Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Inti titqies bħala vittma ta’ reat jekk kont vittma ta’ att jew ommissjoni li jikkostitwixxi reat skont il-liġi Finlandiża. Bħala vittma ta’ reat, għandek ċerti drittijiet qabel, waqt u wara l-proċedimenti tal-qorti.

Il-proċedimenti kriminali fil-Finlandja jibdew b’investigazzjoni ta’ qabel il-proċess, ġeneralment imwettqa mill-pulizija. Matul dan l-istadju, jiġi stabbilit jekk fil-fatt twettaqx reat jew le, taħt liema ċirkostanzi seħħ u l-identità tal-partijiet ikkonċernati. Il-grad tad-dannu jew tal-ħsara kkawżat mir-reat u t-talbiet tiegħek bħala vittma jiġu eżaminati wkoll.

Jekk ikun hemm provi biżżejjed li twettaq att kriminali, il-prosekutur jippreżenta l-akkużi u jressaq il-każ quddiem il-qorti. Matul il-proċess, il-qorti teżamina l-provi u tikkundanna lill-allegat trażgressur jew inkella ssibu mhux ħati. Il-proċedimenti kriminali jistgħu jkomplu jekk waħda mill-partijiet tressaq appell quddiem qorti superjuri.

Il-links li ġejjin jipprovdulek informazzjoni relevanti.

1 - Drittijieti bħala vittma ta’ reat

2 - Ir-rapportar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 05/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna