F’każ ta’ emerġenza ċempel 999. Sabiex tirrapporta reat ċempel 101.
Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18000.
Jekk irreġistrajt mas-servizz emergencySMS - u ma għandek ebda għażla oħra - tista’ tibgħat messaġġ testwali lejn in-numru 999.
F’każ ta’ emerġenza, ċempel 999 jekk:
Ċempel 101 sabiex tikkuntattja lill-pulizija jekk ir-reat ma jkunx emerġenza.
Jekk inti persuna truxa, tlift is-smigħ, nieqsa mis-smigħ jew għandek diffikultà biex titkellem, tista’ tikkomunika b’mod testwali fuq 18001 101.
Eżempji ta’ reati li ma għandhomx bżonn rispons ta’ emerġenza jinkludu:
F’każ mhux ta’ emerġenza, tista’ tirrapporta r-reati li ġejjin fuq is-sit web ta’ Police Scotland:
Tista’ wkoll timla l-formola ta’ Crimestoppers fuq l-internet jekk trid tirrapporta reat b’mod anonimu.
Bħala vittma, inti għandek id-dritt li titlob informazzjoni speċifika għall-każ tiegħek b’rabta ma’ reat. Jekk din ma tkunx ġiet ipprovduta lilek, inti tista’ tagħmel talba formali minn għadd ta’ korpi differenti:
Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Jekk vittma tkun teħtieġ pariri u assistenza legali, hija tista’ tikkuntattja avukat. Huma jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna bl-ispejjeż tal-pariri u l-assistenza li jingħataw permezz tas-sistema ta’ għajnuna legali.
Il-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali huwa l-korp responsabbli għat-tħaddim tas-sistema tal-għajnuna legali fl-Iskozja.
Jekk tkun ġejt ‘imħarrek/imħarrka’ sabiex tixhed fil-qorti, tista’ tkun intitolat(a) li titlob lura xi spejjeż.
Tiġi ‘mħarrek/imħarrka’ tfisser li tkun irċevejt ittra uffiċjali - imsejħa taħrika - li tgħidlek sabiex tmur il-qorti u tixhed bħala xhud.
L-informazzjoni dwar kif titlob lura l-ispejjeż, flimkien ma’ formola sabiex titlob l-ispejjeż jistgħu jinstabu fuq wara tat-taħrika.
Aqra t-taħrika tiegħek bir-reqqa u ħudha miegħek meta tmur il-qorti. Kun żgur li timla l-formola tal-ispejjeż fuq wara tat-taħrika tiegħek sabiex titlob l-ispejjeż mingħand il-persuna li ħarrkitek bħala xhud.
Il-ħlasijiet fi flus kontanti jsiru biss f’każijiet ta’ tbatija ġenwina jew emerġenza. Spejjeż eċċezzjonali bħal nollijiet tat-taxi, ivvjaġġar bl-ajru u akkomodazzjoni matul il-lejl għandhom jiġu approvati minn qabel mill-prokuratur fiskali.
Jistgħu jsiru pretensjonijiet għal telf ta’ qligħ għal xhieda li huma impjegati u li jaħdmu għal rashom. Ma hemmx faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal fil-bini tal-qorti, għalhekk, ix-xhieda tal-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu l-ispejjeż għall-indukrar tat-tfal u tat-trabi b’rati fissi. Jekk ikollok bżonn tagħmel arranġamenti ta’ indukrar fl-assenza tiegħek, inti tiġi rrimborżat b’rata fissa.
Bħala vittma ta’ reat fl-Iskozja, inti għandek id-dritt li titlob għal rieżami ta’ deċiżjoni meħuda mill-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali li ma jipproċedux bil-prosekuzzjoni ta’ każ irrapportat lilhom, meta dik id-deċiżjoni tkun ittieħdet fl-1 ta’ Lulju 2015 jew wara. Jekk ikun possibbli, inti għandek tapplika għal reviżjoni fi żmien xahar mid-data li fiha tiġi informat(a) bid-deċiżjoni li ma ssirx il-prosekuzzjoni. Ġeneralment, inti tiġi informat(a) bid-deċiżjoni tar-reviżjoni fi żmien 20 jum tax-xogħol. Il-Lord Advocate (il-kap prosekutur pubbliku tal-Iskozja) ppubblika r-regoli dwar dan il-proċess.
Dan jiddependi fuq jekk tintalabx tixhed fil-proċess. Jekk ma tintalabx tixhed, tista’ tistaqsi lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi:
Is-sit web tas-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi għandu aktar dettalji dwar kif tikseb l-informazzjoni b’rabta mal-kawża u informazzjoni dwar is-sejħa tal-kawżi fil-qorti, inklużi l-proċessi li mistennija jissejħu fil-futur qrib. Dan jinkludi:
Jekk inti vittma, is-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi ser:
Il-vittmi mhumiex partijiet fil-proċedimenti kriminali fl-Iskozja. Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti.
L-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala vittma tista’ tinstab fil-Kodiċi tal-Vittmi.
Jekk tintalab tixhed fil-qorti, inti tirċievi taħrika. It-taħrika tiegħek hija ittra uffiċjali li tgħidlek sabiex tmur fil-qorti u tagħti x-xhieda tiegħek.
Huwa importanti li ma tinjorax it-taħrika. Għid lil min talbek sabiex tkun xhud minnufih jekk hemm xi raġuni importanti għala ma tistax tkun preżenti fid-data tal-proċess. Jekk ma tidhirx fil-ħin u l-post korretti, il-qorti tista’ toħroġ mandat għall-arrest tiegħek.
Xi xhieda jistgħu jsibuha bi tqila sabiex jixhdu. Huma jistgħu jkunu partikolarment vulnerabbli minħabba ċ-ċirkostanzi tagħhom jew in-natura tax-xhieda tagħhom. Il-qorti tista’ tieħu passi addizzjonali (imsejħa ‘miżuri speċjali’) sabiex tgħin lix-xhieda vulnerabbli jagħtu l-aħjar xhieda possibbli, bħall-użu ta' skrin sabiex ix-xhud ma jkollux għaliex jara lill-persuna akkużata. Inti għandek tiddiskuti kwalunkwe tħassib li jkollok mal-persuna li talbet sabiex inti tagħti x-xhieda tiegħek, billi din tkun tista’ tapplika mal-qorti f’ismek sabiex jittieħdu miżuri speċjali.
Aktar informazzjoni dwar ir-rwol tiegħek bħala xhud tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Kuruna u s-Servizz tal-Prokuratur Fiskali u fuq il-paġni ta’ mygov.scot dwar L-Għoti tax-Xhieda fil-Qorti.
Soġġetti għad-diskrezzjoni tal-prosekuzzjoni, il-vittmi jistgħu jintalbu jixhdu fil-qorti. Il-liġijiet ġenerali tal-Iskozja dwar ix-xhieda japplikaw għal dawk il-vittmi li jissejħu sabiex jixhdu.
Għal dawk il-vittmi li għandhom jixhdu, u li huma meqjusa bħala vulnerabbli jew għandhom ħtiġijiet ta’ protezzjoni, jistgħu jkunu disponibbli miżuri speċjali permezz tat-taqsimiet 271 sa 271M tal-Att tal-1995 dwar il-Proċedura Kriminali (l-Iskozja) bil-għan li jgħinuhom jagħtu x-xhieda tagħhom. Dawn il-miżuri huma awtomatiċi għat-tfal u għal dawk il-persuni li huma vittmi f’reati speċifiċi bħal reati sesswali, traffikar u stalking.
Barra minn hekk, il-vittmi jistgħu jagħmlu stqarrija bħala vittmi skont it-taqsima 14 tal-Att tal-2003 dwar il-Ġustizzja Kriminali (l-Iskozja). Aktar informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet tal-vittmi tista’ tinstab hawnhekk.
Inti tista’ tikkuntattja lis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi sabiex issir taf x’inhuma d-dati ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti, id-deċiżjoni finali ta’ qorti fi proċess jew kwalunkwe appell li jirriżulta minn proċess, u kwalunkwe raġunijiet għal dan. Barra minn hekk, jekk ser tattendi l-qorti sabiex tixhed, l-impjegati tal-qorti fis-Servizz tat-Tribunali u l-Qrati Skoċċiżi jaġġornawk dwar il-progress tal-kawża fil-qorti mill-inqas darba kull siegħa u jinformawk meta tkun tista’ titlaq mill-qorti.
Jekk jogħġbok ara hawn fuq għad-dettalji tal-informazzjoni li jista’ jinkiseb aċċess għaliha.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.