Victims' rights - by country

Repubblika Ċeka

Il-kontenut ipprovdut minn
Repubblika Ċeka

You are considered an ‘injured party’ (poškozený - term used for the victim of a crime in the Code of Criminal Procedure (trestní řád)) if you have suffered harm as the result of an action identified as a crime in the Criminal Code (trestní zákon). This harm may take various forms, for example, damage to or theft of an object. As the injured party you have certain legal rights before, during and after court proceedings.

Criminal proceedings in the Czech Republic begin with fact-checking and an investigation. At this stage of the case, the police make inquiries under the supervision of the public prosecutor. If enough evidence is gathered during this stage of the proceedings proving that a crime has been committed and that it was committed by a specific person, the public prosecutor issues a decision to bring charges, and the case then goes to court. During the court stage of the criminal proceedings, the court hears the evidence and on the basis of that evidence it finds the defendant guilty or not guilty. If the court finds the defendant guilty of committing the crime, it imposes a penalty on the defendant. In the case of a non-guilty verdict, the defendant is acquitted. The criminal proceedings may continue on the basis of an appeal brought before a higher court if you have made a claim for damages.

As an injured party you can join the criminal proceedings at any stage.

Click on the links below to find the information that you need

1 - My rights as a victim of crime

2 - Reporting a crime and my rights during the investigation or trial

3 - My rights after trial

4 - Compensation

5 - My rights to support and assistance

Last update: 16/09/2020

The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.
Member States in charge of the management of national content pages are in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

X’informazzjoni nirċievi mingħand l-awtorità wara li jkun seħħ ir-reat (eż. il-pulizija, il-prosekutur pubbliku) iżda qabel ma nirrapporta r-reat?

Mill-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija, int tirċievi informazzjoni li tippermettilek teżerċita drittijietek. Speċifikament, int tirċievi informazzjoni dwar:

  • l-awtorità li magħha tista’ tippreżenta kwerela, u tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
  • min tista’ tikkuntattja b’talba għal assistenza professjonali, u taħt liema kundizzjonijiet l-assistenza professjonali tkun mingħajr ħlas; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-professjonisti li jipprovdu assistenza;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal miżuri biex tiġi żgurata s-sikurezza tiegħek;
  • fejn iġġib aktar informazzjoni dwar il-kawża li fiha int il-vittma;
  • l-istadji tal-proċedimenti kriminali u r-rwol tiegħek fihom;
  • l-awtorità fejn tista’ titlob aktar informazzjoni; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal assistenza finanzjarja;
  • l-eqreb ċentri ta’ kenn, ċentri ta’ intervent jew faċilitajiet simili oħra li int tista’ tikkuntattja;
  • l-eqreb fornitur tal-kura tas-saħħa li int tista’ tikkuntattja;
  • kif tfittex rimedju jekk id-drittijiet tiegħek inkisrulek minn awtorità pubblika;
  • il-miżuri li tista’ titlob biex jiġu protetti l-interessi tiegħek jekk qed tirrisjedi fi Stat Membru ieħor tal-UE;
  • xi drittijiet oħra għandek skont l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reati.

Jien ma ngħixx fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat (ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex). Kif inhuma protetti d-drittijiet tiegħi?

Int għandek garanzija li tirċievi l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka u l-persuni li jirrisjedu fir-Repubblika Ċeka. Jekk int tiddikjara li ma titkellimx biċ-Ċek, tingħata l-informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek f’lingwa li tifhem jew fil-lingwa uffiċjali tal-istat ta’ fejn int ċittadin.

Jekk nirrapporta reat, x’informazzjoni nirċievi?

Jekk tippreżenta lment mal-pulizija, int trid tingħata l-informazzjoni kollha li trid tiġi pprovduta fil-mument tal-ewwel kuntatt tiegħek mal-pulizija, kif speċifikat aktar ’il fuq.

Jekk tippreżenta kwerela quddiem prosekutur pubbliku, int dejjem trid tirċievi informazzjoni dwar:

  • fejn tista’ titlob assistenza professjonali, u taħt liema kundizzjonijiet l-assistenza professjonali tkun mingħajr ħlas; int tirċievi wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-professjonisti li jipprovdu assistenza;
  • il-kundizzjonijiet li fihom int intitolat(a) għal miżuri biex tiġi żgurata s-sikurezza tiegħek;
  • fejn iġġib aktar informazzjoni dwar il-kawża li fiha int il-vittma.

Għandi dritt għal servizzi ta' interpretazzjoni jew ta' traduzzjoni mingħajr ħlas (meta nikkuntattja lill-pulizija jew lil awtoritajiet oħra, jew matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

Meta tkun qed tittratta mal-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi u ma titkellimx biċ-Ċek, int tista’ tuża l-ilsien nattiv tiegħek jew lingwa li indikajt li taf titkellem biha.

Jekk ikun possibbli, it-traduzzjoni tad-deċiżjoni finali li ttemm il-proċedimenti tingħadda lilek fuq talba tiegħek. Sa fejn ikun hemm bżonn għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħek fil-proċedimenti, traduzzjoni ta’ dokumenti oħra tista’ tiġi pprovduta lilek ukoll fuq talba motivata tiegħek.

Kif tiżgura l-awtorità li qed nifhem u li jien qed niġi mifhum(a) (jekk jien minorenni; jekk għandi diżabbiltà)?

L-awtoritajiet għandhom obbligu li jinformaw lill-vittmi b’mod komprensibbli, filwaqt li jqisu l-età, il-maturità intellettwali u tar-rieda, il-litteriżmu u s-saħħa tagħhom, inkluż l-istat psikoloġiku tagħhom. Jekk possibbli, intervisti ta’ tfal u ta’ persuni b'diżabilitajiet iridu jitwettqu minn persuna mħarrġa b’mod speċjali biex tagħmel dan.

Servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi

Min jipprovdi l-appoġġ għall-vittmi?

L-appoġġ għall-vittmi hu pprovdut minn diversi gruppi ta’ entitajiet. Dawn jinkludu ċ-ċentri tal-istat tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, kif ukoll entitajiet privati akkreditati mill-Ministeru tal-Ġustizzja biex jipprovdu informazzjoni legali u/jew programmi ta’ restawr, u entitajiet awtorizzati mill-Att dwar is-Servizzi Soċjali biex jipprovdu servizzi psikoloġiċi u ta’ konsulenza soċjali. L-assistenza legali lill-vittmi hi pprovduta minn ċerti avukati. Dawn l-entitajiet huma inklużi fir-reġistru ta’ fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, li jinżamm mill-Ministeru tal-Ġustizzja u li hu aċċessibbli minn fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/.

Il-pulizija tirreferini awtomatikament għall-appoġġ għall-vittmi?

Iva, int awtomatikament tiġi informat(a) dwar l-appoġġ għall-vittmi matul l-ewwel kuntatt li tagħmel mal-pulizija. Int tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet li jipprovdu l-assistenza.

Kif tiġi protetta l-privatezza tiegħi?

B’mod ġenerali, l-awtorità ta’ infurzar tal-liġi mhumiex awtorizzati jippubblikaw informazzjoni li mhijiex relatata b’mod dirett mal-attività kriminali. Fi proċedimenti ta’ qabel il-proċess, kwalunkwe informazzjoni li tista’ twassal biex tinkixef l-identità tiegħek ma tistax tiġi żvelata. Tingħata protezzjoni speċjali lill-privatezza tal-persuni ta’ anqas minn 18-il sena. Jekk titlob hekk, l-informazzjoni dwar il-ħajja privata tiegħek (l-indirizz tar-residenza u tal-konsenja tiegħek, il-post tax-xogħol jew in-negozju tiegħek, u s-sitwazzjoni personali, tal-familja u tal-proprjetà tiegħek) tinżamm b’tali mod li tkun tista’ tiġi aċċessata biss mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi, mill-uffiċjali tal-pulizija u mill-uffiċjali tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni involuti fil-każ. Din tista’ tkun aċċessibbli biss jekk ikun hemm bżonn biex jinkiseb l-iskop tal-proċedimenti kriminali jew għall-persuna li kontriha jinfetħu l-proċedimenti kriminali biex jiġi eżerċitat id-dritt tagħha għad-difiża.

Għandi nirrapporta reat qabel inkun nista’ nikseb aċċess għall-appoġġ għall-vittmi?

Le, l-assistenza professjonali hi disponibbli qabel ma jibdew il-proċedimenti kriminali. Anki qabel ma jiġi rapportat ir-reat, int tista’ tirċievi assistenza professjonali jekk din tkun neċessarja u meħtieġa malajr.

Protezzjoni personali jekk inkun fil-periklu

X’tipi ta’ protezzjoni huma disponibbli?

Hemm numru ta’ għażliet għall-protezzjoni tal-vittmi.

Il-pulizija tista’ tipprovdilek “protezzjoni fuq terminu qasir” jekk ikun probabbli li int tkun f’riskju ta’ ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor. Protezzjoni bħal din tista’ tinkludi protezzjoni fiżika, bidla fir-residenza tiegħek jew attivitajiet konsultattivi u preventivi. Il-pulizija tista’ tordna wkoll lill-persuna akkużata biex titlaq mid-dar li int tgħix fiha u mill-viċinanzi tagħha għal perjodu ta’ 10 ijiem jekk ikun hemm riskju ta’ attakk kontra l-ħajja jew is-saħħa tiegħek.

Jekk is-sikurezza tal-vittma tinsab f’riskju, l-uffiċjal tal-pulizija jieħu azzjonijiet jew miżuri biex jiżgura s-sikurezza tal-vittma. L-uffiċjali tas-Servizz tal-Ħabs, l-uffiċjali tal-pulizija militari u l-uffiċjali tal-pulizija muniċipali għandhom l-istess obbligu.

F’sitwazzjonijiet aktar serji, taħt ċerti kundizzjonijiet tkun eliġibbli għal protezzjoni speċjali li tiġi pprovduta lil xhieda u lil persuni oħra li aktarx li jkunu f’riskju ta’ ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor b'rabta mal-proċedimenti kriminali. Protezzjoni bħal din tinkludi protezzjoni personali, bidla tar-residenza u assistenza fl-inklużjoni soċjali f’ambjent ġdid, ħabi tal-identità vera, eċċ. Din hi miżura serja ħafna, li għandha tintuża biss meta jkun hemm bżonnha.

Il-protezzjoni pprovduta mill-qrati jew mill-prosekuturi pubbliċi tieħu l-forma ta’ miżuri ta’ prekawzjoni użati fil-proċedimenti kriminali, pereżempju li jipprojbixxu lill-persuna akkużata milli tikkuntattja lill-vittma jew tidħol fid-dar komuni fejn tgħix il-vittma. Miżuri ta’ prekawzjoni simili jistgħu jittieħdu minn qorti fi proċedimenti ċivili wkoll. Jekk il-protezzjoni tiegħek, bħala vittma jew parti li ġarrbet id-danni, teħtieġ it-teħid tal-persuna akkużata f’kustodja, din tista’ tittieħed f’kustodja jekk ikun hemm raġunijiet għaliex wieħed jemmen li l-persuna akkużata se tirrepeti r-reat, tlesti r-reat jew twettaq reat li kienet qed tipprepara jew thedded li twettaq.

Barra minn hekk, għandek id-dritt li titlob li jittieħdu passi fil-proċedimenti kriminali għall-prevenzjoni tal-kuntatt tiegħek mal-allegat trasgressur.

Fuq talba tiegħek, int għandek id-dritt li tirċievi informazzjoni dwar il-ħelsien jew il-ħarba tal-persuna akkużata mill-kustodja, mill-ħabs jew minn ċentru ta’ detenzjoni tas-sigurtà, u informazzjoni simili oħra.

Jekk int xhud, tista’ tixhed bl-identità tiegħek moħbija taħt ċerti kundizzjonijiet.

Korp ġudizzjarju jista’ joħroġ ordni ta’ protezzjoni Ewropea wkoll għall-protezzjoni tiegħek.

Min jista’ joffrili protezzjoni?

Il-protezzjoni hi offruta mill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq, b’mod partikolari mill-pulizija u mill-qrati permezz tad-deċiżjonijiet tagħhom.

Hemm xi ħadd li jivvaluta l-każ tiegħi biex jara jekk iniex f’riskju ta’ aktar ħsara mit-trasgressur?

Is-sitwazzjoni dejjem tiġi vvalutata mill-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi. Jekk isibu xi periklu, dawn jieħdu l-passi neċessarji.

Ikun hemm xi ħadd li jevalwa l-każ tiegħi biex jara jekk ninsabx f’riskju ta’ aktar dannu mis-sistema tal-ġustizzja kriminali (matul l-investigazzjoni u l-proċess)?

L-awtoritajiet ta’ infurzar tal-liġi dejjem iridu jaġixxu b’tali mod li jipprevjenu dannu ulterjuri għall-vittma bħala riżultat tat-trasgressjoni jew ta’ ħsara sekondarja.

Jekk awtorità ta’ infurzar tal-liġi tikser id-drittijiet tiegħek jew int ma rnexxilekx teżerċitahom bis-sħiħ, int għandek id-dritt li tfittex rimedju. Fuq kollox, int għandek id-dritt li tapplika għal rieżami tal-kondotta tal-awtorità tal-pulizija jew li tfittex kumpens għad-danni jew sodisfazzjon raġonevoli għal ħsara mhux pekunarja kkawżata minn awtorità pubblika fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha.

X'tip ta' protezzjoni hu disponibbli għall-vittmi vulnerabbli ħafna?

Vittmi partikolarment vulnerabbli jinkludu tfal, l-anzjani jew persuni b'diżabilitajiet u vittmi ta’ ċerti reati bħat-traffikar tal-bnedmin, attakki terroristiċi, reati sesswali kontra d-dinjità umana, jew ċerti reati vjolenti. Naturalment, il-vittmi partikolarment vulnerabbli jistgħu jisfruttaw il-possibbiltajiet kollha ta’ protezzjoni msemmija hawn fuq, u spiss ikun il-każ li l-awtorità kompetenti, fil-prinċipju, tkun obbligata taċċetta l-applikazzjoni ta’ vittma partikolarment vulnerabbli. Ġeneralment, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet ta’ vittmi partikolarment vulnerabbli jkun usa’; madankollu, dan ma japplikax b’mod dirett għall-protezzjoni tal-vittmi, li jiddependi aktar minn jekk il-vittma tinsabx f’riskju li ġġarrab ħsara fiżika jew f’riskju serju ieħor.

Jien minorenni – għandi xi drittijiet speċjali?

Iva, bħala minorenni (persuna ta’ anqas minn 18-il sena), int vittma partikolarment vulnerabbli u int intitolat(a) għal drittijiet speċjali. Dawn jinkludu d-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas fil-proċedimenti kriminali, id-dritt li jkollok intervisti li jsiru b’mod partikolarment sensittiv minn persuna mħarrġa, limitu fuq intervisti ripetuti jew id-dritt ta’ prevenzjoni ta’ kuntatt viżiv immedjat mat-trasgressur, kif ukoll limitu fuq l-eżenzjonijiet minn ċerti drittijiet oħra li jappartjenu għall-vittmi kollha.

Il-membru tal-familja tiegħi miet kaġun tar-reat – x’inhuma drittijieti?

Jekk int iġġarrab ħsara minħabba l-mewt ta’ membru tal-familja bħala riżultat ta’ reat, int titqies li int vittma int stess, u jkollok id-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ vittma.

Il-membru tal-familja tiegħi kien vittma ta’ reat – x’inhuma drittijieti?

F’dan il-każ, int ma titqiesx vittma. Madankollu, int tista’ ssir il-persuna tal-fiduċja ta’ vittma jekk il-vittma tagħżlek bħala tali. Il-vittma għandha d-dritt li tkun akkumpanjata minn persuna tal-fiduċja matul il-proċedimenti kriminali u meta tagħti spjegazzjoni. Persuna tal-fiduċja tista’ tiġi eskluża biss f’każijiet eċċezzjonali.

Nista’ nikseb aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni? X’inhuma l-kundizzjonijiet? Ser inkun sikur(a) waqt il-medjazzjoni?

Iva. Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, li hu wieħed mill-fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni. Il-medjazzjoni hi mingħajr ħlas u bbażata fuq il-kunsens taż-żewġ partijiet, jiġifieri l-vittma u t-trasgressur. Il-medjazzjoni ssir minn espert ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti li jżomm approċċ amikevoli u bbilanċjat maż-żewġ partijiet u jgħin biex tinstab soluzzjoni. Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni hu unità organizzazzjonali tal-Istat li l-missjoni tiegħu hi, fost l-oħrajn, li jservi ta’ medjatur għal soluzzjoni effettiva u soċjalment ta’ benefiċċju għal kunflitti relatati ma’ reati, u li, b’hekk, tista’ tiżgura s-sigurtà tal-vittma matul in-negozjati tal-medjazzjoni.

Fejn nista’ nsib il-liġi li tgħid x’inhuma drittijieti?

Id-dispożizzjonijiet ewlenin huma dawk tal-Att Nru 45/2013 dwar il-vittmi ta’ reati. Il-Ġabra ta’ Liġijiet tista’ tiġi kkonsultata fil-jiem tax-xogħol fi kwalunkwe awtorità muniċipali u reġjonali (inkluż fis-City Hall ta’ Praga). Bħal leġiżlazzjoni oħra, din il-liġi hi disponibbli onlajn ukoll, pereżempju Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Amministrazzjoni Pubblika jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

Kif nirrapporta reat?

Tista’ tippreżenta kwerela ma’ kwalunkwe korp tal-pulizija jew prosekutur pubbliku bil-miktub, verbalment f’rapport jew b’mod elettroniku. Fil-kwerela, int għandek turi dik li int temmen li tikkostitwixxi evidenza li seħħ ir-reat kriminali.

Kif nista’ nsir naf x’inhu jiġri bil-kawża?

Jekk titlob hekk fil-kwerela, l-awtorità kompetenti trid tinformak bil-miżuri meħuda fi żmien xahar minn meta tiġi ppreżentata l-kwerela. Bħala vittma, fil-prinċipju, int il-parti li ġarrbet il-ħsara u, bħala tali, għandek id-dritt li tikkonsulta l-fajl. Tista’ tapplika wkoll għal informazzjoni dwar l-istatus tal-proċedimenti. Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta lilek mill-awtorità kompetenti; dan ma japplikax jekk it-tali informazzjoni tista’ tkun ta’ ħsara għall-fini tal-proċedimenti kriminali.

Jien intitolat(a) għal għajnuna legali (matul l-investigazzjoni jew il-proċess kriminali)? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Iva. Int tista’ tirċievi assistenza legali anki qabel ma jinbdew il-proċedimenti kriminali u int tista’ tirċiviha matul il-proċedimenti kif ukoll wara li jintemmu. L-assistenza legali hi pprovduta minn avukati. Vittmi partikolarment vulnerabbli jistgħu jirċievu assistenza legali fi proċedimenti kriminali mingħajr ħlas. Barra minn hekk, din tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas jew bi prezz imnaqqas lil vittma li tkun ġarrbet ħsara serja minħabba reat kriminali intenzjonat, jew lis-superstitu ta’ vittma li tkun mietet minħabba reat kriminali; dawn il-persuni jridu juru li m’għandhomx biżżejjed fondi. Vittmi oħra għandhom id-dritt għal assistenza legali bi ħlas.

Nista’ nagħmel talba għall-ispejjeż (għall-parteċipazzjoni fl-investigazzjoni jew fil-proċess)? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Jekk inti l-parti li ġarrbet il-ħsara fil-proċedimenti kriminali u titlob kumpens għad-danni jew għal ħsara mhux pekunarja jew ir-restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu, u din it-talba tingħatalek tal-anqas b’mod parzjali, il-persuna kkundannata tkun obbligata tikkumpensak għall-ispejjeż neċessarji għall-eżekuzzjoni raġonevoli ta’ din it-talba fil-proċedimenti. Jekk tippreżenta mozzjoni għat-tali kumpens, il-qorti xorta waħda tista’ tagħtihulek anki jekk it-talba tiegħek ma tintlaqax.

Jekk int xhud, int intitolat(a) għal tariffa tax-xhieda. Int trid titlob rifużjoni ta’ din it-tariffa fi żmien 3 ijiem mill-intervista.

Nista’ nappella jekk il-kawża tiegħi tingħalaq qabel nitla' l-qorti?

Tista’ topponi għal dan billi tippreżenta lment. L-ilment hu mezz ta’ appell kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-pulizija u ċerti deċiżjonijiet tal-prosekutur pubbliku fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, li jieħdu l-forma ta’ riżoluzzjoni. B’dan il-mod, int, bħala l-parti li ġarrbet ħsara, tista’ topponi pereżempju għar-riżoluzzjoni li titwaqqa’ l-kawża u r-riżoluzzjoni għat-terminazzjoni tal-prosekuzzjoni.

Kif nista’ nkun involut(a) fil-proċess?

Iva. Int (bħala l-parti li ġarrbet ħsara) tiġi informat(a) mill-qorti dwar meta ser isiru l-proċedimenti ewlenin.

X’inhu r-rwol uffiċjali tiegħi fis-sistema ġudizzjarja? Pereżempju, jien nitqies jew nista’ nagħżel li nitqies bħala: vittma, xhud, parti ċivili jew prosekutur privat?

L-ordinament ġuridiku Ċek jagħmel distinzjoni bejn it-terminu “vittma” u t-terminu “parti li ġġarrab il-ħsara”. Parti li ġarrbet il-ħsara hi waħda mill-partijiet għall-proċedimenti kriminali. Fil-prinċipju, it-terminu jkopri l-vittmi kollha, ħlief dawk li huma vittmi minħabba relazzjoni tal-familja ma’ persuna li mietet minħabba reat.

Għaldaqstant, fis-sistema ġudizzjarja Ċeka int tkun il-vittma u l-parti li ġarrbet il-ħsara (u b’hekk, il-parti għall-proċedimenti kriminali; dan ma japplikax fil-każ imsemmi aktar ’il fuq) – bħala vittma, int tista’ titlob kumpens għad-danni, għal ħsara mhux pekunarja jew għal arrikkiment indebitu. Fil-prinċipju, int tkun xhud ukoll. Kawżi legali privati ma jeżistux skont l-ordinament ġuridiku Ċek; għaldaqstant, ma tistax tkun prosekutur privat.

X’inhuma d-drittijiet u l-obbligi tiegħi f’dan ir-rwol?

Id-drittijiet tal-vittmi huma regolati primarjament mill-Att dwar il-Vittmi ta’ Reati u huma deskritti fi tweġibiet oħra.

Il-parti li ġarrbet il-ħsara jkollha numru ta’ drittijiet skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt Nru 141/1961, Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, inkluża l-possibbiltà li jintalab kumpens għad-danni u għal ħsara mhux pekunarja kkawżati minn reat jew ir-restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu, jew il-possibbiltà li jsir appell kontra l-parti operattiva tad-deċiżjoni dwar il-kumpens għad-danni, għall-ħsara, jew restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu. Il-parti li ġarrbet il-ħsara għandha wkoll id-dritt li tippreżenta mozzjonijiet għal evidenza addizzjonali, tikkonsulta l-fajls, tattendi għall-proċess, tattendi għas-seduta pubblika dwar l-appelli, tesprimi l-opinjoni tagħha dwar il-kawża qabel ma jintemmu l-proċedimenti, tieħu sehem fin-negozjar tal-ftehim dwar il-ħtija u l-piena u tattendi s-seduta pubblika dwar l-approvazzjoni tagħha, id-dritt li tkun rappreżentata minn rappreżentant u d-dritt li tippreżenta appelli u rikorsi f’kawżi speċifiċi.

Nista’ nagħmel stqarrija matul il-proċess jew nagħti x-xhieda tiegħi? Taħt liema kundizzjonijiet? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Iva, tista’ tagħmel dikjarazzjoni dwar l-impatt tar-reat fuq ħajtek fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, kemm b’mod verbali kif ukoll bil-miktub. Bħala vittma, jiġifieri bħala waħda mill-partijiet għall-proċedimenti, int tista’ tfittex, tippreżenta u tipproponi evidenza.

X’informazzjoni nirċievi matul il-proċess?

Fuq talba tiegħek, int tirċievi informazzjoni:

  • li l-proċedimenti kriminali ma nfetħux;
  • dwar l-istat tal-proċedimenti kriminali;
  • dwar il-klassifikazzjoni tal-att li bih hi akkużata l-persuna;
  • il-ħin u l-post tas-seduta pubblika tal-kawża quddiem il-qorti;

u tingħata wkoll id-deċiżjoni finali li ttemm il-proċedimenti.

Inkun nista’ nikseb aċċess għall-fajls tal-qorti?

Iva, bħala l-parti li ġġarrab il-ħsara, int għandek id-dritt li tikkonsulta l-fajl. Madankollu, għal raġunijiet serji, dan id-dritt jista’ jinċaħadlek mill-prosekutur pubbliku jew mill-awtorità tal-pulizija fil-proċedimenti ta’ qabel il-proċess.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

Nista’ nappella kontra d-deċiżjoni?

Iva, iżda bħala vittma, int tista’ tappella biss kontra l-parti operattiva tas-sentenza dwar il-kumpens għad-danni, għal ħsara mhux pekunarja jew restituzzjoni ta’ arrikkiment indebitu.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi wara li tinqata' s-sentenza?

Ara tweġibiet oħra.

Jien intitolat(a) għal appoġġ jew għal protezzjoni wara l-proċess? Għal kemm żmien?

L-appoġġ (assistenza professjonali) jista’ jiġi pprovdut anki wara li jintemmu l-proċedimenti ġudizzjarji sakemm ikun meħtieġ skont l-iskop tiegħu. Protezzjoni speċjali (imsemmija aktar ’il fuq) spiss tista’ tfisser bidla dejjiema fil-mod tal-għajxien u, għalhekk, skont in-natura tagħha stess, tiġi pprovduta saħansitra wara li jintemmu l-proċedimenti kriminali.

X’informazzjoni ningħata jekk it-trasgressur jiġi kkundannat?

Fuq talba tiegħek, int tingħata d-deċiżjoni finali, li jkun fiha informazzjoni dwar il-piena u l-forma tagħha. Jekk int titlob id-danni jew kumpens għal ħsara mhux pekunarja jew għal arrikkiment indebitu, is-sentenza dejjem tiġi notifikata lilek.

Barra minn hekk, ħabs jew istituzzjoni li tipprovdi detenzjoni tas-sigurtà jew trattament protettiv, fuq talba tiegħek, tagħtik xi informazzjoni addizzjonali, speċjalment dwar:

  • l-illiberar jew il-ħarba tal-persuna kundannata mill-ħabs, mid-detenzjoni tas-sigurtà jew minn trattament protettiv;
  • sospensjoni tal-priġunerija;
  • estradizzjoni tal-persuna kundannata fi stat barrani jew it-trasferiment tagħha fi Stat Membru tal-UE.

