Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Franċiż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Belġju

Il-kontenut ipprovdut minn
Belġju

Il-pulizija lokali u federali

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Il-Kummissjoni għall-Għajnuna Finanzjarja għall-Vittmi ta' Atti Intenzjonali ta' Vjolenza

Ċentri ta' Għajnuna Ġenerali

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux reliġjużi

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Timijiet ta' Servizzi ta' SOS tat-Tfal

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Il-puliżija lokali u federali

Il-Pulizija lokali u federali jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Intern. Il-pulizija lokali huma responsabbli mid-dmirijiet bażiċi tal-pulizija u joperaw skont filosofija ta’ “pulizija fil-komunità”. Il-pulizija federali huma responsabbli mill-kompiti speċjalizzati tal-pulizija.

Il-pulizija lokali u federali

  • jirċievu lill-vittmi b'mod edukat u bir-rispett;
  • jipprovdu assistenza prattika lill-vittmi tad-delitti, jipprovduhom bl-informazzjoni u jirreferuhom lil servizzi xierqa;
  • jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet li jagħmlu l-vittmi jirrekordjaw sewwa l-identità tagħhom u jindikaw jekk jixtiqux jinżammu infurmati fil-fażijiet sussegwenti tal-proċeduri kriminali;
  • jistgħu jikkuntattjaw lill-vittma ftit wara li tkun għamlet il-kwerela.

KUNTATTI:

E-mail: ibznet@ibz.fgov.be

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Is-Servizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja għandu diversi dipartimenti u kumitati li huma responsabbli mill-protezzjoni tal-interessi tal-vittmi inkluż id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali u d-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja.

Id-Direttorat Ġenerali għal-Leġiżlazzjoni, id-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali

  • iħejji u jabbozza l-liġijiet;
  • jagħti pariri lill-Ministru tal-Ġustizzja u lil atturi oħrajn, iwieġeb mistoqsijiet parlamentari, u jipparteċipa f’negozjati internazzjonali;
  • jaħdem f’kollaborazzjoni mill-qrib ma’ dipartimenti oħrajn bħad-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja jew atturi esterni oħrajn.

Id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentri tal-Ġustizzja

  • jimmaniġġa 28 ċentru tal-ġustizzja (maisons de justice / justitiehuizen li jaqgħu fil-kompetenza tal-Ministeru tal-Ġustizzja (kemm il-Fjandri kif ukoll il-Wallonja għandhom 13 kull wieħed, u Brussell għandha tnejn, waħda fejn jiġi mitkellem il-Franċiż u l-oħra fejn jiġi mitkellem l-Olandiż;
  • f’kull ċentru tal-ġustizzja hemm persunal speċjalizzat li jifforma uffiċċju ta' akkoljenza tal-vittmi.

KUNTATTI:

Is-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja: Websajt: https://justitie.belgium.be

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri tal-ġustizzja agħfas hawn.

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenz

Il-Kummissjoni għal Għajnuna Finanzjarja lill-Vittmi ta’ Atti Deliberati ta’ Vjolenza (Commission pour l’aide financière aux victimes d'actes intentionnels de violence / Commissie voor financiële hulp aan slachtoffers van opzettelijke gewelddaden) ġiet stabbilita bl-Att tal-1 ta’ Awwissu 1985. Hija għandha rwol importanti billi tipprovdi kumpens mill-Istat lill-vittmi tad-delitti ta' vjolenza.

Il-Kummissjoni

  • tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti intenzjonali ta’ vjolenza u, f’uħud mill-każijiet, lill-familji tagħhom;
  • tipprovdi proċedura għal għajnuna finanzjarja lill-vittmi ta’ atti kriminali li seħħew f’pajjiż ieħor membru tal-Unjoni Ewropea;
  • tista’ tagħti assistenza anki jekk l-identità ta’ min wettaq l-attakk ma tkunx magħrufa jew huwa ma jkunx responsabbli mill-azzjonijiet tiegħu;
  • ma tistax tipprovdi assistenza fejn ir-reat twettaq minħabba traskuraġni jew b’negliġenza.

KUNTATTI:

Websajt: https://justice.belgium.be

Ċentri ta’ Għajnuna Ġenerali

Fil-Fjandri u fi Brussell hemm 11-il Ċentru ta' Għajnuna Ġenerali (Centra Algemeen Welzijnswerk — CAW), li kull wieħed għandu dipartiment li jgħin lill-vittmi ta' reati.

Iċ-Ċentri

  • permezz tal-korp imsejjaħ Steunpunt Algemeen Welzijnswerk huma membri ta’ Victim Support Europe;
  • huma disponibbli fir-rigward ta’ persuni li jkollhom mistoqsijiet jew problemi;
  • jipprovdu servizzi biex jassistu vittmi fi Fjandri u fi Brussell;
  • joffru għajnuna psikosoċjali lill-vittmi u lill-familji tagħhom, lill-qraba ta’ persuni li wettqu suwiċidju, lill-vittmi ta’ diżastri u lill-qraba tagħhom, u lill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku u lill-qraba tagħhom;
  • jipprovdu lill-vittmi b'għajnuna psikosoċjali, prattika u legali.

KUNTATTI:

Websajt: http://https://www.caw.be

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-25 CAW agħfas hawn.

Servizzi ta' Għajnuna għal Ċittadini mhux Reliġjużi

Fil-Wallonja s-Servizzi ta' Għajnuna lil Ċittadini mhux Reliġjużi (Services Laïques d'Aide aux Justiciables) toffri assistenza mhux biss lill-vittmi tal-kriminalità imma wkoll, pereżempju, lill-priġunieri u lill-priġunieri lliberati.

Dawn is-servizzi

  • huwa maqsuma f'ħames fergħat lokali, waħda f'kull provinċja tal-Wallonja;
  • huma finanzjati mill-Komunità li titkellem il-Franċiż;
  • jipprovdu għajnuna psikoloġika, psikjatrika u soċjali lill-imputati arrestati jew li jkunu għadhom liberi, lill-persuni li jkunu wettqu delitti u ġew mogħtija piena, lill-vittmi u lill-qraba ta’ dawn l-individwi;
  • għandhom persunal professjonali li jaħdem f'timijiet multidixxiplinari.

KUNTATTI:

Websajt: http://www.ulb.ac.be/

Għad-dettalji tal-kuntatti tal-fergħat lokali, agħfas hawn.

Ċentru Soċjali u Psikoloġiku

Iċ-Ċentru Soċjali u Psikoloġiku  (Sozial-Psychologisches Zentrum — SPZ) huwa organizzazzjoni li topera fil-parti tal-pajjiż fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż u joffri assistenza lill-vittmi tal-kriminalità.

Iċ-Ċentru

  • huwa organizzazzjoni mhux governattiva li topera fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • għandu fergħat f’St.Vith u f’Eupen;
  • joffri approċċ individwali lill-vittmi kollha tal-kriminalità permezz ta’ tim multidixxiplinari li jikkonsisti fi psikologi, terapisti, ħaddiema fil-qasam soċjali u psikjatriku.

KUNTATTI:

SPZ Eupen: info.eupen@spz.be

SPZ St. Vith: http://www.ulb.ac.be/

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal

Ċentri tal-Ħarsien tat-Tfal (Vertrouwenscentra Kindermishandeling) huma ċentri speċjalizzati, stabbiliti mill-gvern Fjamming, li għandhom metodu speċjali ta' ħidma li huwa immirat lejn is-sikurezza u l-benesseri tat-tfal.

Iċ-Ċentri

  • għandhom fergħa f'kull provinċja Fjamminga u fi Brussell;
  • għandhom timijiet multidixxiplinari u għandhom funzjoni psikosoċjali, edukattiva u soċjali;
  • jipprovdi pariri u assistenza fejn ikun hemm suspett ta' abbuż tat-tfal;
  • jipprovdu għajnuna u informazzjoni bla ħlas;
  • jistgħu jaġixxu f'kull sitwazzjoni fejn it-tfal huma vittma ta' vjolenza fiżika, psikoloġika jew sesswali attivi jew passivi;
  • jippermettu li jsir rappurtar anonimu dwar kull abbuż tat-tfal.

KUNTATTI:

Websajt: http://www.kindinnood.org/

Għad-dettalji tal-kuntatti taċ-ċentri agħfas hawn.

Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

Il-Federazzjoni ta’ Timijiet ta' SOS tat-Tfal (Fédération des Équipes SOS-Enfants) tipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-vittmi ta’ abbuż ta’ tfal fil-Wallonja.

It-Timijiet ta' Servizzi SOS tat-Tfal

  • jipprovdu prevenzjoni u trattament ta’ każijiet individwali ta’ abbuż tat-tfal;
  • iwettqu valutazzjoni multidixxiplinari tals-sitwazzjoni tat-tfal u tal-ambjent tagħhom;
  • jipprovdu għajnuna psikjatrika, psikoloġika u soċjali lit-tfal u lill-familji tagħhom;
  • huma lesti li javvanzaw l-għarfien fil-qasam tat-trattament u tal-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet ta’ abbuż.

KUNTATTI:

Websajt: http://www.federationsosenfants.be/

Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ

Is-Servizz ta' Assistenza għaż-Żgħażagħ (Jugendhilfedienst— JHD) jipprovdi għajnuna speċjalizzata lill-minuri li huma vittmi ta' delitti fil-partijiet li jitkellmu bil-Ġermaniż fil-Belġju.

Is-Servizz

  • jipprovdi pariri u assistenza f’każijiet ta’ abbuż tat-tfal;
  • joffri assistenza lit-tfal, lill-adolexxenti u lill-ġenituri tagħhom fil-parti tal-Belġju fejn jiġi mitkellem il-Ġermaniż;
  • jistgħu jirreferu każijiet lill-prosekutur pubbliku jew lit-tribunal tal-minorenni jekk ikun meħtieġ.

KUNTATTI:

Websajt: https://ostbelgienlive.be/desktopdefault.aspx/tabid-6204/10670_read-3830/

L-aħħar aġġornament: 16/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.