol tiegħek jew post ieħor li tiffrekwenta.
Ordni ta’ trażżin tista’ tkopri wkoll lil xi ħadd li jgħix mal-persuna li tkun qed tiġi mhedda. Sabiex tkun tista’ tinħareġ ordni bħal din, bil-għan li jitwaqqaf is-sors tat-theddid mid-dar konġunta, irid ikun hemm riskju għoli ta’ reat kontra l-ħajja, is-saħħa, il-libertà jew is-sikurezza tas-sieħeb / sieħba.
Il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi dwar l-ordnijiet ta’ trażżin. Jekk il-prosekutur ma joħroġx ordni bħal din, inti tista’ titlob sabiex il-materji titressaq quddiem il-qorti distrettwali (tingsrätt). Kull min ma jobdix tali ordni jista’ jiġi kkundannat iħallas multa jew jingħata sentenza sa sena priġunerija.
Jista’ jkun meħtieġ li n-nisa u t-tfal li kienu soġġetti għal vjolenza domestika jkollhom joħorġu minn djarhom għal xi żmien. Id-djar ta’ kenn jiġu pprovduti kemm mill-muniċipalitajiet kif ukoll minn dawk li jipprovdu rifuġju għan-nisa. Ikkuntattja lis-servizzi soċjali fil-muniċipalità tiegħek jew ċentru tan-nisa lokali għal aktar informazzjoni.
Jekk għandek bżonn iżżomm l-indirizz tiegħek sigriet minħabba theddid jew forom oħrajn ta’ fastidju, jista’ jkollok kodiċi mdaħħal fir-reġistru tal-popolazzjoni għal kontroll speċjali tas-segretezza (sekretessmarkering). Il-kodiċi jiddaħħal ukoll f’reġistri pubbliċi oħrajn, bħar-reġistru tal-vetturi u l-liċenzji tas-sewqan. Ġeneralment, il-klassifikazzjoni tiġi riveduta kull sena.
Mod ieħor ta’ kif tiġi protetta d-data personali huwa li persuna mhedda li tkun iċċaqilqet jew li jkollha l-ħsieb li tagħmel dan tibqa’ fir-reġistru tal-popolazzjoni fl-indirizz antik tagħha (kvarskrivning). Tista’ tibqa’ rreġistrat fl-indirizz antik tiegħek sa tliet snin wara li tiċċaqlaq.
It-talbiet għal data personali protetta fil-forma ta’ kodifikazzjoni tas-segretezza u l-użu ta’ indirizzi antiki għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju tat-taxxa lokali fejn inti rreġistrat. Huwa importanti li tgħid li għandek data personali protetta meta titkellem mal-awtoritajiet. Trid toqgħod ukoll attent ħafna meta tittratta ma’ organizzazzjonijiet, kumpaniji u oħrajn.
Mod ieħor ta’ kif ittejjeb il-protezzjoni jista’ jkun li tbiddel ismek. Tista’ taqleb għall-kunjom ta’ ġenitur billi tinnotifika lill-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket). Bidla għal kwalunkwe kunjom ieħor teħtieġ l-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Żvediż tal-Privattivi u r-Reġistrazzjonijiet (Patent- och registreringsverket).
Għal xi nies, it-theddida tant tkun serja li jista’ jkun meħtieġ li jintuża ‘pakkett ta’ sigurtà’. Il-pakkett fih sistema ta’ telefon ċellulari u allarm u jista’ jiġi missellef mill-awtorità tal-pulizija lokali soġġett għal reviżjoni speċifika.
Fejn ikun hemm theddida ta’ reat serju kontra l-ħajja, is-saħħa jew il-libertà tiegħek, jew fejn miżuri ta’ sikurezza oħrajn ma jinħassux li jipprovdu biżżejjed protezzjoni, inti tista’ titħalla tuża dettalji personali fittizji (jiġifieri ivvintati). It-talbiet sabiex tintuża data personali fittizja għandhom isiru lill-pulizija.
F’każijiet eċċezzjonali, meta miżuri oħrajn ma jkunux qegħdin jaħdmu, il-persuni mhedda li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ kawża fil-qorti jistgħu jidħlu fil-programm speċjali ta’ protezzjoni tax-xhieda mmexxi mill-pulizija.
Skont it-tip ta’ protezzjoni, organizzazzjonijiet differenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar il-protezzjoni. Ara t-taqsima ta’ hawn fuq.
Sabiex jiddeterminaw il-ħtieġa tiegħek għal miżuri protettivi speċjali matul l-inkjesti tal-pulizija u l-proċedimenti tal-qorti, il-pulizija għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sikurezza individwali mill-aktar fis possibbli. Din tikkunsidra s-severità tar-reat u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Jekk għandek inqas minn 18-il sena, inti dejjem titqies bħala li teħtieġ protezzjoni speċjali.
Is-servizzi soċjali għandhom ukoll it-tendenza li jużaw metodi ta’ valutazzjoni speċjali sabiex jeżaminaw ir-riskju ta’ espożizzjoni mġedda għal vjolenza minn trasgressur li tkun qed tgħix miegħu.
Sabiex jiddeterminaw il-ħtieġa tiegħek għal miżuri ta’ protezzjoni speċjali matul l-inkjesti tal-pulizija u l-proċedimenti tal-qorti, il-pulizija għandhom jagħmlu valutazzjoni tas-sikurezza individwali mill-aktar fis possibbli. Din tikkunsidra s-severità tar-reat u ċ-ċirkostanzi personali tiegħek. Jekk għandek inqas minn 18-il sena, inti dejjem titqies bħala li teħtieġ protezzjoni speċjali.
L-aktar miżuri protettivi estensivi fil-każ ta’ reat serju huma d-dettalji personali fittizji u l-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda (ara hawn fuq).
Is-servizzi soċjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li persuna minorenni li kienet vittma ta’ reat, flimkien mal-qraba tagħha, jirċievu l-għajnuna u l-appoġġ li jeħtieġu. Is-servizzi soċjali għandhom jiftakru wkoll li persuna minorenni li kienet xhud ta’ vjolenza jew abbuż ieħor kontra qarib huwa wkoll il-vittma ta’ reat, u għandhom jiżguraw li l-persuna minorenni tirċievi l-għajnuna u l-appoġġ li teħtieġ.
Is-servizzi soċjali huma responsabbli wkoll sabiex jipprovdu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun il-vittma ta’ reat. Hemm ukoll assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ iddedikati sabiex jagħtu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun miet minħabba reat.
Is-servizzi soċjali huma responsabbli wkoll sabiex jipprovdu appoġġ lill-qraba meta membru tal-familja jkun il-vittma ta’ reat. Ħafna mill-miżuri protettivi deskritti hawn fuq jistgħu japplikaw ukoll għalik jekk ikollok qraba li kienu vittmi ta’ reat. Ħafna mill-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ joffru wkoll appoġġ lill-qraba.
Medjazzjoni tfisser li l-vittma u l-awtur tar-reat jiltaqgħu sabiex jiddiskutu dak li ġara ma’ medjatur imparzjali. Meta l-awtur tar-reat ikollu inqas minn 21 sena, il-muniċipalità tkun meħtieġa li toffri medjazzjoni.
Kundizzjoni għall-medjazzjoni hija li r-reat irid ikun rikonoxxut. Iż-żewġ partijiet għandhom ikunu jridu jipparteċipaw ukoll. Il-medjazzjoni tista’ twassal għal ftehim, pereżempju, dwar kif għandhom jaġixxu l-partijiet fil-laqgħat futuri ma’ xulxin, sabiex b'hekk tagħti ċerta riassigurazzjoni lill-vittmi.
Huma possibbli wkoll ftehimiet dwar il-kumpens finanzjarju għad-danni, iżda dawn jistgħu jwasslu għal problemi, b’mod partikolari fejn ikun hemm diversi awturi ta’ reati, somom kbar jew danni personali involuti. Ikkuntattja lill-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten) jekk għandek xi mistoqsijiet dwar dawn il-ftehimiet. Jekk tidħol fi ftehim dwar kumpens finanzjarju, tista’ titlef id-dritt li titlob għal kumpens għall-vittmi ta’ reati.
Il-medjatur maħtur (li jrid ikun kompetenti, onest u imparzjali) huwa responsabbli sabiex jiżgura li l-medjazzjoni tipproċedi b’mod sikur għalik.
Lista ta’ atti u regolamenti importanti tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Appoġġ u Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.