Civilinės teisenos srityje nebaigtos procedūros ir procesai, pradėti iki pereinamojo laikotarpio pabaigos, bus tęsiami pagal ES teisę. Remiantis abipusiu susitarimu su Jungtine Karalyste, atitinkama su Jungtine Karalyste susijusi informacija E. teisingumo portale bus saugoma iki 2022 m. pabaigos.

Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Jekk inti sfajt vittma tal-kriminalità, il-liġi tagħtik ċerti drittijiet individwali qabel, waqt u wara l-proċeduri fil-qorti (il-proċess quddiem il-qorti kriminali). Inti tista’ tibbenefika anki minn diversi forom ta’ assistenza u jista’ jkollok il-possibbiltà li titlob kumpens għall-ħsara kkawżata mid-delitt.

Il-proċeduri kriminali fl-Ingilterra u f’Wales jibdew b’investigazzjoni, fejn il-pulizija jiġbru l-provi. Hekk kif il-pulizija jlestu l-investigazzjoni tagħhom, f’każijiet inqas serji, huma jiddeċiedu jekk jakkużawx bid-delitt lill-persuna suspettata. Inkella, il-każ jgħaddi għand is-servizz tal-prosekuzzjoni. Il-prosekutur pubbliku jeżamina jekk ikunx hemm biżżejjed provi kontra l-persuna suspettata li jipprovdu possibilità realistika li tingħata  kundanna u jekk huwiex fl-interess pubbliku li tinbeda l-prosekuzzjoni tal-persuna suspettata. Jekk il-prosekutur jiddeċiedi li jwaqqaf il-prosekuzzjoni, il-każ jingħalaq. F’kull każ ieħor, il-prosekutur jinforma lill-pulizija bid-deċiżjoni li tinbeda l-prosekuzzjoni, il-pulizija takkuża lill-persuna suspettata u l-każ jitressaq quddiem il-qorti.

Il-kawżi għal reati inqas serji jinstemgħu quddiem il-Magistrates’ Courts (il-Qrati tal-Maġistrati), ġeneralment minn bord ta’ tliet imħallfin lajċi u inqas ta’ spiss minn imħallef professjonista wieħed. Il-kawżi għal delitti iktar serji (stupru jew serq) jinstemgħu fil-Crown Courts (il-Qrati tal-Kuruna) minn imħallef professjonista u minn ġurija lajka. Il-ġurija tkun magħmula minn 12-il persuna magħżula b’mod aleatorju minn fost il-pubbliku ġenerali li jisimgħu l-provi ppreżentati waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali u jiddeċiedu jekk l-imputat ikunx ħati tad-delitt. L-imħallef, min-naħa l-oħra, jiddeċiedi dwar il-punti ta’ liġi waqt il-proċess quddiem il-qorti kriminali, bħall-ammissibilità ta’ ċerti provi. Fi tmiem il-proċess quddiem il-qorti kriminali, jekk il-ġurija ssib li l-imputat ikun ħati l-imħallef jiddeċiedi s-sentenza għad-delitt skont il-liġi.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 01/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Atsiliepimai

Pateikite savo pastabas ir atsiliepimus apie mūsų naująją svetainę

naudodamasis šia forma