Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja
Il-Kummissjoni għall-Għajnuna Finanzjarja għall-Vittmi ta' Atti Intenzjonali ta' Vjolenza
Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux reliġjużi
Timijiet ta' Servizzi ta' SOS tat-Tfal
Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ
Il-Pulizija lokali u federali jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija lokali huma responsabbli mid-dmirijiet bażiċi tal-pulizija u joperaw skont filosofija ta’ “pulizija fil-komunità”. Il-pulizija federali huma responsabbli mill-kompiti speċjalizzati tal-pulizija.
Il-pulizija lokali u federali
KUNTATTI:
E-mail: ibznet@ibz.fgov.be
Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu diversi dipartimenti u kumitati li huma responsabbli mill-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi inkluż id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u d-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja.
Id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali
Id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja
KUNTATTI:
Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja: Websajt: https://justitie.belgium.be
Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri tal-ġustizzja agħfas hawn.
Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenza (Commission pour l’aide financière aux victimes d'actes intentionnels de violence / Commissie voor financiële hulp aan slachtoffers van opzettelijke gewelddaden) ġiet stabbilita bl-Att tal-1 ta’ Awwissu 1985. Hija għandha rwol importanti billi tipprovdi kumpens mill-Istat lill-vittmi tad-delitti ta' vjolenza.
Il-Kummissjoni
KUNTATTI:
Websajt: https://justice.belgium.be/fr
Fil-Fjandri u fi Brussell hemm 11-il Ċentru ta' Għajnuna Ġenerali (Centra Algemeen Welzijnswerk — CAW), li kull wieħed għandu dipartiment li jgħin lill-vittmi ta' reati.
Iċ-Ċentri
KUNTATTI:
Websajt: http://http://www.archipel.be/
Għad-dettalji tal-kuntatti tal-25 CAW agħfas hawn.
Fil-Wallonja s-Servizzi ta' Għajnuna lil Ċittadini mhux Reliġjużi (Services Laïques d'Aide aux Justiciables) toffri assistenza mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità imma wkoll, pereżempju, lill-priġunieri u lill-priġunieri lliberati.
Dawn is-servizzi
KUNTATTI:
Websajt: http://www.ulb.ac.be/
Għad-dettalji tal-kuntatti tal-fergħat lokali, agħfas hawn.
Iċ-Ċentru Soċjali u Psikoloġiku (Sozial-Psychologisches Zentrum — SPZ) huwa organizzazzjoni li topera fil-parti tal-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u joffri assistenza lill-vittmi tal-kriminalità.
Iċ-Ċentru
KUNTATTI:
SPZ Eupen: info.eupen@spz.be
SPZ St. Vith: http://www.ulb.ac.be/
Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal (Vertrouwenscentra Kindermishandeling) huma ċentri speċjalizzati, stabbiliti mill-gvern Fjamming, li għandhom metodu speċjali ta' ħidma li huwa immirat lejn is-sikurezza u l-benesseri tat-tfal.
Iċ-Ċentri
KUNTATTI:
Websajt: http://www.kindinnood.org/
Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri agħfas hawn.
Il-Federazzjoni ta’ Timijiet ta' SOS tat-Tfal (Fédération des Équipes SOS-Enfants) tipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-vittmi ta’ abbuż ta’ tfal fil-Wallonja.
It-Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal
KUNTATTI:
Websajt: http://www.federationsosenfants.be/
Is-Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ (Jugendhilfedienst— JHD) jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-minuri li huma vittmi ta' delitti fil-partijiet li jitkellmu bil-Ġermaniż fil-Belġju.
Is-Servizz
KUNTATTI:
Websajt: http://www.dglive.be/desktopdefault.aspx/tabid-300/537_read-3830/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.