Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Appoġġ għall-vittmi kollha ta’ reat
- Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja (Rikosuhripäivystys), tel.: 116 006

Servizzi ta’ xelter għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Servizz ta’ xelter online (Nettiturvakoti)

Ċentri ta’ Appoġġ SERI għall-vittmi ta’ attakki sesswali (ta’ aktar minn 16-il sena):

- Helsinki, Turku, Tampere, Kuopio, Oulu

Ċentru ta’ Kriżi f’każ ta’ Stupru, Tukinainen

- tel. 0800 97899

Tukinainen online (Nettitukinainen)

Ċentru ta’ Kriżi f’każ ta’ Stupru, Tukinainen


Sistema ta’ assistenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

- Ċentru ta’ Akkoljenza ta’ Joutseno (Joutsenon vastaanottokeskus), tel. 029 54 63 177


Medjazzjoni

- uffiċċji ta’ medjazzjoni:

Medjazzjoni f’kawżi kriminali u ċivili

Medjazzjoni f’kawżi kriminali u ċivili (bl-Ingliż)

Pulizija

- emerġenzi: ċempel 112 (numru tat-telefon ta’ emerġenza)


Għajnuna legali

Kumpens li jitħallas minn fondi tal-istat għal danni kriminali

- Teżor tal-Istat, tel. 0295 50 2736

Il-hotline għall-appoġġ tal-vittmi

Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja, tel. 116 006

Nollalinja (24/7), tel. 080 005 005 (linja għall-għajnuna għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u għall-vittmi ta’ vjolenza kontra n-nisa)

Ċentru ta’ Kriżi f’każ ta’ Stupru, Tukinainen, tel. 0800 97899 (vittmi ta’ abbuż sesswali)

Sistema ta’ assistenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (24/7), tel. 029 54 63 177 (vittmi tat-traffikar tal-bnedmin)

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

L-appoġġ ipprovdut mill-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas. Is-servizzi pprovduti minn xelters, ċentri ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ attakk sesswali u s-sistema ta’ assistenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin huma wkoll mingħajr ħlas għall-klijent.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi jew l-awtoritajiet tal-Istat?

Vittma ta’ reat jista’ jkollha bżonn assistenza medika jew servizzi oħra ta’ protezzjoni soċjali u kura tas-saħħa, bħal servizzi soċjali ta’ emerġenza, trattament fi sptar u riabilitazzjoni fiżika u mentali. Tista’ tuża dawn is-servizzi bl-istess kondizzjonijiet bħall-klijenti l-oħra kollha.

Ix-xelters jipprovdu serħan immedjat mill-kriżi u akkomodazzjoni sigura 24 siegħa kuljum kif ukoll appoġġ psikosoċjali, pariri u konsulenza għas-sitwazzjoni akuta tiegħek. Dawn is-servizzi huma primarjament provduti lil individwi u familji li esperjenzaw vjolenza domestika jew theddida ta’ vjolenza. Uħud mis-servizzi huma provduti minn organizzazzjonijiet. L-Istitut Finlandiż għas-Saħħa u l-Benesseri huwa responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ servizzi ta’ xelter.

Is-sistema ta’ assistenza għall-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin hija awtorità tal-istat li hija responsabbli biex tiżgura li d-drittijiet garantiti lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jiġu rispettati. Is-servizzi ta’ appoġġ jinkludu akkomodazzjoni sigura, kura tas-saħħa, servizzi soċjali, allowance ta’ akkoljenza jew assistenza soċjali, għajnuna legali u pariri, persuna ta’ appoġġ għal proċedimenti kriminali, u servizzi ta’ interpretazzjoni u traduzzjoni. Minbarra s-sistema ta’ assistenza, l-organizzazzjonijiet jipprovdu wkoll assistenza lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.

Għandek id-dritt għal assistenza minn konsulent legali biex tirrapporta reat, tkun interrogat u waqt il-proċess. Il-konsulent legali għandu jkun avukat, jew avukat tal-għajnuna legali pubblika jew konsulent legali liċenzjat.

Dawk li jaqilgħu dħul baxx u medju jistgħu jkunu intitolati għal għajnuna legali ffinanzjata mill-istat. F’każijiet bħal dawn, it-tariffa tal-konsulent legali titħallas mill-istat parzjalment jew kompletament. Tista’ tapplika għal għajnuna legali f’uffiċċju ta’ għajnuna legali pubblika jew permezz ta’ servizz elettroniku. Tista’ wkoll titlob lil ditti legali biex japplikaw għal għajnuna legali f'ismek.

Il-qorti tista’ taħtar konsulent legali u persuna ta’ appoġġ għalik f’każ ta’ vjolenza domestika, reati sesswali jew reati serji kontra ħajtek, saħħtek jew il-libertà tiegħek. F’każijiet bħal dawn, l-istat iħallas it-tariffa irrispettivament mid-dħul tiegħek.

Tista’ tingħata assistenza minn persuna ta’ appoġġ fi stadji differenti tal-proċedimenti kriminali. Tista’ titlob lil min tixtieq biex ikun il-persuna ta’ appoġġ tiegħek. Il-persuna ta’ appoġġ tista’ takkumpanjak għal seduti ta’ smigħ u sessjonijiet tal-qorti, iżda l-preżenza tagħhom tista’ tkun ristretta f’ċerti ċirkostanzi. Is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja jista’ jipprovdilek persuna ta’ appoġġ imħarrġa mingħajr ħlas. Is-servizzi ġenerali ta’ appoġġ għall-vittmi pprovduti mis-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja huma ffinanzjati mill-Ministeru għall-Ġustizzja u huma soġġetti għal obbligu ta’ servizz pubbliku.

X’tip ta’ appoġġ nista’ nirċievi minn organizzazzjonijiet mhux governattivi?

Ħafna organizzazzjonijiet jipprovdu appoġġ, pariri u gwida lill-vittmi ta’ reat. Is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja jipprovdi assistenza għat-tipi kollha ta’ reati u proċedimenti kriminali kif ukoll pariri rilevanti għad-drittijiet tal-vittmi. Il-vittmi ta’ vjolenza domestika jistgħu jfittxu protezzjoni u appoġġ minn xelters. L-għajnuna hija disponibbli wkoll permezz ta’ linji għall-għajnuna u servizzi ta’ kura fil-komunità. F’xi lokalitajiet, appoġġ speċjali huwa disponibbli għal vittmi ta’ reati sesswali u għal nisa immigranti, kif ukoll appoġġ mill-pari għall-familji ta’ vittmi ta’ omiċidju.

Servizzi ta’ appoġġ ipprovduti minn organizzazzjonijiet

Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi fil-Finlandja

Appoġġ għall-vittmi kollha ta’ reati, inklużi x-xhieda u l-membri tal-familja tal-vittma. Assistenza u pariri dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vittmi fi proċedimenti kriminali. Linja għall-għajnuna nazzjonali, linja għall-għajnuna legali, servizz ta’ appoġġ online. Servizzi ta’ appoġġ għall-persuni fuq bażi reġjonali.

- linja għall-għajnuna 116 006 (mingħajr ħlas)
- linja għall-għajnuna legali 0800 161 177 (mingħajr ħlas)

Nollalinja

Linja għall-għajnuna 24 siegħa kuljum għall-vittmi ta’ vjolenza domestika u ta’ vjolenza fuq in-nisa, tel. 080 005 005 (mingħajr ħlas)

Federazzjoni ta’ Djar u Xelters għall-Ommijiet u t-Tfal (Ensi- ja turvakotien liitto)

Xelters għal persuni li jesperjenzaw vjolenza domestika jew theddida ta’ vjolenza u li għandhom bżonn appoġġ għall-irkupru kif ukoll akkomodazzjoni temporanja. Is-servizzi tal-kura fil-komunità jipprovdu appoġġ għar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni kkawżata mill-vjolenza domestika u tingħeleb il-kriżi. Parir bit-telefon, taħdita ma’ professjonist fil-vjolenza domestika, grupp ta’ pari iggwidat jew għajxien assistit.

Servizz ta’ Xelter Online

Servizz online miżmum mill-Federazzjoni ta’ Djar u Xelters għall-Ommijiet u t-Tfal; jgħin lill-partijiet kollha involuti f’relazzjonijiet vjolenti.

Ċentru ta’ Kriżi f’każ ta’ Stupru,Tukinainen

Jipprovdi appoġġ u gwida għal persuni li ġew attakkati u/jew abbużati sesswalment, kif ukoll għall-familji tagħhom. Servizz ta’ għajnuna online.

- linja għall-għajnuna ta’ kriżi: tel. 0800 97899 (mingħajr ħlas)

- linja għall-għajnuna legali: tel. 0800 97895 (mingħajr ħlas)

MONIKA – Assoċjazzjoni tan-Nisa Multikulturali, il-Finlandja

Servizzi ta’ aċċess faċli, pariri legali u akkomodazzjoni ta’ xelter għal nisa u tfal immigranti li qed isofru vjolenza. L-għajnuna hija disponibbli f’diversi lingwi; servizzi ta’ appoġġ għall-persuni huma pprovduti wkoll.

- linja għall-għajnuna 0800 05058 (mingħajr ħlas)

- Xelter Mona, tel. 045 639 6274 (24/7)

Linja għan-Nisa (Naisten Linja)

Pariri u appoġġ lil nisa u bniet imħassba dwar il-vjolenza. L-informazzjoni hija disponibbli online u bit-telefon.

- tel. 0800 02400 (mingħajr ħlas)

Pro-tukipiste

Servizzi ta’ saħħa u appoġġ għal nies li jaħdmu fl-industrija sesswali jew erotika u vittmi tat-traffikar tal-bnedmin.

HUOMA Henkirikoksen uhrien läheiset ry (Assoċjazzjoni għall-membri tal-familja ta’ vittmi ta’ omiċidju)

Appoġġ mill-pari għall-membri tal-familja ta’ vittmi ta’ omiċidju.

- tel. 050401 2230

https://www.huoma.fi/

MIELI Suomen Mielenterveys ry (is-Saħħa Mentali fil-Finlandja)

Għajnuna għall-kriżijiet tal-ħajja.

- linja għall-għajnuna għal kriżi 09 2525 0111 (24 siegħa kuljum)

Suvanto Suvanto ry – Turvallisen vanhuuden puolesta (Għal Età Anzjana Sikura)

Għajnuna, appoġġ mill-pari u parir legali għal anzjani kontra abbuż u vjolenza.

- Linja għall-għajnuna SUVANTO 0800 06776 (mingħajr ħlas)

L-aħħar aġġornament: 05/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.