Dan il-pajjiż huwa fi proċess ta’ tranżizzjoni biex joħroġ mill-UE.

Victims' rights - by country

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

If you have been a victim of crime, the law confers certain individual rights to you, before, during and after court proceedings (trial). You can also benefit from various forms of assistance and may be able to claim compensation for the damages caused by the crime.

Criminal proceedings in Northern Ireland start with investigation, where the police gather evidence. Once the police have completed their investigation, the case is passed to the prosecution service. The public prosecutor examines whether or not there is enough evidence against the suspect for a reasonable prospect of conviction and whether it is in the public interest to prosecute him or her. If the prosecutor decides that a prosecution should not go ahead, the case will be closed. Otherwise the prosecutor will prepare the case for hearing, and prosecute the case in court. In either situation you will be notified of the prosecution decision and, if the case is going to court, you will be contacted about the date of the hearing.

Cases for less serious offences are heard at the magistrates’ courts. Cases for more serious crimes (like rape or robbery) are heard at the Crown Court by a judge and a jury. The jury is composed of 12 people selected at random from the electoral register who listen to the evidence presented during the trial and decide if the defendant is guilty of the crime. The judge decides on matters of law during the trial, such as whether the presentation of certain evidence is allowed. At the end of the trial if the jury finds the defendant guilty the judge decides the sentence for the crime according to the law.

Click on the links below to find the information that you need

1 - My rights as a victim of crime

2 - Reporting a crime and my rights during the investigation or trial

3 - My rights after trial

4 - Compensation

5 - My rights to support and assistance

Last update: 14/03/2019

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.
Member States in charge of the management of national content pages are in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (pereżempju mingħand il-pulizija, il-prosekutur pubbliku), iżda saħansitra qabel ma nirrapporta r-reat?

Inti intitolat(a) li tirċievi informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali, bħall-“fuljett ta’ informazzjoni għall-vittmi ta’ reati”, jew id-dettalji ta’ sit web li jkun fih dik l-informazzjoni.

Skont it-tip ta’ reat, iċ-ċirkostanzi personali tiegħek, jew ir-rilevanza ta’ dan għall-istadju partikolari tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti kriminali, l-aċċess għall-informazzjoni li ġejja għandu jiġi offrut lilek sa mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija:

  • fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva;
  • x’għandek bżonn biex tirrapporta reat kriminali, u lil min għandek tikkuntattja f’każ li jkollok xi mistoqsijiet dwar il-każ;
  • kif tfittex kumpens;
  • l-arranġamenti disponibbli jekk il-vittma mhijiex preżenti fl-Irlanda ta’ Fuq;
  • id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni;
  • kif tilmenta dwar fornitur ta’ servizz;
  • id-disponibbiltà ta’ servizzi tal-ġustizzja restorattiva;
  • kif tirkupra l-ispejjeż imġarrba bħala xhud fi proċess kriminali.

Inti intitolat(a) li tikseb aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe ħin, kemm jekk irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż tal-UE fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma mħarsa d-drittijiet tiegħi?

Inti intitiolat(a) tirċievi s-servizzi stabbiliti fil-Karta tal-Vittmi jekk ir-reat seħħ fl-Irlanda ta’ Fuq, jew jekk is-servizzi huma relatati ma’ proċedimenti kriminali li qegħdin isiru fl-Irlanda ta’ Fuq. [1]

[1] L-eliġibbiltà għal kumpens mis-Servizzi ta’ Kumpens tista’ tiddependi mir-residenza jew min-nazzjonalità tiegħek, sakemm ma tiġix identifikat(a) b’mod konklużiv bħala vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, jew sakemm ma tingħatax ażil, protezzjoni umanitarja jew awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Inti intitolat(a) tirċievi dawn li ġejjin mingħand il-pulizija:

  • konferma bil-miktub li rrapportajt reat, li tinkludi d-dettalji bażiċi tar-reat. Il-konferma bil-miktub tista’ tkun fil-forma ta’ ittra, notifika elettronika bħal ittra elettronika jew messaġġ testwali, jew tista’ tkun miktuba bl-idejn. Inti tista’ titlob li ma tirċevix din il-konferma. Meta l-pulizija jqisu li jista’ jkun hemm riskju ta’ ħsara għalik meta tintbagħat il-konferma bil-miktub (pereżempju f’każijiet ta’ vjolenza domestika), huma jistgħu jaqblu miegħek li ma jibagħtulekx waħda;
  • spjegazzjoni ċara ta’ x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali meta tirrapporta reat jew tiġi kkuntattjat(a) bħala vittma matul l-investigazzjonijiet;
  • valutazzjoni ta’ jekk tridx appoġġ u, jekk iva, x’għajnuna jew appoġġ jista’ jkollok bżonn. Dan jgħinek tidentifika jekk intix f’waħda mit-tliet kategoriji ta’ vittmi li jista’ jkun li jkunu jeħtieġu appoġġ imsaħħaħ, kif ukoll tiddetermina jekk tistax tibbenefika minn Miżuri Speċjali u, jekk iva, sa liema punt. Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi jistgħu jagħmlu valutazzjoni aktar dettaljata f’isem il-pulizija;
  • informazzjoni bil-miktub dwar x’għandek tistenna mis-sistema tal-ġustizzja kriminali, bħall-fuljett ta’ “informazzjoni għall-vittmi ta’ reati”, jew inkella d-dettalji ta’ sit web li jkun fih l-istess informazzjoni, mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 5 ijiem tax-xogħol wara li tirrapporta r-reat jew wara li tiġi kkuntattjat(a) bħala vittma matul l-investigazzjonijiet;
  • li tiġi informat(a) dwar kemm-il darba ser tirċievi aġġornamenti dwar l-istatus tal-każ wara diskussjoni mal-pulizija;
  • spjegazzjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, ta’ deċiżjoni li ma jiġix investigat reat;
  • li tiġi avżat(a) meta investigazzjoni dwar il-każ tkun ġiet konkluża mingħajr ma jiġi akkużat ħadd u li tingħata spjegazzjoni għalfejn.

Inti intitolat(a) tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom mingħand il-pulizija sabiex tkun tista’ tikseb aċċess għall-appoġġ tagħhom fi kwalunkwe ħin.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet, mingħajr dewmien bla bżonn, meta persuna suspettata tiġi:

  • arrestata;
  • interrogata bi twissija;
  • meħlusa mingħajr akkuża;
  • meħlusa fuq libertà provviżorja tal-pulizija, jew jekk il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja tal-pulizija jitbiddlu jew jitħassru.

Jien intitolat(a) għal servizzi ta’ interpretazzjoni jew traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħrajn, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Jekk inti ma tifhimx bl-Ingliż, inti intitolat(a) li titlob interpretazzjoni f’lingwa li tifhem:

  • meta tirrapporta reat kriminali [1]
  • meta tiġi interrogat(a) mill-pulizija; u
  • meta tixhed bħala xhud.

Jekk ma tifhimx jew ma titkellimx bl-Ingliż, għandek id-dritt li titlob traduzzjoni tal-informazzjoni li ġejja:

  • il-konferma bil-miktub tar-reat irrapportat;
  • meta għall-finijiet tal-interrogazzjoni jew tas-seduta tal-qorti jkun essenzjali li tara dokument partikolari li jiġi divulgat lilek, kopja tal-partijiet rilevanti tad-dokument;
  • id-dokument li jinformak bid-data, il-ħin u l-post tal-proċess; u
  • l-eżitu tal-proċedimenti kriminali meta tkun intitolat għal dan skont dan il-Kodiċi u mill-inqas ir-raġunijiet fil-qosor għad-deċiżjoni, fejn disponibbli.

[1] Inti intitolat(a) li tirrapporta r-reat b’lingwa li tifhem jew bl-assistenza lingwistika neċessarja jekk ma titkellimx bl-Ingliż.

Kif tista’ l-awtorità tiżgura li qed nifhem u li qed ninftiehem (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)

Il-fornituri ta’ servizzi skont il-Karta tal-Vittmi jridu jikkomunikaw miegħek b’lingwaġġ sempliċi u aċċessibbli, filwaqt li jieħdu miżuri xierqa (eż. EasyRead, Braille jew l-użu ta’ Intermedjarju Reġistrat) sabiex jgħinuk tifhem u tinftiehem. Meta jikkunsidraw il-miżuri xierqa, il-fornituri ta’ servizzi jridu jqisu kwalunkwe karatteristika personali rilevanti li tista’ taffettwa l-abbiltà tiegħek li tifhem u tinftiehem.

Hemm firxa ta’ fuljetti ta’ informazzjoni disponibbli li jużaw lingwaġġ sempliċi, f’varjetà ta’ formats.

Is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

Il-Para. 76 tal-Karta tal-Vittmi jipprovdi intitolament għall-vittmi sabiex jiksbu aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, irrispettivament minn jekk ikunux irrapportaw ir-reat lill-pulizija jew le. Il-Karta tkopri l-Victim Support NI u l-NSPCC Young Witness Service. Għall-NSPCC, l-intitolamenti japplikaw biss meta persuna minorenni jew żagħżugħa tkun trid tixhed fil-qorti. Jistgħu jkunu disponibbli servizzi ta’ appoġġ oħrajn tal-NSPCC barra l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, bħal servizzi ta’ Childline.

Il-pulizija jirreferuni awtomatikament għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Il-pulizija jispjegawlek li huma jgħaddu awtomatikament id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi meta tirrapporta r-reat. Inti għandek id-dritt titlob lill-pulizija sabiex ma jgħaddux id-dettalji tiegħek lis-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

Meta jkunu meħtieġa jikkondividu informazzjoni skont il-Karta tal-Vittmi, il-fornituri ta’ servizzi jridu jagħmlu dan b’mod effettiv u f’konformità mal-obbligi tagħhom skont l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-1998 u leġiżlazzjoni rilevanti oħra.

L-ewwel irrid nirrapporta reat biex ikolli aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi?

Le - inti għandek id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe ħin, kemm jekk tkun irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni hemm disponibbli?

Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni tar-reati, il-fornitur ta’ servizz irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali sabiex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika għal protezzjoni u jiġi ddeterminat jekk il-vittma tibbenefikax u, jekk iva, sa liema punt, minn miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi jew minn Miżuri Speċjali matul l-interrogazzjoni jew Miżuri Speċjali matul ix-xhieda.

In-natura tal-valutazzjoni tkun tiddependi miċ-ċirkostanzi kollha, inklużi s-severità tar-reat u l-grad ta’ dannu evidenti mġarrab mill-vittma. Il-valutazzjoni trid tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi personali tal-vittma, il-fehmiet tagħha, u n-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat.

Meta, minħabba l-valutazzjoni individwali, fornitur ta’ servizz ikun identifika vittma bħala waħda li għandha ħtiġijiet speċifiċi ta’ protezzjoni u li tibbenefika minn miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni matul l-interrogazzjoni tagħha, il-fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni ta’ reat irid jiżgura wkoll, soġġett għal restrizzjonijiet prattiċi u operazzjonali, li dawn li ġejjin ikunu disponibbli:

  • jekk possibbli, jiġi żgurat li l-intervisti kollha mal-vittma jitmexxew mill-istess persuna, sakemm dan ma jippreġudikax l-immaniġġjar xieraq tal-investigazzjoni;
  • li l-intervista ssir, fejn ikun meħtieġ, f’post iddisinjat jew adattat għal dan l-iskop;
  • li l-interrogazzjonijiet isiru minn jew permezz ta’ professjonisti mħarrġin għal dan l-iskop; u
  • li f’każijiet ta’ vjolenza sesswali, vjolenza abbażi ta’ sess jew vjolenza domestika, il-vittmi jiġu offruti l-opportunità li jiġu interrogati minn persuna tal-istess sess. Jekk possibbli, kwalunkwe talba bħal din għandha tintlaqa’, sakemm ma jkunx probabbli li din tippreġudika l-immaniġġjar xieraq tal-investigazzjoni.

