Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

Jekk int sfajt vittma ta’ reat, tista’ tirrapportah fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi ċċempel fuq in-numri ta’ emerġenza 107 jew 112.

Il-persunal tas-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi mmexxi mill-istat u tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali jista’ jassistik fl-eqreb uffiċċju distrettwali tal-gvern. Il-persunal tal-Linja freephone ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Vonal) (+36-80-225-225) jipprovdi għajnuna immedjata permezz tat-telefown 24 siegħa kuljum fl-Ungerija.

Is-Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat, OKIT, http://www.ncsszi.hu/national-institute-for-family_-youth-and-population-policy) jipprovdi għajnuna b’mod speċifiku għall-vittmi ta’ vjolenza domestika, ta’ vjolenza bejn qraba, ta’ abbuż fuq it-tfal kif ukoll ta’ prostituzzjoni u ta’ traffikar tal-bnedmin permezz tan-numru tat-telefown +36-80-205-520.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

  • Pulizija: 107
  • Numru ġenerali ta’ emerġenza: 112
  • Xhieda bit-Telefown (Telefontanú): +36-80-555-111 (fejn tista’ tirrapporta reati b’mod anonimu)
  • Linja ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Vonal): +36-80-225-225 (numru freephone li tista’ ċċempel fuqu 24 siegħa kuljum fl-Ungerija)
  • Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat) +36-80-205-520
  • L-NGO NANE li hi Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa (NÅ‘k a NÅ‘kért Együtt az ErÅ‘szak Ellen Egyesület):
    • +36-80-505-101 (helpline għal nisa u għal tfal abbużati; tista’ ċċempel fuqu mingħajr ħlas, permezz tal-mowbajl ukoll, nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa bejn is-6 p.m. u l-10 p.m.)
    • +36-40-603-006 (għal vittmi ta’ vjolenza sesswali, tista’ ċċempel fuqu nhar ta’ Ġimgħa bejn l-10 a.m u s-2 p.m. bit-tariffi lokali)
  • L-Assoċjazzjoni Patent (Patent Egyesület): +36-70-25-25-254 (servizz ta’ għajnuna legali bit-telefown fi kwistjonijiet legali u psikoloġiċi essenzjali għal nisa li jgħixu f’relazzjoni abbużiva, li tista’ ċċempel fuqu nhar ta’ Erbgħa bejn l-4 p.m. u s-6 p.m.)

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Il-proċeduri ta’ appoġġ għall-vittmi huma aċċessibbli mingħajr tariffi u mingħajr ħlas. Jekk ma tafx titkellem bl-Ungeriż jew għandek bżonn ta’ interpretu tal-lingwa tas-sinjali minħabba diżabbiltajiet relatati mal-komunikazzjoni, l-ispejjeż tat-traduzzjoni u tal-intepretazzjoni jiġġarrbu mill-istat.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi (ÁldozatsegítÅ‘ Szolgálat) jista’

  • jinformak dwar id-drittijiet, l-obbligi u l-possibbiltajiet tiegħek,
  • jipprovdi informazzjoni dwar is-servizzi ta’ protezzjoni soċjali, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-benefiċċji tal-assigurazzjoni tas-saħħa,
  • jipprovdi għajnuna monetarja istantanja (fi żmien ħamest ijiem mid-data tat-twettiq tar-reat relatat),
  • jipprovdi appoġġ emottiv (inkluża assistenza psikoloġika jekk meħtieġa),
  • jipprovdi pariri legali u għajnuna prattika f’każijiet sempliċi,
  • jikkonferma l-istatus tiegħek bħala vittma,
  • minbarra dan li ntqal hawn fuq, persuni li jkorru serjament u qraba ta’ vittmi deċeduti minħabba reati kriminali vjolenti jistgħu japplikaw għal kumpens mingħand l-istat.

