Victims' rights - by country

Skozja

Il-kontenut ipprovdut minn
Skozja

Victims' Rights in Scotland

As a victim of crime you have rights.

You have the right to use victim support services even if the crime has not been reported to the police. Such services can provide practical and emotional support to victims of crime.

The Victims' Code for Scotland sets out your rights, how to exercise them and who to contact for help and advice. It includes information on your:

  • Right to minimum standards of service - how you'll be treated by criminal justice organisations
  • Right to information - how you'll be updated about your case and what you can ask about
  • Right to participation - being understood, understanding what's happening and telling the court how a crime has affected you
  • Right to protection and protection of privacy - feeling safe and protected from intimidation
  • Right to support - whether you report the crime to the police or not
  • Right to compensation and expenses - such as travel expenses, loss of earnings or compensation if you were injured.
  • Information on the release of an offender (VIctim Notification Scheme)
  • Support for Vulnerable Individuals in Court (Special Measures)

You also have a right to complain if you're unhappy about how an organisation has treated you.

Visit mygov.scot to find out more about your rights as a victim of crime at the different steps of the criminal justice process, including reporting a crime, investigation and prosecution, if a case goes to court and what happens after the verdict.

You can also read about help and support for victims of crime.

Click on the links below to find the information that you need

1 - My rights as a victim of crime

2 - Reporting a crime and my rights during the investigation or trial

3 - My rights after trial

4 - Compensation

5 - My rights to support and assistance

Last update: 17/05/2019

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni ser nirċievi mingħand l-awtorità wara li jseħħ ir-reat (pereżempju mingħand il-pulizija, il-prosekutur pubbliku), iżda anki saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Inti tista’ wkoll tikseb aċċess għal informazzjoni relatata ma’ reat billi tikkuntattja lill-organizzazzjonijiet rilevanti (Police Scotland, l-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali, is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi, is-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż u Parole Scotland). Għal aktar informazzjoni, tista’ żżur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-taqsima dwar il-kriminalità, il-ġustizzja u l-liġi tas-sit web tal-Gvern Skoċċiż.

Jekk tiddeċiedi li tirrapporta reat lill-pulizija, huma joħorġulek kard għall-ħarsien tal-vittmi. Din tirrikonoxxi l-kwerela tiegħek u tipprovdilek aktar informazzjoni.

Il-Kodiċi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Vittmi għall-Iskozja jispjega wkoll għadd ta’ drittijiet li jista’ jinkiseb aċċess għalihom, skont f’liema stadju tkun tinsab fis-sistema tal-ġustizzja kriminali.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma mħarsa d-drittijiet tiegħi?

Anki jekk ir-reat ma jkunx ġie kommess fl-Iskozja, inti xorta tista’ tkun intitolat(a) għal protezzjoni meta tkun qed tgħix fl-Iskozja, bl-użu ta’ miżuri bħal:

L-Ordni ta’ Protezzjoni Ewropea (‘European Protection Order’ - EPO). L-EPO tippermetti li ordni magħmula minn qorti xi mkien ieħor fl-UE (pereżempju, il-projbizzjoni ta’ individwu partikolari milli jersaq lejk) tiġi rikonoxxuta u eżegwita fl-Iskozja. Inkella, jekk l-ordni tkun saret fl-Iskozja, din tkun tista’ tiġi ttrasferita lejn il-pajjiż fejn tgħix.

Aktar informazzjoni dwar l-EPO tista’ tinkiseb minn fuq is-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.

Skont l-Att tal-2014 dwar il-Vittmi u x-Xhieda, inti tista’ tirrapporta reat kommess fi Stat Membru ieħor tal-UE lil Police Scotland, li għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-ilment jintbagħat mingħajr dewmien bla bżonn lill-awtorità xierqa tal-Istat Membru fejn ġie kommess ir-reat jew l-allegat reat.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni ser nirċievi?

Jekk tagħżel li tirrapporta reat, inti ser tirċievi kard għall-ħarsien tal-vittmi. Inti għandek ukoll id-dritt li titlob informazzjoni speċifika għall-każ tiegħek mingħand l-awtoritajiet li ġejjin.

  • Mingħand Police Scotland - informazzjoni dwar deċiżjoni sabiex ma tipproċedix b’investigazzjoni kriminali u kwalunkwe raġunijiet għaliha, u deċiżjoni sabiex ittemm investigazzjoni kriminali u kwalunkwe raġunijiet għaliha.
  • Mingħand l-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali - jekk il-każ tiegħek ma jitressaqx il-qorti, inti għandek id-dritt li tiġi informat bir-raġunijiet għal dan u li titlob li ssir reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni.
  • Mingħand is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi - id-dati ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti, id-deċiżjoni finali ta’ qorti fi proċess jew kwalunkwe appell li jirriżulta mill-proċess, u kwalunkwe raġunijiet għal dan.

Jien intitolat(a) għal servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħrajn, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Matul il-proċess tal-ġustizzja kriminali, inti intitolat(a) li tifhem u tinftiehem waqt il-proċedimenti. Jekk għandek diffikultà sabiex tifhem jew titkellem bl-Ingliż, tista’ titlob għal interpretu sabiex jgħinek:

  • Tifhem kull mistoqsija li ssirlek;
  • Tifhem kwalunkwe informazzjoni li tingħatalek;
  • Tagħti t-tweġibiet u tipprovdi l-informazzjoni; u, altrimenti, tikkomunika b’mod effettiv.

Inti tista’ titlob ukoll li tingħata traduzzjoni ta’ dokument, jekk dan ikun ġie pprovdut lilek bil-liġi, jew jekk ikun essenzjali għall-parteċipazzjoni tiegħek fl-investigazzjoni jew fil-proċedimenti.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)

L-informazzjoni hija disponibbli, fuq talba, f’varjetà ta’ formati, u dalwaqt ser tkun disponibbli verżjoni faċli biex tinqara tal-Kodiċi tal-Vittmi.