Fil-każ improbabbli ta’ persuna suspettata li taħrab mill-kustodja, il-pulizija, ladarba jsiru jafu bil-ħarba jew jiġu nnotifikati dwarha mill-ħabs, jinnotifikawk kull fejn possibbli dwar il-ħarba u kwalunkwe miżura meħuda għall-protezzjoni tiegħek jekk jiġi vvalutat li l-persuna suspettata tirrappreżenta riskju sinifikanti ta’ dannu għalik.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Meta vittma tirrapporta reat lil fornitur ta’ servizz responsabbli mill-investigazzjoni tar-reati, dan irid jiżgura li l-vittma tiġi vvalutata b’mod individwali sabiex tiġi identifikata kwalunkwe ħtieġa speċifika ta’ protezzjoni. F’ħafna mill-każijiet ikunu l-pulizija.

Ikun hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mit-trażgressur?

Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija sabiex jiġu identifikati kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u sa liema punt. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, kif ukoll il-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar il-livell ta’ appoġġ ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.

Ikun hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Il-vittmi kollha ta’ reat kriminali huma intitolati għal valutazzjoni mill-pulizija sabiex jiġu identifikati kwalunkwe ħtieġa jew appoġġ meħtieġa, inkluż jekk dawn jistgħux jibbenefikaw minn Miżuri Speċjali u sa liema punt. It-tul u l-kontenut ta’ din il-valutazzjoni jiddependu mis-severità tar-reat u mill-ħtiġijiet individwali tiegħek. Il-valutazzjoni tqis il-karatteristiċi personali tiegħek, in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, kif ukoll il-fehmiet tiegħek. Aktar ma tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni matul il-valutazzjoni, aktar il-livell ta’ appoġġ ikun imfassal għall-ħtiġijiet individwali tiegħek.

X’tip ta' protezzjoni hemm disponibbli għal vittmi vulnerabbli ħafna?

Inti għandek id-dritt għal intitolamenti miżjuda skont il-Karta tal-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk il-kwalità tax-xhieda tiegħek x’aktarx li tkun affettwata minħabba li ssofri minn:

  • kwistjonijiet ta’ saħħa mentali;
  • diffikultajiet fit-tagħlim jew fil-komunikazzjoni;
  • marda newroloġika; jew
  • diżabbiltà fiżika.

[1] Dan huwa bbażat fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Ordni dwar l-Evidenza Kriminali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1999 sabiex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà tax-xhieda għal miżuri speċjali.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Inti tkun eliġibbli għal intitolamenti miżjuda skont il-Karta tal-Vittmi bħala vittma vulnerabbli [1] jekk ma tkunx għalaqt it-18-il sena fil-mument li jseħħ ir-reat. Din tinkludi l-eliġibbiltà għal Miżuri Speċjali jekk inti tixhed fil-qorti.

[1] Dan huwa bbażat fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Ordni dwar l-Evidenza Kriminali (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-1999 sabiex il-qorti tiddetermina l-eliġibbiltà tax-xhieda għal miżuri speċjali.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-qraba stretti tal-persuna deċeduta huma intitolati li jirċievu servizzi skont il-Karta tal-Vittmi bħal vittmi tal-aktar reat serju.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-kelliem tal-familja għall-vittmi ta’ reat li għandhom diżabbiltà jew għall-vittmi li jkunu korrew b’mod tant gravi bħala riżultat ta’ reat kriminali li ma jkunux jistgħu jikkomunikaw.

Jekk għandek diżabbiltà jew korrejt b’mod tant gravi b'riżultat ta’ reat kriminali li ma tistax tikkomunika, inti jew il-qraba stretti tiegħek għandkom id-dritt li tinnominaw kelliem tal-familja li jaġixxi bħala l-punt uniku ta’ kuntatt sabiex jiġu riċevuti s-servizzi skont il-Karta tal-Vittmi.

Il-ġenitur jew it-tutur ta’ vittma li għandha inqas minn 18-il sena.

Jekk inti vittma li għandek inqas minn 18-il sena, inti u, ġeneralment, il-ġenitur jew it-tutur tiegħek, għandkom id-dritt li tirċievu servizzi skont il-Karta tal-Vittmi. [1]

[1] Ħlief jekk il-ġenitur jew it-tutur tiegħek ikun qed jiġi investigat jew ikun ġie akkużat mill-pulizija b’konnessjoni mar-reat, jew inkella jekk, fl-opinjoni raġonevoli tal-fornitur tas-servizzi involut, ma jkunx fl-aħjar interessi tiegħek li l-ġenitur jew it-tutur tiegħek jirċievi tali servizzi.

Jista’ jkolli aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

L-għan tal-ġustizzja restorattiva huwa li tipprova tgħin sabiex tissewwa l-ħsara (inkluża l-ħsara mentali u emozzjonali) kkawżata mir-reat. Kwalunkwe prattiki tal-ġustizzja restorattiva huma kompletament volontarji - mhuwiex obbligatorju li tieħu sehem fihom - u huma assistiti minn faċilitatur imħarreġ. Il-ġustizzja restorattiva tista’ tinvolvi kuntatt dirett u indirett bejnek u t-trażgressur. Tista’ tkun bil-miktub, verbali jew tinvolvi laqgħa proprja. Il-partijiet kollha għandhom ċans li jgħidu x’ġara u li jispjegaw l-impatt tar-reat. Qabel dan, issir tħejjija miegħek, mill-fornitur tas-servizz rilevanti, sabiex ikun żgurat li inti tħossok appoġġat.

Jiddaħħlu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe ħaġa li taqbel li tieħu sehem fiha tkun sikura; dejjem ikun hemm faċilitatur imħarreġ preżenti matul kwalunkwe laqgħa bejnek u t-trażgressur. Jekk it-trażgressur ikun ammetta l-ħtija u jkun lest li jieħu sehem f’laqgħa jew jikkomunika miegħek, inti jaf tkun tista’ tispjega lit-trażgressur kif affettwak l-inċident. Imbagħad inti tista’ tiddeċiedi li tfittex apoloġija, jew taqbel fuq attività li t-trażgressur irid iwettaq sabiex jagħmel tajjeb għall-ħsara li tkun saret.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x'inhuma d-drittijiet tiegħi?