Is-Servizz Telefoniku Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar Kriżijiet (Országos KríziskezelÅ‘ és Információs Telefonszolgálat) jista’

  • jipprovdi assistenza immedjata liċ-ċittadini (l-aktar lin-nisa u lit-tfal) li jkunu f'sitwazzjonijiet ta’ kriżi serja minħabba abbuż,
  • akkomodazzjoni immedjata sigura f’ċentri ta’ kenn sikuri għal persuni fil-bżonn wara konsultazzjoni. Dan se jiġi żgurat f’ċentri ta’ kriżi fejn l-akkomodazzjoni tkun garantita għal 30 jum iżda, fejn tkun ġustifikata, tista’ tiġi estiża bi 30 jum addizzjonali. L-akkomodazzjoni hi pprovduta mingħajr ħlas, u bħala parti mill-kura pprovduta, l-ispeċjalisti taċ-ċentru tal-kriżi jgħinu biex tinstab soluzzjoni sikurau fit-tul għall-problema, u dawn jidħlu wkoll f’kuntatt mal-assistent tal-familja tas-Servizz rilevanti ta’ Appoġġ għall-Familji u tal-Benesseri tat-Tfal.

Is-Servizz ta’ Għajnuna Legali (Jogi Segítségnyújtó Szolgálat)

  • jipprovdi pariri legali f’każijiet li fihom il-fatti tal-każ ikunu pjuttost ċari,
  • u, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet definiti legalment, dan
  1. jipprovdi servizzi barra l-qorti (konsulenza, editjar ta’ dokumenti) mingħajr ħlas jew b’kundizzjonijiet favorevoli,
  2. jipprovdi rappreżentazzjoni permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni fil-proċedimenti tal-qorti u fil-fażi ta’ qabel il-proċess (meta l-każ jiġi investigat mill-awtorità tal-investigazzjoni jew mill-prosekutur) tal-proċedimenti kriminali. Jekk ir-rappreżentanza permezz ta’ ħabib f’litigazzjoni tkun awtorizzata, is-servizz legali propju jiġi pprovdut minn avukati u minn ditti legali li jkunu f’relazzjoni kuntrattwali mas-Servizz tal-Għajnuna Legali.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Tista’ tibbaża primarjament fuq l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li ġejjin:

L-Assoċjazzjoni tal-Karità taċ-Ċurkett l-Abjad (Fehér Gyűrű Közhasznú Egyesület)

  • kura personali wara r-reat,
  • għajnuna legali mingħajr ħlas,
  • medjazzjoni mingħajr ħlas,
  • assistenza psikoloġika mingħajr ħlas,
  • appoġġ finanzjarju lil dawk li jkunu fil-bżonn (biss jekk ir-reat jiġi rapportat lill-pulizija),
  • assistenza fil-proċedimenti ta’ awtoritajiet oħra,
  • medjazzjoni ta’ appoġġ ipprovduta minn organizzazzjonijiet u minn istituzzjonijiet oħra.

L-NGO NANE li hi Assoċjazzjoni tad-Drittijiet tan-Nisa (NÅ‘k a NÅ‘kért Együtt az ErÅ‘szak Ellen Egyesület):

  • il-provvista ta’ informazzjoni,
  • għajnuna prattika immedjata lil dawk li jinsabu fi kriżi (pereż. tqegħid f’ċentri ta’ kenn għan-nisa, notifika lill-awtoritajiet, pariri dwar azzjonijiet u possibbiltajiet),
  • sessjonijiet fi grupp,
  • għajnuna leali (permezz ta’ pariri legali jekk ikunu meħtieġa).

L-NGO ESZTER Ambulanza (ESZTER Alapítvány és Ambulancia):

  • assistenza psikoloġika,
  • għajnuna legali,

L-Assoċjazzjoni Patent (Patent Egyesület):

  • informazzjoni u pariri,
  • l-iżgurar ta’ konsultazzjonijiet ta’ sfond ma’ psikologu jew ma' assistent soċjali,
  • l-għoti ta’ għajnuna legali lil nisa abbużati kif ukoll lil vittmi ta’ vjolenza u ta’ diskriminazzjoni sessisti.

Il-Fondazzjoni tal-Modi Anonimi (Névtelen Utak Alapítvány):

  • akkomodazzjoni sikura,
  • riabilitazzjoni,
  • riintegrazzjoni.
L-aħħar aġġornament: 04/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna