Ir-reati jistgħu jiġu rrappurtati billi titressaq kwerela bil-miktub, verbali jew f’xi forma oħra għand l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kompetenti.
Individwi li jressqu kwerela verbalment jiġu mwissija dwar il-konsegwenzi li jressqu kwereli foloz. Kwereli verbali jiġu rrekordjati. Kwereli mressqa permezz ta’ telefonati jew mezzi oħra ta’ telekomunikazzjoni jiġu rrekordjati, fejn possibbli, u titfassal nota uffiċjali.
Meta jressqu kwerela, il-vittmi jingħataw konferma tar-riċevuta tal-kwerela bil-miktub, li tkun tinkludi d-dettalji bażiċi tar-reat. Vittmi li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa użata mill-korp kompetenti jistgħu jirrappurtaw ir-reat fil-lingwa tagħhom stess, u jiġu allokati interpretu jew persuna oħra li tifhem u titkellem kemm il-lingwa uffiċjali u l-lingwa tal-vittma. Vittmi li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa użata mill-korp kompetenti jistgħu jitolbu li l-korp iħallas biex il-konferma tiġi tradotta fil-lingwa tagħhom.
Il-kwereli kollha riċevuti mill-qrati, mill-pulizija jew mill-uffiċċji tal-Avukat Ġenerali barra l-ġurisdizzjoni tagħhom jintbagħtu immedjatament lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kompetenti.
Meta jirċievi l-kwerela, l-Avukat Ġenerali jirreġistraha kif xieraq fir-reġistru tal-kwereli, minbarra f’każijiet eżentati skont il-liġi.
Fejn l-Avukat Ġenerali jkun sema’ b’aħbar ta’ reat jew irċieva rapport mill-vittma biss, huwa jfassal nota uffiċjali, jirreġistraha fir-reġistru ta’ każijiet ta’ reati mixxellanji, u jipproċedi kif previst mil-liġi.
Jekk ir-reat kriminali ma jkunx jinkludi dettalji tar-reat, jiġifieri jekk l-Avukat Ġenerali ma jkunx jista’ jidentifika r-reat irrappurtat, huwa jirreġistrah fir-reġistru ta’ każijiet ta’ reati mixxellanji u jitlob lill-persuna li tkun qed tressaq il-kwerela biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali fi żmien 15-il jum.
Jekk il-persuna li tressaq il-kwerela tinjora t-talba għal informazzjoni addizzjonali, l-Avukat Ġenerali jfassal nota uffiċjali dwar dan. Ladarba tkun għaddiet l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni addizzjonali, l-Avukat Ġenerali jrid jirrapporta dan lill-Avukat Ġenerali superjuri fi żmien tmint ijiem. L-Avukat Ġenerali superjuri jista’ jordna li l-kwerela tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-kwereli.
Xahrejn wara li tressaq kwerela jew tirrapporta reat, il-vittma jew il-parti danneġġata tista’ tibgħat talba għal informazzjoni lill-Avukat Ġenerali dwar l-azzjoni li tkun ittieħdet b’rispons għall-ilment/ir-reat. L-Avukat Ġenerali jrid iwieġeb fi żmien perjodu raġonevoli iżda mhux aktar tard minn 30 jum wara d-data li fiha jirċievi t-talba bil-miktub, minbarra fejn tweġiba bħal din tista’ tikkawża ħsara lill-proċedimenti. Jekk l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma jipprovdix din l-informazzjoni, huwa jrid jinforma lill-vittma/lill-parti danneġġata dwar dan.
Vittma li tipparteċipa fil-proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li tiġi infurmata dwar l-eżitu tal-proċedimenti.
Minbarra d-drittijiet ta’ hawn fuq, il-vittmi tar-reati sesswali u t-traffikar ta’ bnedmin għandhom id-dritt għal konsultazzjoni mingħajr ħlas ma’ konsulent legali, u jistgħu jiġu assenjati rappreżentant qabel jiġu intervistati. L-ispiża tal-konsulent/tar-rappreżentant tiġġarrab mill-Istat.
