Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

Jiena vittma ta’ reat. Lil min għandi nikkuntattja għall-appoġġ u l-assistenza?

Linja telefonika għall-appoġġ għall-vittmi

Il-linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri (116-006) tipprovdi appoġġ emozzjonali, informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi, informazzjoni prattika u gwida dwar liema korpi u organizzazzjonijiet jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni, assistenza u appoġġ.

Il-linja telefonika għall-appoġġ huwa servizz mingħajr ħlas,

disponibbli bil-Kroat u bl-Ingliż, matul il-ġimgħa mit-8.00 sat-20.00.

Il-linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri (116-006) huwa servizz ta’ appoġġ ġenerali.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq: https://pzs.hr/

Organizzazzjonijiet speċjalizzati oħra tas-soċjetà ċivili jipprovdu wkoll appoġġ u assistenza lill-vittmi ta’ ċerti reati u lill-minorenni permezz tat-telefown. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Kroat, fejn tista’ ssib ukoll il-lista ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-kontea u l-informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi fin-Network ta’ Appoġġ u Kooperazzjoni għall-Vittmi u x-Xhieda ta’ Reat (Mreža podrške i suradnje za žrtve i svjedoke kaznenih djela).

Lista ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza psikosoċjali u legali fil-pajjiż kollu:

116 006

Linja telefonika nazzjonali għall-appoġġ għall-vittmi ta’ reati u reati minuri

Matul il-ġimgħa bejn it-8.00 u t-20.00

116 000

Hotline nazzjonali għat-tfal neqsin

Ċentru għal tfal neqsin u abbużati

24/7

116 111

Linja telefonika Hrabri għat-tfal

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-20.00

0800·0800

Linja telefonika Hrabri għall-ġenituri

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-20.00

0800 77 99

Numru ta’ emerġenza għat-traffikar ta’ bnedmin

Kuljum, bejn l-10.00 u s-18.00

0800 55 44

Ċentru ta’ konsulenza għan-nisa li huma vittmi ta’ vjolenza

Ċentru ta’ kenn għan-nisa f’Zagreb

Matul il-ġimgħa bejn il-11.00 u l-17.00

0800 655 222

Numru ta’ emerġenza għal nisa u minorenni li huma vittmi ta’ vjolenza

Linja telefonika Ženska pomoć sada għall-għajnuna għan-nisa

24/7

0800 200 144

Assistenza legali bla ħlas B.a.B.e. għall-vittmi ta’ vjolenza domestika

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u t-15.00

01 6119 444

Ċentru ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ vjolenza sesswali

Ċentru għad-drittijiet sesswali Ženska soba

Matul il-ġimgħa bejn il-10.00 u l-17.00

01 48 28 888

Assistenza psikoloġika

Ċentru TESA għall-assistenza psikoloġika

Matul il-ġimgħa bejn l-10.00 u l-22.00

01 48 33 888

Linja telefonika Plavi

Matul il-ġimgħa bejn id-9.00 u d-21.00

01 4811 320

Għajnuna legali mingħajr ħlas

Klinika Legali tal-Fakultà tal-Liġi, Zagreb

Matul il-ġimgħa bejn l-10.00 u 12.00, l-Erbgħa u l-Ħamis bejn il-17.00 u s-19.00

L-appoġġ għall-vittmi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mis-servizzi tal-Istat jew mill-awtoritajiet?

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda jipprovdu:

  1. appoġġ emozzjonali;
  2. informazzjoni dwar id-drittijiet;
  3. informazzjoni teknika u prattika għall-vittmi, ix-xhieda u l-membri tal-familja tagħhom;
  4. riferimenti għand istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili speċjalizzati, skont il-ħtiġijiet tal-vittma/ix-xhud.

Id-dipartimenti tal-appoġġ għall-vittmi u għax-xhieda tal-qrati tal-kontea:

DIPARTIMENTI TAL-APPOĠĠ GĦALL-VITTMI U GĦAX-XHIEDA

Qorti tal-Kontea ta’ Osijek

Indirizz:

Europska avenija 7, 31 000 Osijek, Croatia

Tel.:

031/228-500

indirizz elettroniku:

podrska-svjedocima@zsos.pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Rijeka

Indirizz:

Žrtava fašizma 7, 51000 Rijeka, Croatia

Tel.:

051/355-645

indirizz elettroniku:

podrska-svjedocima-ri@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Sisak

Indirizz:

Trg Ljudevita Posavskog 5, 44000 Sisak, Croatia

Tel.:

044/524-419

indirizz elettroniku:

podrska-svjedocima-sk@zssk.pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Split

Indirizz:

