Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Malta

Il-kontenut ipprovdut minn
Malta

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Nista' nappella darba oħra?

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Aktar tagħrif

Nista' nappella minn sentenza jew jekk l-imputat jiġi ddikjarat mhux ħati?

Il-proċess quddiem il-qorti kriminali jintemm b'deċiżjoni tal-qorti li tikkundanna jew tillibera mill-akkużi lill-imputat. Jekk l-imputat jinstab ħati, l-imħallef jissentenzjah. Skont il-liġi Maltija, huma biss l-imputat u l-Avukat Ġenerali li għandhom id-dritt li jappellaw mill-kundanna/liberazzjoni mill-akkużi u/jew mis-sentenza quddiem il-Qorti tal-Appell Kriminali.

Madanakollu, jekk ikun sar appell u inti kont parti ċivili fl-ewwel proċess quddiem il-qorti kriminali, l-avukat tiegħek jitħalla jeżamina d-dokumenti rilevanti kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-proċedura tal-appell.

Nista' nappella darba oħra?

Ma jistax isir appell ieħor kontra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell Kriminali.

Xi drittijiet għandi wara li s-sentenza tal-qorti tidħol fis-seħħ?

Wara li tidħol fis-seħħ is-sentenza, tirċievi kopja tad-deċiżjoni tal-qorti. Jekk l-imputat jintbagħat il-ħabs, tista' titlob lill-pulizija għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li jkunu ġew imposti fuqu għal waqt li jkun qed jiskonta s-sentenza. Il-pulizija tista' tirrifjuta li tipprovdi tali informazzjoni jekk din tkun saret kunfidenzjali għal raġunijiet ta' sigurtà.

Aktar tagħrif:

L-aħħar aġġornament: 21/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna