Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Victims' rights - by country

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

You are considered to be the victim of a crime if you have suffered physical or material damage as a result of an incident deemed to be a crime under the national legislation in force. As a victim of a crime, you have certain legal rights before, during and at the end of the criminal procedure.

The first two stages of the criminal procedure in Romania are: the criminal investigation and the trial. During the criminal investigation, the criminal investigation bodies, under the supervision of the public prosecutor, investigate the case, gathering evidence in order to find the offender. At the end of the criminal investigation, the police send the case to the public prosecutor’s office, together with all the data and evidence collected in the file. After receiving the file, the case prosecutor examines the case and decides whether it is to proceed to the next phase, i.e. trial, or whether the file should be closed.

Once the dossier comes before the court, the panel of judges examines the facts and hears the persons involved in order to establish the guilt of the accused. Once guilt has been established, the offender receives a sentence. If the court considers that the accused is not guilty, then he or she is released.

Click on the links below to find the information that you need

1 - My rights as a victim of crime

2 - Reporting a crime and my rights during the investigation or trial

3 - My rights after trial

4 - Compensation

5 - My rights to support and assistance

Last update: 10/09/2018

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.
Member States in charge of the management of national content pages are in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni se nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) anki saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, tista’ tirrapportah lill-pulizija (jew lill-prosekutur pubbliku) b’mod orali jew bil-miktub. Int tista’ titlob ukoll lil persuna oħra biex tirrapporta r-reat għalik, iżda int trid tipprovdi lil dik il-persuna bi prokura bil-miktub. Il-prokura miktuba u ffirmata tiġi mehmuża mal-fajl tal-każ.

Meta tirrapporta r-reat, int tista’ tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu konsulenza psikoloġika jew kwalunkwe forma oħra ta’ appoġġ għall-vittmi, skont il-ħtiġijiet tiegħek. Int tkun intitolat(a) ukoll għal informazzjoni dwar kif tirċievi għajnuna legali, dwar id-drittijiet tiegħek matul il-proċedimenti kriminali (inklużi miżuri protettivi bħala xhud mhedded), kif ukoll dwar kif tirċievi kumpens finanzjarju mingħand l-Istat. Din l-informazzjoni tiġi pprovduta mill-ewwel korp ġudizzjarju li żżur (pulizija, prosekutur pubbliku). Int tirċievi wkoll formola b’din l-informazzjoni kollha, li trid tiffirmaha. L-informazzjoni tiġi pprovduta lilek f’lingwa li int tista’ tifhem.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Jekk int ċittadin barrani u sfajt vittma ta’ reat fir-Rumanija, int intitolat(a) għad-drittijiet kollha taċ-ċittadini Rumeni li sfaw vittmi ta’ reati.

Jekk ma tafx bir-Rumen, int intitolat(a) għal interpretu mingħajr ħlas biex jassistik matul l-interazzjoni tiegħek mal-awtoritajiet, inkluż għall-preżentazzjoni tal-ilment tiegħek f’lingwa li int tista’ tifhem u biex tirċievi l-informazzjoni li int intitolat(a) għaliha fil-mument tar-rapportar tar-reat f’lingwa li tifhem.

Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, int tista’ tirċievi akkomodazzjoni f’ċentri speċjali ta’ kenn, fejn int se tkun protett(a). Matul il-proċedimenti kriminali, int tirċievi informazzjoni dwar il-proċedimenti f’lingwa li tifhem; int tista’ tirċevi wkoll konsulenza psikoloġika u assistenza medika. L-awtoritajiet Rumeni jagħmlu ħilithom kollha biex jgħinuk tirritorna lura fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek mill-aktar fis possibbli u jipprovdulek trasport sigur sal-fruntiera Rumena.

Jekk int ċittadin barrani, int tista’ titlob ukoll kumpens finanzjarju mingħand l-Istat jekk int sfajt vittma ta’: attentat ta’ qtil u attentat ta’ qtil aggravat, kif stipulati fl-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali; vjolenza domestika, kif stipulata fl-Artikolu 199 tal-Kodiċi Kriminali; reati intenzjonati li jirriżultaw fil-korriment fiżiku tal-vittma; stupru, attakk sesswali, sess ma’ minorenni u korruzzjoni sesswali ta’ minorenni, kif stipulati fl-Artikoli minn 218 sa 221 tal-Kodiċi Kriminali; trattament ħażin ta’ minorenni, kif stipulat fl-Artikolu 197 tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll traffikar u sfruttament ta’ persuni vulnerabbli kif ukoll attentat ta’ traffikar u u ta’ sfruttament ta’ persuni vulnerabbli.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Meta int tirrapporta reat, l-uffiċjal tal-pulizija li jirreġistra l-ilment jispjegalek il-proċedura ta’ kif se jimxi l-każ. Il-pulizija hi obbligata tfassal rapport bil-miktub li jindika l-informazzjoni li pprovdietlek.

Int tirċievi informazzjoni dwar:

  • id-drittijiet tiegħek matul il-proċedimenti kriminali;
  • l-organizzazzjonijiet li tista’ tikkuntattja għall-assistenza u s-servizzi li jipprovdu;
  • kif int tista’ tirċievi protezzjoni;
  • il-kundizzjonijiet u l-proċedura biex tikseb kumpens finanzjarju mingħand l-Istat;
  • il-kundizzjonijiet u l-proċedura biex tirċievi rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas.

Wara, matul il-proċedimenti, int tkun tista’ tirċievi informazzjoni dwar il-progress tal-investigazzjoni u, jekk il-prosekutur jiddeċiedi li ma jirriferix il-każ lill-qorti, kopja ta’ din id-deċiżjoni. Għal din, int trid tippreżenta talba lill-uffiċjal tal-pulizija jew lill-prosekutur li jmexxi l-każ tiegħek u tindika indirizz postali fir-Rumanija, indirizz tal-posta elettronika jew ta’ messaġġier elettroniku biex tirċievi l-informazzjoni.

Jekk il-prosekutur jiddeċiedi li jirreferi l-każ lill-qorti għall-proċess, int tiġi mħarrek/imħarrka biex tidher quddiem il-qorti.

Jekk tkun se tinstema’ fil-qorti, int tiġi informat(a) ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek, kif ġej:

  • id-dritt li tkun assistit(a) minn avukat jew, jekk applikabbli, li tirċievi rappreżentazzjoni legali mingħajr ħlas;
  • id-dritt li tirrikorri għas-servizzi ta’ medjatur f’tali każijiet permessi bil-liġi;
  • id-dritt li tipproponi l-preżentazzjoni ta’ evidenza, li tagħmel oġġezzjonijiet u toħroġ konklużjonijiet f’konformità mal-liġi;
  • id-dritt li tiġi informat(a) dwar il-progress tal-proċedimenti;
  • id-dritt li tippreżenta lment preliminari, fejn ikun meħtieġ (għal ċerti tipi ta’ reati, l-applikazzjoni tiegħek fil-forma ta’ lment preliminari tkun neċessarja biex jipproċedi l-każ kontra t-trasgressur). Il-korpi ġudizzjarji jipprovdu kjarifiki dwar din il-kwistjoni fejn ikun hemm bżonn. L-ilmenti preliminari huma maħsuba biex jintalab l-issoktar tal-proċedimenti kriminali kontra t-trasgressur. L-ilment preliminari jvarja mill-ilment li int tippreżenta quddiem il-pulizija jew il-prosekutur pubbliku biex tinformahom li seħħ reat kontrik.
  • id-dritt li ssir parti ċivili fil-proċedimenti;
  • l-obbligu li tkun preżenti kull meta titħarrek mill-korpi ġudizzjarji;
  • l-obbligu li tinnotifika kull tibdil fl-indirizz;
  • id-dritt li tiġi informat(a) dwar kull rilaxx tat-trasgressur, meta t-trasgressur jiġi sentenzjat għall-ħabs jew jitqiegħed taħt kustodja.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Iva. Int intitolat(a) għal servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni matul il-proċedimenti kriminali.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabilità)?

Matul il-proċedimenti kriminali, persuna b'diżabilità, irrispettivament mill-istatus tagħha (konvenut, parti li sofriet id-dannu, xhud) trid tiġi offruta s-servizzi ta’ interpretu, ta’ psikologu u/jew ta’ rappreżentant tad-Direttorati Ġenerali għall-Ħidma Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (Direcțiile Generale de Asistență Socială și Protecție a Copilului) (għal minorenni).

Il-qafas legali fis-seħħ jistabbilixxi li l-persuni kkonċernati jistgħu jiġu pprovduti b’assistenza speċjalizzata mid-direttorati reġjonali eżistenti għall-ħidma soċjali u għall-protezzjoni tat-tfal u, jekk applikabbli, assistenza medika.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Skont in-natura tar-reat (b’mod partikolari meta dan jitwettaq kontra persuni), l-uffiċjal tal-pulizija jista’ jirrakkomanda/ jidderieġi lill-vittma għas-servizzi ta’ konsulenza psikoloġika.

Jekk int vittma ta’ kategorija speċifika ta’ reati (attentat ta’ qtil u attentat ta’ qtil aggravat, kif stipulati fl-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, vjolenza domestika, kif stipulata fl-Artikolu 199 tal-Kodiċi Kriminali, reati intenzjonati li jirriżultaw fil-korriment fiżiku tal-vittma, stupru, attakk sesswali, sess ma’ minorenni u korruzzjoni sesswali ta’ minorenni, kif stipulati fl-Artikoli minn 218 sa 221 tal-Kodiċi Kriminali, trattament ħażin ta’ minorenni, kif stipulat fl-Artikolu 197 tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll traffikar u sfruttament ta’ persuni vulnerabbli kif ukoll attentat ta’ traffikar u ta’ sfruttament ta’ persuni vulnerabbli), int tista’ tirċievi konsulenza psikoloġika (sa tliet xhur għal adulti u sa sitt xhur għat-tfal taħt it-18-il sena), assistenza medika jew kull tip ieħor ta’ assistenza mingħajr ħlas, skont il-bżonn. Dawn it-tipi ta’ assistenza jiġu offruti mingħajr ħlas biss jekk int tirrapporta r-reat lill-pulizija. Int tista’ tapplika għal assistenza mas-servizzi ta’ probation wara li tippreżenta r-rapport lill-uffiċjal tal-pulizija.

Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika, tista’ titlob l-għajnuna mingħand wieħed mill-assistenti tal-familja li jaħdmu għall-Ministeru tax-Xogħol u tal-Ġustizzja Soċjali (Ministerul Muncii și Justiției Sociale). Il-Ministeru joffri diversi tipi ta’ assistenza lill-vittmi ta’ vjolenza domestika (eż. konsulenza psikoloġika, protezzjoni tal-identità, eċċ.). Bħala vittma ta’ vjolenza domestika, int tista’ titlob ukoll li tiġi akkomodat(a) f’ċentru għall-vittmi ta’ vjolenza domestika fejn int tirċievi protezzjoni u konsulenza.

Min jipprovdi l-appoġġ lill-vittmi?

Fir-Rumanija, skont it-tip ta’ reat, vittma tista’ tirċievi appoġġ speċifiku mingħand l-istituzzjonijiet li ġejjin:

Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika, int tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali għall-Opportunitajiet Indaqs bejn in-Nisa u l-Irġiel (Agenția Națională pentru Egalitate de Șanse între Bărbați și Femei) u lid-Direttorati Ġenerali għall-Ħidma Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (DGASPCs).

Jekk int għandek anqas minn 18-il sena u int vittma ta’ reat, tista’ tikkuntattja lill-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u għall-Adozzjoni (Autoritatea Națională pentru Protecția Drepturilor Copilului și Adopție - ANPDCA) u lid-Direttorati Ġenerali għall-Ħidma Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (DGASPCs).

Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (Agenția Națională împotriva Traficului de Persoane - ANITP) fil-Ministeru tal-Affarijiet Interni (Ministerul Afacerilor Interne - MAI).

Hemm ukoll numru ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) li jipprovdu diversi tipi ta’ appoġġ għall-vittmi. L-istituzzjoni li tikkuntattja tidderiġik għall-NGO rilevanti.

Jekk int sfajt vittma ta' reat vjolenti, bħal attentat ta’ qtil u attentat ta’ qtil aggravat, kif stipulati fl-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, vjolenza domestika, kif stipulata fl-Artikolu 199 tal-Kodiċi Kriminali; reati intenzjonati li jirriżultaw fil-korriment fiżiku tal-vittma, stupru, attakk sesswali, sess ma’ minorenni u korruzzjoni sesswali ta’ minorenni, kif stipulati fl-Artikoli 218 sa 221 tal-Kodiċi Kriminali, trattament ħażin ta’ minorenni, kif stipulat fl-Artikolu 197 tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll traffikar u sfruttament ta’ persuni vulnerabbli u attentat ta’ traffikar u ta’ sfruttament ta’ persuni vulnerabbli, int tista’ titlob l-għajnuna tas-servizzi ta’ probation.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Iva, il-korpi ġudizzjarji jridu jirreferuk għat-tali servizzi.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Kemm matul l-investigazzjoni kriminali kif ukoll matul il-proċeduri tal-qorti, jekk il-korpi ġudizzjarji jqisu li l-privatezza jew id-dinjità tiegħek jistgħu jkunu affettwati minħabba l-informazzjoni li tipprovdi jew minħabba kawżi oħra, dawn jistgħu jirrikorru għal miżuri, fuq inizjattiva tagħhom stess jew wara applikazzjoni tiegħek, biex jiġu protetti l-kunfidenzjalità u l-privatezza tiegħek, bħal pereżempju:

  • il-protezzjoni tad-dettalji dwar l-identità tiegħek;
  • is-smigħ tiegħek isir b’mezzi awdjoviżivi, bil-leħen u d-dehra tiegħek li jiġu distorti, mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li int tkun preżenti, fejn il-miżuri l-oħra ma jkunux biżżejjed;
  • is-sessjoni tal-qorti tinżamm privata matul l-interrogazzjoni tiegħek.

Barra minn hekk, matul il-proċeduri tal-qorti, il-qorti tista’ tipprojbixxi kull pubblikazzjoni ta’ testi, ta’ tpinġijiet, ta’ ritratti jew ta’ stampi li jistgħu jikxfu l-identità tiegħek.

Il-qorti tista’ tiddikjara wkoll is-sessjoni tal-qorti bħala waħda privata jekk seduta pubblika tkun tista’ taffettwa d-dinjità jew il-privatezza tiegħek.

Il-persunal tas-servizz ta’ probation irid iżomm kunfidenzjali d-data fil-pussess tiegħu matul l-eżerċizzju ta’ dmirijietu. L-informazzjoni pprovduta lill-korpi ġudizzjarji bħala parti mill-proċedimenti kriminali hi eżentata minn din ir-regola. Kemm matul l-eżerċizzju tad-dmirijiet tax-xogħol tagħhom kif ukoll fis-soċjetà, il-konsulenti, il-kapijiet tas-servizzi u l-ispetturi jridu jżommu kunfidenzjali kull dokument fil-pussess tagħhom. L-informazzjoni relatata mal-każijiet fir-reġistru tas-servizz, kif ukoll kull informazzjoni relatata mal-organizzazzjoni u mal-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħhom għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-midja soġġetti għall-kunfidenzjalità tad-data personali tar-riċevituri tas-servizz.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Biex ikollok aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, int trid tirrapporta r-reat lill-korpi rilevanti.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Kemm matul l-investigazzjoni kriminali kif ukoll matul il-proċeduri tal-qorti, int tkun intitolat(a) għal miżuri protettivi, meta l-korpi ġudizzjarji jqisu li int tista’ tkun f’periklu.

Hu ferm importanti li int tkun taf li, jekk il-korpi ġudizzjarji jqisu li int tista’ tkun fil-periklu minħabba l-informazzjoni li tipprovdi jew minħabba kawżi oħra, dawn jistgħu jieħdu ċerti miżuri, fuq applikazzjoni tiegħek jew minn jeddhom, biex jiżguraw il-protezzjoni tiegħek, bħal:

  • il-provvista ta’ sorveljanza jew ta’ sigurtà madwar id-dar jew l-akkomodazzjoni temporanja tiegħek;
  • il-provvista ta’ skorta u ta’ protezzjoni lilek jew lill-membri tal-familja tiegħek matul il-vjaġġi;
  • il-protezzjoni tad-dettalji dwar l-identità tiegħek (data personali tista’ titneħħa mill-fajl biex tiġi protetta l-identità tiegħek billi jiġi speċifikat li din l-informazzjoni hi sigrieta);
  • is-smigħ tiegħek b’mezzi awdjoviżivi, bil-leħen u bid-dehra tiegħek distorti, mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li int tkun preżenti, meta l-miżuri l-oħra ma jkunux biżżejjed (b’dan il-mod, int ma jkollokx bżonn tidher quddiem l-uffiċjal tal-pulizija, il-prosekutur jew l-imħallef u ma tkunx fl-istess post bħat-trasgressur);
  • is-sessjoni tal-qorti għandha tinżamm privata matul l-interrogazzjoni tiegħek;

Barra minn hekk, matul il-proċeduri tal-qorti, il-qorti tista’ tipprojbixxi kull pubblikazzjoni ta’ testi, ta’ tpinġijiet, ta’ ritratti jew ta’ stampi li jistgħu jikxfu l-identità tiegħek.

Barra minn hekk, jekk int xhud fil-proċedimenti kriminali jew, anki meta ma tkunx involut fil-każ, int tipprovdi informazzjoni li tgħin lill-korpi ġudizzjarji jsolvu l-każijiet relatati ma’ reati serji jew jipprevjenu milli jseħħu danni sinifikanti, int tista’ titlob lill-uffiċjal tal-pulizija jew lill-prosekutur li jmexxi l-investigazzjoni biex iqiegħdek taħt il-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda. Dan il-programm jinkludi numru ta’ miżuri bħal:

  • identità sigrieta, inkluża parteċipazzjoni fis-seduti bil-leħen jew bid-dehra tiegħek distorti;
  • protezzjoni mill-pulizija ta’ darek u skorta tal-pulizija meta tkun trid tmur għand il-korpi ta’ investigazzjoni kriminali;
  • rilokazzjoni;
  • tibdil fl-identità, inkluż it-tibdil tad-dehra tiegħek, jekk ikun hemm bżonn.

Jekk int tidħol fil-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda, int tkun tista’ tibbenefika minn assistenza addizzjonali bħal:

  • tidħil mill-ġdid f’ambjent soċjali differenti;
  • kisba ta’ kwalifiki professjonali ġodda;
  • impjieg ġdid;
  • appoġġ finanzjarju sakemm issib impjieg ġdid.

Jekk ikun hemm bżonn, il-qraba tal-ewwel grad tiegħek (bħat-tfal jew il-ġenituri tiegħek) u l-konjuġi tiegħek jistgħu jidħlu fil-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda wkoll.

Jekk int ma tidħolx fil-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda matul l-investigazzjoni kriminali, tista’ tapplika għal dan il-programm matul il-proċeduri tal-qorti.

Protezzjoni addizzjonali hi disponibbli, skont it-tip ta’ reat:

  • Jekk int vittma ta’ vjolenza domestika, int tista’ titlob lill-qorti tipprojbixxi lit-trasgressur milli joqgħod fid-dar kondiviża tagħkom. Inkella int, bħala vittma, tista’ tkun akkumpanjat(a) f’ċentru għall-vittmi ta’ vjolenza domestika. Akkomodazzjoni bħal din tkun disponibbli f’każijiet urġenti biss meta s-sikurezza tiegħek tkun teħtieġ iżolament mit-trasgressur jew meta jkun hemm approvazzjoni bil-miktub tal-assistent tal-familja inkarigat mill-każ tiegħek. Ladarba tkun fiċ-ċentru, int tista’ tirċievi akkomodazzjoni, ikel, kura medika, konsulenza psikoloġika u assistenza legali mingħajr ħlas.
  • Jekk int vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, int tista’ tkun akkomodat(a) f’ċentru għall-protezzjoni tal-vittmi. Normalment l-akkomodazzjoni tkun disponibbli għal perjodu ta’ 10 ijiem, iżda l-qorti tista’ testendi s-soġġorn tiegħek sakemm jintemmu l-proċedimenti. Jekk ikun hemm bżonn, il-pulizija tista’ tipprovdi protezzjoni fiżika matul il-proċedimenti kriminali. Jekk int vittma tat-traffikar tal-bnedmin, is-seduta tal-qorti ma tkunx pubblika.

Jekk int tqis li tinsab fil-periklu, għandek tinforma lill-uffiċjal tal-pulizija, lill-prosekutur jew lill-imħallef u tipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli.

Il-miżuri msemmija hawn fuq huma disponibbli kemm għall-istadju tal-investigazzjoni kriminali kif ukoll għall-proċeduri tal-qorti.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Int tirċievi l-protezzjoni tal-Pulizija Rumena.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Jekk, malli jintemmu l-proċedimenti kriminali, int tkun għadek fil-periklu, il-korpi ġudizzjarji jikkunsidraw jekk jirrakkomandawx l-inklużjoni tiegħek fi programm ta’ protezzjoni tax-xhieda, jekk ma tkunx diġà parti minn dak il-programm.

Għall-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, ir-riskju jiġi vvalutat mill-istrutturi speċjalizzati tal-pulizija.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Iva, il-każ tiegħek jista’ jiġi vvalutat. Pereżempju, il-vittmi ta’ ċerti kategoriji ta’ reati (vjolenza domestika, stupru, attakk sesswali eċċ.) jinstemgħu biss minn persuni tal-istess sess jekk il-vittma titlob dan.

It-tieni interrogazzjoni tal-parti vittma ssir biss jekk tkun strettament neċessarja għall-fini tal-proċedimenti kriminali biex tiġi evitata ħsara ulterjuri għall-vittma.

Biex tiġi evitata ħsara ulterjuri għall-vittma billi din ikollha tinstema’ ripetutament mill-korpi ġudizzjarji, il-liġijiet dwar il-proċedura kriminali jeħtieġu wkoll li parti li tkun sofriet id-dannu li tkun ippreżentat ilment b’rabta ma’ reat tinstema’ minnufih jew, meta dan ma jkunx possibbli, wara li tippreżenta l-ilment, mingħajr dewmien żejjed.

Miżura ulterjuri li tibbenefika lill-vittma hi li din ma tiġix informata dwar kull rilaxx tat-trasgressur, jekk il-vittma ma tkunx talbet b’mod speċifiku li tiġi informata dwar dan.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Jekk int vittma vulnerabbli, int tista’ tibbenefika mill-miżuri protettivi spjegati fit-tweġibiet mogħtija aktar ’il fuq dwar il-protezzjoni tax-xhieda.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Jekk int vittma minorenni ta’ sfruttament, ta’ vjolenza, ta’ abbuż, ta’ negliġenza jew ta’ trattament ħażin jew ta’ kwalunkwe reat ieħor, kull persuna, inkluża int, tista’ tirrapporta r-reat lill-pulizija.

Il-minorenni jitqiesu sa mill-bidu nett vittmi vulnerabbli u l-awtoritajiet għandhom jinformawk dwar il-miżuri protettivi li tista’ tirċievi.

Il-minorenni jistgħu jirċievu assistenza mingħand l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u għall-Adozzjoni. Jekk tinsab fil-periklu, int tista’ tapplika għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni li tintitolak għal akkomodazzjoni f’post fejn int tista’ tirċievi protezzjoni (bħal familja oħra jew ċentru speċjali).

Jekk int tintalab tidher quddiem il-korpi tal-investigazzjoni kriminali u jkollok anqas minn 14-il sena, int trid tkun akkumpanjat(a) mill-ġenituri jew mit-tutur tiegħek. Jekk il-ġenituri jew it-tuturi tiegħek ikunu involuti fil-proċedimenti kriminali jew jistgħu jkunu interessati fl-influwenzar tad-dikjarazzjoni tiegħek, l-interrogazzjoni sseħħ fil-preżenza ta’ qarib jew ta’ persuna oħra maħtura mill-uffiċjal tal-pulizija/mill-prosekutur/mill-imħallef.

Barra minn hekk, il-korpi ġudizzjarji jistgħu jiddeċiedu li psikologu għandu jattendi biex jgħinek matul l-interrogazzjonijiet. Int tista’ tapplika għal dan mal-korpi ġudizzjarji.

L-interrogazzjoni trid tiġi reġistrata u, jekk dan ma jkunx possibbli, trid tinkiteb f’rapport.

Int tista’ tinstema mill-istess persuna fi kmamar imfassla/ adattati apposta, fejn disponibbli.

Fl-investigazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ reati, l-interrogazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna tal-istess sess bħall-vittma. Int tista’ tkun akkumpanjat(a) ukoll minn persuna tal-għażla tiegħek.

Int intitolat(a) għal rappreżentant legali matul il-proċedimenti. Jekk m’għandekx konsulent legali, il-qorti tgħinek issib wieħed. Jekk il-familja tiegħek ma taffordjax tħallas għas-servizzi tal-konsulent, int tkun intitolat(a) għal assistenza legali mingħajr ħlas.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-konjuġi, il-minorenni jew id-dipendenti ta’ persuna deċeduta kaġun ta’ qtil u ta’ qtil aggravat kif stipulati fl-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, kif ukoll ta’ reati intenzjonati li jwasslu għall-mewt, ikunu intitolati għal assistenza legali mingħajr ħlas u għal kumpens finanzjarju mingħand l-Istat.

L-assistenza legali mingħajr ħlas hi disponibbli wkoll għal kategoriji oħra ta’ reati minbarra dawn imsemmija hawn fuq, jekk l-introjtu fix-xahar tal-vittma għal kull membru tal-familja ma jkunx ogħla mill-paga minima bażika nazzjonali gross determinata għas-sena meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-assistenza legali mingħajr ħlas.

Il-membru tal-familja tiegħi safa vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Jekk jogħġbok ara l-informazzjoni msemmija aktar ’il fuq.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Se nkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni hi possibbli biss għar-reati anqas serji elenkati fid-dritt kriminali. Il-proċedura tista’ tiġi applikata biss jekk kemm int kif ukoll it-trasgressur taqblu li tieħdu sehem. Matul il-proċedura ta’ medjazzjoni, int se tkun mistieden/mistiedna għal sensiela ta’ laqgħat mat-trasgressur biex tiddiskutu l-possibbiltajiet għal rikonċiljazzjoni. Persuna msejħa medjatur tiffaċilita l-laqgħat. Jekk il-proċedura tikkonkludi bir-rikonċiljazzjoni, int tista’ tirtira l-ilment tiegħek kontra t-trasgressur u l-każ jingħalaq. Inkella, jekk il-proċedura ma tirnexxix, il-proċedimenti kriminali jkomplu bħallikieku ma seħħet ebda medjazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

  • Il-Liġi Nru 135/2010 rigward il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea nr. 135/2010 privind Codul de procedură penală)
  • Il-Liġi Nru 678/2001 rigward il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea nr. 678/2001 privind prevenirea și combaterea traficului de persoane)
  • Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1216/2001 li tapprova l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali rigward il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin (Hotărârea de Guvern nr. 1.216/2001 privind aprobarea Planului național de acțiune pentru combaterea traficului de ființe umane)
  • Il-Liġi Nru 211/2004 rigward ċerti miżuri għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ reat, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea 211/2004 privind unele măsuri pentru asigurarea protecției victimelor infracțiunilor)
  • Id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1238/10 ta’ Ottubru 2007 li tapprova l-istandards nazzjonali speċifiċi għal servizzi speċjalizzati ta’ assistenza lil vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin (Hotărârea Guvernului nr. 1238 din 10 octombrie 2007 pentru aprobarea Standardelor naționale specifice pentru serviciile specializate de asistență a victimelor traficului de persoane)
  • Il-Liġi Nru 217/2003 rigward il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea 217/2003 pentru prevenirea și combaterea violenței în familie)
  • Il-Liġi Nru 272/2004 għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea 272/2004 privind protecția și promovarea drepturilor copilului)
  • Il-Liġi Nru 682/2002 rigward il-protezzjoni tax-xhieda, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea 682/2002 privind protecția martorilor)
  • Il-Liġi Nru 192/2006 rigward il-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ medjatur, kif emendata u supplimentata b’mod ulterjuri (Legea 192/2006 privind medierea și organizarea profesiei de mediator)
L-aħħar aġġornament: 18/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif nirrapporta reat?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, tista’ tirrapportah lill-pulizija (jew lill-prosekutur pubbliku) b’mod orali jew bil-miktub. Int tista’ titlob ukoll lil persuna oħra biex tirrapporta r-reat għalik, iżda int trid tipprovdi lil dik il-persuna bi prokura bil-miktub. Il-prokura miktuba u ffirmata tiġi mehmuża mal-fajl tal-każ.

Il-konjuġi, it-tfal jew l-avukat tiegħek ukoll jistgħu jirrapportaw ir-reat minflokok. Jekk int ġarrabt vjolenza domestika, kwalunkwe membru tal-familja jista’ jirrapporta r-reat lill-pulizija.

Int tista’ tirrapporta r-reat ukoll jekk int il-konjuġi jew it-tifel adult/it-tifla adulta ta’ vittma li mietet kaġun tar-reat.

Jekk int tagħżel li tirrapporta r-reat b’mod orali, trid tmur fl-għassa tal-pulizija. L-uffiċjal tal-pulizija li jaċċetta r-rapport tiegħek iniżżlu f’rekord u jitolbok tiffirmah. Ir-rapporti bil-miktub iridu jiġu ffirmati wkoll.

Ir-rapport tiegħek irid jinkludi l-isem tiegħek, l-okkupazzjoni, l-indirizz tad-dar u deskrizzjoni dettaljata ta’ dak li seħħ. Jekk int taf min hu t-trasgressur, trid tipprovdi l-informazzjoni kollha dwaru, kif ukoll kull evidenza relatata mal-inċident. Matul l-investigazzjoni tar-reat, int tista’ tagħti wkoll informazzjoni addizzjonali fil-każ.

Jekk ma tafx titkellem bir-Rumen jew ma tifhimx bir-Rumen, int tista’ tippreżenta r-rapport f’lingwa li tifhem u l-korp ġudizzjarju jara li jiġi tradott. F’dan il-każ, int tista’ titlob li kull taħrika li tirċievi tinħareġ f’lingwa li tifhem.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Wara r-rapport tiegħek, il-korpi tal-pulizija jgħaddu l-każ lill-prosekutur pubbliku, fejn dan jiġi assenjat numru uniku.

Ladarba tirrapporta r-reat, tkun tista’ tivverifika kif miexi l-każ tiegħek billi tagħmel talba bil-miktub dwar dan, filwaqt li tindika indirizz fir-Rumanija jew indirizz tal-posta elettronika jew ta’ messaġġier elettroniku fejn l-awtoritajiet għandhom jibagħtu l-informazzjoni.

Jekk il-prosekutur jiddeċiedi li jieħu l-każ il-qorti, int tkun intitolat(a) li tikkonsulta l-fajl fil-bini tal-qorti matul il-proċedimenti tal-qorti. Barra minn hekk, int tissejjaħ biex tidher quddiem il-qorti.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk inti parti li ġarrbet id-dannu, int intitolat(a) li tirċievi assistenza legali jew li tkun rappreżentat(a)

a. Matul il-proċedimenti kriminali, int intitolat(a) li tkun assistit(a) minn konsulent legali tal-għażla tiegħek imħallas minnek. Jekk it-trasgressur jiġi kkundannat, int tkun tista’ tirkupra l-ispejjeż imġarrba għall-konsulent legali tiegħek mingħand it-trasgressur.

b. Jekk tixtieq hekk, int tista’ tkun rappreżentat(a) matul il-proċedimenti kriminali, sakemm il-preżenza tiegħek ma tkunx obbligatorja jew il-prosekutur, l-imħallef jew il-qorti ma jqisux li dan ikun neċessarju, skont kif ikun applikabbli (eż. għall-finijiet tas-smigħ).

c. F’ċerti każijiet, l-assistenza legali matul il-proċedimenti kriminali tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas:

  • jekk il-prosekutur jew l-imħallef iqis li int ma tistax tieħu ħsieb id-difiża tiegħek stess u m’għandek ebda konsulent legali mħallas;
  • jekk int minorenni u għadek ma ksibtx kapaċità legali sħiħa (permezz ta’ żwieġ jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja);
  • jekk int sfajt vittma ta’ xi wieħed mir-reati li ġejjin: attentat ta’ qtil u attentat ta’ qtil aggravat, korriment fiżiku, reat intenzjonat li jirriżulta fil-korriment fiżiku tal-vittma (il-Kodiċi Kriminali jiddefinixxi t-tifsira ta’ korriment fiżiku), stupru, attakk sesswali, sess ma’ minorenni u korruzzjoni sesswali ta’ minorenni;
  • jekk int il-konjuġi, it-tifel/tifla jew persuna oħra dipendenti fuq il-vittma li mietet kaġun ta’ qtil, ta’ qtil aggravat jew ta’ reat intenzjonat ieħor;
  • fuq talba, jekk int il-vittma ta’ reati oħra minbarra dawn imsemmija hawn fuq u jekk l-introjtu fix-xahar tiegħek determinat għal kull membru tal-familja ma jkunx ogħla mill-paga nazzjonali minima gross. L-applikazzjoni għall-assistenza legali mingħajr ħlas għandha tiġi ppreżentata lit-tribunal li int tkun qed tirresjedi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

F’każijiet bħal dawn, l-assistenza legali mingħajr ħlas tkun disponibbli biss jekk int tkun irrapportajt ir-reat mal-pulizija jew mal-prosekutur pubbliku fi żmien 60 jum mindu seħħ ir-reat jew, jekk ma stajtx tirrapporta r-reat, fi żmien 60 jum mindu ntemmu ċ-ċirkustanzi li ma ħallewkx tirrapportah.

Jekk tixtieq tirċievi assistenza legali mingħajr ħlas, int trid tippreżenta applikazzjoni mal-prosekutur jew mal-qorti, skont kif ikun applikabbli, li imbagħad jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa. L-assistenza legali mingħajr ħlas tkun disponibbli għalik sakemm jintemmu l-proċedimenti kriminali.

Nista’ nitlob l-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Int tista’ titlob rimborż tal-ispejjeż legali tiegħek. Il-qorti tiddeċiedi liema parti mill-ispejjeż tiegħek trid tiġi rimborżata u minn min.

Jekk int tieħu sehem bħala parti li ġarrbet id-dannu jew bħala parti ċivili fil-proċedimenti (jekk il-kawża ċivili tkun awtorizzata) u l-akkużat jinstab li hu ħati (anki jekk, għal ċerti raġunijiet, dan ma jiġix ikkundannat biex jiskonta sentenza), dan jiġi ordnat iħallas għall-ispejjeż legali tiegħek.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel nitla’ l-qorti?

Jekk il-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jagħlaq il-każ mingħajr ma jtellgħu l-qorti, int tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 20 jum mindu tirċievi kopja tat-tali deċiżjoni. L-appell tiegħek irid jiġi ppreżentat lill-prosekutur superjuri.

Jekk il-prosekutur superjuri jiċħad l-appell tiegħek, int tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur superjuri quddiem l-imħallef tal-awla preliminari tal-qorti distrettwali tal-ġurisdizzjoni.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Int tista’ tkun involut(a) fil-proċedimenti kriminali kif ġej:

bħala vittma (parti li ġarrbet id-dannu)

Jekk int ġarrabt dannu kkawżat minn reat, int tista’ tieħu sehem fil-proċedimenti bħala vittma u int intitolat(a) għal numru ta’ drittijiet proċedurali, kif spjegati hawn taħt.

bħala xhud

Jekk ma tixtieqx tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali bħala parti li ġarrbet dannu, int għandek tinforma lill-korp ġudizzjarju li jieħu ħsieb il-każ tiegħek, li, jekk iqis li jkun hemm bżonn, xorta waħda jista’ jitolbok titla’ tixhed. Jekk tintalab titla’ tixhed, int trid tkun preżenti u tiddikjara dak kollu li taf dwar l-inċident.

bħala parti ċivili

Jekk tixtieq titlob kumpens għad-danni kkawżati mir-reat, int trid tippreżenta talba ċivili, u b'hekk issir parti ċivili fil-proċedimenti kriminali.

B’mod ġenerali, is-seduti tal-qorti jkunu miftuħa għall-pubbliku u int tkun tista’ tattendi għas-seduti irrispettivament mir-rwol tiegħek fil-proċedimenti. Madankollu, il-qorti tista’ tiddeċiedi li torganizza seduti privati meta jkun hemm raġunijiet suffiċjenti għal din id-deċiżjoni. F’dan il-każ, int tkun tista’ tattendi biss jekk tkun parti li ġarrbet danni jew parti ċivili.

Il-preżenza tiegħek fl-awla tal-qorti tkun obbligatorja biss meta tintalab tidher għal interrogazzjoni (eż. bħala xhud).

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, int jista’ jkollok wieħed mir-rwoli li ġejjin fis-sistema ġudizzjarja:

Vittma (parti li ġarrbet id-dannu)

Jekk int ġarrabt dannu kkawżat minn reat, int tista’ tieħu sehem fil-proċedimenti bħala vittma u int intitolat(a) għal numru ta’ drittijiet proċedurali, kif spjegati hawn taħt.

Parti ċivili

Jekk tixtieq titlob kumpens għad-danni kkawżati mir-reat, int tista’ tippreżenta talba ċivili, u b'hekk issir parti ċivili fil-proċedimenti kriminali.

Xhud

Jekk ma tixtieqx tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali bħala parti li ġarrbet dannu, int għandek tinforma lill-korp ġudizzjarju li jieħu ħsieb il-każ tiegħek, li, jekk iqis li jkun hemm bżonn, xorta waħda jista’ jitolbok titla’ tixhed. F’dan il-każ, int tiġi mistieden biex issirlek interrogazzjoni u tintalab tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-inċident. Il-preżenza tiegħek matul l-interrogazzjoni tkun obbligatorja kull meta tiġi mistieden għal dan l-għan.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Jekk tieħu sehem fil-proċedimenti kriminali bħala parti li ġarrbet id-dannu/parti ċivili, int ikollok numru ta’ drittijiet proċedurali:

Matul l-investigazzjoni kriminali:

- int intitolat(a) li titlob kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. Għal dan l-għan, int trid issir parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jew tippreżenta kawża ċivili separata. Int tista’ ssir parti ċivili fi kwalunkwe waqt matul l-investigazzjoni kriminali.

Biex issir parti ċivili fil-proċedimenti, trid jew titlob dan b’mod orali quddiem l-uffiċjal tal-pulizija jew il-prosekutur jew tippreżenta applikazzjoni bil-miktub lill-uffiċjal tal-pulizija jew lill-prosekutur li jieħu ħsieb il-każ. L-applikazzjoni għandha tispeċifika x’kumpens qed titlob, ir-raġunijiet u l-evidenza relatata.

Matul l-ewwel interrogazzjoni, il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija se jinformawk li int tista’ ssir parti ċivili fil-proċedimenti.

- int intitolat(a) titlob rimborż tal-ispejjeż legali. Il-qorti tiddeċiedi liema parti mill-ispejjeż tiegħek trid tiġi rimborżata u minn min.

Jekk int tieħu sehem bħala parti li ġarrbet id-dannu jew bħala parti ċivili fil-proċedimenti (jekk il-kawża ċivili tkun awtorizzata) u l-akkużat jinstab li hu ħati (anki jekk, għal ċerti raġunijiet, dan ma jiġix ikkundannat biex jiskonta sentenza), dan jiġi ordnat iħallas għall-ispejjeż legali tiegħek.

- int intitolat(a) tirċievi informazzjoni dwar il-progress tal-investigazzjoni kif ukoll kopja tat-tali deċiżjoni, jekk il-prosekutur jiddeċiedi li ma jirriferix il-każ lill-qorti. Għal din, int trid tippreżenta talba lill-uffiċjal tal-pulizija jew lill-prosekutur li jmexxi l-każ u tindika indirizz postali fir-Rumanija, indirizz tal-posta elettronika jew ta’ messaġġier elettroniku biex tirċievi l-informazzjoni. Jekk il-prosekutur jiddeċiedi li jirreferi l-każ lill-qorti għall-proċess, int titħarrek biex tidher quddiem il-qorti.

- id-dritt għal servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni, jekk ma titkellimx jew ma tifhimx bir-Rumen. Matul il-proċedimenti kriminali, int tiġi pprovdut(a) b’interpretu mingħajr ħlas jekk ma tafx titkellem bir-Rumen.

- matul il-proċedimenti kriminali, int intitolat(a) li tkun assistit(a) minn avukat. F’każijiet speċifiċi, (eż. meta l-prosekutur iqis li int mhux se tkun kapaċi tieħu ħsieb id-difiża tiegħek stess jew tkun minorenni u ma tkunx għadek ksibt il-kapaċità legali sħiħa, meta tkun vittma ta’ ċerti reati, meta l-introjtu tiegħek ikun anqas minn ċertu limitu eċċ. - jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija ta’ qabel), int tkun intitolat(a) għal assistenza legali mingħajr ħlas.

- int intitolat(a) li tkun rappreżentat(a) matul il-proċedimenti kriminali, sakemm il-preżenza tiegħek ma tkunx obbligatorja jew il-prosekutur, l-imħallef jew il-qorti jqisu li din tkun neċessarja, skont kif ikun applikabbli (eż. għall-finijiet tas-smigħ).

- int jew il-konsulent tiegħek tistgħu tikkonsultaw il-fajl. Madankollu, il-konsultazzjoni tal-fajl tiegħek se tkun soġġetta għal regoli speċifiċi, li jiġu komunikati mir-reġistru tal-uffiċċju tal-prosekutur.

- int intitolat(a) li tissejjaħ għal interrogazzjoni mill-uffiċjal tal-pulizija jew mill-prosekutur li jieħu ħsieb il-każ. Matul l-interrogazzjoni, int tista’ titlob li tkun akkumpanjat(a) kemm mir-rappreżentant legali tiegħek, jekk ikollok wieħed, kif ukoll minn persuna tal-għażla tiegħek li l-preżenza tagħha matul l-interrogazzjoni int tqis li tkun ta’ għajnuna. Il-korp ġudizzjarju jista’ jiċħad it-talba tiegħek biss fuq il-bażi ta’ motivazzjonijiet raġonevoli.

Meta tirrapporta reat li jkun seħħ kontrik, il-korp ġudizzjarju jrid jisimgħek minnufih. Jekk dan ma jkunx possibbli, int għandek tinstema’ mill-aktar fis wara li tirrapporta r-reat.

Bħala vittma ta’ vjolenza domestika, ta’ stupru jew ta’ tipi oħra ta’ attakk sesswali, ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ fastidju, ta’ fastidju sesswali, kif ukoll fi kwalunkwe każ ieħor li fih ikollok bżonn il-protezzjoni tal-privatezza tiegħek, int tista’ tintalab li tinstema’ minn persuna tal-istess sess tiegħek. Il-korp ġudizzjarju jista’ jiċħad it-talba tiegħek biss fuq il-bażi ta’ motivazzjonijiet raġonevoli.

- int intitolat(a) tippreżenta evidenza u kwalunkwe talba oħra relatata mas-soluzzjoni tal-każ. Int tista’ tagħmel dan matul l-interrogazzjoni tiegħek jew f’applikazzjoni separata ppreżentata lill-korp ġudizzjarju li jieħu ħsieb il-każ tiegħek.

- jekk it-trasgressur jitqiegħed taħt kustodja u mbagħad jinħeles, int intitolat(a) li tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx tiegħu. Matul l-ewwel interrogazzjoni tiegħek, int tiġi informat(a) dwar dan id-dritt u ssirlek mistoqsija dwar jekk tixtieqx tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx tat-trasgressur.

- int tista’ tappella kontra l-atti mwettqa b’rabta mal-każ tiegħek. L-appell għandu jiġi ppreżentat lill-prosekutur tal-każ, meta l-att ikun twettaq minn uffiċjal tal-pulizija, jew lill-prosekutur superjuri, meta l-att ikun twettaq mill-prosekutur tal-każ tiegħek.

Jekk tappella kontra d-deċiżjoni tal-prosekutur li jagħlaq il-kawża kriminali u l-appell tiegħek jiġi miċħud, int tista’ tappella kontra din id-deċiżjoni quddiem l-imħallef tal-awla preliminari.

Matul il-proċess:

- int intitolat(a) li titlob kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. Għal dan l-għan, int trid issir parti ċivili fil-proċedimenti kriminali jew tippreżenta kawża ċivili separata.

Jekk int ħadt sehem fl-investigazzjoni kriminali bħala parti ċivili, int tista’ żżomm l-istess status matul il-proċess.

Jekk int ma ħadtx sehem fl-investigazzjoni kriminali bħala parti ċivili, int xorta waħda tista’ ssir parti ċivili fil-proċess qabel ma tinfetaħ l-inkjesta. Meta tintalab tidher għall-ewwel seduta tal-qorti, int tiġi informat dwar din.

Int tista’ titlob li ssir parti ċivili fil-proċess b’mod orali quddiem il-qorti jew tippreżenta applikazzjoni bil-miktub għal dan l-għan. L-applikazzjoni għandha tispeċifika x’kumpens qed titlob, ir-raġunijiet u l-evidenza relatata.

- int intitolat(a) titlob rimborż tal-ispejjeż legali. Il-qorti tiddeċiedi liema parti mill-ispejjeż tiegħek trid tiġi rimborżata u minn min.

Jekk int tieħu sehem bħala parti li ġarrbet id-dannu jew bħala parti ċivili fil-proċedimenti (jekk il-kawża ċivili tkun awtorizzata) u l-akkużat jinstab li hu ħati (anki jekk, għal ċerti raġunijiet, dan ma jiġix ikkundannat biex jiskonta sentenza), dan jiġi ordnat iħallas għall-ispejjeż legali tiegħek.

- int intitolat(a) għal servizzi ta’ interpretazzjoni u ta’ traduzzjoni, jekk ma titkellimx jew ma tifhimx bir-Rumen. Matul il-proċedimenti kriminali, int tiġi pprovdut(a) b’interpretu mingħajr ħlas jekk ma tafx titkellem bir-Rumen.

- matul il-proċedimenti kriminali, int intitolat(a) li tkun assistit(a) minn avukat. F’każijiet speċifiċi, (eż. meta l-prosekutur iqis li int mhux se tkun kapaċi tieħu ħsieb id-difiża tiegħek stess jew tkun minorenni u ma tkunx għadek ksibt il-kapaċità legali sħiħa, meta tkun vittma ta’ ċerti reati, meta l-introjtu tiegħek ikun anqas minn ċertu limitu eċċ. - jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija ta’ qabel), int tkun intitolat(a) għal assistenza legali mingħajr ħlas.

- int intitolat(a) li tkun rappreżentat(a) matul il-proċedimenti kriminali, sakemm il-preżenza tiegħek ma tkunx obbligatorja jew sakemm il-prosekutur, l-imħallef jew il-qorti ma jqisux li din tkun neċessarja, skont kif ikun applikabbli (eż. għall-finijiet tas-smigħ).

- int jew il-konsulent tiegħek tistgħu tikkonsultaw il-fajl. Madankollu, il-konsultazzjoni tal-fajl tiegħek se tkun soġġetta għal regoli speċifiċi, li jiġu komunikati mir-registru tal-qorti.

- int intitolat(a) li tinstema’ matul il-proċedimenti tal-qorti. Il-qorti tħarrkek biex tidher matul is-seduta u jsirulek mistoqsijiet dwar ir-reat. Int tintalab ukoll tirrakkonta dak kollu li tiftakar dwar l-inċident.

- int intitolat(a) li tagħmel mistoqsijiet lill-akkużat, lix-xhieda u lill-esperti meta jinstemgħu.

- int intitolat(a) li tagħmel oġġezzjonijiet u li toħroġ konklużjonijiet dwar materji kriminali fil-każ.

- int intitolat(a) tippreżenta evidenza u kull talba oħra relatata mas-soluzzjoni tal-każ.

- jekk it-trasgressur jitqiegħed taħt kustodja jew jiġi kkundannat biex jiskonta piena, int intitolat(a) li tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx tiegħu. Jekk int ma tlabtx li tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx tat-trasgressur fl-ewwel interrogazzjoni tiegħek matul l-investigazzjoni kriminali meta ġejt informat(a) b’dan id-dritt, int xorta waħda tista’ titlob li jsir hekk matul il-proċess b’mod orali quddiem il-qorti jew inkella bil-miktub.

- meta deċiżjoni tkun disponibbli, din tiġi notifikata lilek u int tkun intitolat(a) li tappellaha.

Parti li ġġarrab id-danni jew parti ċivili jew xhud fil-proċedimenti kriminali għandhom ukoll numru ta’ obbligi li jirriżultaw mill-ħtieġa li l-korpi ġudizzjarji jsibu l-verità fil-każ u biex it-trasgressur jinżamm responsabbli:

- l-obbligu li int tidher quddiem l-uffiċjal tal-pulizija, il-prosekutur jew l-imħallef kull meta tintalab tagħmel dikjarazzjonijiet.

- l-obbligu li tiddikjara dak kollu li taf b’rabta mal-inċident; int dejjem għandek tkun taf li jekk tagħti xhieda falza quddiem il-korpi ġudizzjarji, int tista’ tiġi akkużat bi ksur tal-ġurament u kkundannat minħabba f’dan. Bħala l-konjuġi jew il-qarib mill-viċin tal-akkużat, int tista’ tiċħad milli tagħmel dikjarazzjonijiet. Int tista’ tiċħad milli twieġeb ukoll jekk il-mistoqsijiet ikunu relatati ma’ sigriet professjonali li trid iżżomm.

- l-obbligu li tinforma lill-korpi ġudizzjarji dwar kull tibdil fl-indirizz biex tkun tista' tiġi kkuntattjat u tirċievi kwalunkwe avviż dwar il-proċedimenti fil-futur.

- int trid iġġib ruħek b’mod ċivili u turi rispett għas-solennità tas-seduta. Inkella, il-qorti tista’ tordna li titneħħa mill-awla tal-qorti.

Kemm matul l-investigazzjoni kriminali kif ukoll matul il-proċedimenti tal-qorti, int intitolat(a) għal miżuri protettivi jekk il-korpi ġudizzjarji jqisu li int tista’ tkun fil-periklu jew jekk int il-vittma ta’ ċerti reati li jistgħu jaffettwaw il-privatezza jew id-dinjità tiegħek.

Hu ferm importanti li int tkun taf li, jekk il-korpi ġudizzjarji jqisu li int tista’ tkun fil-periklu jew li l-privatezza jew id-dinjità tiegħek jistgħu jkunu affettwati minħabba l-informazzjoni li tipprovdi, jew minħabba kawżi oħra, dawn jistgħu, , fuq l-inizjattiva tiegħek jew minn jeddhom, jieħdu ċerti miżuri biex jiżguraw il-protezzjoni tiegħek, bħal:

  • il-provvista ta’ sorveljanza jew ta’ sigurtà madwar id-dar jew l-akkomodazzjoni temporanja tiegħek;
  • il-provvista ta’ skorta u ta’ protezzjoni lilek jew lill-membri tal-familja tiegħek matul il-vjaġġi;
  • il-protezzjoni tad-dettalji dwar l-identità tiegħek;
  • is-smigħ tiegħek isir b’mezzi awdjoviżivi, bil-leħen u d-dehra tiegħek li jiġu distorti, mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li int tkun preżenti, meta l-miżuri l-oħra ma jkunux biżżejjed;
  • is-sessjoni tal-qorti tinżamm privata matul l-interrogazzjoni tiegħek;

Meta jitqies meħtieġ għall-protezzjoni tiegħek matul il-proċedimenti tal-qorti, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li s-seduta tkun privata. Int tista’ titlob lill-imħallef jiddikjara s-seduta bħala waħda privata.

Barra minn hekk, matul il-proċedimenti tal-qorti, il-qorti tista’ tipprojbixxi kull pubblikazzjoni ta’ testi, ta’ tpinġijiet, ta’ ritratti jew ta’ stampi li jistgħu jikxfu l-identità tiegħek.

Jekk int xhud, int tkun intitolat(a) ukoll għal mezzi speċjali oħra ta’ protezzjoni tax-xhieda. Jekk int tqis li int stess tinsab fil-periklu, għandek tinforma lill-uffiċjal tal-pulizija, lill-prosekutur jew lill-imħallef u tipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet?

Iva. Jekk int għażlit li tieħu sehem fil-proċess, kemm il-prosekutur/ l-uffiċjal tal-pulizija kif ukoll l-imħallef jistgħu jisimgħuk bħala parti li ġarrbet id-dannu/ bħala parti ċivili.

Il-prosekutur jew l-uffiċjal tal-pulizija se jistidnuk biex tkun preżenti fil-bini tal-pulizija/ fl-uffiċċju tal-prosekutur biex tiġi interrogat(a) u, matul il-proċess, se tiġi mħarrek/imħarrka biex tixhed fil-proċedimenti.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Matul l-investigazzjoni kriminali, int tista’ tirċievi informazzjoni dwar il-progress tal-każ u kopja li tispjega d-deċiżjoni tal-prosekutur b’rabta ma’ kemm hu rakkomandat li l-każ jiġi riferit lill-qorti. Biex dan isir, , int trid tippreżenta talba lill-uffiċjal tal-pulizija jew lill-prosekutur li jmexxi l-każ u tindika indirizz fir-Rumanija, indirizz tal-posta elettronika jew ta’ messaġġier elettroniku biex tirċievi l-informazzjoni.

Matul il-proċess, int se tiġi mħarrek/imħarrka biex tidher fl-ewwel seduta u tiġi informat(a) li tista’ ssir parti ċivili fil-proċedimenti. Int ma tirċievi ebda sejħa oħra għas-seduti li jmiss. Billi tattendi s-seduti tal-qorti jew tikkonsulta l-fajl, int tiġi informat(a) dwar il-progress tal-każ u dwar id-dati tas-seduti li jmiss. Madankollu, tiġi mħarrek/imħarrka kull meta tkun se tiġi interrogat(a).

Ladarba tkun disponibbli, tintbagħatlek kopja tad-deċiżjoni.

Jekk ma tifhimx bir-Rumen, il-minuti tad-deċiżjoni (rapport tas-sentenza tal-qorti mingħajr raġunamenti estensivi) jintbagħtu lilek f’lingwa li tifhem. Ir-raġunamenti jiġu pprovduti lilek bir-Rumen u int tista’ tirrikorri għas-servizzi ta’ interpretazzjoni disponibbli biex jiġu tradotti għalik.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Iva, int jew il-konsulent tiegħek tistgħu tikkonsultaw il-fajl. Biex tagħmel dan, trid tmur għand ir-reġistru tal-uffiċċju tal-prosekutur jew tal-qorti li jżomm il-fajl tiegħek u tippreżenta applikazzjoni f’dan ir-rigward.

Madankollu, il-konsultazzjoni tal-fajl tiegħek se tkun soġġetta għal regoli speċifiċi, li jiġu komunikati mir-reġistru.

Int intitolat(a) li tirċievi informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-proċedura li jirregolaw l-ammissjoni għall-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Il-proċess jintemm b’deċiżjoni tal-qorti (sentenza), li tista’ tirriżulta f’dawn: il-kundanna jew il-ħelsien tal-konvenut, ir-rinunzja jew il-posponiment tal-għoti tas-sentenza jew it-terminazzjoni tal-proċedimenti kriminali. Id-deċiżjoni titħabbar matul seduta pubblika tal-qorti. Jekk int ħadt sehem fil-proċess bħala vittma u/jew parti ċivili, tirċievi kopja tad-deċiżjoni tal-qorti bil-posta.

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-qorti, int tista’ tappellaha. Tista’ tippreżenta appell biss jekk int tkun ħadt sehem fil-proċess bħala vittma jew parti ċivili.

Int tista’ tappella wkoll bħala xhud, iżda biss b’rabta mar-rimborż tal-ispejjeż legali u tal-indennizzi li int intitolat(a) għalihom.

Jekk int vittma jew parti ċivili, l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-appell hi 10 ijiem wara li tirċievi kopja tal-minuti tad-deċiżjoni.

Jekk aġixxejt bħala xhud, int tista’ tippreżenta appell eżatt wara li tittieħed deċiżjoni dwar l-ispejjeż legali u l-indennizzi, iżda mhux aktar tard minn 10 ijiem mis-sentenza li ddeċidiet il-każ jew min-notifika tad-deċiżjoni dwar l-ispejjeż legali jew l-indennizzi, kif applikabbli.

L-appell irid isir bil-miktub u jkun ffirmat. L-appelli jiġu ppreżentati lill-istess qorti li int qed tappella kontra d-deċiżjoni tagħha.

Wara li tirċievi l-appell, il-qorti tgħaddih lill-qorti superjuri kompetenti biex tisimgħu. Il-kopja tad-deċiżjoni tal-qorti tinkludi informazzjoni dwar meta u fejn tista’ tippreżenta l-appell tiegħek.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Is-sentenza tidħol fis-seħħ wara li jiġu eżawriti l-opportunitajiet kollha għall-appell. Wara li s-sentenza tidħol fis-seħħ, ir-rwol tiegħek fil-proċedimenti jasal fi tmiemu. Jekk tqegħidt taħt programm speċjali ta’ protezzjoni tax-xhieda matul il-proċedimenti, int tista’ tkompli tibbenefika minnu sakemm il-qorti tiddeċiedi li m’għadekx fil-periklu.

Inkun intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

Bħala miżura ta’ appoġġ, konsulenza psikoloġika mingħajr ħlas tiġi pprovduta għal mhux aktar minn 3 xhur. Vittmi taħt it-18-il sena huma intitolati għal konsulenza psikoloġika mingħajr ħlas għal mhux aktar minn 6 xhur.

Il-protezzjoni permezz tal-programm ta’ protezzjoni tax-xhieda tista’ tkompli wara l-proċess ukoll. It-terminu tat-tali protezzjoni jiġi deċiż mill-qorti.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi sentenzjat?

Jekk it-trasgressur jiġi kkundannat, int ikollok aċċess għall-kategoriji li ġejjin ta’ informazzjoni: it-tip u d-durata tal-piena (is-sentenza tinqata’ f’sessjoni pubblika u tintbagħat lilek wara), informazzjoni fil-każ ta’ ħarba, ta’ rilaxx taħt kwalunkwe kundizzjoni, dment li int tkun tlabt it-tali informazzjoni.

Niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Iva, int tiġi informat(a) dwar ir-rilaxx jew il-ħarba tat-trasgressur mill-ħabs, jekk int tlabt li dan isir meta staqsewk il-korpi ġudizzjarji. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba aktar ’il fuq.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar ħelsien jew parole? Pereżempju, nista’ nagħmel stqarrija jew nippreżenta appell?

Ir-rwol tiegħek fil-proċedimenti kriminali jintemm meta d-deċiżjoni tal-qorti (li tikkundanna jew teħles lill-konvenut, tirrinunzja jew tipposponi l-infurzar tal-piena jew ittemm il-proċedimenti kriminali) issir finali.

Int mhux se tkun involut(a) fil-proċedura tar-rilaxx jew tal-libertà kondizzjonali tat-trasgressur.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

4 - Kumpens

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens għad-danni mwettqa mit-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Inti tista’ titlob kumpens għad-danni mwettqa mit-trasgressur billi ssir parti ċivili fil-proċedimenti kriminali. Għandek tieħu din l-azzjoni qabel ma tibda l-inkjesta preparatorja. Il-korpi ġudizzjarji jridu jinformawk b'dan id-dritt. Int tista’ tiftaħ kawża ċivili fil-proċedimenti kriminali b’mod orali jew bil-miktub. Madankollu, int trid tispeċifika d-danni rrappurtati, ir-raġunijiet u l-evidenza li fuqhom hi msejsa t-talba tiegħek.

Din it-talba tista’ tiġi ppreżentata fl-uffiċċju tal-prosekutur jew quddiem il-qorti kkonċernata mis-suġġett tal-każ.

Is-sentenza tal-qorti tinkludi wkoll id-danni ordnati mill-qorti kontra t-trasgressur.

Jekk m’intix parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, xorta waħda tista’ tippreżenta kawża separata quddiem il-qorti ċivili biex titlob kumpens għad-danni.

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni id-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Dment li jkun hemm sentenza fis-seħħ li tordna li t-trasgressur irid iħallas għad-danni, dan irid jagħmel hekk mingħajr il-bżonn li int tieħu xi azzjoni ulterjuri. Jekk it-trasgressur jonqos milli jħallas, int tista’ tfittex l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

Biex tagħmel dan, int trid tippreżenta s-sentenza li tagħtik kumpens lil bailiff. Il-bailiff jaġixxi għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti u jgħidlek xi jmiss li tagħmel.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? Taħt liema kundizzjonijiet?

L-istat jista’ jħallsek kumpens taħt ċerti kundizzjonijiet.

Jekk it-trasgressur ikun insolventi jew nieqes, l-istat jista’ jħallsek kumpens, dment li int tippreżenta applikazzjoni għal kumpens finanzjarju. Int għandek tippreżenta l-applikazzjoni fi żmien sena. Id-data li fiha jibda t-terminu tiddependi mis-soluzzjoni ordnata mill-korpi ġudizzjarji.

Jekk it-trasgressur ma jkunx magħruf, int għandek tippreżenta l-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju fi żmien 3 snin mit-twettiq tar-reat, sakemm int ma tkunx ksibt kumpens sħiħ mingħand assiguratur.

Int tista’ tippreżenta applikazzjoni għal pagament bil-quddiem tal-kumpens finanzjarju. Biex tagħmel dan, l-ewwel int trid tippreżenta l-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju kif imsemmi hawn fuq. Il-pagament bil-quddiem jista’ jintalab fl-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju jew wara, fi żmien 30 jum. Int intitolat(a) għal pagament bil-quddiem dment li tkun f’pożizzjoni finanzjarja prekarja.

Jekk l-applikazzjoni għad-danni/għall-kumpens tiġi miċħuda, int trid trodd lura l-flus li tkun irċivejt bil-quddiem. L-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju għandha tiġi ppreżentata lit-tribunal li int tkun qed tirresjedi taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Iva. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba aktar ’il fuq.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Jekk il-qorti kriminali ma tagħtix kumpens fir-rigward tat-talba ċivili, int tista’ tippreżenta kawża separata quddiem il-qorti ċivili biex titlob id-danni.

Jekk il-qorti kriminali tiddeċiedi li ma hemm ebda reat jew li ma twettaq ebda reat mill-persuna li kontriha int ippreżentajt l-ilment, int mhux se tkun intitolat(a) għad-danni/għall-kumpens la f'qorti kriminali u lanqas f’kawża ċivili separata, peress li d-deċiżjoni tal-qorti kriminali tikseb il-forza ta’ res judicata quddiem il-qorti ċivili.

Jekk m’intix parti ċivili fil-proċedimenti kriminali, int tista’ tippreżenta kawża separata f’qorti ċivili matul il-proċess kriminali jew anki meta dan jintemm, soġġett għall-perjodi ta’ preskrizzjoni ġenerali.

Jien inkun intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

Iva, taħt ċerti kundizzjonijiet, int tista’ tippreżenta applikazzjoni għal pagament bil-quddiem tal-kumpens finanzjarju. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija dwar il-pagamenti bil-quddiem.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Int tista’ tikkuntattja lil diversi istituzzjonijiet, skont il-kategorija ta’ vittmi li tappartjeni għaliha:

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Opportunitajiet Indaqs bejn in-Nisa u l-Irġiel (Agenția Națională pentru Egalitatea între Femei și Bărbați - ANES)

Din toffri diversi tipi ta’ servizzi, bħal:

  • linja tat-telefown mingħajr ħlas u anonima maħsuba għall-vittmi ta’ vjolenza domestika - Ċentru tal-Assistenza 24 siegħa kuljum - 0800 500 333
  • servizzi soċjali speċjalizzati fiċ-Ċentri ta’ Akkoljenza ta’ Emerġenza għall-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika
  • pariri, informazzjoni u gwida għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Kuntatt:

Indirizz: 5 Intrarea Camil Petrescu, Distrett 1, Bucharest

Telefown: +4 021 313 0059

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasecretariat@anes.gov.ro

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://anes.gov.ro/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://anes.gov.ro/harta/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://anes.gov.ro/webcenter/portal/Sirmes/pages_asistentapentruvictime/link-uriutilepentruvictime

L-Aġenzija Nazzjonali Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (Agenția Națională împotriva Traficului de Persoane - ANITP) fil-Ministeru tal-Affarijiet Interni (Ministerul Afacerilor Interne)

In-netwerk ta’ qrati tal-appell jinkludi 15-il ċentru reġjonali. Kull ċentru hu marbut ma’ qorti tal-appell.

Dan joffri diversi tipi ta’ servizzi, bħal:

  • jipprovdi linja għall-għajnuna għaċ-ċittadini, li hija disponibbli f’kull ħin għal informazzjoni u għan-notifika ta’ kwalunkwe każ potenzjali ta’ traffikar tal-bnedmin: HelpLine 0.800.800.678 (numru nazzjonali bla ħlas) jew +4.021.313.3100 (għal telefonati minn barra l-pajjiż), ħinijiet tal-ftuħ: Tne sal-Ġim, bejn it-08:00-16:00
  • tinforma lill-awtoritajiet rilevanti dwar kwalunkwe każ potenzjali ta’ traffikar tal-bnedmin
  • tipprovdi assistenza lill-vittmi permezz tal-15-il ċentru reġjonali

Kuntatt:

Indirizz: 20 Triq Ion Câmpineanu, Sular 5, Distrett 1, Bucharest,

Telefown: +40 21 311 89 82 / 021 313 31 00

Fax: +40 21 319 01 83

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaanitp@mai.gov.ro

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://anitp.mai.gov.ro/

L-Aġenzija Nazzjonali għall-Impjiegi (Agenția Națională pentru Ocuparea Forței de Muncă - ANOFM) fil-Ministeru tax-Xogħol u tal-Ġustizzja Soċjali (Ministerul Muncii și Justiției Sociale)

Din tista’ tipprovdi servizzi professjonali tal-impjiegi u tat-taħriġ permezz tal-istrutturi territorjali tagħha għal persuni reġistrati li jkunu qed ifittxu x-xogħol, inklużi dawk li kienu vittmi ta’ reati, b’mod partikolari lil vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin.

Kuntatt:

20-22 Triq Avalanșei, Distrett 4, Bucharest, 040305,

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaanofm@anofm.ro

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.anofm.ro/index.html?agentie=ANOFM&page=0

Id-Direttorat Nazzjonali tal-Probation (Direcția Națională de Probațiune - DNP) tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerul Justiției)

Hemm 42 servizz ta’ probation li jaħdmu taħt il-koordinazzjoni tad-DNP. Ġeneralment, il-bini tagħhom ikun jinsab fl-istituzzjonijiet pubbliċi (qrati, kunsilli tal-kontej, qrati tal-awdituri tal-kontej, eċċ.).

Dawn jistgħu joffru t-tipi ta' servizzi li ġejjin:

  • konsulenza psikoloġika b’xejn, fuq talba, għall-vittmi ta’ attentat ta’ qtil u ta’ attentat ta’ qtil aggravat, vittmi ta’ vjolenza domestika, ta’ reati intenzjonati li jirriżultaw fil-korriment fiżiku tal-vittma, ta’ stupru, ta’ attakk sesswali, ta’ sess ma’ minorenni u ta’ korruzzjoni sesswali ta’ minorenni, ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ traffikar u ta’ sfruttar ta’ persuni vulnerabbli u ta’ attentat ta’ traffikar u ta’ sfruttar ta’ persuni vulnerabbli.
  • forom oħra ta’ assistenza: gwida għas-sejbien ta’ impjieg jew għall-attendenza għal korsijiet edukattivi jew għal taħriġ professjonali, assistenza biex jiġu kkuntattjati l-NGOs, id-Direttorati Ġenerali għall-Ħidma u għall-Protezzjoni Soċjali (GGASPs) għal servizzi oħra ta’ appoġġ għall-vittmi eċċ.

Kuntatt:

Bucharest, 17 Triq Apolodor, Distrett 5

Telefown: 0372.041.293

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadp@just.ro

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.just.ro/en/directia-nationala-de-probatiune/

L-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija Rumena (Inspectoratul General al Poliției Române - IGPR)

Dan għandu strutturi territorjali biss fil-pajjiżi fil-fruntiera u jista’ jipprovdi appoġġ fuq it-talba tal-ANITPs biex jgħin lill-vittma tieħu sehem f’ċerti stadji tal-proċedimenti kriminali.

Il-pulizija tista’ tinformak dwar id-drittijiet li għandek bħala vittma.

Barra minn hekk, l-istrutturi speċjalizzati tal-IGPR jistgħu jipprovdu protezzjoni fiżika matul il-proċedimenti.

L-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u għall-Adozzjoni (Autoritatea Națională pentru Protecția Drepturilor Copilului și Adopție - ANPDCA) fil-Ministeru tax-Xogħol u tal-Ġustizzja Soċjali

L-ANPDCA hi l-istituzzjoni li tikkoordina l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u tipprovdi l-koordinazzjoni metodoloġika rilevanti fil-qasam. Is-sistema ta’ protezzjoni tat-tfal hi deċentralizzata, hekk kif id-Direttorati Ġenerali għall-Ħidma Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (DGASPC) jirrapportaw lill-kunsilli tal-kontej jew lill-kunsilli lokali tad-distretti tal-Muniċipalità ta’ Bucharest.

Id-DGASPCs jipprovdu diversi servizzi, bħal: l-evalwazzjoni tal-każijiet ta’ vjolenza fuq it-tfal u l-forniment/il-faċilitazzjoni ta’ servizzi skont pjan, l-evalwazzjoni kumplessa għat-tfal b’diżabilitajiet, l-evalwazzjoni kumplessa għal persuni oħra b’diżabilitajiet, l-ambulanza soċjali, il-linja telefonika soċjali, is-servizzi soċjali għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u tat-traffikar tal-bnedmin, is-servizzi soċjali speċjalizzati f’diversi istituzzjonijiet.

Kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.copii.ro/?lang=en

Organizzazzjonijiet Nongovernattivi (NGOs)

Fil-qasam tat-traffikar tal-persuni:

Fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-kontroll tal-vjolenza domestika, aċċessibbli billi tagħfas fuq:

Fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal:

Save the Children (Salvați copiii)

Indirizz: 3 Intr. Ștefan Furtună, Distett 1, 010899, Bucharest, ir-Rumanija

Telefown: +40 21 316 61 76

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.salvaticopiii.ro/;

Alternattivi Soċjali (Alternative Sociale)

24 Șoseaua Nicolina, Blokk 949, is-Sular Terran, Iași, 700722

Telefown: +40 332 407 178

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.alternativesociale.ro/en_GB/

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

Il-persuni li ġarrbu ġrieħi bħala riżultat tar-reati jistgħu jikkuntattjaw ukoll lill-pulizija billi jċemplu fuq in-numru uniku nazzjonali ta’ emerġenza - 112.

Linja tat-telefown mingħajr ħlas u anonima maħsuba għall-vittmi ta’ vjolenza domestika - Ċentru tal-Assistenza 24 siegħa kuljum - 0800 500 333

Telverde tal-Aġenzija Nazzjonali Kontra t-Traffikar tal-Bnedmin: 0800 800 678 - numru nazzjonali bla ħlas u 0040213133100 - għal telefonati minn barra l-pajjiż. Ħinijiet tal-ftuħ: Tne sal-Ġim, bejn it-08:00-16:00

Numru tal-għajnuna għat-tfal: 116111. Linja telefonika mingħajr ħlas. Ħinijiet tal-ftuħ: Tne sal-Ħadd: 08:00 – 24:00.

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Skont il-liġi Rumena, il-vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin huma intitolati għal protezzjoni u għal assistenza mingħajr ħlas.

L-assistenza pprovduta mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Opportunitajiet Indaqs bejn in-Nisa u l-Irġiel lil vittmi ta’ vjolenza domestika hi mingħajr ħlas.

L-assistenza pprovduta mid-Direttorat Nazzjonali tal-Probation lil vittmi hi mingħajr ħlas.

L-assistenza pprovduta lil tfal vittmi ta’ vjolenza hi mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Jekk jogħġbok ara t-tweġibiet aktar ’il fuq.

Il-vittmi tfal huma intitolati għall-kategoriji kollha ta’ servizzi (servizzi mediċi, servizzi psikoloġiċi, eċċ.)

L-aħħar aġġornament: 18/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.