Jekk il-persuna akkużata nħelset jew ħarbet u int tinsab fil-periklu minħabba li int xhud, l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jinformaw lill-pulizija minnufih, li tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura s-sikurezza tiegħek u tinformak.

Se niġi informat(a) jekk it-trasgressur jinħeles (inkluż libertà kmieni jew libertà kondizzjonali) jew jaħrab mill-ħabs?

Iva, ara aktar ’il fuq.

Inkun involut(a) f’deċiżjonijiet dwar l-illiberar jew il-parole? Pereżempju, nista’ nagħmel dikjarazzjoni jew nippreżenta appell?

Fi kwalunkwe waqt matul il-proċedimenti kriminali, int ikollok id-dritt li tagħmel dikjarazzjoni dwar l-impatt tar-reat fuq ħajtek s’issa.

Madankollu, m’intix intitolat(a) li tappella kontra deċiżjoni dwar rilaxx kondizzjonali jew imġiba tajba ta’ persuna b’kundanna kondizzjonali.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

4 - Kumpens

X’inhi l-proċedura biex nitlob kumpens mingħand it-trasgressur? (eż. kawża l-qorti, talba ċivili, proċedura ta’ adeżjoni)

Vittma tista’ titlob kumpens għad-danni mingħand it-trasgressur permezz ta’ proċedimenti ċivili; il-vittma tista’ tgħaqqad ukoll it-talba għal kumpens għad-danni mal-prosekuzzjoni kriminali tat-trasgressur (“proċedimenti ta’ adeżjoni”).

Il-qorti ordnat lit-trasgressur biex iħallasni d-danni/kumpens. Kif nista’ niżgura li t-trasgressur iħallas?

Jekk it-trasgressur b’mod intenzjonat ma jissodisfax l-obbligu li jipprovdi kumpens għad-danni impost mill-qorti, il-persuna li tagħmel talba (il-vittma) ikollha d-dritt li tapplika quddiem il-qorti għal infurzar tal-obbligu. Liġi, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018, tintitola wkoll lill-vittmi ta’ reati biex jitolbu li d-dritt tagħhom għal kumpens għad-danni jiġi ssodisfat mill-istat mill-fondi li jkun irkupra mingħand it-trasgressur bħala sanzjonijiet tal-proprjetà.

Jekk it-trasgressur ma jħallasx, jista’ l-Istat iħallasni avvanz? X’inhuma l-kundizzjonijiet?

Ir-Repubblika Ċeka ma tħallasx bil-quddiem għal kwalunkwe eżekuzzjoni li tirriżulta mill-obbligu tat-trasgressur li jipprovdi kumpens għad-danni kkawżati mir-reat. L-ordinament ġuridiku Ċek jissepara b’mod strett id-dritt tal-vittma għal kumpens għad-danni kkawżati mit-trasgressur, li hu meqjus bħala responsabbiltà għal delitt, u għal assistenza finanzjarja f’konformità mal-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, li sservi bħala benefiċċju fi flus mill-istat ipprovdut għall-mitigazzjoni tal-impatt soċjali tal-vittimizzazzjoni.

Jien intitolat(a) għal kumpens mill-Istat?

Kif iddikjarat aktar ’il fuq, l-istat ma jħallasx għad-danni fis-sens strett tal-kelma (ma jinterferixxix mal-obbligi tal-proprjetà tat-trasgressur, ma jassumihomx), iżda joffri assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ reati. F’konformità mal-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, l-assistenza finanzjarja tista’ titħallas lil vittmi li jkunu ġarrbu ħsara minima statutorja għas-saħħa bħala konsegwenza ta’ reat, lil vittmi ta’ reati sesswali kontra d-dinjità umana, lil tfal torturati u lil superstiti (minn grupp definit bil-liġi) ta’ dawk li mietu bħala konsegwenza ta’ reat. L-assistenza spiss tingħata f’ammonti li jvarjaw minn CZK 10 000 (madwar EUR 370) sa CZK 200 000 (madwar EUR 7 400) u hi kkalkolata jew bħala rata fissa statutorja jew tikkorrispondi għall-ammont ta’ qligħ mitluf muri bil-provi u l-ispejjeż tat-trattament jew, fejn xieraq, il-kostijiet ta’ terapija speċjalizzata użata biex tittaffa l-ħsara mhux pekunarja mġarrba. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jiddeċiedi dwar ir-rikorsi għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja, li jridu jiġu ppreżentati fi żmien sentejn mid-data li fiha l-vittma saret taf bil-ħsara kkawżata mir-reat u mhux aktar tard minn 5 snin mid-data tar-reat.

Jien inkun intitolat(a) għal kumpens jekk it-trasgressur ma jiġix ikkundannat?

Il-kumpens għall-ħsara kkawżata minn trasgressur (jiġifieri r-responsabbiltà għal delitt) ma jistax jintalab jekk it-trasgressur ma jkunx ġie kkundannat sempliċiment għaliex mhuwiex magħruf, jiġifieri m’hemm ebda persuna responsabbli, jew ir-responsabbiltà tiegħu qatt ma ġiet ipprovata, jew it-trasgressur ma jġorrx responsabbiltà kriminali għal għemilu, jiġifieri l-persuna akkużata ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe ħsara kkawżata mill-atti li hi ma wettqitx, li ma kellhomx in-natura ta’ reat jew li għalihom mhix responsabbli l-persuna akkużata. Madankollu, għall-kuntrarju, persuna tista’ ssir intitolata għal assistenza finanzjarja mill-istat (ara aktar ’il fuq) anki qabel ma jiġi kkundannat it-trasgressur; il-vittma tkun intitolata għal din jekk it-trasgressur ma jkunx magħruf jew jekk dan ma jkunx iġorr responsabbiltà kriminali għal għemilu, dment li ma jkunx hemm dubju li l-vittma ġarrbet il-ħsara mill-atti li għandhom in-natura ta’ reat (jew li l-qarib tal-vittma jkun miet bħala riżultat ta’ dan).

Jien intitolat(a) għal ħlas ta’ emerġenza waqt li nkun qed nistenna d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi għall-kumpens?

L-Att Nru 45/2013, dwar il-vittmi ta’ reati, ma jippermettix lill-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi avvanzi għal assistenza finanzjarja li d-deċiżjoni dwarha tkun għadha pendenti; il-ħtiġijiet urġenti tal-ħajja tal-vittmi jiġu indirizzati b’mod ieħor, mis-sistema ta’ kura jew ta’ appoġġ soċjali tal-istat.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

Jiena vittma ta’ reat, lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u għall-assistenza?

L-entitajiet li int tista’ tikkuntattja huma speċifikati fir-Reġistru ta’ Fornituri tal-Assistenza lil Vittmi ta’ Reati. Ir-Reġistru hu disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.justice.cz/Justice2/MS/ms.aspx?o=23&j=33&k=6115&d=330753.

Ir-Reġistru għandu 4 taqsimiet li fihom informazzjoni dwar it-tipi kollha ta’ fornituri ta’ assistenza għall-vittmi, jiġifieri:

  1. fornituri ta’ servizzi soċjali;
  2. fornituri akkreditati ta’ informazzjoni legali jew ta’ programmi restorattivi;
  3. avukati; u
  4. ċentri tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni.

Ir-Reġistru fih informazzjoni relattivament dettaljata dwar il-fornituri tal-assistenza għal vittmi ta’ reati u jippermetti t-tiftix ta’ dawn il-fornituri b’isimhom u skont id-distrett, kif ukoll tiftixa avvanzata bl-użu ta’ kriterji oħra.

Hotline ta’ appoġġ għall-vittmi

(+420) 116 006 (Helpline għall-Vittmi – linja universali użata wkoll fi Stat Membri oħra tal-UE)

L-appoġġ għall-vittmi hu mingħajr ħlas?

Sa fejn stipulat, l-assistenza mill-esperti hi pprovduta mingħajr ħlas lil vittmi partikolarment vulnerabbli li jeħtiġuha. Vittmi bħal dawn jirċievu l-assistenza legali mingħajr ħlas sa fejn stipulat ukoll. Vittmi oħra mhumiex intitolati għal assistenza professjonali mingħajr ħlas, iżda t-tali assistenza tista’ tiġi pprovduta mingħajr ħlas bid-diskrezzjoni tal-fornitur. Madankollu, l-assistenza pprovduta mis-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni dejjem tkun mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand is-servizzi jew l-awtoritajiet tal-istat?

Is-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni, li hu awtorità tal-istat, jipprovdi lill-vittmi b’informazzjoni legali, b’appoġġ psikoloġiku, u joffri programmi restorattivi, bħal medjazzjoni, li jistgħu jgħinu biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni tiegħek permezz ta’ negozjati informali barra mill-qorti mat-trasgressur. Hemm 74 ċentru tas-Servizz ta’ Probazzjoni u ta’ Medjazzjoni; dawn huma mifruxa fil-bnadi kollha tar-Repubblika Ċeka u jipprovdu s-servizzi tagħhom mingħajr ħlas.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Skont in-natura tagħhom, l-organizzazzjonijiet nongovernattivi u l-individwi jipprovdu informazzjoni legali, konsulenza psikoloġika u soċjali, assistenza legali, jew programmi restorattivi.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.