Vittmi minorenni għandhom id-drittijiet kollha ta’ hawn fuq kif ukoll id-dritt għal rappreżentant awtorizzat, li l-ispiża tiegħu tiġġarrab mill-Istat.
Vittmi ta’ reati għandhom id-dritt għal għajnuna legali primarja u sekondarja. Din l-għajnuna tingħata mingħajr ħlas lill-vittmi ta’ reati vjolenti matul il-proċedimenti, sabiex ikunu jistgħu jiksbu kumpens għall-ħsara/għad-dannu li jkunu ġarrbu bħala vittmi ta’ reat.
L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas jipprevedi għajnuna legali primarja u sekondarja.
L-għajnuna legali primarja tkopri informazzjoni legali ġenerali, parir legali, preżentazzjonijiet lil korpi pubbliċi, lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u lil organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità ma’ trattati internazzjonali u regoli ta’ proċedura interni, rappreżentazzjoni fi proċedimenti quddiem korpi pubbliċi, u assistenza legali f’soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim.
L-għajnuna legali primarja tista’ tingħata fi kwalunkwe kwistjoni legali:
Applikanti li jfittxu għajnuna legali primarja għandhom jikkuntattjaw lil fornitur ta’ għajnuna legali primarja direttament.
Għajnuna legali sekondarja tkopri parir legali, preżentazzjonijiet fi proċedura għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema quddiem l-impjegatur, preżentazzjonijiet fi proċedimenti tal-qorti, rappreżentanza fi proċedimenti tal-qorti, għajnuna legali f’soluzzjonijiet ta’ tilwim amikevoli, u eżenzjoni mill-pagament ta’ spejjeż legali u tariffi tal-qorti.
L-għajnuna legali sekondarja tista’ tingħata:
L-għajnuna sekondarja tiġi approvata mingħajr valutazzjoni preċedenti tas-sitwazzjoni ekonomika tal-applikant, jekk l-applikant ikun:
Applikanti li jfittxu għajnuna legali sekondarja jridu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom lill-uffiċċju kompetenti fuq formola ddedikata.
Konvenuti li jinstabu ħatja jiġu ordnati mill-qorti biex ikopru l-ispejjeż tal-litigazzjoni, dment li ma jkunux eliġibbli għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali.
Meta proċedimenti kriminali jiġu sospiżi jew meta l-qorti ssib lill-konvenut innoċenti jew twaqqa’ l-akkużi, id-deċiżjoni tal-qorti trid tipprovdi li l-ispiża tal-proċedimenti kriminali skont l-Artikolu 145(2)(1-5) ta’ dan l-Att, l-ispejjeż inevitabbli mġarrba mill-konvenut, u l-ispejjeż inevitabbli tal-avukat tad-difiża u l-kumpens dovut lilu jiġġarrbu mill-Istat, minbarra fejn il-liġi tgħid mod ieħor.
Vittmi li l-kwereli tagħhom ikunu ġew rifjutati jistgħu jfittxu prosekuzzjoni kriminali huma stess.
Jekk l-Avukat Ġenerali jsib li ma hemm ebda bażi għall-prosekuzzjoni ta’ reat li jista’ jiġi mħarrek ex officio jew ta’ individwu rrappurtat, huwa jrid jinforma lill-vittma dwar dan fi żmien tmint ijiem, kif ukoll jinfurmaha bil-possibbiltà li tħarrek hija stess. L-istess ħaġa trid issir minn qorti li tkun waqqfet il-proċedimenti minħabba li l-Avukat Ġenerali jkun waqqaf il-prosekuzzjoni f’każijiet oħra.
Skont dan l-Att, il-parti danneġġata fi proċedimenti kriminali għandha d-dritt li:
Vittmi ta’ reat huma persuni fiżiċi li ġarrbu ħsara fiżika jew psikoloġika, ħsara lill-proprjetà jew ksur serju tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom bħala konsegwenza diretta tar-reat. Il-konjuġi, is-sieħeb, is-sieħeb għall-ħajja, is-sieħeb informali għall-ħajja, id-dixxendent(i), jew fin-nuqqas ta’ dawn tal-aħħar, l-axxendent(i) jew l-aħwa tal-persuna li tkun mietet direttament minħabba r-reat, kif ukoll kwalunkwe persuna/i li legalment ikunu mantnuti mid-deċedut jitqiesu wkoll bħala vittmi ta’ dak ir-reat.
Parti danneġġata hija vittma ta’ reat jew persuna ġuridika li tkun ġarrbet ħsara b’riżultat tar-reat u li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata.
Il-kapaċità ta’ parti jew tal-parteċipant fil-proċedimenti ma tiddependix fuq ix-xewqa ta’ dik il-persuna, iżda fuq ir-rwol li dik il-persuna kellha fil-kwistjoni kriminali speċifika. Kull persuna tista’ tidher f’kull waħda minn dawn ir-rwoli ta’ hawn fuq, skont iċ-ċirkostanzi stabbiliti mir-regolamenti; l-għażla li hija jkollha tikkonċerna d-drittijiet li hija tkun tixtieq teżerċita bħala parti danneġġata jew vittma ta’ reat.
Vittma ta’ reat għandha d-dritt li:
Vittma li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li:
Minbarra d-drittijiet ta’ hawn fuq, il-vittmi ta’ reati sesswali u traffikar ta’ bnedmin għandhom drittijiet addizzjonali, kif elenkati fil-punt 12.
Jekk il-vittma ta’ reat tkun minorenni, minbarra d-drittijiet tal-vittmi msemmija hawn fuq, hija għandha drittijiet addizzjonali, kif elenkati fil-punt 13.
Matul l-istadju tal-investigazzjoni, vittmi ta’ reati li huma rikorrenti privati jew partijiet danneġġati jistgħu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatti kollha u jintroduċu evidenza li tkun materjali għall-aċċertar tar-reat, għall-identifikazzjoni tat-trasgressur(i) u għall-istabbiliment tat-talbiet tagħhom fil-kawża assoċjata għall-kumpens.
Kemm qabel u fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-qorti jridu jqisu l-possibbiltà li l-konvenut jista’ jikkumpensa lill-parti danneġġata għal kwalunkwe telf ikkawżat mir-reat. Huma jridu jinfurmaw lill-parti danneġġata wkoll dwar ċerti drittijiet skont il-liġi (eż. id-dritt tal-parti danneġġata li tuża l-lingwa materna tagħha, id-dritt li tressaq kawża assoċjata għall-kumpens, eċċ.).
Persuni li x’aktarx ikollhom informazzjoni dwar ir-reat, it-trasgressur jew ċirkustanzi pertinenti oħra jistgħu jiġu mħarrka bħala xhieda.
Dawn li ġejjin jistgħu jintalbu jkunu xhieda: il-parti danneġġata, il-parti danneġġata bħala prosekutur, u r-rikorrent privat.
Rikorrent privat għandu l-istess drittijiet bħall-Avukat Ġenerali, bl-eċċezzjoni tad-drittijiet li jappartjenu unikament għal awtorità tal-Istat.
Il-parti danneġġata fi proċedimenti kriminali għandha d-drittijiet elenkati fil-punt 25.
Matul l-istadju tal-investigazzjoni, vittmi ta’ reati li huma rikorrenti privati jew partijiet danneġġati jistgħu jiġbdu l-attenzjoni għall-fatti kollha u jintroduċu evidenza li tkun materjali għall-aċċertar tar-reat, għall-identifikazzjoni tat-trasgressur(i) u għall-istabbiliment tat-talbiet tagħhom fl-azzjoni assoċjata għall-kumpens.
Vittma li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti danneġġata għandha d-dritt li:
Vittma li tipparteċipa fi proċediment kriminali bħala l-parti danneġġata tista’ taċċessa l-fajl tal-kawża.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.