Gundulićeva 29a, 21000 Split, Croatia

Tel.:

021/387-543

indirizz elettroniku:

podrska-svjedocima-st@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Vukovar

Indirizz:

Županijska 33, 32000 Vukovar, Croatia

Tel.:

032/452-529

e-mail:

podrska-svjedocima-vu@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Zadar

Indirizz:

Borelli 9, 23 000 Zadar, Croatia

Tel.:

023/203-640

indirizz elettroniku:

podrska-svjedocima@pravosudje.hr

Qorti tal-Kontea ta’ Zagreb

Indirizz:

Trg N.Š. Zrinskog 5, 10 000 Zagreb, Croatia

Tel.:

01/4801-062


Is-Servizz tal-Appoġġ għall-Vittmi u x-Xhieda (Služba za podršku žrtvama i svjedocima) tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja:

  • jipprovdi sistema ta’ appoġġ għall-vittmi u x-xhieda
  • jikkoordina x-xogħol tad-dipartimenti tal-qrati tal-appoġġ għall-vittmi u x-xhieda
  • jipprovdi informazzjoni lill-vittmi, lill-partijiet leżi jew lill-membri tal-familji tagħhom dwar il-ħelsien mill-ħabs tat-trażgressur (ħelsien mingħajr kundizzjoni jew ħelsien bi probation)
  • jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet u l-appoġġ emozzjonali lil vittmi u xhieda minn barra l-pajjiż li jiġu mistiedna jagħtu evidenza fil-qrati Kroati permezz tal-mekkaniżmu internazzjonali ta’ assistenza legali, u lill-vittmi u xhieda Kroati li jiġu mistiedna jagħtu evidenza fi qrati barranin permezz ta’ dak il-mekkaniżmu. Is-Servizz jibgħat ittri lill-vittmi u x-xhieda b’informazzjoni ta’ kuntatt
  • jirċievi talbiet għal kumpens mingħand il-vittmi ta’ reat, jipprepara materjal għal-laqgħat tal-Kumitat għall-Kumpens tal-Vittmi ta’ Reati (Odbor za novčanu naknadu žrtvama kaznenih djela) u jipprovdi assistenza f’każijiet transfruntiera

X’tipi ta’ appoġġ nista’ nirċievi mingħand organizzazzjonijiet nongovernattivi?

Skont it-tip ta’ organizzazzjoni u l-mandat tagħha, hemm diversi tipi ta’ assistenza u appoġġ disponibbli: psikoloġiċi, emozzjonali, legali, prattiċi, ta' akkomodazzjoni, mediċi, ta' sigurtà, u ta' appoġġ fil-qorti.

Aktar informazzjoni u l-lista ta’ dawn l-organizzazzjonijiet skont il-kontea hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Kroazja.

Tnax-il uffiċċju tal-probation jinsabu fil-proċess ta’ stabbiliment fil-Kroazja. Il-fini huwa li tiżdied dimensjoni umana għall-infurzar ta’ sanzjonijiet kriminali, li tiġi żgurata riintegrazzjoni aktar effiċjenti tat-trasgressuri fis-soċjetà, u li l-vittmi, il-partijiet leżi u l-familji tal-vittmi u t-trażgressuri jingħataw assistenza.

Is-Servizz ta’ Probation Nazzjonali jipparteċipa fit-tħejjija biex it-trażgressuri jerġgħu jintegraw fil-komunità wara li jkunu nħelsu mill-ħabs. Dan jinkludi għajnuna biex isibu akkomodazzjoni u xogħol, u tħejjija biex kemm huma, kif ukoll il-vittmi, il-partijiet leżi u l-familji tal-vittmi jitħejjew għall-ħelsien. Is-Servizz jagħmel ukoll arranġamenti għall-forniment ta’ appoġġ psikosoċjali għall-vittmi, il-partijiet danneġġati u l-familji tal-vittmi u tat-trażgressur.

Meta t-trażgressur li jkun se jinħeles ikun qed jiskonta piena għal reat sesswali, reat kontra l-ħajja jew reat vjolenti, is-Servizz ta’ Probation huwa meħtieġ jinforma lill-vittmi, lill-partijiet leżi jew lill-familji tagħhom b’mod xieraq u mingħajr dewmien.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċji tal-probation individwali u tad-Dipartiment tal-Probation tal-Ministeru tal-Ġustizzja huma disponibbli hawn.

Il-vittmi ta’ reat jistgħu jikkuntattjaw lill-pulizija permezz tal-email fuq policija@mup.hr jew prevencija@mup.hr, jew inkella billi jċemplu fuq 192 (24/7) jew +385 1 3788 111.

L-aħħar aġġornament: 27/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.