Il-Karta tal-Vittmi tpoġġiet quddiem l-Assemblea tal-Irlanda ta’ Fuq mid-Dipartiment tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 31(2) tal-Att tal-Ġustizzja (l-Irlanda ta’ Fuq) tal-2015.

Il-Karta tal-Vittmi tistabbilixxi s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti fl-Irlanda ta’ Fuq lill-vittmi ta’ reati mill-organizzazzjonijiet ewlenin tal-ġustizzja kriminali u minn organizzazzjonijiet oħrajn b’funzjonijiet rilevanti. Dawn l-organizzazzjonijiet jissejħu "fornituri ta’ servizzi".

L-intitolamenti fil-Karta tal-Vittmi japplikaw għall-vittmi kollha, irrispettivament mill-istatus tar-residenza tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif nirrapporta reat?

L-ewwel nett, għandek tirrapporta reat lill-pulizija.

Tista’ tagħmel dan b’għadd ta’ modi:

Emerġenza: F’emerġenza, ċempel 999 jew 18000 għall-utenti ta’ telefon testwali. Emerġenza hija meta jkun ġie kkawżat reat serju jew meta jkun qed isir reat u l-persuni suspettati jkunu fuq ix-xena tar-reat.

Servizz ta’ messaġġ testwali (SMS) f’każ ta’ emerġenza: Il-pulizija joperaw skema ta’ reġistrazzjoni ta’ messaġġi testwali (SMS) f’każ ta’ emerġenza sabiex jgħinu lil dawk b’ċerti diżabbiltajiet jikkuntattjawhom f’emerġenza. Dan is-servizz jippermetti wkoll lill-pulizija jgħaddu t-talbiet għal assistenza lis-servizzi tat-tifi tan-nar u tal-ambulanza. Is-servizz huwa disponibbli biss għall-utenti prereġistrati li jkunu mlew formola ta’ applikazzjoni (aktar dettalji u formola ta’ applikazzjoni huma disponibbli fuq is-sit web tal-pulizija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.psni.police.uk/).

Mhux Emerġenza: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, ċempel fuq 101.

Reat ta’ mibegħda: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, ċempel fuq 101, imbagħad iddajlja 2.

Dan huwa b’żieda mal-modi l-oħrajn ta’ rapportar tar-reat stabbilit f’din it-taqsima.

Rapportar minn partijiet terzi: Jekk tassew ma tridx jew ma tistax tirrapporta r-reat inti stess, dan jista’ jiġi rrapportat minn xi ħadd ieħor għalik, bħal membru tal-familja jew organizzazzjoni volontarja. Huma jagħmlu l-kuntatt inizjali mal-pulizija. Inti xorta tkun involut aktar tard fil-proċedimenti.

Żur l-għassa tal-pulizija lokali tiegħek: Meta l-inċident ma jkunx urġenti, tista’ wkoll tirrapportah fl-għassa tal-pulizija lokali tiegħek, matul il-ħinijiet tal-ftuħ.

Ir-reat jista’ jiġi rrapportat ukoll bil-modi li ġejjin:

Crimestoppers: Jekk ma tridx tagħti ismek, tista’ tirrapporta reat b’mod anonimu billi ċċempel fuq il-linja telefonika ta’ għajnuna karitatevoli mingħajr ħlas ta’ Crimestoppers fuq 0800 555 111. Dan is-servizz mhuwiex parti mill-pulizija.

Inċident f’Port jew Ajruport: Meta l-inċident ikun seħħ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Belfast jew fil-Port ta’ Belfast, għandek tikkuntattja lill-Pulizija fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Belfast fuq 028 9448 4400 (bl-estensjoni 4412) / telefon ċellulari 077 1081 9183 jew lill-Pulizija fil-Port ta’ Belfast fuq 028 9055 3000. Meta jseħħ inċident kbir jew serju bħal omiċidju, att ta’ terroriżmu jew serq bl-użu tal-armi, dan jista' jiġi rrapportat ukoll lis-Servizz tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq. L-inċidenti fl-Ajruport tal-Belt ta’ Belfast jiġu ttrattati mis-Servizz tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq, permezz tan-numri ta’ kuntatt li jidhru hawn fuq.

L-Ombudsman tal-Pulizija: Jekk temmen li ġie kommess reat minn uffiċjal tal-pulizija, għandek tirrapportah lill-Ombudsman tal-Pulizija, li min-naħa tiegħu jinvestigah u jkun jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet lid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi għal prosekuzzjoni kriminali.

Kif nista’ nsir naf x’qed jiġri dwar il-każ?

Jekk inti vittma ta’ reat, għandek id-dritt li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja u li tingħata spjegazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn tar-raġunijiet għala persuna suspettata tkun ġiet:

  • arrestata;
  • interrogata bi twissija;
  • meħlusa mingħajr akkuża;
  • meħlusa fuq libertà provviżorja tal-pulizija, jew jekk il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja tal-pulizija jitbiddlu jew jitħassru.

Inti għandek id-dritt li tiġi informat(a) mill-pulizija bl-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien bla bżonn minn meta jirċevuha l-pulizija:

  • id-data, il-ħin u l-post tal-ewwel seduta tal-qorti;
  • meta l-persuna suspettata tinħeles fuq libertà provviżorja tal-pulizija sabiex tidher fil-qorti, kwalunkwe kundizzjoni tal-libertà provviżorja u kwalunkwe tibdil f’dawn il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja.

Għandi dritt għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Il-vittmi u x-xhieda mhumiex partijiet fil-proċeduri kriminali u, għalhekk, mhumiex eliġibbli għal għajnuna legali fl-Irlanda ta’ Fuq.

Nista’ nitlob lura l-ispejjeż (sabiex nieħu sehem fl-investigazzjoni/fil-proċess)? Taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk tintalab tattendi l-qorti sabiex tagħti x-xhieda tiegħek, jista’ jkollok tħallas għal aspetti bħall-ivvjaġġar tiegħek. Inti tista’ tapplika sabiex dawn il-flus jitħallsu lura. Dan huwa soġġett għal limiti ta’ żmien sabiex il-flus jintalbu lura u għal rati standard għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, kif ukoll ammonti massimi ta’ kuljum għal telf ta’ qligħ. L-ispejjeż ma jitħallsux sabiex issir dikjarazzjoni lill-pulizija dwar ir-reat kriminali.

Id-dettalji dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet jistgħu jiġu rrimborżati l-ispejjeż mis-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika, kif ukoll ir-rati li japplikaw jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ppsni.gov.uk/Publications-7873.html.

Nista’ nappella jekk il-każ tiegħi jingħalaq qabel ma mmur il-qorti?

Jekk tittieħed deċiżjoni mis-servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika li ma ssirx prosekuzzjoni, u inti ma taqbilx ma’ din id-deċiżjoni, għandek id-dritt li titlob li ssir reviżjoni tad-deċiżjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika.

Id-dritt għal reviżjoni ta’ deċiżjoni tas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika li ma ssirx prosekuzzjoni japplika irrispettivament mit-tip ta’ reat jew mill-grad potenzjali tal-qorti. Meta d-deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni tittieħed mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, u dik id-deċiżjoni ma tkunx tista’ tiġi riveduta minn awtorità ogħla, ir-reviżjoni tista’ titwettaq mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi. Aktar dettalji dwar id-dritt għal reviżjoni u kif din taħdem jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ppsni.gov.uk/.

Nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Jekk inti taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nista’ nkun jew nista' nagħżel li nkun: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

Għall-finijiet tal-Karta tal-Vittmi, “vittma” hija:

  • persuna li sofriet dannu, inkluż dannu fiżiku, mentali jew emozzjonali jew telf finanzjarju, li kien direttament ikkawżat minn reat kriminali.
  • qarib strett ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali.

Jekk taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk taf waħda mill-persuni involuti fil-każ, tista’ tintalab tipprovdi x-xhieda tiegħek bħala xhud tal-karattru, ġeneralment mid-difiża. Fi kwalunkwe każ, ix-xhieda tiegħek tista’ tkun kruċjali sabiex jiġu garantiti l-kundanna jew il-ħelsien tal-akkużat.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Il-Karta tal-Vittmi tistabbilixxi l-intitolamenti għall-vittmi. Din hija disponibbli hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice-ni.gov.uk/publications/victim-charter.

Jekk kont xhud ta’ reat kriminali, iżda m'intix vittma, jista’ jkollok aċċess għas-servizzi skont il-Karta tax-Xhieda. Din hija disponibbli hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice-ni.gov.uk/publications/witness-charter.

Nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nixhed waqt il-proċess? Taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk taf xi ħaġa dwar inċident, tista’ tintalab tixhed fil-qorti għall-prosekuzzjoni jew għad-difiża. Jekk taf waħda mill-persuni involuti f’każ, tista’ tintalab tipprovdi x-xhieda tiegħek bħala xhud tal-karattru, ġeneralment mid-difiża.

Jekk inti vittma ta’ reat, Dikjarazzjoni Personali tal-Vittma (Victim Personal Statement - VPS) tagħtik opportunità li tispjega fi kliemek stess kif affettwak reat, kemm jekk fiżikament, emozzjonalment, finanzjarjament jew bi kwalunkwe mod ieħor. Din hija differenti minn dikjarazzjoni ta’ xhud dwar x’ġara f’dak il-mument, bħal dak li rajt jew smajt.

Inti għandek id-dritt li tiġi offrut(a) l-opportunità li tagħmel VPS ladarba tkun ittieħdet deċiżjoni li ssir prosekuzzjoni kontra xi ħadd għar-reat.

Il-VPS tagħtik leħen fil-proċess tal-ġustizzja kriminali. Madankollu, ma għandekx tagħti l-fehmiet tiegħek dwar l-akkużat, kwalunkwe reat allegat jew reat ieħor, jew dwar kwalunkwe piena li taħseb li għandha tingħata. Dan minħabba li dawn il-fehmiet mhumiex ammissibbli fil-qorti. Qabel ma tingħata d-dikjarazzjoni lill-imħallef, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika għandu jneħħi kwalunkwe informazzjoni li ma għandhiex tkun fiha.

Id-dikjarazzjoni personali tal-vittma tintuża fil-qorti jekk l-akkużat jinstab ħati jew iwieġeb li huwa ħati. Din tiġi eżaminata mill-prosekutur, mill-akkużat, mir-rappreżentant legali tiegħu u mill-imħallef. Meta persuna tinstab ħatja ta’ reat, il-qorti għandha tikkunsidra l-partijiet rilevanti tad-dikjarazzjoni personali tal-vittma meta tiġi biex tiddetermina s-sentenza. F’xi każijiet, jista’ ma jkunx possibbli li tiġi kkunsidrata dikjarazzjoni, jekk il-każ jiġi ttrattat malajr ħafna mill-qrati, pereżempju, jekk ikun hemm dikjarazzjoni ta’ ħtija bikrija jew jekk il-każ jiġi ttrattat mal-ewwel dehra fil-qorti.

X’informazzjoni ser nirċievi waqt il-proċess?

Inti intitolat(a) li:

  • tiġi informat(a) dwar l-eżitu ta’ kwalunkwe smigħ dwar il-libertà provviżorja (kwalunkwe kundizzjoni rilevanti għal-libertà provviżorja u kwalunkwe tibdil rilevanti f’dawn il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja) bir-raġunijiet mingħajr dewmien bla bżonn;
  • tiġi informat(a) bid-data, il-post u l-eżitu ta’ kwalunkwe seduta tal-qorti kriminali fil-kawża mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi;
  • tiġi informat(a) jekk jinħareġ mandat ta’ arrest għal persuna suspettata u dwar l-eżitu ta’ seduta jekk il-persuna suspettata terġa’ tiġi arrestata. Jekk persuna suspettata terġa’ tiġi arrestata wara li jkun inħareġ mandat, din normalment tittella’ l-qorti ftit wara;
  • F’każijiet fejn il-persuna suspettata twieġeb li mhijiex ħatja, tiddiskuti kwalunkwe ħtieġa li jista’ jkollok mal-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi u tiġi riferut(a) għal aġenzija jew grupp ta’ appoġġ rilevanti, fejn xieraq.

