Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

L-aġenzija nazzjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bżonn, Appoġġ

Il-Victim Support Malta

L-aġenzija nazzjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bżonn, Appoġġ

L-aġenzija Appoġġ toffri interventi ta' assistenza soċjali, konsulenza psikoloġika, għajnuna, appoġġ u pariri lill-vittmi, b'mod partikulari lill-gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-vittmi tal-vjolenza domestika.

L-aġenzija nazzjonali tal-assistenza soċjali għat-tfal u l-familji fil-bżonn, Appoġġ

  • tagħmel parti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali tal-ministeru responsabbli mill-familja u mis-solidarjetà soċjali
  • toffri b'mod ma jaqta' xejn interventi ta' assistenza soċjali, konsulenza psikoloġika, għajnuna, appoġġ u pariri lill-vittmi b'mod ġenerali, iżda speċjalment lill-gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-vittmi tal-vjolenza domestika.
  • tipprovdi bla ħlas servizzi li ma jiddependux fuq jekk min ikun wettaq id-delitt ikunx qed jiġi pproċessat jew jekk ikunx ġie kkundannat

KUNTATTI:

Sit elettroniku: http://www.appogg.gov.mt/

Il-Victim Support Malta

Il-Victim Support Malta toffri lill-vittmi tal-kriminalità informazzjoni professjonali, indipendenti, kunfidenzjali u imparzjali dwar drittijiethom u dwar is-servizzi u l-assistenza li jistgħu jiksbu.

Il-Victim Support Malta

  • hija organizzazzjoni indipendenti u mhix parti mill-pulizija, mill-qrati jew minn xi aġenzija oħra fil-qasam tal-ġustizzja kriminali
  • toffri lill-vittmi tal-kriminalità informazzjoni professjonali, indipendenti, kunfidenzjali u imparzjali dwar drittijiethom u dwar is-servizzi u l-assistenza li jistgħu jiksbu.
  • toffri tagħrif dwar is-sistema tal-ġustizzja kriminali u l-proċeduri kriminali f'Malta
  • tiprovdi bla ħlas servizzi li jingħataw irrispettivament minn jekk id-delitt ikunx ġie rrappurtat u minn meta seħħ

KUNTATTI:

Website: http://victimsupport.org.mt/

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna