B’mod ġenerali, bħala vittma, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent mis-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż qabel ma tirrapporta r-reat, inti għandek id-dritt li tirċievi protezzjoni, informazzjoni, appoġġ, assistenza u kura.
Inti tista’ titlob lill-awtoritajiet jew lill-uffiċjali li tikkuntattja fil-bidu sabiex jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito), fejn huma jassistuk mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, anki jekk qabel ma tkunx irrapportajt ir-reat.
Tista’ wkoll tkun akkumpanjat(a) minn persuna tal-għażla tiegħek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali.
Barra minn hekk, bħala vittma, inti għandek id-dritt li tifhem u tinftiehem fi kwalunkwe azzjoni li tkun twettqet ladarba jkun ġie rrapportat ir-reat, inkluża l-informazzjoni qabel jiġi ppreżentat ir-rapport, bl-interpretazzjoni tiġi pprovduta f’lingwi tas-sinjali rikonoxxuti legalment, kif ukoll mezzi ta’ appoġġ għal komunikazzjoni orali f’każijiet fejn meħtieġa.
Il-komunikazzjoni kollha, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għandha ssir b’lingwaġġ ċar, sempliċi u aċċessibbli u tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet personali tiegħek, speċjalment jekk għandek xi diżabilità sensorja, intellettwali jew mentali jew jekk inti minorenni.
L-informazzjoni li għaliha inti intitolat bħala vittma u li tiġi pprovduta lilek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent tas-servizzi ta’ assistenza u appoġġ tikkonċerna prinċipalment:
Jekk ikollok bżonnha, tista’ tirċievi wkoll informazzjoni dwar is-servizzi ta’ interpretar u traduzzjoni, kif ukoll l-għajnuniet u s-servizzi ta’ komunikazzjoni disponibbli.
Jekk mintix residenti fi Spanja, inti intitolat li tirċievi informazzjoni dwar il-proċedura sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek.
Jekk inti vittma ta’ reat u tirrisjedi fi Spanja, ser tkun tista’ tirrapporta l-atti kriminali li jkunu twettqu f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea lill-awtoritajiet Spanjoli.
F’każ li l-awtoritajiet Spanjoli jiddeċiedu li ma jkomplux bl-investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ ġurisdizzjoni, huma għandhom jibagħtu minnufih ir-rapport lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat fejn twettqu l-atti u jinformawk b’dan bħala l-ilmentatur.
Jekk inti ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE u ordinarjament residenti fi Spanja u r-reat li tkun vittma tiegħu jkun twettaq fi Stat Membru tal-UE minbarra Spanja (vittma ta’ reat f’sitwazzjonijiet transfruntiera), tista’ tmur fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, li jistgħu jipprovdulek informazzjoni dwar il-proċedimenti legali li għandhom jiġu segwiti fil-pajjiż fejn twettaq ir-reat u dwar il-kumpens li għalih tista’ tkun intitolat. Jekk ikun reat terroristiku, għandek tikkuntattja lid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għall-Vittmi tat-Terroriżmu fi ħdan il-Ministeru tal-Intern (Dirección General de Apoyo a las Víctimas del Terrorismo del Ministerio del Interior).
Jekk inti ċittadin mhux residenti fi Spanja, jista’ jkollok id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-pulizija jistgħu jipprovdulek formola bil-lingwa tiegħek sabiex tirrapporta r-reat, kif ukoll aċċess għal interpretu bit-telefon jew personalment. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu, li jikkoordina mal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità. Barra minn hekk, jekk mintix residenti fi Spanja, inti intitolat li tirċievi informazzjoni dwar il-proċedura sabiex teżerċita d-drittijiet tiegħek.
Jekk inti benefiċjarju ta’ ordni ta’ protezzjoni maħruġa fi Stat Membru, tista’ titlob ordni ta’ protezzjoni Ewropea. Bl-użu ta’ proċess issimplifikat u mgħaġġel, inti tingħata protezzjoni permezz ta’ miżura ta’ protezzjoni ġdida meħuda mill-Istat Membru li lejh tkun qed tivvjaġġa jew tiċċaqlaq.
