Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

L-Ingilterra u Wales

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (pereż. kawża fil-qorti, kawża ċivili, talba għad-danni)

L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali tal-2012

L-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali hi skema ffinanzjata mill-gvern imfassla biex tikkumpensa lil vittmi bla ħtija ta’ reati vjolenti fil-Gran Brittanja. L-Awtorità ta’ Kumpens għal Danni Kriminali (Criminal Injuries Compensation Authority - CICA) tamministra l-Iskema u tiddeċiedi fuq it-talbiet kollha. Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi; trid tkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema.

Il-Gwida dwar l-Iskema hi disponibbli hawn

Tista’ tibda applikazzjoni hawn

Kumpens ordnat mill-qorti

Qorti tal-maġistrati tista’ toħroġ ordni ta’ kumpens sa massimu ta’ £5,000 għal kull akkuża. Il-Qorti Rjali għandha setgħat illimitati, iżda għandha tikkunsidra l-mezzi tat-trasgressur.

L-ordnijiet ta’ kumpens għandhom ikunu għal ammont tali li l-qorti tqis li jkun xieraq, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u osservazzjoni mressqa mill-prosekuzzjoni u mid-difiża.

Il-qrati jorbtu importanza konsiderevoli mal-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ kumpens u jridu jagħtu raġunijiet meta ma joħorġux ordni.

Aktar informazzjoni dwar l-ordnijiet ta’ kumpens mill-Qrati Rjali hi disponibbli minn hawn:

Talba Ċivili

Id-deċiżjoni dwar jekk tagħmilx talba ċivili hi f’idejk, il-vittma. Madankollu, din tista’ taffettwa talbiet oħra għal kumpens. Jaf ikun jaqbillek tfittex pariri legali.

Informazzjoni dwar kif tagħmel talba hi disponibbli hawn

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni għad-danni/jagħtini kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallasni?

L-infurzar tal-ordnijiet ta’ kumpens hu responsabbiltà tal-qrati.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, l-Istat jista’ jħallasni bil-quddiem? B’liema kundizzjonijiet?

Le - ma hemm ebda ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ordnat mill-qorti fl-Ingilterra u f’Wales.

Għandi dritt għal kumpens mingħand l-Istat?

Jaf tkun eliġibbli skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali, aktar informazzjoni hi disponibbli hawn:

Jien intitolat għal kumpens jekk it-trasgressur ma jinstabx ħati?

Skont l-Iskema ta’ Kumpens għal Danni Kriminali jaf tkun eliġibbli għal għotja anki jekk l-aggressur tiegħek ma jkunx magħruf jew ma jiġix ikkundannat. Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn

Għandi dritt għal pagament ta’ emerġenza waqt li qed nistenna li tiġi deċiża t-talba għall-kumpens tiegħi?

Meta s-CICA tiddeċiedi li inti eliġibbli għal ħlas iżda ma tistax tieħu deċiżjoni finali, din tista’ tikkunsidra li tagħmel pagament interim. Jekk ma tkunx tista’ tieħu deċiżjoni finali, hu probabbli li dan iseħħ għaliex tkun qed tistenna sakemm jiġi mifhum l-impatt fit-tul tad-dannu li ġarrabt int.

Aktar informazzjoni hija disponibbli hawn

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.