Tista’ tirrapporta reat billi ċċempel fuq in-numru tal-emerġenza tal-pulizija 112 (jekk ikollok bżonn ukoll l-assistenza tal-pulizija b’urġenza), tippreżenta rapport bil-miktub fl-eqreb għassa tal-pulizija jew billi tibgħat ittra elettronika b’rapport lill-prefettura tal-pulizija xierqa. Aktar informazzjoni dwar kif għandek tirrapporta reat hija disponibbli hawn.
Wara li tkun irrapportajt reat, int tiġi kkuntattjat u informat dwar kwalunkwe proċedura ulterjuri (eż. tintalab tixhed, tipprovdi informazzjoni dwar xhieda possibbli, tgħin fil-kumpilazzjoni tal-provi, eċċ.) Jekk ikun hemm bżonn, int tingħata wkoll informazzjoni dwar appoġġ possibbli għall-vittmi u dwar miżuri oħra ta’ protezzjoni.
Wara l-interrogazzjoni tiegħek, niżżel in-numru tal-materja kriminali u tal-investigatur responsabbli mill-każ. Dan jagħmilhielek eħfef biex titlob informazzjoni mingħand il-pulizija aktar tard.
Int għandek id-dritt li jkollok avukat preżenti matul il-proċedimenti. Jekk ma għandekx il-mezzi biex tqabbad wieħed, int tista’ titlob lill-qorti għal għajnuna legali mill-istat.
Il-vittmi kollha li jkunu minorenni b’interessi li jkunu f’kunflitt ma’ dawk tar-rappreżentanti legali tagħhom ikunu intitolati għal għajnuna legali mill-istat mingħajr ħlas.
Il-vittmi u x-xhieda jkunu intitolati għal kumpens għal spejjeż imġarrba jew għal introjtu mhux riċevut minħabba l-proċedimenti kriminali. Pereżempju, tista’ titlob lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jew it-telf tal-qligħ imġarrbin biex tmur tixhed. Biex titlob l-ispejjeż, innotifika lill-awtorità li ħarrkitek u tirċievi struzzjonijiet dwar kif tippreżenta t-talba.
Meta jintemmu l-proċedimenti kriminali, minnufih tintbagħat lilek jew lir-rappreżentant tiegħek kopja tas-sentenza rilevanti. Bħala vittma, int tista’ titlob aċċess għall-fajl kriminali fi żmien 10 ijiem minn meta tirċievi s-sentenza li ttemm il-proċedimenti kriminali. Fi żmien dawk l-10 ijiem, int intitolat ukoll titlob li l-uffiċċju tal-prosekutur jirrieżamina s-sentenza.
Bħala vittma, int parti għall-proċess fuq l-istess termini bħall-partijiet l-oħra u int intitolat li tkun involut fil-proċess.
Jekk twettaq reat kontrik, int titqies bħala vittma fil-proċedimenti kriminali. Madankollu, int intitolat ukoll tippreżenta kawża ċivili bħala parti għall-istess proċedimenti. Il-kunċett ta’ prosekuzzjoni privata ma jeżistix fid-dritt tal-Estonja.
Taħt il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, vittma hi intitolata li:
Vittma hi meħtieġa:
Int intitolat tagħmel dikjarazzjonijiet u tesprimi l-opinjoni tiegħek matul il-proċess. Int għandek id-dritt li tixhed fil-qorti jekk il-prosekuzzjoni titlob li int tiġi interrogat.
Il-qorti tinformak dwar il-ħin u l-post tas-seduti tal-qorti u int tiġi informat ukoll dwar is-sentenza tal-qorti, li tintbagħtlek sakemm ma tkunx preżenti fiżikament fil-qorti meta tinqata’ s-sentenza.
Int intitolat teżamina l-fajls tal-qorti fl-uffiċċju tal-prosekutur wara li titlesta l-investigazzjoni preliminari jew meta jintemmu l-proċedimenti kriminali. L-uffiċċju tal-prosekutur jinformak dwar dan id-dritt u jagħtik struzzjonijiet dwar kif int tista’ teżamina l-fajls.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.