Jekk inti xhud matul il-proċess, inti intitolat(a) li:

  • tistaqsi lill-persunal tal-qorti jekk tistax tidħol fil-bini tal-qorti minn entratura separata differenti minn dik mnejn daħlu l-persuna suspettata u l-familjari u l-ħbieb tagħha;
  • fejn iċ-ċirkostanzi jippermettu, tiltaqa’ mal-prosekutur tal-PPS u tagħmillu mistoqsijiet dwar il-proċess tal-qorti. Dan jindika, fejn possibbli, kemm jaf ikollok iddum tistenna qabel ma tixhed;
  • kull fejn possibbli, tirċievi spjegazzjoni mingħand il-prosekutur tal-PPS jekk ikun hemm dewmien fil-proċedimenti dakinhar u kemm x’aktarx li jkollok iddum tistenna;
  • tistenna u tpoġġi f’żona separata mill-persuna suspettata u mill-familja u l-ħbieb tagħha - il-qorti tiżgura li dan isir kull fejn ikun possibbli;
  • isiru arranġamenti għal kwalunkwe Miżuri Speċjali għalik meta dawn jiġu ordnati mill-qorti;
  • tingħata punt ta’ kuntatt fil-qorti sabiex tkun tista’ ssir taf x’inhu jiġri fil-kawża waqt li tkun qed tinstema’.
L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra s-sentenza?

Il-vittmi ma għandhom ebda dritt ta’ appell kontra l-kundanna jew is-sentenza tat-trażgressur.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tingħata s-sentenza?

Wara l-proċess, inti intitolat(a) li:

  • titħallas kwalunkwe spejjeż li l-PPS iddeċieda li huma dovuti lilek jekk tkun attendejt il-qorti sabiex tagħti x-xhieda tiegħek;
  • tiġi informat(a) mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi dwar l-eżitu tal-proċess, inkluż, fejn disponibbli, sommarju qasir tar-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni;
  • tiġi ggwidat mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi, fejn xieraq u fejn dawn ikunu disponibbli.

(i) Jekk jiġi ppreżentat appell quddiem il-Crown Court kontra kundanna jew sentenza fil-Qorti tal-Maġistrati.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bl-informazzjoni li ġejja mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi:

  • bi kwalunkwe avviż ta’ appell li sar;
  • bid-data, il-ħin u l-post ta’ kwalunkwe seduta;
  • bl-eżitu tal-appell, inkluż kwalunkwe tibdil fis-sentenza oriġinali.

Inti intitolat(a) wkoll li:

  • tistenna u tpoġġi fil-qorti f’żona separata mir-rikorrent u mill-qraba u l-ħbieb tiegħu. Il-qorti għandha tiżgura li dan isir kull fejn ikun possibbli;
  • tiġi pprovdut(a) b’punt ta’ kuntatt fil-Crown Court;
  • tirċievi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fejn xieraq u disponibbli.

(ii) Jekk jiġi ppreżentat appell kontra kundanna jew sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell, jew jiġu ppreżentati talba jew appell quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit f’kawża kriminali fuq punt tal-liġi.

Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) b’dawn li ġejjin mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi:

  • tiġi informat(a) li l-appellant ingħata l-awtorizzazzjoni għall-appell;
  • tirċievi informazzjoni dwar id-data, il-ħin u l-post ta’ kwalunkwe seduta;
  • tiġi informat(a) jekk l-appellant ikun se jinħeles fuq libertà provviżorja qabel l-appell jew jekk il-kundizzjonijiet tal-libertà provviżorja varjawx;
  • tirċievi aġġornament dwar kwalunkwe tibdil fid-dati tas-seduta;
  • tiġi pprovdut(a) b’punt ta’ kuntatt għall-Uffiċċju tal-Appelli Kriminali jew għall-persunal tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit;
  • tiġi informat(a) dwar ir-riżultat tal-appell. Dan jinkludi kwalunkwe tibdil fis-sentenza oriġinali.
  • tistenna u tpoġġi fil-qorti f’żona separata mir-rikorrent u mill-qraba u l-ħbieb tiegħu. L-impjegati tal-qorti jiżguraw li dan isir kull fejn ikun possibbli. Huwa rari li l-appellant jattendi seduti fil-Qorti Suprema. Isirulek arranġamenti speċjali jekk l-appellant ikun preżenti u inti ma tkunx tixtieq tkun preżenti fl-awla tal-qorti;
  • titlob kopja mingħand l-Uffiċċju tal-Appelli Kriminali jew mill-impjegati tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit tas-sentenza tal-qorti dwar il-kawża ladarba tiġi ppubblikata.

Wara l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-appell, jekk inti qarib strett ta' xi ħadd li miet, f’każ li jikkwalifika, tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa mal-PPS sabiex jiġu spjegati n-natura tal-appell u l-proċessi tal-qorti.

Il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Kawżi Kriminali

Malli tirċievi applikazzjoni mingħand trażgressur, il-Kummissjoni għar-Rieżami tal-Kawżi Kriminali twettaq rieżamijiet tal-kundanni u tas-sentenzi imposti bħala riżultat tat-trażgressjoni kriminali tat-trażgressur. Il-Kummissjoni tista’ tirreferi kundanna jew sentenza għal appell ġdid jekk ikun hemm xi informazzjoni ġdida jew argument ġdid li jistgħu jfissru li l-kundanna mhijiex sikura jew li s-sentenza hija twila wisq. Il-Kummissjoni tirċievi madwar 1000 applikazzjoni kull sena mingħand persuni kkundannati u tirreferi madwar 30-40 kawża għal appell ġdid. Meta tirrieżamina kawża, il-Kummissjoni tivvaluta l-impatt potenzjali fuqek u tiddeċiedi jekk għandekx tiġi nnotifikat(a). Il-Kummissjoni tirreġistra r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha rigward il-forma ta’ kuntatt miegħek u f’każijiet xierqa tinnotifika lill-pulizija b’dawk id-deċiżjonijiet.

  • Inti intitolat(a) li tiġi nnotifikat(a) mill-Kummissjoni jekk din tqis li hemm prospett raġonevoli ta’ rieżami li jinġieb għall-attenzjoni tiegħek.
  • Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li huwa xieraq li tikkuntattjak matul ir-rieżami, il-Kummissjoni tinnotifikak li ġiet riċevuta applikazzjoni u li l-kawża qed tiġi eżaminata mill-ġdid. Wara r-rieżami, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kundanna jew is-sentenza għandhiex tiġi riferuta għall-qrati, u tinnotifikak bid-deċiżjoni tagħha, sakemm inti ma tkunx tlabt espliċitament li ma tiġix informat(a).
  • Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li mhuwiex xieraq li tikkuntattjak matul ir-rieżami, iżda sussegwentement tiddeċiedi li tirreferi l-kundanna jew is-sentenza lill-qrati, il-preżunzjoni hija li l-Kummissjoni tinformak dwar ir-riferiment.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

  • Inti intitolat(a) li jkollok aċċess għas-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi fi kwalunkwe ħin, kemm jekk tkun irrapportajt reat kif ukoll jekk le, u wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trażgressur jiġi kkundannat?

  • Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi bis-sentenza mogħtija lill-persuna suspettata (jekk tkun instabet ħatja). Din tinkludi spjegazzjoni qasira dwar it-tifsira u l-effett tas-sentenza.
  • Inti intitolat(a) li tiġi riferut(a) għall-PPS, li min-naħa tiegħu jwieġeb kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok dwar is-sentenza li l-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi ma tkunx tista’ twieġeb.
  • Minbarra l-intitolamenti spjegati hawn fuq, jekk inti qarib strett ta' xi ħadd li miet, f’każ li jikkwalifika, inti tkun intitolat(a) li tiġi offrut(a) laqgħa ma’ rappreżentant tal-PPS, li min-naħa tiegħu jispjega s-sentenza mogħtija. Ġeneralment, din il-laqgħa sseħħ fil-qorti.

Niġi informat(a) jekk it-trażgressur jinħeles (inkluż ħelsien kmieni jew kundizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Jekk trażgressur jingħata sentenza ta’ priġunerija, jiddaħħal l-isptar jew ikun taħt superviżjoni tal-Bord tal-Probation, inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità għall-Ħarsien tax-Xhieda u tal-Vittmi dwar l-aċċess għal skema rilevanti ta’ informazzjoni lill-vittmi wara l-kundanna. Inti intitolat(a) li titlob lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi sabiex tipprovdilek ċerta informazzjoni. L-Unità, li hija ġestita mill-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq, tikkoordina servizz uniku tal-vittmi li jkopri t-tliet skemi kollha ta’ informazzjoni lill-vittmi. It-tliet skemi huma l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi dwar il-ħelsien tal-priġunieri (PRVIS), l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi tal-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq u l-iskema ta’ informazzjoni lill-vittmi dwar trażgressuri b’disturbi mentali. Dawn huma relatati ma’:

  • trażgressuri żgħażagħ li ngħataw l-ekwivalenti ta’ priġunerija għall-għomor, ikkundannati għal reat gravi jew mogħtija sentenza ta’ detenzjoni f’Ċentru għat-Trażgressuri Żgħażagħ mill-Crown Court (meta t-trażgressur żagħżugħ jagħlaq 18-il sena). L-iskema tal-ħabs tkopri wkoll trażgressuri adulti (ta’ 18-il sena jew aktar) li jingħataw sentenza ta’ sitt xhur priġunerija jew aktar;
  • trażgressuri li jingħataw sentenza li tinkludi superviżjoni mill-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq; u
  • trażgressuri li huma soġġetti għal Ordni tal-Isptar b’Ordni ta’ Restrizzjoni.

Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar il-Ħelsien tal-Priġunieri (PRVIS)

Jekk tirreġistra mal-iskema, tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu), dwar:

  • is-sena u x-xahar meta l-priġunier ikun mistenni li jinħeles mill-kustodja jew ikun eliġibbli li jiġi kkunsidrat sabiex jingħata ħelsien temporanju;
  • meta l-priġunier ikun qed jiġi kkunsidrat sabiex jingħata ħelsien temporanju;
  • kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ ħelsien temporanju; u
  • kwalunkwe kundizzjoni magħrufa tal-ħelsien tal-priġunier, jew kwalunkwe kundizzjoni imposta fuq il-ħelsien temporanju, u kwalunkwe ksur ta’ dawn li jwassal sabiex il-priġunier jitreġġa’ lura għall-kustodja, sakemm il-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma tkunx ta’ periklu għal xi ħadd jew sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ dannu identifikat għat-trażgressur li jirriżulta minn dan.

Fil-każijiet ta’ priġunieri mogħtija priġunerija għall-għomor, sentenza ta’ kustodja indeterminata jew sentenza ta’ kustodja estiża li huma soġġetti għal kunsiderazzjonijiet ta’ ħelsien mill-Kummissarji tal-Parole, inti intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar meta l-priġunier ikun qed jiġi kkunsidrat sabiex jingħata l-ħelsien. Inti tkun intitolat(a) wkoll li tgħarraf lill-Kummissarji tal-Parole bil-fehmiet tiegħek dwar il-ħelsien (permezz tal-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi) qabel ma dak il-priġunier jiġi kkunsidrat sabiex jingħata l-ħelsien. Inti intitolat(a) li tiġi informat(a) bid-deċiżjoni meħuda mill-Kummissarji tal-Parole u, jekk din tkun li għandu jinħeles il-priġunier, li tiġi informat(a) dwar l-arranġamenti tal-liċenzjar li japplikaw.

Inti intitolat(a) wkoll li jkollok l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tiegħek lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, jew li tirreġistra t-tħassib li jkollok dwar is-sigurtà personali tiegħek u li tali tħassib jiġi kkunsidrat bħala parti mill-proċess ta’ valutazzjoni, meta trażgressur japplika għal ħelsien temporanju jew ikun ser jinħeles fuq liċenzja.

