Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

L-Irlanda ta’ fuq

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

X’inhu l-proċess biex titlob kumpens għad-danni mingħand it-trażgressur?  (pereżempju kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

Jekk inti vittma ta’ reat vjolenti tista’ titlob kumpens. Sakemm ma jkunx hemm raġunijiet tajbin, għandek tirrapporta l-inċident lill-pulizija mill-aktar fis possibbli wara li jseħħ u tippreżenta rikors għal kumpens fi żmien sentejn (mid-data tal-inċident li kkawża d-dannu). Il-limitu ta’ żmien ta’ sentejn jista’ jiġi rrinunzjat jekk is-Servizzi tal-Kumpens iqisu li hemm raġuni tajba għad-dewmien u jkun fl-interessi tal-ġustizzja li jsir dan. Aktar informazzjoni dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reat vjolenti tista’ tinstab fuq http://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries.

Kumpens ordnat mill-qorti

Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Crown Court għandha setgħat bla limitu, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trażgressur.

L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u rappreżentazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.

Il-qrati jagħtu importanza konsiderevoli lill-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.

Il-qorti ordnat lit-trażgressur iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trażgressur iħallasni?

L-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta’ kumpens hija responsabbiltà tal-qrati.

Jekk it-trażgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni avvanz?  Taħt liema kundizzjonijiet?

Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Irlanda ta’ Fuq.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Jista' jkun li tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries

Jien intitolat(a) għal kumpens jekk it-trażgressur ma jinstabx ħati?

Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, jista' jkun li tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq https://www.nidirect.gov.uk/articles/compensation-criminal-injuries

Jien intitolat(a) għal pagament ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Meta s-Servizzi tal-Kumpens ikunu ddeċidew li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, huma jistgħu jikkunsidraw li jagħmlu pagament interim. Jekk ma jkunux jistgħu jieħdu deċiżjoni finali, x'aktarx li dan ikun minħabba li jkunu qegħdin jistennew sakemm jinftiehem l-impatt fit-tul tad-dannu mġarrab minnek.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.