Fil-mument li tkun qed tirrapporta reat, inti għandek id-dritt li tirċievi kopja debitament iċċertifikata tar-rapport. Ser ikollok ukoll id-dritt li tingħata assistenza lingwistika bla ħlas u traduzzjoni bil-miktub tal-kopja tar-rapport li tippreżenta, jekk ma tifhimx jew ma titkellimx xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn jiġi rrapportat ir-reat.
Ser tkun intitolat ukoll li tirċievi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:
Barra minn hekk, ser tiġi informat bid-data, il-ħin u l-post tal-proċess, kif ukoll is-sustanza tal-akkużi kontra t-trasgressur.
Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, ser tiġi nnotifikat bid-deċiżjonijiet li t-trasgressur jinżamm arrestat jew li sussegwentement jinħeles mill-arrest, kif ukoll il-ħarba possibbli tat-trasgressur mill-kustodja, minbarra dawk li japprovaw miżuri ta’ prekawzjoni personali jew li jemendaw il-miżuri diġà miftiehma, fejn dawn ikunu maħsuba sabiex jiżguraw is-sikurezza tiegħek, mingħajr ma jkollok bżonn titlobhom, ħlief fi kwalunkwe każ fejn tesprimi x-xewqa li ma tirċevix dawn in-notifiki.
Inti ser tkun tista’ wkoll tikseb aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali. Tista’ tiġi riferut għal dawn l-Uffiċċji, fejn meħtieġ, skont is-serjetà tar-reat jew meta titlob dan.
Fejn ir-reati inkwistjoni jkunu kkawżaw dannu partikolarment serju, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jistgħu jestendu għall-membri tal-familja tiegħek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza. Għaldaqstant, il-membri tal-familja huma definiti bħala l-persuni marbuta miegħek biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).
Jekk inti ċittadin mhux residenti fi Spanja, jista’ jkollok id-dritt għal servizz ta’ interpretu mingħajr ħlas, jekk ma titkellimx bl-Ispanjol jew bil-lingwa reġjonali rispettiva. Il-pulizija jistgħu jipprovdulek formola bil-lingwa tiegħek sabiex tirrapporta r-reat, kif ukoll aċċess għal interpretu bit-telefon jew personalment. Il-qrati għandhom servizz ta’ interpretu, li jikkoordina mal-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.
L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek informazzjoni dwar id-dritt tiegħek għal assistenza lingwistika mingħajr ħlas u għat-traduzzjoni bil-miktub tal-kopja tar-rapport jekk ma tifhimx jew ma titkellimx b’xi waħda mil-lingwi uffiċjali fil-post fejn tirrapporta r-reat.
B’mod partikolari, inti għandek id-dritt:
Dan id-dritt japplika wkoll jekk ikollok nuqqas ta’ smigħ jew diffikultajiet fit-taħdit;
Tista’ titlob li t-traduzzjoni tkun tinkludi sommarju qasir tar-raġunijiet tad-deċiżjoni meħuda;
L-assistenza minn interpretu tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ konferenza bil-vidjo jew kwalunkwe mezz ta’ telekomunikazzjoni, sakemm l-imħallef jew il-qorti, ex officio jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, ma jaqblux li l-interpretu jkun fiżikament preżenti sabiex jissalvagwardja d-drittijiet tiegħek.
It-traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti tista’ tiġi sostitwita, b’mod eċċezzjonali, b’sommarju orali tal-kontenut tagħhom b’lingwa li tifhem sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja tal-proċedimenti.
Jekk tixtieq li l-azzjonijiet tal-pulizija jiġu interpretati jew tradotti u dan is-servizz ma jiġix ipprovdut, tista’ tappella mal-imħallef li jeżamina. L-appell jitqies bħala li tressaq mill-mument li fih tkun esprimejt in-nuqqas ta’ qbil tiegħek maċ-ċaħda tas-servizz ta’ interpretar jew traduzzjoni mitlub minnek.
B’mod ġenerali, bħala vittma, mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet jew mal-uffiċjali u matul l-intervent mis-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, inkluż qabel ma tirrapporta r-reat, għandek id-dritt li tirċievi protezzjoni, informazzjoni, appoġġ, assistenza u kura.
Inti tista’ titlob lill-awtoritajiet jew lill-uffiċjali li tikkuntattja fil-bidu sabiex jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, fejn huma jassistuk mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, anki jekk qabel ma tkunx irrapportajt ir-reat.
Tista’ wkoll tkun akkumpanjat(a) minn persuna tal-għażla tiegħek mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet u l-uffiċjali.
Barra minn hekk, għandek id-dritt li tifhem u tinftiehem fi kwalunkwe azzjoni li tkun twettqet ladarba jkun ġie rrapportat ir-reat, inkluża l-informazzjoni qabel jiġi ppreżentat ir-rapport, bl-interpretazzjoni tiġi pprovduta f’lingwi tas-sinjali rikonoxxuti legalment, kif ukoll mezzi ta’ appoġġ għal komunikazzjoni orali f’każijiet fejn meħtieġa.
Il-komunikazzjoni kollha, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għandha ssir b’lingwaġġ ċar, sempliċi u aċċessibbli u tqis il-karatteristiċi u l-ħtiġijiet personali tiegħek, speċjalment jekk għandek xi diżabilità sensorja, intellettwali jew mentali jew jekk inti minorenni.
Jekk inti vittma tal-kriminalità, għandek id-dritt li tikseb aċċess, mingħajr ħlas u b’mod kunfidenzjali, għas-servizzi ta’ assistenza u appoġġ ipprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.
L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huwa servizz multidixxiplinarju pubbliku pprovdut mingħajr ħlas sabiex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-vittmi, imwaqqaf mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Hemm Uffiċċji fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.
L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek appoġġ komprensiv, ikkoordinat u speċjalizzat bħala vittma tal-kriminalità, filwaqt li jissodisfaw il-ħtiġijiet legali, psikoloġiċi u soċjali speċifiċi tiegħek.
Jekk inti vittma tat-terroriżmu, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional), għalkemm tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-provinċja tiegħek jekk tixtieq. L-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mbagħad jikkoordina mal-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali.
Id-dritt ta’ aċċess ikompli waqt l-intervent tas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza u, fejn xieraq, tas-servizzi tal-ġustizzja restorattiva, matul il-proċedimenti kriminali kollha u għal perjodu ta’ żmien xieraq wara li jintemmu, irrispettivament minn jekk l-identità tat-trasgressur tkunx magħrufa u mill-eżitu tal-proċedimenti, inkluż iż-żmien qabel jiġi rrapportat ir-reat.
Fejn ir-reati inkwistjoni jkunu kkawżaw dannu partikolarment serju, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jistgħu jestendu għall-membri tal-familja tiegħek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza. Għaldaqstant, il-membri tal-familja huma definiti bħala l-persuni marbuta miegħek biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).
Jekk għandek tfal taħt l-età jew inti minorenni soġġett għal tutela, il-kustodja ta’ vittma femminili ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew minn persuni li huma vittmi ta’ vjolenza domestika, ser tkun intitolat(a) għall-miżuri speċifiċi ta’ assistenza u protezzjoni stabbiliti bil-liġi.
Barra minn hekk, jekk int vittma ta’ reati terroristiċi jew vjolenza abbażi ta’ sess jew jekk inti minorenni, ser ikollok ukoll id-drittijiet rikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni speċifika għal kull tip ta’ reat.
L-uffiċjali tal-pulizija tal-Istat u, fejn xieraq, il-pulizija tal-komunità awtonoma fejn ikun seħħ ir-reat, ser iwettqu valutazzjoni individwali inizjali tas-sitwazzjoni tiegħek meta tirrapporta r-reat, sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet tal-protezzjoni tiegħek u jidentifikawk, jekk applikabbli, bħala vittma vulnerabbli. Matul din il-valutazzjoni inizjali, inti ser tirċievi informazzjoni dwar il-possibbiltà li tmur f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.
Kwalunkwe awtorità jew uffiċjal li jiġu f’kuntatt miegħek iridu jirreferuk għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, fejn ikun meħtieġ, skont is-serjetà tar-reat jew, fi kwalunkwe każ, meta inti titlob dan.
L-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, għandu jkun kunfidenzjali fil-każijiet kollha.
L-informazzjoni li tipprovdi lill-uffiċjali tal-pulizija jew lil kwalunkwe awtorità jew uffiċjal li jassistuk mill-ewwel mument tista’ tingħata biss lil servizzi oħrajn ta’ appoġġ u assistenza, bħalma huma l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, bil-kunsens minn qabel u informat tiegħek.
Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu biss jipprovdu l-informazzjoni li rċevew dwarek lil partijiet terzi bil-kunsens minn qabel u informat tiegħek.
Fir-rigward tal-isfera ġudizzjarja, l-imħallfin, il-qrati, il-prosekuturi pubbliċi u awtoritajiet u uffiċjali oħrajn inkarigati mill-investigazzjoni kriminali, kif ukoll oħrajn li huma involuti bi kwalunkwe mod fil-proċedimenti jew li jieħdu sehem fihom, ser jieħdu l-miżuri meħtieġa, f’konformità mal-liġi, sabiex jipproteġu l-privatezza tiegħek u dik tal-membri tal-familja tiegħek u, b’mod partikolari, sabiex jipprevjenu t-tixrid ta’ kwalunkwe informazzjoni li tista’ tiżvela l-identità tiegħek jekk inti vittma taħt l-età jew persuna b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali.
Barra minn hekk, l-awtorità ġudizzjarja tista’ tipprojbixxi l-kisba, id-divulgazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta’ immaġnijiet tiegħek jew ta’ membri tal-familja tiegħek, speċjalment jekk inti vittma taħt l-età jew persuna b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali.
Kull vittma għandha dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità mingħajr ħlas u fuq bażi kunfidenzjali.
L-aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza mhux ser ikun kondizzjonali fuq ir-rapportar ta’ reat minn qabel.
L-awtoritajiet u l-uffiċjali inkarigati mill-investigazzjoni, mill-prosekuzzjoni u mill-proċess tar-reati ser jieħdu l-miżuri meħtieġa stabbiliti mil-liġi sabiex jissalvagwardjaw il-ħajja tal-vittma u tal-membri tal-familja tagħha, il-benesseri mentali u fiżiku, il-libertà, is-sikurezza, il-libertà sesswali u l-integrità tagħhom, kif ukoll sabiex jipproteġu b’mod adegwat il-privatezza u d-dinjità tagħhom, b’mod partikolari meta jagħmlu stqarrijiet jew ikollhom jixhdu fil-qorti.
Il-prosekutur pubbliku ser jiżgura b’mod partikolari li dan id-dritt għall-protezzjoni jiġi ssodisfat fil-każ ta’ vittmi taħt l-età, billi jieħu l-miżuri xierqa fl-aħjar interess tagħhom, fejn ikun hemm bżonn, sabiex jipprevjeni jew inaqqas id-dannu li jista’ jinħoloq għalihom mit-tmexxija tal-proċedimenti.
Jekk inti vittma taħt l-età jew vittma b’diżabilità (vittmi li jeħtieġu protezzjoni speċjali), hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess mill-esperti u li l-intervista tiegħek ma’ tim imħarreġ apposta u li ssir f’kamra speċjali tiġi rrekordjata.
Iċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek ser jiġu vvalutati sabiex jiġi ddeterminat liema miżuri ta’ protezzjoni jridu jittieħdu?
Dawn li ġejjin huma responsabbli sabiex jivvalutaw u jiddeċiedu fuq dawn it-tipi ta’ miżuri:
Iva, minħabba li ċ-ċirkostanzi partikolari tiegħek dejjem jiġu vvalutati l-ewwel sabiex jiġi ddeterminat liema miżuri ta’ protezzjoni jridu jittieħdu.
L-uffiċjali tal-pulizija tal-Istat u, fejn xieraq, il-pulizija tal-komunità awtonoma fejn ikun seħħ ir-reat, iwettqu valutazzjoni individwali inizjali tas-sitwazzjoni tiegħek meta tirrapporta r-reat, sabiex jiddeterminaw il-ħtiġijiet tal-protezzjoni tiegħek u jidentifikawk, jekk applikabbli, bħala vittma vulnerabbli. Matul din il-valutazzjoni inizjali, inti ser tirċievi informazzjoni dwar il-possibbiltà li tmur f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.
Jekk tingħata assistenza f’Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, dan is-servizz iwettaq ukoll valutazzjoni individwali tal-każ tiegħek. L-informazzjoni miġbura fil-valutazzjoni tal-pulizija tista’ tintbagħat lill-Uffiċċju jekk inti tagħti l-kunsens għal dan.
Il-valutazzjoni individwali tqis il-ħtiġijiet li tesprimi, kif ukoll ix-xewqat tiegħek, u tirrispetta b’mod sħiħ l-integrità fiżika, mentali u morali tiegħek.
B’mod partikolari, hija tikkunsidra dawn li ġejjin:
Jekk inti taħt l-età jew għandek xi diżabilità u teħtieġ protezzjoni speċjali, l-opinjonijiet u l-interessi tiegħek jiġu kkunsidrati wkoll, flimkien maċ-ċirkostanzi personali tiegħek, filwaqt li l-prinċipji tal-aħjar interess tal-persuna taħt l-età jew b’diżabilità li teħtieġ protezzjoni speċjali għandhom jiġu rrispettati b’mod partikolari, kif ukoll id-dritt tagħha għall-informazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, id-dritt għall-kunfidenzjalità, il-privatezza u d-dritt li tiġi protetta.
Iva, matul l-investigazzjoni tar-reat, ikun l-imħallef li jeżamina jew l-imħallef li jittratta l-vjolenza fuq in-nisa jew, jekk ikun reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess, il-prosekutur pubbliku jew l-uffiċjali tal-pulizija involuti fil-fażi inizjali tal-investigazzjonijiet li jivvalutaw u jiddeterminaw il-miżuri ta’ protezzjoni li jistgħu jkunu xierqa għalik.
Jekk tkun fil-periklu, tirċievi l-protezzjoni tal-pulizija.
Ix-xhieda tiegħek tingħata permezz ta’ konferenza bil-vidjo għal raġunijiet ta’ sikurezza, ordni pubbliku, utilità jew sabiex tiġi ppreservata d-dinjità tiegħek.
Jekk inti vittma ta’ ċerti reati speċifiċi li jwasslu għal miżuri ta’ protezzjoni speċjali li jingħataw lill-vittmi tagħhom, bħal vjolenza abbażi ta’ sess, vjolenza domestika, traffikar tal-bnedmin għal skopijiet ta’ sfruttament sesswali u sfruttament tal-ħaddiema, offiżi, reati kontra l-libertà, tortura, reati kontra l-individwu, kontra l-libertà sesswali, il-privatezza, id-dritt għal immaġini personali, l-invjolabbiltà tad-dar, l-unur u l-ordni soċjoekonomika, għandek id-dritt li tiġi imposta waħda mill-projbizzjonijiet li ġejjin fuq l-aggressur jekk din tkun strettament meħtieġa għall-protezzjoni tiegħek: projbizzjoni fuq ir-residenza jew iż-żjara f’post, viċinat, belt jew reġjun, projbizzjoni fuq l-avviċinament lejk jew fuq il-komunikazzjoni ma’ ċerti persuni.
Il-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu matul l-investigazzjoni għall-protezzjoni tiegħek:
Jekk tiġi mħarrek sabiex tixhed u l-imħallef jara li tinsab f’riskju serju jew li l-libertà, il-proprjetà jew il-familja tiegħek qegħdin f’riskju, huwa jista’ jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
Jekk inti vittma ta’ reat ta’ vjolenza abbażi ta’ sess jew ta’ vjolenza domestika, tista tingħata ‘ordni ta’ protezzjoni’ li tinkludi miżuri ta’ prekawzjoni ġenerali kontra l-aggressur (projbizzjoni fuq ir-residenza jew iż-żjara f’ċerti postijiet, viċinati, bliet jew reġjuni, projbizzjoni fuq l-avviċinament jew il-komunikazzjoni ma’ ċerti persuni).
Matul il-proċedimenti ġudizzjarji, l-imħallef jew il-president tal-qorti jista’ jordna seduta ta’ smigħ privata (li tirrestrinġi l-preżenza ta’ mezzi awdjoviżivi fis-sessjonijiet tal-proċess u tipprojbixxi l-irrekordjar tas-seduti ta’ smigħ kollha jew ta’ wħud minnhom) bil-għan li jipproteġi l-moralità, l-ordni pubbliku u lilek bħala vittma u/jew il-familja tiegħek. Huma jistgħu jipprojbixxu d-divulgazzjoni tal-identità tal-esperti jew ta’ kwalunkwe persuna oħra li tieħu sehem fil-proċess.
Bħala prosekutur privat, tista’ titlob li ssir seduta ta’ smigħ privata.
Matul il-proċedimenti, jistgħu jittieħdu l-miżuri li ġejjin għall-protezzjoni tiegħek:
Il-miżuri sabiex jiġi evitat il-kuntatt viżwali mal-allegat awtur tar-reat u l-mistoqsijiet li jsiru rigward il-ħajja privata tiegħek jistgħu jittieħdu wkoll matul l-investigazzjoni.
Fil-każ ta’ vittmi vulnerabbli, bħal vittmi taħt l-età u vittmi b’diżabilità li jeħtieġu protezzjoni speċjali, minbarra l-miżuri stabbiliti fit-taqsima ‘Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?’, il-miżuri li ġejjin ser ikunu applikabbli matul il-proċedimenti:
Jekk inti vittma taħt l-età jew vittma b’diżabilità (vittmi li jeħtieġu protezzjoni speċjali), hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess mill-esperti u li l-intervista tiegħek ma’ tim imħarreġ apposta u li ssir f’kamra speċjali tiġi rrekordjata.
Barra minn hekk, fuq talba tal-prosekutur pubbliku, jista’ jkun possibbli li jinħatar kustodju ad litem jekk inti vittma partikolarment vulnerabbli u f’ċerti każijiet, bħal meta jkun hemm kunflitti ta’ interess mar-rappreżentant legali tiegħek, jew ma’ wieħed mill-ġenituri, sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkunx jista’ jaqdi b’mod adegwat id-dmirijiet tiegħu ta’ rappreżentanza u assistenza tal-vittma.
Jekk inti minorenni, matul il-fażi tal-investigazzjoni tar-reat ser tiġi ttrattat skont il-protokolli li huma maħluqa apposta sabiex jipproteġuk. Ser jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta tkun trid tagħti x-xhieda tiegħek. Il-prosekutur pubbliku, li għandu d-dmir speċifiku li jipproteġi lill-minorenni, għandu dejjem ikun preżenti. Il-kuntatt viżwali bejnek u l-aggressur irid jiġi evitat bl-użu ta’ kwalunkwe mezz tekniku.
Inti ser tiġi intervistat minn tim imħarreġ apposta f’kamra speċjali, li ma jidhirx li jkun ta’ theddida għalik, minħabba li hemm il-possibbiltà li l-provi jiġu eżaminati qabel il-proċess minn esperti u li l-intervista tiġi rrekordjata.
Inti tista’ tagħti x-xhieda tiegħek darba biss, fil-preżenza tal-imħallef li jeżamina, tal-iskrivan tal-qorti u tal-partijiet kollha fil-proċedimenti, u ma terġax tagħmel dan waqt il-proċess.
Matul il-proċedimenti ġudizzjarji, jekk inti persuna minorenni li tkun qed tagħti x-xhieda tiegħek, il-kuntatt viżwali bejnek u l-persuna akkużata għandu jiġi evitat b’kull mezz tekniku possibbli.
Il-konfrontazzjoni hija wkoll ristretta.
Minbarra l-miżuri stabbiliti fit-taqsima ‘Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?’, il-miżuri li ġejjin ser ikunu applikabbli matul il-proċedimenti:
Barra minn hekk, fuq talba tal-prosekutur pubbliku, jista’ jkun possibbli li jinħatar kustodju ad litem jekk inti vittma partikolarment vulnerabbli u f’ċerti każijiet, bħal meta jkun hemm kunflitti ta’ interess mar-rappreżentant legali tiegħek, jew ma’ wieħed mill-ġenituri, sakemm il-ġenitur l-ieħor ma jkunx jista’ jaqdi b’mod adegwat id-dmirijiet tiegħu ta’ rappreżentanza u assistenza għall-vittma.
Jekk membru tal-familja jkun miet minħabba reat, inti tkun vittma indiretta tar-reat ikkawżat lill-membru tal-familja tiegħek (il-vittma diretta) jekk tkun f’ċerti sitwazzjonijiet previsti mil-liġi (minbarra, fil-każijiet kollha, il-persuna responsabbli għar-reat), kif ukoll jekk inti kont il-konjuġi tal-vittma diretta u ma kontux legalment separati jew tgħixu bogħod minn xulxin; jekk kont il-wild tal-vittma diretta jew tal-konjuġi mhux legalment separati jew jgħixu bogħod minn xulxin u kont qed tgħix magħhom; jekk kellek rabta mal-vittma diretta permezz ta’ relazzjoni simili u kont tgħix magħhom, fost sitwazzjonijiet oħrajn.
Ftakar li l-vittmi kollha għandhom id-dritt li jressqu azzjoni kriminali u azzjoni ċivili skont il-liġi u li jidhru quddiem l-awtoritajiet inkarigati mill-investigazzjoni sabiex jagħtuhom il-provi u l-informazzjoni meqjusa bħala rilevanti sabiex jiġu ċċarati l-fatti.
Bħala vittma indiretta, ser ikollok aċċess kunfidenzjali mingħajr ħlas għas-servizzi ta’ appoġġ u assistenza pprovduti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi, kif ukoll għal dawk ipprovduti mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi, sakemm jitqies li huwa xieraq li dan id-dritt jiġi estiż għall-membri tal-familja tal-vittma diretta minħabba li r-reati kkawżaw dannu partikolarment serju. Għaldaqstant, il-membri tal-familja ser jiġu definiti bħala l-persuni marbuta mal-vittma diretta biż-żwieġ jew b’relazzjoni simili u l-qraba sat-tieni grad (nanniet, aħwa u neputijiet).
Bħala vittma indiretta, tista’ tirċievi informazzjoni dwar il-miżuri ta’ appoġġ u assistenza disponibbli, kemm jekk mediċi, psikoloġiċi jew materjali, u l-proċedura sabiex jinkisbu, kif ukoll il-kumpens li għalih inti intitolat u, fejn xieraq, il-proċedura sabiex titolbu.
L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jagħtuk pariri dwar l-intitolamenti ekonomiċi relatati mal-proċedimenti, b’mod partikolari dwar l-għajnuna finanzjarja għad-danni kkawżati mir-reat u l-proċedura sabiex titlobha u joffrulek l-appoġġ emozzjonali u l-assistenza terapewtika li tkun teħtieġ, sabiex b’hekk tiżgura li jkollok l-assistenza psikoloġika xierqa sabiex tegħleb il-konsegwenzi trawmatiċi tar-reat.
F’termini tal-għajnuna finanzjarja li għaliha inti intitolat bħala vittma indiretta tal-kriminalità, fi Spanja teżisti sistema ta’ għajnuna pubblika għall-benefiċċju tal-vittmi indiretti ta’ reati vjolenti u intenzjonati mwettqa fi Spanja li jwasslu għal mewt jew dannu serju għas-saħħa mentali tiegħek.
Inti trid tissodisfa ċerti rekwiżiti sabiex titqies bħala vittma indiretta għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja (benefiċjarju):
Inti trid titlob l-għajnuna fi żmien sena mid-data li fiha seħħ ir-reat. F’każ li l-mewt tkun seħħet bħala konsegwenza diretta ta’ offiżi fuq il-persuna jew dannu għas-saħħa, jiġi skattat limitu ta’ żmien ġdid ta’ tul ta’ żmien ugwali sabiex tintalab l-għajnuna.
Bħala regola ġenerali, l-għoti tal-għajnuna huwa kondizzjonali fuq it-teħid ta’ deċiżjoni ġudizzjarja finali li ttemm il-proċedimenti kriminali.
L-għajnuna ma tistax tiġi kkombinata mal-kumpens stabbilit permezz tas-sentenza, għalkemm l-għajnuna kollha jew parti minnha titħallas meta l-persuna ħatja tar-reat tkun ġiet iddikjarata parzjalment insolventi, jew mal-kumpens jew l-għajnuna minn assigurazzjoni privata jekk l-ammont ikun ogħla mill-ammont stabbilit fis-sentenza, jew mas-sussidju tas-sigurtà soċjali li jista’ jkun pagabbli minħabba d-diżabilità temporanja tal-vittma.
L-ammont ta’ għajnuna f’ebda każ ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.
Bħala vittma, inti għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bl-użu, fejn xieraq, ta’ medjazzjoni u miżuri oħrajn ta’ ġustizzja restorattiva, u dwar is-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva disponibbli, fil-każijiet fejn dan ikun legalment possibbli. L-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jipprovdulek din l-informazzjoni.
Barra minn hekk, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità ser ikunu jistgħu jipproponu lill-korp ġudizzjarju li tintuża medjazzjoni kriminali meta din titqies bħala ta’ benefiċċju għalik, filwaqt li jipprovdu appoġġ lis-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva u proċeduri oħrajn ta’ soluzzjoni barra l-qorti stabbiliti mil-liġi.
Tista’ tikseb aċċess għas-servizzi tal-ġustizzja restorattiva sabiex tikseb kumpens xieraq għat-telf materjali u mhux materjali li jirriżulta mir-reat, meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:
Id-diskussjonijiet li jsiru bħala parti mill-proċedura ta’ medjazzjoni ser jinżammu kunfidenzjali u ma jistgħux jinxterdu mingħajr il-kunsens tiegħek u l-kunsens tat-trasgressur.
Il-medjaturi u professjonisti oħrajn li jieħdu sehem fil-proċedura ta’ medjazzjoni ser ikunu soġġetti għas-segretezza professjonali b’rabta mal-avvenimenti u l-istqarrijiet li kellhom għarfien dwarhom fit-twettiq ta’ dmirijiethom.
Kemm inti kif ukoll it-trasgressur ser tkunu tistgħu tirrevokaw il-kunsens tagħkom sabiex tipparteċipaw fil-proċess ta’ medjazzjoni fi kwalunkwe ħin.
Ġeneralment, il-medjazzjoni sseħħ fil-każ ta’ reati inqas serji.
Fil-ġustizzja tal-minorenni (minn 14 sa 18-il sena), il-medjazzjoni hija espressament stabbilita bħala mezz għall-edukazzjoni mill-ġdid tal-minorenni. F’dan il-qasam, il-medjazzjoni titwettaq mit-timijiet li jappoġġjaw is-servizz tal-prosekuzzjoni tal-minorenni, għalkemm tista’ titwettaq ukoll minn aġenziji mill-komunitajiet awtonomi u minn entitajiet oħrajn bħal ċerti assoċjazzjonijiet speċjalizzati.
Fil-qasam tal-ġustizzja tal-adulti, il-medjazzjoni hija inkluża bħala parti mis-servizzi ta’ ġustizzja restorattiva, fejn issa hemm diversi programmi pilota li ilhom fis-seħħ għal bosta snin.
Fir-rigward tas-sikurezza tal-medjazzjoni għalik, dejjem ser ikun hemm xi miżuri ta’ protezzjoni fiżika meħtieġa u miżuri oħrajn meħtieġa miċ-ċirkostanzi li ser ikunu jistgħu jingħataw mill-awtorità ġudizzjarja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.