Kultant, ikun possibbli biss li tiġi informat(a) dwar ħelsien wara li jkun seħħ. Fil-każ improbabbli ħafna li trażgressur fil-kawża li inti involut(a) fiha jaħrab mid-detenzjoni, inti tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) dwar dan, mingħajr dewmien bla bżonn, mill-pulizija jew mis-servizz tal-ħabs, sakemm il-kondiviżjoni tal-informazzjoni ma tkunx ta’ periklu għal xi ħadd jew sakemm ma jkunx hemm riskju ta’ dannu identifikat għat-trażgressur li jirriżulta minn dan. Inti intitolat(a) ukoll li tiġi informat(a) mill-pulizija jew mis-servizz tal-ħabs bi kwalunkwe miżura sussegwentement meħuda sabiex tipproteġik.

Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi tal-Bord tal-Probation għall-Irlanda ta’ Fuq

Jekk tirreġistra mal-iskema, tkun intitolat(a) li tirċievi informazzjoni mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu), dwar:

  • kif għandha tiġi ġestita l-kawża;
  • it-tip u t-tul ta’ superviżjoni li jirċievi t-trażgressur u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ din (inkluża kwalunkwe varjazzjoni);
  • kwalunkwe kundizzjonijiet żejda li japplikaw għas-superviżjoni, inkluż fejn dawn ikunu varjati;
  • in-numru ta’ sigħat ta’ servizz fil-komunità, fejn dan japplika; u
  • kwalunkwe sentenzi ulterjuri relatati mal-kawża.

Inti intitolat(a) wkoll li tagħżel kif trid li tirċievi din l-informazzjoni (pereżempju, wiċċ imb wiċċ, bit-telefon jew bil-miktub) u li tiddiskuti kwalunkwe tħassib li jista’ jkollok ma’ membru tal-persunal tal-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi. F’ċerti każijiet, l-Unità toffrilek ukoll l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet u t-tħassib tiegħek f’rapport dwar il-vittma, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Kummissarji tal-Parole.

Skema ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar Trażgressuri b’Disturbi Mentali

Din l-iskema tipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe perjodu ta’ liv ta’ assenza mill-isptar li jkun ikkunsidrat għal trażgressur u meta jitħalla jitlaq b'mod kundizzjonali jew assolut mill-isptar. Jekk tirreġistra għal din l-iskema, tkun intitolat(a) li tiġi informat(a) mill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi, mingħajr dewmien bla bżonn (meta din tkun ġiet informata b’deċiżjoni jew eżitu):

  • meta għandu jiġi kkunsidrat perjodu ta’ liv ta’ assenza;
  • li għandu jingħata perjodu ta’ liv, jew li trażgressur ikun se jitħalla jitlaq mill-isptar, fil-ġimgħat li ġejjin, flimkien ma’ kwalunkwe kundizzjoni ġenerali rilevanti għalik; u
  • dwar kwalunkwe kundizzjoni rilevanti li tapplika għat-trażgressur li jħalli l-isptar.

Int intitolat(a) wkoll li jkollok l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tiegħek, bil-miktub, lill-Unità ta’ Informazzjoni lill-Vittmi dwar kif il-liv jew il-liċenzjar propost jista’ jaffettwa s-sigurtà jew il-benesseri tiegħek, kif ukoll x’kundizzjonijiet jista’ jkun soġġett għalihom trażgressur meta jħalli l-isptar.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

4 - Kumpens

X’inhu l-proċess biex titlob kumpens għad-danni mingħand it-trażgressur?  (pereżempju kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

Jekk inti vittma ta’ reat vjolenti tista’ titlob kumpens. Sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin, għandek tirrapporta l-inċident lill-pulizija mill-aktar fis possibbli wara li jseħħ u tippreżenta rikors għal kumpens fi żmien sentejn (mid-data tal-inċident li kkawża d-dannu). Il-limitu ta’ żmien ta’ sentejn jista’ jiġi rrinunzjat jekk is-Servizzi tal-Kumpens iqisu li hemm raġuni tajba għad-dewmien u jkun fl-interessi tal-ġustizzja li jsir dan. Aktar informazzjoni dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reat vjolenti tista’ tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries.

Kumpens ordnat mill-qorti

Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Crown Court għandha setgħat bla limitu, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trażgressur.

L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u rappreżentazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.

Il-qrati jagħtu importanza konsiderevoli lill-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.

Il-qorti ordnat lit-trażgressur iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trażgressur iħallasni?

L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ kumpens hija responsabbiltà tal-qrati.

Jekk it-trażgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni avvanz?  Taħt liema kundizzjonijiet?

Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Jista' jkun li tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries

Jien intitolat(a) għal kumpens jekk it-trażgressur ma jinstabx ħati?

Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, jista' jkun li tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries

Jien intitolat(a) għal pagament ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Meta s-Servizzi tal-Kumpens ikunu ddeċidew li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, huma jistgħu jikkunsidraw li jagħmlu pagament interim. Jekk ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, x'aktarx li dan ikun minħabba li jkunu qegħdin jistennew sakemm jinftiehem l-impatt fit-tul tad-dannu mġarrab minnek.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Victim Support NI toffri informazzjoni dwar is-servizzi ta’ appoġġ fil-qrib. Ara l-Karta tal-Vittmi u l-Karta tax-Xhieda. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.victimsupportni.com/

Il-hotline għall-appoġġ tal-vittmi

Is-Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi jinkludi linja ta’ informazzjoni għall-vittmi: +44 808 168 9293

L-appoġġ għall-vittmi huwa bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi tal-Istat jew mill-awtoritajiet?

Il-pulizija u t-Taqsima għall-Ħarsien għall-Vittmi u x-Xhieda għandhom jipprovdulek informazzjoni dwar fejn u kif tikseb pariri jew appoġġ, inkluż aċċess għal appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ minn speċjalisti (bħal appoġġ psikoloġiku) u akkomodazzjoni alternattiva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tal-karità jipprovdu assistenza, pariri dwar l-appoġġ, konsulenza u servizzi ġenerali u speċjalizzati oħrajn lill-vittmi ta’ reati, f’livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.