Appropriate Adults jgħinu sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-pulizija u vittmi ta’ 16-il sena u aktar li għandhom diffikultajiet ta’ komunikazzjoni bħala riżultat ta’ disturb mentali, inkluża diżabbiltà fit-tagħlim. Din isseħħ primarjament waqt l-interrogazzjonijiet tal-pulizija, iżda tista’ tinkludi wkoll l-eżamijiet forensiċi u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jagħti appoġġ lill-vittmi?

Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lill-vittmi, skont in-natura tar-reat.

  • Victim Support Scotland hija l-akbar organizzazzjoni karitatevoli li tipprovdi servizzi ta’ appoġġ u informazzjoni lill-vittmi u lix-xhieda ta’ reati fl-Iskozja. VSS tuża metodoloġija ta’ valutazzjoni bbażata fuq l-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-individwi sabiex jipprovdu appoġġ personalizzat
  • Community Safety Glasgow (TARA) tipprovdi appoġġ lill-vittimi tat-traffikar fil-forma ta’ akkomodazzjoni fi kriżi, skont ħtieġa individwali, sa massimu ta’ 45 jum, ippjanar tal-ħarsien, riferiment suċċessiv u appoġġ sabiex jinkiseb aċċess għal pariri legali.
  • Migrant Help tappoġġja lil migranti vulnerabbli billi tipprovdi pariri u gwida lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil, Servizzi tad-Detenuti Nazzjonali Barranin u pariri lill-Priġunieri Nazzjonali Barranin.
  • Organizzazzjonijiet oħrajn jinkludu PETAL, Rape Crisis Scotland, Scottish Women's Aid, ChildLine.
  • Tista’ ssib id-dettalji ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet kollha ta’ appoġġ għall-vittmi fi ħdan Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja.

Il-pulizija ser jirreferuni awtomatikament għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Il-pulizija jistaqsuk jekk tixtieqx li tiġi riferut għal servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi u jgħaddulhom l-informazzjoni tiegħek biss jekk inti tkun tajt il-kunsens tiegħek sabiex isir dan.

Kif tiġi mħarsa l-privatezza tiegħi?

Meta tirrapporta reat, il-pulizija jieħdu passi sabiex jagħtuk l-appoġġ u jipproteġuk minn vittimizzazzjoni, intimidazzjoni u ritaljazzjoni ripetuti. F’termini ta’ appoġġ, dawn il-passi jistgħu jinkludu:

  • Li inti tiġi interrogat biss meta jkun meħtieġ.
  • Li jiġi żgurat li l-interrogazzjonijiet jkunu qosra kemm jista’ jkun.
  • L-użu ta’ faċilitajiet speċjalizzati għall-interrogazzjonijiet.
  • Il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, timponi restrizzjonijiet fuq ir-rapportar tal-mezzi tax-xandir dwar il-każ li tkun involut(a) fih inti.

Għandi nirrapporta reat qabel ma jista’ jkolli aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Le, inti għandek id-dritt li tuża s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, anki jekk ir-reat ma jkunx ġie rrapportat lill-pulizija.

Il-protezzjoni personali jekk inkun f’periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hemm disponibbli?

Meta tirrapporta reat, il-pulizija jieħdu passi sabiex jagħtuk l-appoġġ għal kontra vittimizzazzjoni, intimidazzjoni u ritaljazzjoni ripetuti.

F’termini ta’ appoġġ, dawn il-passi jistgħu jinkludu:

  • Li inti tiġi interrogat biss meta jkun meħtieġ
  • Li jiġi żgurat li l-interrogazzjonijiet jinżammu f’minimu
  • L-użu ta’ faċilitajiet speċjalizzati għall-interrogazzjonijiet

Il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, timponi restrizzjonijiet fuq ir-rapportar tal-mezzi tax-xandir dwar il-każ li tkun involut(a) fih inti. Il-qorti tista’ timponi wkoll kundizzjonijiet speċjali ta’ pleġġ għall-persuni akkużati, meta jkun xieraq.

Aktar informazzjoni dwar il-miżuri ta’ protezzjoni tista’ tinkiseb mingħand Police Scotland jew l-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prosekutur Fiskali.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Ara hawn fuq.

Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mit-trasgressur?

Ara hawn fuq.

Ser ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi sabiex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Ara hawn fuq.

X’tip ta’ protezzjoni hija disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Ara hawn fuq.

Jien minorenni - għandi xi drittijiet speċjali?

Xi individwi jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli jew f’riskju minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tax-xhieda li jistgħu jintalbu jagħtu lill-qorti. Hemm għażliet differenti disponibbli maħsuba biex jgħinu lil xhud vulnerabbli jixhed fil-qorti, bħal permezz ta’ konnessjonijiet live bit-TV jew minn wara skrin sabiex ma tkunx tista’ tara lill-persuna akkużata. Dawn jissejħu “miżuri speċjali”.

Aktar informazzjoni dwar il-miżuri speċjali tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali u mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi. L-awtoritajiet rilevanti għandhom jistaqsuk ukoll jekk ikollokx xi tħassib dwar l-għoti tax-xhieda u jistgħu jgħinuk b’għażliet ta’ kif tixhed.

Skont il-liġi, it-tfal kollha (taħt it-18-il sena) huma kklassifikati bħala vulnerabbli u, flimkien mal-allegati vittmi ta’ abbuż domestiku, reati sesswali, traffikar tal-bnedmin u stalking, huma awtomatikament intitolati għall-użu ta’ ċerti miżuri speċjali standard. Xhud li jbati minn disturb mentali, diżabbiltà fit-tagħlim jew li qed isofri minn biża’ u diqa minħabba l-prospett li jrid jixhed jista’ jitqies ukoll bħala vulnerabbli. L-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali ser iwettqu valutazzjoni sabiex jistabbilixxu l-vulnerabbiltà.

Is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi għandu jiżgura wkoll li l-vittmi jkollhom żoni ta’ stennija separati mix-xhieda tad-difiża meta jkunu qegħdin jistennew sabiex jixhdu fil-qorti.

Membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat - x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-qraba tal-vittmi ta’ reati jista’ jkollhom ukoll aċċess għall-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, inkluża Victim Support Scotland.

Meta membru tal-familja jkun miet minħabba r-reat, inti jista’ jkollok drittijiet (bħad-dritt għal informazzjoni dwar każ) daqs li kieku inti kont il-vittma tar-reat. Pereżempju, jekk inti għandek qarib li miet, għandek dritt li tikseb aċċess għal informazzjoni mill-pulizija.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fil-Kodiċi tal-Vittmi, kif ukoll fl-Istandards tas-Servizz prodotti b’mod konġunt minn Police Scotland, mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali, mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi, mis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż u mill-Bord tal-Parole għall-Iskozja. (ara l-link hawn taħt)

Membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat - x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-qraba tal-vittmi ta’ reati jista’ jkollhom ukoll aċċess għall-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi, inkluża Victim Support Scotland.

F’xi ċirkostanzi (pereżempju jekk il-vittma tmut), membru tal-familja jista’ jkollu drittijiet (bħad-dritt għal informazzjoni dwar każ) daqs li kieku kien(et) il-vittma tar-reat.

Pereżempju, jekk inti għandek qarib li miet, għandek dritt li tikseb aċċess għal informazzjoni mill-pulizija. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Kodiċi tal-Vittmi kif ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Istandards tas-Servizz prodotti mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.

Jista’ jkolli aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Sacro hija l-Organizzazzjoni tal-Ġustizzja tal-Komunità Skoċċiża li taħdem sabiex toħloq komunitajiet aktar sikuri u koeżivi madwar l-Iskozja. Huma jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni. Aktar dettalji huma disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafuq is-sit web tagħhom.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Sabiex issib l-aktar informazzjoni aġġornata dwar id-drittijiet tal-vittmi, tista’ taqra l-Kodiċi tal-Vittmi għall-Iskozja, li huwa disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

F’każ ta’ emerġenza ċempel 999. Sabiex tirrapporta reat ċempel 101.

Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18000.

Jekk irreġistrajt mas-servizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaemergencySMS - u ma għandek ebda għażla oħra - tista’ tibgħat messaġġ testwali lejn in-numru 999.

Meta għandek iċċempel 999

F’każ ta’ emerġenza, ċempel 999 jekk:

  • Ikun hemm riskju ta’ korriment personali jew telf ta’ ħajja
  • Ikun qed iseħħ reat dak il-ħin
  • Ikun hemm xi ħadd suspettat b’reat fil-qrib

Kif tirrapporta każ mhux ta’ emerġenza

Ċempel 101 sabiex tikkuntattja lill-pulizija jekk ir-reat ma jkunx emerġenza.

Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18001 101.

Eżempji ta’ reati li ma għandhomx bżonn rispons ta’ emerġenza jinkludu:

  • Insterqitlek il-karozza
  • Saret ħsara fil-proprjetà tiegħek
  • Ikollok suspett ta’ użu jew traffikar tad-droga
  • Trid tirrapporta ħabta tat-traffiku żgħira
  • Trid tagħti informazzjoni lill-pulizija dwar reat fiż-żona fejn toqgħod

Tirrapporta reat fuq l-internet

F’każ mhux ta’ emerġenza, tista’ tirrapporta r-reati li ġejjin fuq is-sit web ta’ Police Scotland:

Tista’ wkoll timla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-formola ta’ Crimestoppers fuq l-internet jekk trid tirrapporta reat b’mod anonimu.

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Bħala vittma, inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni speċifika għall-każ tiegħek b’rabta ma’ reat. Jekk din ma tkunx ġiet ipprovduta lilek, inti tista’ tagħmel talba formali minn għadd ta’ korpi differenti:

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPolice Scotland - informazzjoni dwar deċiżjoni sabiex ma tipproċedix b’investigazzjoni kriminali u kwalunkwe raġunijiet għaliha, u deċiżjoni sabiex ittemm investigazzjoni kriminali u kwalunkwe raġunijiet għaliha.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prosekutur Fiskali - jekk il-każ tiegħek ma jitressaqx il-qorti, inti għandek id-dritt li tiġi informat bir-raġunijiet għal dan u li titlob li ssir reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi - id-dati ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti, id-deċiżjoni finali ta’ qorti fi proċess jew kwalunkwe appell li jirriżulta minn proċess, u kwalunkwe raġunijiet għal dan.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Jekk vittma tkun teħtieġ pariri u assistenza legali, hija tista’ tikkuntattja avukat. Huma jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna bl-ispejjeż tal-pariri u l-assistenza li jingħataw permezz tas-sistema ta’ għajnuna legali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali huwa l-korp responsabbli għat-tħaddim tas-sistema tal-għajnuna legali fl-Iskozja.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (sabiex nieħu sehem fl-investigazzjoni/fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk tkun ġejt ‘imħarrek/imħarrka’ sabiex tixhed fil-qorti, tista’ tkun intitolat(a) li titlob lura xi spejjeż.

Tiġi ‘mħarrek/imħarrka’ tfisser li tkun irċevejt ittra uffiċjali - imsejħa taħrika - li tgħidlek sabiex tmur il-qorti u tixhed bħala xhud.

L-informazzjoni dwar kif titlob lura l-ispejjeż, flimkien ma’ formola sabiex titlob l-ispejjeż jistgħu jinstabu fuq wara tat-taħrika.

Aqra t-taħrika tiegħek bir-reqqa u ħudha miegħek meta tmur il-qorti. Kun żgur li timla l-formola tal-ispejjeż fuq wara tat-taħrika tiegħek sabiex titlob l-ispejjeż mingħand il-persuna li ħarrkitek bħala xhud.

Il-ħlasijiet fi flus kontanti jsiru biss f’każijiet ta’ tbatija ġenwina jew emerġenza. Spejjeż eċċezzjonali bħal nollijiet tat-taxi, ivvjaġġar bl-ajru u akkomodazzjoni matul il-lejl għandhom jiġu approvati minn qabel mill-prokuratur fiskali.

Jistgħu jsiru pretensjonijiet għal telf ta’ qligħ għal xhieda li huma impjegati u li jaħdmu għal rashom. Ma hemmx faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal fil-bini tal-qorti, għalhekk, ix-xhieda tal-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu l-ispejjeż għall-indukrar tat-tfal u tat-trabi b’rati fissi. Jekk ikollok bżonn tagħmel arranġamenti ta’ indukrar fl-assenza tiegħek, inti tiġi rrimborżat b’rata fissa.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel ma jitressaq quddiem r il-qorti?

Bħala vittma ta’ reat fl-Iskozja, inti għandek id-dritt li titlob għal rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali li ma jipproċedux bil-prosekuzzjoni ta’ każ irrapportat lilhom, meta dik id-deċiżjoni tkun ittieħdet fl-1 ta’ Lulju 2015 jew wara. Jekk ikun possibbli, inti għandek tapplika għal reviżjoni fi żmien xahar mid-data li fiha tiġi informat(a) bid-deċiżjoni li ma ssirx il-prosekuzzjoni. Ġeneralment, inti tiġi informat(a) bid-deċiżjoni tar-reviżjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol. Il-Lord Advocate (il-kap prosekutur pubbliku tal-Iskozja) ppubblika Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-regoli dwar dan il-proċess.

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Dan jiddependi fuq jekk tintalabx tixhed fil-proċess. Jekk ma tintalabx tixhed, tista’ tistaqsi lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi:

  • B’liema reati ġiet akkużata persuna - ladarba l-persuna akkużata kellha ċans li twieġeb għalihom (in-natura ġenerali biss tal-akkużi).
  • X’qed jiġri b’kawża fil-qorti.
  • X’deċiżjoni ħadu l-imħallef, ix-sheriff jew tal-Kummissarju tal-Paċi dwar kawża.

Is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaweb tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi għandu aktar dettalji dwar kif tikseb l-informazzjoni b’rabta mal-kawża u informazzjoni dwar is-sejħa tal-kawżi fil-qorti, inklużi l-proċessi li mistennija jissejħu fil-futur qrib. Dan jinkludi:

  • Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja.
  • Il-Qrati tax-Sheriff.
  • Il-Qrati tal-Kummissarju tal-Paċi.

Jekk inti vittma, is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi ser:

  • Jaġġornak dwar il-progress tal-kawża fil-qorti mill-inqas darba kull siegħa u jinformak dwar meta tista’ titlaq mill-qorti.
  • Jipprovdi kmamar ta’ stennija separati għax-xhieda tal-prosekuzzjoni u tad-difiża, kif ukoll aċċess għal ikel u xorb ħafif.
  • Jekk inti intitolat(a) li tagħti x-xhieda tiegħek fil-qorti permezz ta’ konnessjoni diretta fuq it-TV, xi ħadd mis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi jiltaqa’ miegħek dakinhar u jispjegalek il-proċess ta’ kif għandek tixhed fil-qorti.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nista’ nkun jew nista’ nagħżel li nkun: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

L-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala vittma tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Kodiċi tal-Vittmi.

Jekk tintalab tixhed fil-qorti, inti tirċievi taħrika. It-taħrika tiegħek hija ittra uffiċjali li tgħidlek sabiex tmur fil-qorti u tagħti x-xhieda tiegħek.

Huwa importanti li ma tinjorax it-taħrika. Għid lil min talbek sabiex tkun xhud minnufih jekk hemm xi raġuni importanti għala ma tistax tkun preżenti fid-data tal-proċess. Jekk ma tidhirx fil-ħin u l-post korretti, il-qorti tista’ toħroġ mandat għall-arrest tiegħek.

Xi xhieda jistgħu jsibuha bi tqila sabiex jixhdu. Huma jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tax-xhieda tagħhom. Il-qorti tista’ tieħu passi addizzjonali (imsejħa ‘miżuri speċjali’) sabiex tgħin lix-xhieda vulnerabbli jagħtu l-aħjar xhieda possibbli, bħall-użu ta' skrin sabiex ix-xhud ma jkollux għaliex jara lill-persuna akkużata. Inti għandek tiddiskuti kwalunkwe tħassib li jkollok mal-persuna li talbet sabiex inti tagħti x-xhieda tiegħek, billi din tkun tista’ tapplika mal-qorti f’ismek sabiex jittieħdu miżuri speċjali.

Aktar informazzjoni dwar ir-rwol tiegħek bħala xhud tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali u fuq il-paġni ta’ mygov.scot dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Għoti tax-Xhieda fil-Qorti.

Nista’ nagħmel stqarrija jew nixhed matul il-proċess? Taħt liema kundizzjonijiet?

Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti. Il-liġijiet ġenerali tal-Iskozja dwar ix-xhieda japplikaw għal dawk il-vittmi li jissejħu sabiex jixhdu.

Għal dawk il-vittmi li għandhom jixhdu, u li huma meqjusa bħala vulnerabbli jew għandhom ħtiġijiet ta’ protezzjoni, jistgħu jkunu disponibbli miżuri speċjali permezz tat-taqsimiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida271 sa 271M tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) bil-għan li jgħinuhom jagħtu x-xhieda tagħhom. Dawn il-miżuri huma awtomatiċi għat-tfal u għal dawk il-persuni li huma vittmi f’reati speċifiċi bħal reati sesswali, traffikar u stalking.

Barra minn hekk, il-vittmi jistgħu jagħmlu stqarrija bħala vittmi skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-taqsima 14 tal-Att tal-2003 dwar il-Ġustizzja Kriminali (l-Iskozja). Aktar informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tal-vittmi tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

X’informazzjoni ser nirċievi matul il-proċess?

Inti tista’ tikkuntattja lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi sabiex issir taf x’inhuma d-dati ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti, id-deċiżjoni finali ta’ qorti fi proċess jew kwalunkwe appell li jirriżulta minn proċess, u kwalunkwe raġunijiet għal dan. Barra minn hekk, jekk ser tattendi l-qorti sabiex tixhed, l-impjegati tal-qorti fis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi jaġġornawk dwar il-progress tal-kawża fil-qorti mill-inqas darba kull siegħa u jinformawk meta tkun tista’ titlaq mill-qorti.

Jista’ jkolli aċċess għall-fajls tal-qorti?

Jekk jogħġbok ara hawn fuq għad-dettalji tal-informazzjoni li jista’ jinkiseb aċċess għaliha.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra s-sentenza?

Huma biss il-persuna kkundannata jew il-prosekuzzjoni li jistgħu jappellaw verdett.

L-appelli tal-prosekuzzjoni jistgħu jsiru biss f’ċerti ċirkostanzi. Il-prosekuzzjoni tista’:

  • Tappella kontra liberazzjoni minn akkuża - verdett ta’ ‘mhux ħati/ħatja’ jew ‘nuqqas ta' provi’ - iżda f’kawżi sommarji biss (proċessi mingħajr ġuri) u fuq punt tal-liġi biss.
  • Tappella kontra s-sentenza - iżda biss meta sentenza titqies bħala ‘ klementi żżejjed’

Tista’ ssib aktar informazzjoni billi żżur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mygov.scot/after-the-verdict/the-appeals-process/

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Wara verdett ta’ ħtija, l-istqarrija tiegħek bħala vittma tista’ tittieħed f’kunsiderazzjoni mill-imħallef meta jkun qed jikkunsidra s-sentenza li għandha tiġi imposta.

Jekk ir-riżultat tal-kawża (magħruf bħala l-verdett) ma kienx dak li kont qed tistenna, jew tħoss li teħtieġ xi tip ta’ appoġġ wara l-verdett, hemm ħafna organizzazzjonijiet li jistgħu jgħinuk. Victim Support Scotland għandha hotline li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija. Din hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali li tappoġġja lin-nies affettwati mir-reati madwar l-Iskozja, irrispettivament mit-tip ta’ reat li jkunu sofrew. Tista’ tikkuntattjaha fuq 0345 603 9213. L-appoġġ jiġi pprovdut mingħajr ħlas.

Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn, inklużi servizzi speċjalizzati, li jistgħu jipprovdu appoġġ emozzjonali kunfidenzjali mingħajr ħlas, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati. L-informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista' tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Iva, hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu appoġġ lill-vittmi li jistgħu joffru appoġġ mingħajr ħlas qabel, matul u wara l-proċess. Victim Support Scotland, li hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali, toffri appoġġ emozzjonali, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi. Dawn is-servizzi huma mingħajr ħlas u kunfidenzjali.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Jekk għamilt stqarrija bħala vittma, din tista’ tiġi kkunsidrata meta l-imħallef jiġi biex jiddeċiedi s-sentenza. Wara verdett ta’ ħtija, l-imħallef irid jiddeċiedi x’piena għandha tingħata lit-trasgressur. Din il-piena tissejjaħ sentenza. L-imħallef jieħu din id-deċiżjoni wara li jkun sema’ x-xhieda kollha u wara li jikkunsidra kwalunkwe informazzjoni ta’ sfond. Din tinkludi fatturi bħall-età tat-trasgressur, kwalunkwe kwistjoni medika u jekk il-persuna kkonċernata għandhiex diġà fedina penali. L-imħallef jista’ jagħżel x’sentenza jagħti minn firxa ta’ għażliet.

Aktar informazzjoni dwar l-għoti tas-sentenzi tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni dwar id-deċiżjoni finali tal-qorti fi proċess u kwalunkwe raġunijiet għaliha. Din l-informazzjoni tista’ tintalab mingħand Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi.

Ser niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jekk jaħrab mill-ħabs?

Fil-kawżi kriminali kollha, il-vittmi għandhom dritt li jiksbu informazzjoni dwar il-ħelsien ta’ priġunier. Huma jista’ jkollhom ukoll id-dritt li jiġu informati meta l-priġunier jiġi kkunsidrat għal parole u li jagħmlu rappreżentazzjonijiet (kummenti) bil-miktub dwar il-ħelsien tagħhom lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja. Din tissejjaħ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Iskema ta’ Notifika lill-Vittmi.

Il-vittmi ta’ trasgressuri mogħtija sentenza ta’ priġunerija ta’ inqas minn 18-il xahar huma intitolati li jsiru jafu biss dwar il-ħelsien jew il-ħarba tat-trasgressur mill-ħabs. Jekk tixtieq tirċievi din l-informazzjoni, ma għandekx bżonn tirreġistra fl-iskema, tista’ sempliċiment tikkuntattja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż.

Ser inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew inressaq appell?

Inti ser tkun tista’ tagħmel rappreżentazzjonijiet lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja sabiex jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet fejn it-trasgressur ikun qed jiġi kkunsidrat għal libertà kondizzjonali. Il-vittmi li jirreġistraw taħt il-Parti 2 tal-iskema jistgħu jirreġistraw sabiex jagħmlu rappreżentazzjonijiet bil-miktub lis-Servizz tal-Ħabs Skoċċiż meta t-trasgressur isir eliġibbli għall-ewwel darba għal ħelsien temporanju u ħelsien fuq Home Detention Curfew; u lill-Bord tal-Parole għall-Iskozja meta t-trasgressur ikun qed jiġi kkunsidrat għal ħelsien fuq libertà kondizzjonali. Victim Support Scotland tista’ tgħinek tħejji r-rappreżentazzjonijiet tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

4 - Kumpens

X’inhu l-proċess sabiex titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur? (pereżempju kawża fil-qorti, kawża ċivili, proċedura ta' aderenza)

Kawża fil-Qorti Kriminali

A. ‘Ordni ta’ Kumpens’

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 249 sa 253 tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), kwalunkwe qorti kriminali fl-Iskozja għandha s-setgħa f’kawżi xierqa li tordna lil trasgressur sabiex iħallas kumpens lill-vittma tar-reat tiegħu għal kwalunkwe dannu, telf jew ħsara li tkun ġarrbet il-vittma bħala riżultat tar-reat, mingħajr il-ħtieġa għal azzjoni ċivili separata.

L-Att tal-1995 ma jipprevedix li vittma tippreżenta rikors lil qorti għal ‘ordni ta’ kumpens’ personalment; madankollu, il-Prokuratur Fiskali jista’ jqajjem il-kwistjoni mal-qorti f’każijiet xierqa u, fil-każijiet kollha, il-Prokuratur Fiskali għandu jipprovdi lill-qorti bl-informazzjoni disponibbli dwar il-firxa u l-valur ta’ kwalunkwe dannu, telf jew ħsara mġarrba.

Skont il-liġi eżistenti, vittma għandha d-dritt li tfittex lit-trasgressur għad-danni f’qorti ċivili jew (jekk tkun ġarrbet danni fiżiċi jew mentali) li titlob għotja ta’ kumpens Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (‘Criminal Injuries Compensation Authority’ - CICA). L-ordni ta’ kumpens mill-qrati kriminali ma taffettwax dawn id-drittijiet, għalkemm kull għotja ta’ kumpens mogħtija lill-vittma mill-qrati ċivili jew mis-CICA titnaqqas bl-ammont imħallas taħt l-‘ordni ta' kumpens’.

Fi proċedimenti kriminali solenni, ma hemm l-ebda limitu fuq l-ammont li jista’ jingħata taħt ‘ordni ta’ kumpens’.

Fil-qosor, fil-proċedimenti kriminali japplikaw il-limiti li ġejjin:

  • Fil-Qorti tax-Sheriff, il-massimu għal kull reat huwa s-somma preskritta (£10,000) (iżda għar-reati statutorji impenjati fit-28 ta’ Marzu 2011 jew wara, fejn il-multa massima li tista’ tiġi imposta taqbeż is-somma preskritta, l-ordni tal-kumpens massimu li tista’ tiġi imposta hija l-istess bħal dik il-multa massima).
  • Fil-Qorti tal-Kummissarju għall-Paċi, il-massimu għal kull reat huwa l-Livell 4 fuq l-Iskala Standard (£2500)

Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt ‘ordni ta’ kumpens’ isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.

B. ‘Rekwiżit ta’ Kumpens’ f’Ordni ta’ Servizz fil-Komunità

Meta persuna akkużata tiġi kkundannata għal reat, il-qorti tista’, f’ċerti ċirkostanzi, timponi Ordni ta’ Servizz fil-Komunità ('Community Payback Order' - CPO). F’termini tat-taqsima 227H tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), il-ħlas tal-kumpens (flimkien ma’ rekwiżit ta’ superviżjoni tat-trasgressur) jista’ jkun rekwiżit ta’ CPO.

L-istess limiti fir-rigward tal-ammont tal-għotjiet ta’ kumpens japplikaw għal ‘rekwiżiti ta’ kumpens’ bħalma japplikaw għal ‘ordnijiet ta’ kumpens’ (kif spjegat fid-dettall hawn fuq)

Il-kumpens jista’ jitħallas jew f’somma f’daqqa jew inkella permezz ta’ pagamenti akkont lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata. Il-kumpens għandu jitħallas b’mod sħiħ mhux aktar tard minn 18-il xahar wara li tiġi imposta s-CPO jew mhux aktar tard minn xahrejn qabel tmiem il-perjodu tas-superviżjoni, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. In-nuqqas min-naħa tat-trasgressur milli jagħmel il-ħlas jista’ jikkostitwixxi ksur tas-CPO.

Ċ. ‘Offerta ta’ kumpens’ mill-Prokuratur Fiskali

F’termini tat-taqsima 302A tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja), il-Prokuratur Fiskali jista’ jibgħat ‘offerta ta’ kumpens’ lil allegat trasgressur jekk ikun jidher li ġie kommess reat rilevanti. L-‘offerta ta’ kumpens’ hija miżura diretta effettiva għal reati fejn individwu jkun ġarrab telf monetarju, telf personali, paniku jew diqa.

Jekk ‘offerta ta’ kumpens’ tiġi aċċettata jew titqies bħala li ġiet aċċettata (meta l-allegat trasgressur ma jirrifjutax l-offerta formalment), ma tista’ sseħħ l-ebda prosekuzzjoni u ma tista’ tiġi rreġistrata l-ebda kundanna.

L-ammont massimu disponibbli bħala offerta ta’ kumpens huwa ta’ £5,000 f’termini tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) u l-Ordni tal-2008 dwar l-Ordni ta’ Kumpens (Ammont Massimu).

Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt ‘offerta ta’ kumpens’ isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.

Kawża f’Qorti Ċivili:

Skont il-liġi eżistenti, vittma għandu d-dritt li jfittex lit-trasgressur għad-danni f’qorti ċivili. Fil-każ li l-vittma tiddeċiedi li tressaq azzjoni fil-qrati ċivili, hemm proċeduri differenti rregolati minn settijiet differenti ta’ regoli tal-qorti u dawn jiddependu wkoll fuq jekk l-azzjonijiet jitressqux f’Qorti tax-Sheriff jew fil-Qorti tas-Sessjoni. Id-diversi regoli huma disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi taħt Regoli u Prattika.

L-abbozzar ta’ kwalunkwe rikors jew petizzjoni u d-diversi proċeduri tal-qorti huma pjuttost kumplessi u, għalhekk, huwa rrakkomandat parir legali.

Proċedura ta’ Aderenza - mhux applikabbli fl-Iskozja:

Din hija proċedura li permezz tagħha qorti tal-ġustizzja tista’ tiddeċiedi dwar il-kumpens għall-vittma ta’ reat kriminali. Minflok titlob id-danni f’azzjoni ċivili separata, il-vittma tressaq talba ċivili kontra t-trasgressur bħala parti minn proċess kriminali. Għandu jiġi nnotat li filwaqt li din is-sistema teżisti f’xi ġurisdizzjonijiet tal-liġi ċivili, hija ma teżistix fl-Iskozja.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur sabiex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?

L-infurzar tal-kumpens f’kawża kriminali

Il-ħlas ta’ kwalunkwe ammont taħt:

  • ‘Ordni ta’ Kumpens’;
  • ‘Rekwiżit ta’ Kumpens’ f’Ordni ta’ Servizz fil-Komunità (‘Community Payback Order’ - CPO), jew
  • ‘Offerta ta’ Kumpens’ mill-Prokuratur Fiskali

isir lill-iskrivan tal-qorti, li mbagħad ikun responsabbli sabiex jgħaddi l-ammont lill-persuna intitolata.

Il-ħlas jista’ jiġi infurzat biss mill-qorti u bl-ebda mod jekk il-persuna intitolata tikkuntattja jew tipprova tikkuntattja lit-trasgressur direttament jew taċċetta l-ħlas mingħandu personalment.

Jekk il-ħlas ma jsirx fir-rigward ta’ ‘ordni ta’ kumpens’ jew ‘offerta ta’ kumpens’, tista’ tittieħed aktar azzjoni mill-qorti sabiex tirkupra l-flus billi tuża firxa ta’ sanzjonijiet, li jinkludu:

  • Tnaqqis mill-Ordnijiet ta’ Benefiċċji;
  • Ordnijiet ta’ Sekwestru tal-Qligħ;
  • Ordnijiet ta’ Sekwestru tal-Fondi; u
  • Ordnijiet ta’ Sekwestru tal-Vetturi.

Jekk il-ħlas ma jsirx fir-rigward ta’ ‘rekwiżit ta’ kumpens’ f’CPO, dan jista’ jikkostitwixxi ksur tas-CPO u t-trasgressur jista’ jitressaq lura quddiem il-qorti. It-Taqsima 227ZC tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) fiha dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ksur tas-CPOs u x’azzjonijiet tista’ tieħu l-qorti.

L-infurzar tal-kumpens f’kawża ċivili:

Jekk il-vittma tressaq azzjoni b’suċċess fil-qorti ċivili u l-qorti tagħti digriet għal somma ta’ flus favur tagħha, il-vittma għandha tikkuntattja ditta ta’ Uffiċjali tax-Sheriff sabiex tingħata pariri dwar il-proċedura għall-irkupru tad-dejn. Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tas-Society of Messengers-at-Arms and Sheriff Officers.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem? Taħt liema kundizzjonijiet?

Ħlas ta’ kumpens mis-CICA

L-Istat ma jħallas ebda avvanz lil vittma ta’ reat meta t-trasgressur ikun ġie ordnat minn qorti sabiex iħallas iżda t-trasgressur ma jkunx għamel dan. Ara wkoll L-infurzar tal-kumpens hawn fuq.

Inti intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

L-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (CICA) tittratta talbiet għal kumpens minn persuni li jkunu ġarrbu ħsara fiżika jew mentali minħabba li kienu vittmi innoċenti ta’ reat vjolenti fl-Ingilterra, fl-Iskozja jew f’Wales. L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-gvern tistabbilixxi l-kriterji u l-ammonti għall-kumpens.

L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-2012 hija skema ffinanzjata mill-gvern li teżisti sabiex tikkumpensa lill-vittmi innoċenti ta’ reat vjolenti li jkunu ġarrbu danni fiżiċi jew mentali serji direttament attribwibbli għall-fatt li huma vittmi diretti ta’ reat ta’ vjolenza. Ir-regoli fl-Iskema u l-valur tal-għotjiet imħallsin huma approvati mill-Parlament tar-Renju Unit, u s-CICA hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Iskema u għad-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu fuq applikazzjonijiet individwali. L-Iskema fiha tariffa tad-danni li tistabbilixxi kumpens pagabbli fir-rigward tad-danni mġarrba.

Hemm żewġ tipi ta’ kumpens - għotjiet ta’ kumpens għal korriment fatali u personali - b’kumpens addizzjonali pagabbli f’xi każijiet għal telf ta’ qligħ, dipendenza jew spejjeż speċjali, fejn xieraq.

Il-ħlasijiet jistgħu jingħataw lill-vittmi li sfaw korruti serjament, lill-vittmi ta’ stupru u abbuż sesswali ieħor, lill-vittmi ta’ abbuż tat-tfal u lil dawk li kellhom mewt fil-familja. L-Iskema ma tagħmilx ħlasijiet ta’ kumpens għal korrimenti minuri.

Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi. Applikant għandu jkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema. Hemm kriterji ta’ nazzjonalità u residenza li jridu jiġu ssodisfati (il-paragrafi 10 sa 16 tal-Iskema). L-applikazzjonijiet iridu jsiru hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien sentejn mill-inċident li wassal għall-ħsara kriminali (għalkemm f’ċirkostanzi eċċezzjonali u f’xi każijiet, il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż, ara l-paragrafi 87 sa 89). Hemm ukoll regoli li jesiġu li l-applikant għandu jkun irrapporta l-inċident li wassal għall-ħsara kriminali hekk kif kien raġonevolment prattikabbli u li jikkoopera, safejn ikun raġonevolment prattikabbli, sabiex il-persuna li wettqet l-attakk titressaq quddiem il-ġustizzja (il-paragrafi 22 u 23). L-għotjiet ta’ kumpens jista’ jinżammu jew jitnaqqsu f’diversi ċirkostanzi oħrajn, bħal fejn l-imġiba tal-applikant tagħmilha mhux xierqa li ssir għotja (il-paragrafu 25) u fejn l-applikant ikollu kundanni kriminali mhux skontati fil-mument li ssir l-applikazzjoni lis-CICA (il-paragrafu 26 u l-Anness D). Aktar informazzjoni dwar l-Iskema tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

L-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali tal-2012 hija maħsuba sabiex tkun skema tal-aħħar rimedju. L-għotjiet taħt l-Iskema mhumiex maħsuba sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet immedjati; fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, talba ta’ applikant ma tiġix deċiża qabel jgħaddi xi żmien wara dak l-inċident. Ma jsir l-ebda ħlas qabel ma l-Awtorità ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (CICA) tkun sodisfatta li l-applikant huwa eliġibbli taħt l-Iskema; isiru inkjesti tal-pulizija sabiex tinkiseb informazzjoni dwar l-inċident u l-applikant bil-għan li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji tal-eliġibbiltà. Meta s-CICA tkun sodisfatta li applikant huwa eliġibbli għal ħlas iżda ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni finali, hija tista’ tikkunsidra li tagħmel pagament interim. Dan jista’ jkun il-każ meta s-CICA tkun qed tistenna sakemm jinftiehem l-impatt fit-tul tad-dannu tal-applikant.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?

Mhuwiex neċessarju li t-trasgressur jiġi identifikat jew misjub ħati sabiex il-vittma ta’ reat ta’ vjolenza tkun eliġibbli għal kumpens (il-paragrafu 9 tal-Iskema ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali). Madankollu, l-Iskema tesiġi li applikant jirrapporta l-inċident lill-pulizija hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli u li jikkoopera, safejn ikun raġonevolment prattikabbli, sabiex it-trasgressur jitressaq quddiem il-ġustizzja (il-paragrafi 22 u 23). Għalhekk, l-applikanti ma jkunux eliġibbli għal kumpens sakemm ma jkunux ikkooperaw b’mod sħiħ fl-investigazzjoni dwar ir-reat u fi kwalunkwe prosekuzzjoni li ssir wara.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Bħala vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Inti għandek id-dritt li tuża s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaanki jekk ir-reat ma jkunx ġie rrapportat lill-pulizija.

Irrispettivament minn jekk tiddeċidix li tirrapporta reat jew le - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajew jekk għadek ma ddeċidejtx - Victim Support Scotland tista’ tagħtik għajnuna u appoġġ prattiċi u emozzjonali.

Jekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatirrapporta reat, il-pulizija - bil-permess tiegħek - tista’ tgħaddi d-dettalji tiegħek lil Victim Support Scotland.

Inti tista’ tiġi offrut(a) wkoll għajnuna minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictim Information and Advice (VIA) jekk il-każ tiegħek jinvolvi:

  • Abbuż Domestiku
  • Vittmi jew Xhieda Minorenni
  • Reat ta’ Mibegħda
  • Reat Sesswali;
  • jew fejn ikun probabbli li proċess jinvolvi Ġurija.

Il-VIA tagħtik informazzjoni dwar is-sistema tal-ġustizzja kriminali, iżżommok informat dwar il-progress tal-kawża u tpoġġik f’kuntatt ma’ organizzazzjonijiet oħrajn li jistgħu jgħinuk.

Il-hotline ta' appoġġ għall-vittmi

Victim Support Scotland għandha hotline li topera mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8 ta’ filgħodu sat-8 ta’ filgħaxija. Din hija organizzazzjoni karitatevoli nazzjonali li tappoġġja lin-nies affettwati mir-reati madwar l-Iskozja, irrispettivament mit-tip ta’ reat li jkunu sofrew. Tista’ tikkuntattjaha fuq 0800 160 1985. L-appoġġ jiġi pprovdut mingħajr ħlas. Hemm għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn, inklużi servizzi speċjalizzati, li jistgħu jipprovdu appoġġ emozzjonali kunfidenzjali u mingħajr ħlas, għajnuna prattika u informazzjoni essenzjali lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati. L-informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista' tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-appoġġ għall-vittmi huwa bla ħlas?

Victim Support Scotland tagħti appoġġ kunfidenzjali u mingħajr ħlas lill-vittmi, lix-xhieda u lil persuni oħrajn affettwati mir-reati.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Appoġġ fil-qorti

Jekk tintalab tixhed fil-qorti, is-Servizz tax-Xhieda jingħata minn persunal u voluntiera mħarrġin ta’ Victim Support Scotland fil-postijiet kollha tal-Qorti Superjuri u tal-Qorti tax-Sheriff. Huma jistgħu:

  • Jagħtuk għajnuna prattika u informazzjoni dwar x’jiġri fil-qorti
  • Jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex inti tkun tista’ żżur il-qorti qabel jibda l-proċess - sabiex b’hekk tkun taf x’għandek tistenna.

Xi xhieda - minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tar-reat - ikunu jistgħu jiksbu appoġġ addizzjonali meta jagħtu x-xhieda tagħhom. Tista’ ssir taf aktar dwar kif tixhed fil-qorti, inklużi ‘miżuri speċjali’ għax-xhieda vulnerabbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Jekk inti vittma ta’ reat iżda ma sejħulekx sabiex tixhed fil-qorti, jista’ jkun li ma tiġix informat dwar il-proċess. Madankollu, inti tista’ titlob informazzjoni dwar x’jiġri bil-kawża fil-qorti.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Skont l-organizzazzjoni, inti tista’ tiġi offrut tipi differenti ta’ appoġġ. Victim Support Scotland tipprovdi Servizz għall-Vittmi bbażat fil-komunità. Dan huwa pprovdut f’kull żona tal-awtorità lokali fl-Iskozja u s-Servizz għax-Xhieda tagħhom ibbażat fil-qorti jinsab f’kull qorti kriminali fl-Iskozja.

Jeżistu għadd ta’ organizzazzjonijiet karitatevoli oħrajn li jistgħu jkunu ta’ għajnuna, skont in-natura tar-reat. Pereżempju, Rape Crisis Scotland, TARA (‘Trafficking Awareness Raising Alliance’) li jagħtu appoġġ lill-vittmi nisa ta’ traffikar tal-bnedmin, u Migrant Help, li toffri wkoll appoġġ lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin. Children 1st, Scottish Women's Aid u PETAL huma wkoll organizzazzjonijiet karitatevoli li jistgħu joffru appoġġ lill-vittmi tar-reati. Aktar informazzjoni dwar dawn is-servizzi tista’ tinstab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-aħħar aġġornament: 30/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.